14.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/46


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2009 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

2010/C 338/09

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI …

1-2

47

ID-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI …

3-12

47

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA …

13-14

48

It-Tabella …

49

Ir-risposti tal-Aġenzija

51

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘l-Aġenzija’), li tinsab f'Bilbao, kienet imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li tiġbor u tqassam informazzjoni dwar il-prijoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, li ssostni organizzazzjonijiet nazzjonali u tal-Unjoni involuti fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u li tipprovdi informazzjoni dwar miżuri preventivi (2).

2.

Il-baġit tal-Aġenzija għall-2009 ammonta għal EUR 15-il miljun, bejn wieħed u ieħor l-istess ammont tas-sena ta' qabel. L-għadd ta' persunal impjegat mill-Aġenzija fi tmiem is-sena kien 68, meta mqabbel ma' 64 fis-sena ta' qabel.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixtħux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Għat-Titolu III – Attivitajiet operazzjonali, EUR 3,5 miljun, 47 % tal-impenji magħmula, inġiebu 'l quddiem għas-sena tal-baġit 2010. Skont l-informazzjoni tal-kontabilità, madwar EUR żewġ miljun tal-approprijazzjonijiet miġjuba 'l quddiem jikkorrispondu ma' attivitajiet li jkun għadhom ma ġewx implimentati sa tmiem is-sena. Din is-sitwazzjoni indikat dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati mit-Titolu III tal-baġit tal-Aġenzija u kienet tmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

14.

Approprijazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mill-2008 li jammontaw għal EUR 0,7 miljun, jew 18 % (meta mqabbla ma' 10 % fl-2008), kellhom ikunu kkanċellati. Ir-rata ogħla ta' kanċellazzjoni terġa' tindika l-ħtieġa għal applikazzjoni aktar stretta tal-prinċipju ta' annwalità mill-Aġenzija.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-14 u s-16 ta' Settembru 2010.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (Bilbao)

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Aġenzija kif definiti fir-Regolament ta-Kunsill

(ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1112/2005 tal-24 ta' Ġunju 2005)

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2009

(Data għall-2008)

Prodotti u servizzi mogħtija matul l-2009

Dispożizzjonijiet Soċjali

L-Unjoni u l-Istati Membri …, għandu jkollhom bħala mira l-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibbli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta' livell għoli ta' impjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.

Bl-għan li jinkisbu l-għanijiet tal-Artikolu 151, l-Unjoni għandha ssostni u tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri f'dawn l-oqsma:

a)

it-titjib in partikolari tal-ambjent tax-xogħol sabiex jitħarsu s-saħħa u s-siġurtà tal-ħaddiema;

b)

il-kondizzjonijiet tax-xogħol;

(e)

l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema;

(h)

l-integrazzjoni ta' persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, bla preġudizzju għall-Artikolu 166;

(i)

l-ugwaljanza bejn irġiel u nisa rigward l-opportunitajiet u t-trattament fis-suq tax-xogħol;

(j)

il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali;

(Siltiet mill-Artikoli 151 u 153 TFUE)

Objettivi

Sabiex ikun imtejjeb l-ambjent tax-xogħol, f'dak li jirrigwarda l-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema skont it-Trattat u strategiji suċċessivi u programmi ta' azzjoni li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-għan tal-Aġenzija għandu jkun li tipprovdi lill-korpi tal-Unjoni, lill-Istati Membri, lill-imsieħba soċjali u lil dawk involuti f'dan il-qasam bl-informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika fil-qasam tas-sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Kompiti

Tiġbor, tanalizza u tqassam informazzjoni dwar prijoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni u dwar ir-riċerka.

Tippromwovi l-koperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni dwar il-programmi ta' taħriġ.

Tforni lill-korpi tal-Unjoni u lill-Istati Membri bl-informazzjoni li jeħtieġu biex jifformulaw u jimplimentaw politika, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-impatt fuq intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Tagħmel disponibbli informazzjoni dwar attivitajiet ta' prevenzjoni.

Tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' strateġiji u programmi ta' azzjoni tal-Unjoni.

Twaqqaf netwerk li jkun fih punti fokali nazzjonali u ċentri tematiċi.

1 —   Kunsill Amministrattiv

Kompożizzjoni

rappreżentant wieħed tal-Gvern ta' kull Stat Membru.

rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem ta' kull Stat Membru.

rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema ta' kull Stat Membru.

3 rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Membri u membri alterni mill-ewwel tliet kategoriji għandhom jiġu maħtura mill-membri u mill-membri alterni tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

Kompitu

Jadotta l-programm ta' xogħol tal-Aġenzija, il-baġit u r-rapport ġenerali annwali tagħha.

2 —   Bureau

Kompożizzjoni

President u 3 viċipresidenti tal-Bord

Koordinaturi minn kull wieħed mit-tliet gruppi interessati

membru wieħed addizzjonali minn kull wieħed minn dawn il-gruppi u mill-Kummissjoni

Kompitu

Sorveljanza tat-tħejjija u s-segwitu tad-deċiżjonijiet tal-Bord

3 —   Id-Direttur

Maħtur mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni

4 —   Kumitati

Konsultazzjoni obbligatorja mal-Kummissjoni u tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fir-rigward tal-programm ta' xogħol u l-bagit.

5 —   Verifika Interna

Il-Qorti tal-Awdituri.

6 —   Awtorità ta' Kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Bagit

EUR 15,0 miljun ( EUR 14,9 miljun)

inklużi:

sussidju tal-Unjoni , id-DĠ għall-Impjiegi: 92,6 % (96,5 %)

sussidju tal-Unjoni , id-DĠ għat-Tkabbir: 6,5 % (2,4 %)

Oħrajn: 0,9 % (1,1 %)

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2009:

44 (44) kariga mniżżla fil-pjan ta' stabbiliment,

li minnhom imtlew il-karigi: 42 (41)

Karigi battala: 2 (3)

26 (23) kariga oħra (persunal kuntrattwali - li minnhom waħda ffinanzjata minn fondi assenjati -, esperti nazzjonali ssekondati, persunal lokali u trainees).

Persunal totali: 68 (64)

assenjati għal

kompiti operazzjonali: 50 (45)

kompiti amministrattivi: 9 (10)

kompiti mħallta: 9 (9)

Osservatorju Ewropew tar-Riskji (ERO):

Tlestija ħidma fil-post tal-Istħarriġ Ewropew tal-Intraprizi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER). 31 pajjiż, 36 000 intervista. L-ewwel riżultati ppreżentati f'laqgħa tal-Bord.

Pubblikazzjonijiet fuq: Riskji kimiċi emerġenti. Nanopartiċelli. Stress: fatti u figuri. Aġenti bijoloġiċi u pandemiji. Ippjanar strateġiku tal-ispettorati tax-Xogħol. Sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol ta' ħaddiema tat-tindif. L-interface bejn il-bniedem u l-magna bħala riskju emerġenti. Stħarriġ Esploratorju dwar il-Limiti tal-Esponiment fuq il-Post tax-Xogħol għal Karċinoġeni, Mutaġeni u sustanzi Reprotossiċi fil-livell tal-Istati Membri tal-UE.

Tbassir varat rigward l-impatt fuq is-sigurtà u s-saħħa ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi f'impjiegi favur l-ambjent sal-2020

Ġbir ta' data dwar is-sigurtà u s-saħħa tan-nisa fuq il-post tax-xogħol.

Seminars dwar riskji kimiċi emerġenti, u vjolenza u fastidju.

Informazzjoni dwar l-Ambjent tax-Xogħol:

Ġbir ta' data u database tal-għodod ta' valutazzjoni tar-riskji (RA) fuq il-websajt tal-Aġenzija.

Pubblikazzjoni ta' żewġ rapporti u folji ta' fatti fuq l-RA.

Żvilupp tal-Għodda Interattiva Onlajn ta' Valutazzjoni tar-Riskji (OiRA)

Żvilupp kontinwu ta' netwerk ta' organizzazzjonijiet Ewropej li jistgħu jagħtu inċentivi ekonomiċi tal-OSH u tħejjija ta' rapport fuq it-tema.

Seminar u pubblikazzjoni ta' rapport dwar il-prevenzjoni tal-ħsara lil ħaddiema li jnaddfu.

Pubblikazzjoni ta' rapport dwar l-OSH fil-kurrikulu u fl-attivitajiet tal-iskola fl-Istati Membri.

Pubblikazzjoni ta' rapport dwar il-prevenzjoni ta' riskji lil ħaddiema żgħażagħ: politika, programmi u prattika ta' ħidma.

Ġbir ta' studji ta' każijiet fuq il-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol għal ħaddiema żgħażagħ fi ħdan il-proġett ta' Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

Reviżjoni u żvilupp taż-żona ta' Leġiżlazzjoni tal-websajt tal-Aġenzija.

Sehem f'seminars, konferenzi u avvenimenti oħrajn.

Komunikazzjoni, twettiq ta' Kampanji u Promozzjoni:

Kampanja dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ‘l Quddiem is-Saħħa. Tajjeb għalik. Tajjeb għall-Kumpanija’ – kampanja Ewropea dwar il-valutazzjoni tar-riskji: avveniment ta' premji għal prattika tajba (bil-Presidenza Ċeka); summit ta' għeluq (bil-Presidenza Svediża).

Prodotti ta' informazzjoni f'ilsna differenti fuq l-internet u stampata dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Attivitajiet li jqajmu l-kuxjenza: promozzjoni ta' riżultati ta' stħarriġ tal-opinjoni tal-OSH; kompetizzjoni tal-fotografija; premju għal films dokumentarji.

Monitoraġġ u evalwazzjoni: evalwazzjoni attwali tal-Kampanja dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa ; stħarriġ fuq il-websajt u analiżi komparattiva.

Ħidma bin-Netwerk u Koordinazzjoni:

Aktar żvilupp tan-netwerk li jkun fih punti fokali

Kollaborazzjoni ma' organizzazzjonijiet Ewropej u Internazzjonali

Bini tal-kapaċità istituzzjonali fil-pajjiżi Kandidati u dawk Potenzjalment Kandidati

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Agenzija.

IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA

13.

L-Aġenzija tagħraf il-ħtieġa li tnaqqas l-ammonti li jinġarru ’l quddiem għal minimu billi tikkonsidra l-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-proġetti tal-Aġenzija. Dan għandu jwassal għal tnaqqis fil-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ kreditu kkanċellati.

B’dan fi ħsiebha, l-amministrazzjoni, kmieni fl-2010, għamlet mekkaniżmu ta’ rappurtaġġ biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet imbassra fil-programm annwali ta’ ħidma u l-aspetti baġitarji korrispondenti.

Attenzjoni partikolari ser tingħata lil dawk l-impenji li fl-aħħar tas-sena jkunu għadhom mhux kompluti bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ammonti mhux meħtieġa biex ikopru l-obligazzjonijiet finanzjarji u legali sussegwenti.


(1)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Ir-Regolament kien emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1112/2005 tal-24 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta' implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma' informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta' spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta' Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fis-17 ta' Ġunju 2010 u rċevuti mill-Qorti fit-22 ta' Ġunju 2010. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://osha.europa.eu/en/about/finance/.