10.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/18


Rettifika għar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 303 tad-9 ta' Novembru 2010 )

2010/C 334/02

Paġni 158 u 159, l-Anness 6.4 jinbidel bit-tabella:

“ANNESS 6.4

IS-SEGWITU TA’ OSSERVAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-GĦAJNUNA ESTERNA, L-IŻVILUPP U T-TKABBIR

L-Osservazzjoni tal-Qorti

L-Azzjoni Meħuda

L-Analiżi tal-Qorti

Ir-Risposta tal-Kummissjoni

Ir-Relazzjonijiet esterni u l-iżvilupp

1.   Monitoraġġ ta’, u appoġġ lill-organizzazzjonijiet li huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE

Fir-rigward ta’ kontrolli ex-ante, ġew osservati dgħufijiet inkluż monitoraġġ insuffiċjenti ta’, u appoġġ lill-organizzazzjonijiet li huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE.

(Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafi 8.22 u 8.35)

Tħejjija ta’ Struzzjonijiet għall-Amministrazzjoni Finanzjarja għall-organizzazzjonijiet li jimplimentaw.

Ara r-rapport dwar il-FEI, l-Anness 4, il-filliera 2.

Il-Kitt għall-Għodda għall-Amministrazzjoni tal-Finanzi tal-EuropeAid għall-organizzazzjonijiet li jimplimentaw se jiġi finalizzat u ser isir disponibbli matul l-2010.

2.   Il-pagamenti ta’ sostenn mill-Baġit

Fir-rigward ta’ kontrolli ex-ante, ġew osservati dgħufijiet fil-każ ta’ pagamenti ta’ sostenn mill-baġit fil-proċessi tal-verifika tat-twettiq ta’ kondizzjonijiet ta’ pagament.

(Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.22)

Għarfien mifrux fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħtieġa li jiġi żgurat approċċ aktar strutturat u aktar formali meta jiġu valutati l-pagamenti għas-sostenn tal-baġit, inkluż it-tisħiħ tar-rwol tal-verifikazzjoni mill-persunal tal-finanzi u l-kuntratti fil-proċess tal- approvazzjoni tal-ħlas.

Ara r-rapport dwar il-FEI, l-Anness 4, il-filliera 9.

Il-EuropeAid se jindirizza din il-kwistjoni matul ir-reviżjoni tal-Linji Gwida dwar l-Appoġġ Baġitarju u l-istħarriġ tal-proċess ta’ stħarriġ bejn il-pari għal proposti ta' azzjoni (Grupp ta' Sostenn għall-Kwalità), ippjanati għall-2011.

3.   Is-sistema ta’ verifiki esterni

Fir-rigward tal-użu ta’ verifiki esterni, wieħed mill-aktar komponenti importanti tal-qafas ta’ kontroll intern tal-EuropeAid, il-Qorti nnutat titjib fil-proċessi. Madankollu hija tikkonkludi li dawn il-kontrolli għadhom ġeneralment parzjalment effettivi.

(Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafi 8.23 u 8.24)

Riformi introdotti mill-2007 għall-metodoloġija tal-verifika fis-seħħ, flimkien ma’ reviżjoni sostanzjali tal-metodoloġija tal-pjan ta’ verifika annwali.

Ara r-rapport dwar il-FEI, l-Anness 4, il-filliera 3.

Il-Kummissjoni taqbel li saru titjibiet sostanzjali fil-proċess ta' ppjanar tal-verifika.

4.   Proċessi ta’ Ġestjoni tar-Riskju

Il-proċess tal-ġestjoni tar -riskji nstab li kien parzjalment effettiv.

(Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.23)

Tkomplija tal-isforzi biex jiżdied l-għarfien tal-proċess tal-ġestjoni tar-riskju.

Il-proċess tal-ġestjoni tar-riskju ġie evalwat bħala ġeneralment effettiv.

Il-metodoloġija tal-amministrazzjoni tar-riskju tal-EuropeAid ġiet riveduta għal kollox fl-2009 u saru sessjonijiet obbligatorji ta' taħriġ ta' sensibilizzazzjoni għall-unitajiet kollha.

5.   Il-kontrolli Ex-post

Ġew identifikati nuqqasijiet importanti fir-rigward tal-komponent tal-kontrolli ex-post tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-DĠ RELEX sabiex tiġi żgurata r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

(Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.25)

Monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet annwali għal kontrolli ex-post.

Minkejja l-isforzi u l-progress li saru s’issa, għad fadal dgħufijiet sinifikanti li jridu jingħelbu.

Id-DĠ RELEX qed jieħu miżuri sabiex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet kollha li rċieva fir-rigward tal-kontrolli ex-post.

It-Tkabbir

6.   IAC

Ġie osservat li l-programm multiannwali tal-IAC ma kienx żviluppat b’mod suffiċjenti.

(Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.27)

IAC fl-2009 żviluppa programm multiannwali tal-attivitajiet tiegħu.

Il-Qorti tqis li din l-osservazzjoni ġiet indirizzata kif dovut mid-DĠ ELARG.

 

7.   Kontrolli Ex-post ta’ proġetti ġestiti b’mod ċentrali

Ġie osservat li d-DĠ ELARG ma kellux strategija speċifika ghall-kontrolli ex-post ta’ progetti ġestiti b’mod ċentrali.

(Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.27)

Matul l-2009, id-DĠ ELARG żviluppa strateġija għall-kontroll ex-post ta’ proġetti ġestiti b’mod ċentrali.

Il-Qorti tilqa’ l-inizjattiva tad-DĠ ELARG, iżda l-istrateġija l-ġdida se tiġi implimentata biss fl-2010 u għadha trid tiġi ppruvata l-effettività tagħha.

L-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida bħalissa qed turi l-ewwel riżultati pożittivi tagħha.

8.   Possibbiltà ta’ irregolaritajiet fil-gestjoni ta’ fondi tal-Phare minn żewg aġenziji implimentattivi fil-Bulgarija

Ġie nnutat li għad hemm dgħufijiet fundamentali fir-rigward ta’ irregolaritajiet potenzjali fil-ġestjoni ta’ fondi tal-Phare minn żewg aġenziji implimentattivi fil-Bulgarija.

(Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.28)

Matul l-2009 u wara azzjonijiet korrettivi mill-awtoritajiet Bulgari, id-DĠ ELARG neħħa s-sospensjoni ta’ pagamenti lill-Bulgarija.

Id-DĠ ELARG għad irid jiddedika attenzjoni speċjali għas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-fondi ta’ wara l-adeżjoni tal-Bulgarija.

L-implimentazzjoni fil-Bulgarija tal-fondi ta' wara l-adeżjoni se tibqa’ tingħata l-attenzjoni speċjali meħtieġa sakemm jintemmu l-programmi kollha.

L-Għajnuna Umanitarja

9.   IAC

Fl-2008, l-IAC kien għadu ma joperax fil-kapaċità kollha tiegħu minħabba t-trasferiment tal-attivitajiet mill-IAC tal-EuropeAid.

(Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.29)

Matul l-2009, l-IAC kellu ammont adegwat ta’ persunal u kien qed jimplimenta programm ta’ ħidma għal sena sħiħa.

L-IAC ta’ DĠ ECHO qed jiffunzjona kif suppost u qed jipprovdi assigurazzjoni lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ ECHO.”