52010PC0804




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 13.1.2011

KUMM(2010) 804 finali

2010/0390 (COD)

Propos ta għal

DE ĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja

SEG(2010) 1617 finali

MEMORANDU M TA’ SPJEGAZZJONI

Kuntest tal-proposta |

110 | Raġunijiet u għanijiet għall-proposta L-UE kmieni f’Awwissu 2010 temmet l-iżborż ta’ EUR 46 miljun għal operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja (AMF) lill-Ġeorġja approvata mill-Kunsill f’Novembru 2009. L-assistenza, li ġiet ipprovduta fl-għamla ta’ għotjiet, kienet parti minn impenn ta’ żewġ operazzjonijiet possibbli tal-AMF għall-istess ammont magħmula mill-Kummissjoni Ewropea fil-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi f’Ottubru 2008[1]. L-approvazzjoni tat-tieni AMF kienet kundizzjonali fuq l-eżistenza kontinwa ta’ ħtiġijiet ta’ finanzjament estern separatament minn dawk koperti mill-arranġament tal-FMI. F’ittra mill-10 ta’ Mejju 2010, il-Ministru tal-Finanzi Ġeorġjan talab l-attivazzjoni tat-tieni parti tal-impenn mill-Kummissjoni tal-fondi tal-UE, li jammontaw għal EUR 46 miljun. F’dan il-kuntest, fil-bidu ta’ Settembru, tim tal-Kummissjoni Ewropea żar il-Ġeorġja sabiex jivvaluta s-sitwazzjoni makroekonomika u l-prospetti tal-pajjiż fl-2010-11, billi jiffoka fuq il-bilanċ tal-pagamenti u l-ħtiġijiet baġitarji. Il-Kummissjoni tqis li l-attivazzjoni tat-tieni parti tal-AMF impenjata fl-2008 hija ġġustifikata. Għalkemm l-ekonomija Ġeorġjana qiegħda tirkupra (wara x-xokk doppju kkawżat mill-kunflitt militari mar-Russja f’Awwissu 2008 u l-kriżi finanzjarja globali), il-bilanċ tal-pagamenti u l-pożizzjoni baġitarja għadhom dgħajfa u vulnerabbli. B’mod partikolari, l-effetti li għad fadal mill-kunflitt mar-Russja, inkluż l-imblokk tal-maġġor parti tal-kummerċ dirett ma’ dan il-pajjiż u n-nuqqas ta’ influssi ta’ investiment barrani dirett (IBD) biex jiġu rkuprati għal-livell tagħhom ta’ qabel il-kriżi, flimkien ma’ defiċit li għadu ferm imdaqqas tal-kont kurrenti u obbligi sostanzjali għall-ħlas lura tad-dejn (b’konċentrazzjoni serja mistennija għall-2012-14), irendu fraġli l-bilanċ tal-pagamenti. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tipproponi AMF ulterjuri lill-Ġeorġja, li tammonta għal EUR 46 miljun. L-AMF tal-UE sejra tkun immirata biex tikkontribwixxi għall- kopertura tal-ħtiġijiet tal-pajjiż għal finanzjarjament estern, kif identifikat b’kooperazzjoni mal-FMI fil-kuntest tal-Akkordju ta’ Riżerva tal-FMI (SBA) ta’ USD 1.17 biljun, fis-seħħ minn Ottubru 2008. L-assistenza proposta tkun ipprovduta nofs f’għotjiet u nofs f’selfiet. L-AMF ġdida tikkontribwixxi biex tgħin lill-Ġeorġja tindirizza l-konsegwenzi ekonomiċi tal-kunflitt mar-Russja u l-kriżi globali. L-AMF l-ġdida sejra tappoġġja l-aġenda tar-riforma ekonomika tal-gvern. Din tnaqqas il-vulnerabilità finanzjarja għal żmien qasir li għadha qed taffaċċja l-ekonomija, filwaqt li tappoġġja miżuri ta’ riforma li jimmiraw lejn l-ilħuq ta’ bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja aktar sostenibbli fi żmien medju. L-assistenza tippromwovi wkoll miżuri politiċi sabiex issaħħu l-immaniġjar tal-finanzi pubbliċi (li jibnu fuq dawk tal-operazzjoni preċedenti u tal-operazzjoni tal-UE għall-appoġġ settorjali tal-baġit), kif ukoll miżuri biex titrawwem l-integrazzjoni ekonomika u finanzjarja mal-UE, b’mod partikolari billi jisfruttaw il-potenzjal offrut mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fil-ġejjieni, li jimmira li jikkonkludi Ftehim estensiv u komprensiv dwar il-Kummerċ Ħieles bejn iż-żewġ partijiet. L-AMF proposta ġdida tkun eċċezzjonali u limitata fiż-żmien u hija maħsuba li timxi b’mod parallel mal-SBA. Din sejra tikkumplimenta l-appoġġ minn donaturi internazzjonali u bilaterali. |

120 | Kuntest ġenerali Fil-konsegwenza tax-xokk doppju minħabba l-kunflitt militari mar-Russja ta’ Awwissu 2008 u l-kriżi globali, l-ekonomija Ġeorġjana qiegħda turi sinjali ta’ rkupru. Wara sentejn ta’ tkabbir dgħajjef jew negattiv, l-2010 hija mistennija li tara l-qawmien mill-ġdid tal-attività ekonomika. Filwaqt li l-2009 rat kontrazzjoni tal-PDG reali minn 3.9%, l-ewwel nofs tal-2010 irreġistra żieda qawwija fit-tkabbir ta’ 6.6% (fuq bażi annwali). L-inflazzjoni annwali tal-IPK hija mistennija li żżid u tilħaq aktar minn 8% sa tmiem l-2010, filwaqt li tirrifletti parzjalment iż-żieda fil-prezzijiet taċ-ċereali importati. Wara l-irkupru ekonomiku, il-gvern iddeċieda li jirrestrinġi l-politika baġitarja u monetarja tiegħu. Skont il-programm miftiehem mal-FMI, id-defiċit fiskali għandu jitnaqqas minn 9.2% tal-PDG fl-2009 sa 6.3% fl-2010 u 4.8% tal-PDG fl-2011. Il-politika monetarja bdiet issir aktar stretta fis-Sajf, b’żieda moderata fir-rata tal-imgħax tal-politika ewlenija, sabiex tkun ikkontrollata l-inflazzjoni. Filwaqt li l-irkupru ekonomiku jidher li qiegħed jissoda, is-sitwazzjoni ekonomika tibqa’ vulnerabbli minħabba li l-finanzjament tal-defiċit kbir tal-kont kurrenti jibqa’ inċert. Billi dgħajfet id-domanda domestika, il-kriżi kkontribwixxiet għat-tnaqqis bin-nofs tad-defiċit fil-kont kurrenti fl-2009. Madankollu, id-defiċit jibqa’ kbir ħafna u huwa mbassar li jilħaq 12.0% tal-PDG fl-2010, u s-sitwazzjoni mhijiex mistennija li titjieb fl-2011. L-esportazzjonijiet tal-Ġeorġja jkomplu jsofru mill-embargo kummerċjali impost mir-Russja fl-2006 u estiż fl-2008. Għall-2010-11, il-finanzjament tal-kont kurrenti għadu inċert. L-influssi mill-IBD ġew affettwati b’mod negattiv mill-kriżi u huma pproġettati li jkomplu jonqsu fl-2010, filwaqt li mhuwiex mistenni rkupru kbir fl-influssi tal-IBD fl-2011. Din il-prestazzjoni diżappuntanti tal-influssi tal-IBD tpoġġi fir-riskju l-finanzjament tal-kont kurrenti u l-akkumulu ta’ riżervi ta’ valuti internazzjonali u turi li l-fiduċja ta’ investituri barranin, li waqgħet b’mod drammatiku minħabba l-kunflitt militari mar-Russja fl-2008, għadha ma reġgħetx inbniet. Dan jirrifletti wkoll it-telf tas-saħħa fil-proċess ta’ privatizzazzjoni, minħabba li ħafna mill-assi statali l-aktar attraenti diġà nbiegħu. Għalkemm ir-riżervi internazzjonali grossi rkupraw minn livell baxx ta’ USD 1.5 biljun milħuq matul il-kriżi għal USD 2.1 biljun fl-aħħar ta’ Settembru 2010, huma għadhom f’livell inferjuri, b’partikolari peress li dan l-irkupru ntlaħaq parzjalment permezz ta’ self mill-FMI. Ir-riżervi netti internazzjonali fil-fatt naqsu minn USD 850 miljun f’Settembru 2008 għal USD 740 miljun f’Settembru 2010. Vulnerabilità ulterjuri fil-bilanċ tal-pagamenti tirrigwarda l-livell għoli ta’ dejn pubbliku estern u ħtieġa sinifikanti għal estensjoni tad-dejn fis-snin li ġejjin. F’Settembru 2008, il-FMI approva Akkordju ta’ Riżerva ta’ 18-il xahar għall-Ġeorġja, li jiswa USD 750 miljun. Matul ir-reviżjoni tat-tielet programm, approvat mill-Bord Eżekuttiv tal-FMI f’Awwissu 2009, l-Akkordju ta’ Riżerva ġie estiż sal-14 ta’ Ġunju 2011 u l-pakkett ta’ finanzjament ġie miżjud, li jtella’ t-total tal-programm tal-Akkordju ta’ Riżerva għal USD 1.17 biljun. Il-programm jibqa’ skont kif ippjanat: fid-9 ta’ Lulju 2010, il-Bord tal-FMI lesta s-sitt reviżjoni tal-Akkordju ta’ Riżerva tal-FMI, u kkonkluda li r-rendiment skont il-programm kien sodisfaċenti ferm. Ir-reviżjoni tal-FMI li jmiss, li tgħaqqad is-seba’ u t-tmien reviżjoni, hija skedata għal Novembru 2010. Il-pakkett ta’ appoġġ ġenerali għall-2008-2010 imwiegħed mill-komunità internazzjonali tad-donaturi waqt il-Konferenza tad-Donaturi 2008 ammonta għal USD 4.5 biljun, li jinkludu biljun USD mill-Istati Uniti, USD 200 miljun mill-Ġappun, USD 173 miljun mill-Istati Membri tal-UE u USD 2.4 biljun mill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Multilaterali. L-impenn totali tas-settur pubbliku ammonta għal USD 2.6 biljun u l-iżborżi relatati ma’ dan l-impenn ingħataw prijorità kbira. |

n | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Xejn |

140 | Konsistenza mal-politiki u l-objettivi l-oħrajn tal-Unjoni Il-Ġeorġja huwa wieħed mill-pajjiżi sħab tal-UE fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV). Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV bejn l-UE u l-Ġeorġja ġie adottat f’Novembru 2006 għal perjodu ta’ ħames snin. L-Unjoni Ewropea għandha interess vitali li tara li jkun hemm stabilità, governanza aħjar u żvilupp ekonomiku fuq il-fruntieri tagħha tal-Lvant. Għal dan il-għan, l-inizjattiva tas-Sħubija tal-Lvant tnediet uffiċjalment mill-UE u sitt pajjiżi msieħba matul is-Samit ta’ Praga tas-7 Mejju 2009. Il-Kummissjoni Ewropea impenjat sa EUR 500 miljun f’assistenza lill-Ġeorġja fil-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi ta’ Ottubru 2008. Is-sorsi tal-iffinanzjar jinkludu ż-żewġ fondi pprogrammati taħt il-pakkett tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) u l-istrumenti ta’ kriżi, bħall-Istrument għall-Istabilità, l-Għajnunaa Umanitarja u l-Assistenza MakroFinanzjarja. Il-pakkett jipprovdi risposta diretta għat-tbatija ekonomika u soċjali li l-pajjiż ġarrab bħala riżultat tal-kunflitt militari f’Awwissu 2008 u l-konsegwenza tal-kriżi finanzjarja globali. L-AMF tal-UE tikkumplementa strumenti ta’ assistenza oħrajn billi tipprovdi appoġġ makroekonomiku għal żmien qasir lill-Ġeorġja fil-kuntest tal-Akkordju ta’ Riżerva appoġġjat mill-FMI. Hija tikkumplimenta wkoll l-appoġġ baġitarju tal-ENPI, li jikkontribwixxi biex ikopri l-ħtiġijiet għall-finanzjament tal-Ġeorġja u huwa marbut ma’ riformi settorjali speċifiċi. Il-proposta għal AMF ġdida lill-Ġeorġja hija konsistenti għal kollox mal-linji gwida għall-AMF, kif ipprovdut mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2002 dwar l-AMF u l-ittra ta’ appoġġ mill-President tal-Kunsill lill-President tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, u kif spjegat f’aktar dettall fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkompanja l-proposta tal-Kummissjoni, il-proposta hija konsistenti mal-linji gwida li ġejjin: karattru eċċezzjonali, prekundizzjonijiet politiċi, kumplimentarjetà, kundizzjonalità u dixxiplina finanzjarja. |

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt |

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati |

219 | L-AMF hija pprovduta bħala parti integrali tal-appoġġ internazzjonali għall-irkupru ekonomiku wara l-kunflitt tal-Ġeorġja. Is-servizzi tal-Kummissjoni kkooperaw mill-qrib mal-Bank Dinji fit-tħejjijiet għall-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi u saru konsultazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett impenjat mad-donaturi multilaterali u bilaterali. Fil-preparazzjoni ta’ din il-proposta għal AMF, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw mal-Fond Monetarju Internazzjonali. Il-Kummissjoni kkonsultat mal-Istati Membri tal-UE fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju qabel ma ssottomettiet il-proposta tagħha għal AMF. Il-Kummissjoni żammet ukoll kuntatt regolari mal-gvern Ġeorġjan. |

Ġabra u użu ta’ ħila esperta |

229 | Sejra titwettaq Valutazzjoni Operazzjonali li tivverifika l-kwalità u l-affidabilità taċ-ċirkwiti finanzjarji pubbliċi u l-proċeduri amministrattivi tal-Ġeorġja mill-Kummissjoni bl-assistenza ta’ esperti esterni. |

230 | Valutazzjoni tal-impatt L-AMF u l-programm ta’ aġġustament ekonomiku u riforma marbut magħha sejrin jgħinu biex jittaffew il-ħtiġijiet għal finanzjament fuq żmien qasir tal-Ġeorġja filwaqt li jappoġġaw il-miżuri politiċi mmirati lejn it-tisħiħ tal-bilanċ tal-pagamenti fuq terminu medju u s-sostenibbiltà fiskali, lejn iż-żieda tat-tkabbir sostenibbli u lejn il-promozzjoni tal-integrazzjoni ekonomika u l-konverġenza regolatorja mal-UE. Hija ser tgħin ukoll biex ittejjeb l-effiċjenza u t-trasparenza tal-immaniġjar tal-finanzi pubbliċi, billi tibni fuq l-impatt pożittiv tal-operazzjoni preċedenti tal-AMF fil-pajjiż. L-AMF sejra tappoġġja wkoll l-istabilizzazzjoni makroekonomika u l-politiki strutturali tal-programm miftiehem mal-FMI. |

Elementi legali tal-proposta |

305 | Sommarju tal-azzjoni proposta L-Unjoni Ewropea għandha tagħmel AMF disponibbli għall-Ġeorġja, li nofsha sejra tiġi pprovduta bħala għotjiet u nofsha bħala self, għal ammont massimu totali ta’ EUR 46 miljun. L-assistenza sejra tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet esterni residwi ta’ finanzjament 2009-2011 tal-Ġeorġja, kif identifikati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-istimi tal-FMI. L-assistenza hija ppjanata li tiġi żburżata fl-2011 f’żewġ pagamenti parzjali indaqs, kull wieħed minnhom jikkonsisti f’element ta’ għotja u ta’ self. L-assistenza sejra tiġi mmaniġjata mill-Kummissjoni. Sejrin jitqiesu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet oħra, konsistenti mar-Regolament Finanzjarju. L-iżborż tal-ewwel pagament parzjali huwa mistenni li jseħħ fl-ewwel trimestru tal-2011. It-tieni pagament parzjali, li jiddependi fuq għadd ta’ miżuri ta’ politika, jista' jiġi żborżata fit-tielet trimestru tal-2011. Bħas-soltu bl-istrument tal-AMF, l-iżborżi jkunu jiddependu fuq reviżjonijiet ta’ programm ta’ suċċess taħt l-Akkordju ta’ Riżerva tal-FMI. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ġeorġjani jaqblu fuq miżuri speċifiċi ta’ riforma strutturali fil-Memorandum ta’ Fehim. Fil-kuntest tal-operazzjonijiet preċedenti tal-AMF, is-servizzi tal-Kummissjoni ħadmu mill-qrib mal-awtoritajiet Ġeorġjani dwar riformi tal-immaniġjar tal-finanzi pubbliċi (MFP) li jimmiraw li jistabilixxu sistema tal-MFP aktar trasparenti, koerenti u responsabbli. Fl-operazzjoni tal-AMF l-ġdida, l-ambitu tal-kundizzjonalità tal-politika jitwessa’, b’mod partikolari għal miżuri immirati biex issaħħu l-integrazzjoni ekonomika u finanzjarja kif ukoll l-armonizzazzjoni regolatorja mal-UE f’oqsma magħżula, skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV u b’kunsiderazzjoni tal-kuntest il-ġdid maħluq mill-pjan li jiġi konkluż Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja. Wara l-implimentazzjoni b’suċċess tal-aħħar AMF, fejn l-awtoritajiet Ġeorġjani urew ir-rieda politika u l-kapaċità biex jimplimentaw riformi strutturali, il-Kummissjoni temmen li din it-tieni operazzjoni tal-AMF tikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-aġenda tal-gvern għal riformi strutturali. Il-kundizzjonijiet sejrin ikunu konsistenti mal-prijoritajiet tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV bejn l-UE u Ġeorġja. Id-deċiżjoni li tiġi żburżata nofs l-assistenza proposta f’għotjiet u n-nofs l-ieħor f’self hija ġġustifikata mil-livell ta’ żvilupp (kif imkejjel bid-dħul tagħha skont il-kapital) u l-indikaturi tad-dejn tal-Ġeorġja, u mit-titjib riċenti fis-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż. L-użu sħiħ ta’ għotjiet fl-operazzjoni ta’ qabel kellu jiġi mifhum bħala deċiżjoni eċċezzjonali ġustifikata miċ-ċirkostanzi diffiċli ħafna li l-Ġeorgja sab ruħu fihom lejn l-aħħar tal-2008. It-taħlita ta’ għotjiet u self hija wkoll konsistenti mal-fatt li għall-Bank Dinji, minn Jannar 2009, il-Ġeorġja kien pajjiż ta’ taħlit. Għall-operazzjonijiet li jmiss tal-Bank Dinji, il-pajjiż huwa mistenni li jirċievi terz tal-assistenza tal-Bank Dinji fl-għamla tas-self tal-IDA, filwaqt li żewġ terzi tal-assistenza huma mistennija li jiġu pprovduti fuq termini tal-IBRD. |

310 | Bażi legali Il-bażi legali għal din il-proposta huwa l-Artikolu 212 tat-TFUE. |

329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza mħallta tal-UE. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sal-punt li l-objettivi tar-restawr tal-istabilità makroekonomika għal perjodu ta’ żmien qasir fil-Ġeorġja ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar mill-Unjoni Ewropea. Ir-raġunijiet ewlenin huma l-limitazzjonijiet baġitarji milħuqa fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa għal koordinazzjoni tad-donaturi b’saħħitha sabiex tiġi massimizzata l-iskala tal-assistenza. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità |

331 | Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità: tillimita ruħha għall-minimu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ stabilità makroekonomika fuq perjodu ta’ żmien qasir u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop. |

332 | Kif identifikat mill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-istimi tal-FMI fil-kuntest tal-Akkordju ta’ Riżerva, l-ammont tal-assistenza jikkorrispondi għal 14% tad-distakk fil-finanzjament residwu għall-perjodu 2009-2011. Dan huwa meqjus bħala livell xieraq ta’ kondiviżjoni tal-piż għall-UE, minħabba l-assistenza mwiegħda lill-Ġeorġja mill-Istati Membri tal-UE u donaturi bilaterali u kredituri multilaterali oħrajn. |

L-għażla tal-istrumenti |

341 | Strumenti proposti: oħrajn. |

342 | Strumenti oħrajn ma jkunux adegwati minħabba li, fin-nuqqas ta’ regolament ta’ qafas għall-istrument tal-Assistenza MakroFinanzjarja, deċiżjonijiet ad hoc tal-Kunsill skont l-Artikolu 212 tat-TFUE huma l-uniku strument legali disponibbli għal din l-assistenza. Il-finanzjament jew assistenza teknika tal-proġetti ma jkunux xierqa biex jindirizzaw dawn l-għanijiet makroekonomiċi. Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE jkun biex itaffi r-restrizzjoni finanzjarja esterna u biex jgħin joħloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi jippromwovi bilanċ ta’ pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, u qafas xieraq għar-riformi strutturali. Billi tgħin biex jiġi stabilit qafas ġenerali xieraq għall-politiki makroekonomiċi u strutturali, l-AMF tista’ żżid l-effikaċja tal-azzjonijiet iffinanzjati fil-Ġeorġja taħt strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE ffokati b’mod aktar dejjaq. |

Implikazzjonijiet baġitarji |

401 | L-element ta’ għotja tal-assistenza ta’ EUR 23 miljun ikun iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-baġit 2011, taħt il-linja baġitarja 01 03 02 (Assistenza makroekonomika), bi ħlasijiet li jsiru fl-2011. B’mod konformi mar-Regolament tal-Fond ta’ Garanzija[2], il-proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija huwa mistenni li jseħħ fl-2013 u li jkun jammonta għal massimu ta’ EUR 2.1 miljun. Dan jikkorrispondi għal 9% tas-self ta’ EUR 23 miljun mistenni li jiġi żburżat fl-2011. |

Informazzjoni addizzjonali |

Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/terminazzjoni |

533 | Il-proposta tinkludi klawżola ta’ terminazzjoni. L-AMF proposta sejra tkun magħmla disponibbli għal 2.5 snin li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta’ Fehim. |

1. 2010/0390 (COD)

Proposta għal

DE ĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[3],

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-Parlamenti Nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[4],

Billi:

2. Ir-relazzjonijiet bejn il-Ġeorġja u l-Unjoni Ewropea qegħdin jiżviluppaw fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Fl-2006, l-UE u l-Ġeorġja qablu dwar Pjan ta’ Azzjoni għal Politika Ewropea tal-Viċinat li jidentifika l-prijoritajiet fuq perjodu ta’ żmien medju fir-relazzjonijiet bejn l-UE u Ġeorġja. Fl-2010, l-UE u l-Ġeorġja niedew in-negozjati ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li huwa mistenni li jieħu post il-Ftehim eżistenti ta’ Sħubija u Kooperazzjoni. Il-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ġeorġja huwa msaħħaħ aktar bis-Sħubija tal-Lvant li għadu kemm tnieda.

3. Fl-1 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill Ewropew straordinarju ikkonferma r-rieda tal-UE li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-UE u Ġeorġja fil-konsegwenzi tal-kunflitt armat ta’ Awwissu 2008 bejn il-Ġeorġja u r-Russja.

4. L-ekonomija Ġeorġjana ġiet affettwata mill-kriżi finanzjarja internazzjonali sa mit-tielet trimestru tal-2008, b’nuqqas fil-produzzjoni, tnaqqis fid-dħul fiskali u żieda fil-ħtiġijiet esterni ta’ finanzjament.

5. Fil-Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi li saret f’Ottubru 2008, il-komunità internazzjonali wegħdet appoġġ għall-irkupru ekonomiku tal-Ġeorġja skont il-Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet Konġunta mwettqa min-Nazzjonijiet Uniti u mill-Bank Dinji.

6. L-Unjoni Ewropea ħabbret sa EUR 500 miljun f’assistenza għall-Ġeorġja.

7. L-aġġustament u l-irkupru ekonomiku tal-Ġeorġja huwa appoġġjat permezz ta’ assistenza finanzjarja tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI). F’Settembru 2008, l-awtoritajiet tal-Ġeorġja ftehmu mal-FMI fuq Akkordju ta’ Riżerva ta’ USD 750 miljun biex jappoġġa lill-ekonomija Ġeorġjana sabiex tikseb l-aġġustament meħtieġ għall-kriżi ekonomika.

8. Wara aktar deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u reviżjoni neċessarja tas-suppożizzjonijiet ekonomiċi sottostanti tal-programm kif ukoll tal-ħtiġijiet ogħla ta’ finanzjament barrani, intlaħaq qbil bejn il-Ġeorġja u l-FMI għal estensjoni ta’ USD 424 miljun tal-Akkordju ta’ Riżerva, li ġie approvat f’Awwissu 2009 mill-Bord tal-FMI.

9. Fl-2010-2012, l-Unjoni Ewropea biħsiebha tipprovdi taħt l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija (ENPI), għotjiet ta’ appoġġ baġitarju ta’ total ta’ EUR 37 miljun kull sena.

10. Il-Ġeorġja talbet assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni Ewropea fid-dawl tad-deterjorazzjoni fis-sitwazzjoni u l-prospetti ekonomiċi.

11. Minħabba li għad hemm lakuna finanzjarja residwa fil-bilanċ tal-pagamenti, l-assistenza makrofinanzjarja titqies bħala rispons xieraq għat-talba tal-Ġeorġja fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali sabiex tiġi appoġġata l-istabilizzazzjoni ekonomika flimkien mal-programm tal-FMI attwali.

12. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex sempliċement tissupplimenta l-programmi u r-riżorsi mill-FMI u l-Bank Dinji, iżda għandha tiżgura l-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni.

13. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-miżuri meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u politiki oħrajn rilevanti tal-Unjoni.

14. L-għanijiet speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom isaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabilità. Dawn l-għanijiet għandhom jiġu mmonitorjati regolarment mill-Kummissjoni.

15. Il-kundizzjonijiet sottostanti għall-provvediment ta’ assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni għandhom jirriflettu l-prinċipji u l-għanijiet ewlenin tal-politika tal-Unjoni rigward il-Ġeorġja.

16. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effiċjenti tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea marbuta ma’ din l-assistenza makrofinanzjarja, huwa meħtieġ li l-Ġeorġja tadotta miżuri xierqa rigward il-prevenzjoni ta’, u l-ġlieda kontra, frodi, korruzzjoni u irregolaritajiet oħra marbutin ma’ din l-assistenza. Huwa wkoll meħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi għal kontrolli xierqa u li l-Qorti tal-Awdituri tipprovdi għal awditi xierqa.

17. Ir-rilaxx tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea huwa bla ħsara għall-poteri tal-awtorità baġitarja.

18. Din l-assistenza għandha tiġi mmaniġjata mill-Kummissjoni. Sabiex tiżgura li l-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jkunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tinformahom regolarment dwar żviluppi relatati mal-assistenza u għandha tipprovdihom bid-dokumenti rilevanti.

19. Skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mill-Kummissjoni għandhom jiġu stabiliti bil-quddiem permezz ta’ regolament adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Sakemm isseħħ l-adozzjoni ta’ dak ir-regolament ġdid, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni[5] tkompli tapplika, bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, li mhijiex applikabbli,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

20. L-Unjoni Ewropea għandha tagħmel assistenza finanzjarja disponibbli għall-Ġeorġja, b’ammont massimu ta’ EUR 46 miljun, sabiex tappoġġa l-istabilizzazzjoni ekonomika tal-Ġeorġja u tkopri l-ħtiġijiet tagħha tal-bilanċ tal-pagamenti kif identifikat fil-programm attwali tal-FMI. Minn dan l-ammont, sa EUR 23 miljun għandu jiġi pprovdut fil-forma ta’ għotjiet u sa EUR 23 miljun fil-forma ta’ self. Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja proposta huwa soġġett għall-approvazzjoni tal-Baġit 2011 mill-Awtorità Baġitarja.

21. Sabiex tiffinanzja l-komponent tas-self tal-assistenza, il-Kummissjoni hija awtorizzata li tissellef ir-riżorsi meħtieġa f’isem l-Unjoni Ewropea. Is-self għandu jkollu maturità massima ta’ 15-il sena.

22. Ir-rilaxx tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea għandu jkun amministrat mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mal-ftehimiet jew akkordji milħuqa bejn l-FMI u l-Ġeorġja u mal-prinċipji u l-għanijiet ewlenin tar-riforma ekonomika stabiliti fil-Ftehim tas-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u Ġeorġja. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, bl-iżviluppi fl-immaniġjar tal-assistenza u għandha tipprovdihom bid-dokumenti rilevanti.

23. L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun magħmula disponibbli għal sentejn u sitt xhur li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta’ Fehim li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2(1).

Arti kolu 2

1. Il-Kummissjoni, li taġixxi skont il-proċedura konsultattiva li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6(2), għandha tkun mogħtija s-setgħa li taqbel mal-awtoritajiet tal-Ġeorġja dwar il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji mehmuża mal-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni Ewropea, li għandhom jiġu stabiliti f’Memorandum ta’ Fehim li għandu jinkludi perjodu ta’ żmien għat-twettiq tagħhom (minn hawn ’il quddiem “Memorandum ta’ Fehim”). Il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew akkordji msemmija fl-Artikolu 1(3). Dawn il-kundizzjonijiet sejrin jimmiraw, b’mod partikolari, li jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabilità tal-assistenza, inklużi sistemi ta’ mmaniġjar tal-finanzi pubbliċi fil-Ġeorġja. Il-progress biex jintlaħqu dawn l-għanijiet għandu jiġi mmonitorjat regolarment mill-Kummissjoni. Il-patti dettaljati dwar l-assistenza finanzjarja għandhom jiġu stabiliti fil-Ftehim tal-Għotja u l-Ftehim ta’ Self li għandhom jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Ġeorġja.

2. Matul l-implimentazzjoni tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-validità tal-akkordji finanzjarji tal-Ġeorġja, il-proċeduri amministrattivi u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni u esterni li huma rilevanti għal din l-assistenza u l-aderenza mal-perjodu ta’ żmien miftiehem.

3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari li l-politiki ekonomiċi tal-Ġeorġja jkunu skont l-għanijiet tal-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni Ewropea u li l-kundizzjonijiet miftiehma tal-politika ekonomika qegħdin jiġu mħarsa b’mod sodisfaċenti. Billi tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji, u, fejn meħtieġ, mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.

Arti kolu 3

1. Soġġett għall-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun magħmula disponibbli mill-Kummissjoni lil Ġeorġja f’żewġ pagamenti parzjali, li kull waħda minnhom jikkonsisti f’element ta’ għoti u element ta’ self. Id-daqs ta’ kull pagament parzjali għandu jiġi stabilit fil-Memorandum ta’ Fehim.

2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagamenti parzjali f’fażijiet soġġett għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika miftiehma fil-Memorandum ta’ Fehim. L-iżborż tat-tieni pagament parzjali ma għandux iseħħ aktar kmieni minn tliet xhur wara li jinħareġ l-ewwel pagament parzjali.

3. Il-fondi tal-Unjoni Ewropea għandhom jitħallsu lill-Bank Nazzjonali tal-Ġeorġja. Soġġett għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu miftiehma fil-Memorandum ta’ Fehim, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu ttrasferiti lit-Teżor tal-Ġeorġja bħala l-benefiċjarju finali.

Arti kolu 4

1. L-operazzjonijiet tal-għoti jew teħid tas-self relatati mal-komponent ta’ selfa tal-assistenza mill-Unjoni Ewropea għandhom isiru fil-munita euro bl-użu tal-istess data tal-valur u ma għandhomx jinvolvu lill-Unjoni Ewropea fit-trasformazzjoni tal-maturitajiet, fi kwalunkwe riskju fir-rata tal-kambju jew tal-imgħax, jew fi kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor.

2. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa, jekk il-Ġeorġja titlob dan, biex tiżgura li klawsola dwar ħlas kmieni tiġi inkluża fil-patti u l-kundizzjonijiet tas-self u li tkun appoġġjata minn klawsola korrispondenti fil-patti u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet tat-teħid ta’ self.

3. Fuq talba tal-Ġeorġja u fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax tas-selfa, il-Kummissjoni tista’ tirrifinanzja t-teħidiet ta' self inizjali kollha tal-Ġeorġja jew parti minnhom jew tirristruttura l-kundizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament jew ta’ ristrutturar għandhom jitwettqu skont il-kundizzjonijiet stabiliti fil-paragrafu 1 u ma għandux ikollhom l-effett li jestendu l-maturità medja tat-teħid ta’ self konċernat jew li jżidu l-ammont tal-kapital pendenti fid-data tar-rifinanzjament jew ristrutturar.

4. Il-kostijiet kollha sostnuti mill-Unjoni Ewropea li huma relatati mal-operazzjonijiet tal-għoti jew teħid ta’ self skont din id-Deċiżjoni għandhom jiġġarrbu mill-Ġeorġja.

5. Il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandhom jinżammu informati bl-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Arti kolu 5

L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni Ewropea għandha tiġi implimentata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6] u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu. B’mod partikolari, il-Memorandum ta’ Fehim, il-Ftehim ta’ Self u l-Ftehim tal-Għotja li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet tal-Ġeorġja għandhom jipprovdu miżuri xierqa fir-rigward tal-prevenzjoni ta’, u l-ġlieda kontra, l-frodi, l-korruzzjoni u irregolaritajiet oħra li jaffettwaw l-assistenza. Sabiex jiżguraw trasparenza akbar fl-immaniġjar u l-iżborż tal-fondi, il-Memorandum ta’ Fehim, il-Ftehim ta' Self u l-Ftehim tal-Għotja għandhom jipprovdu wkoll kontrolli, inklużi kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet, li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi. Għandhom barra minn hekk jipprovdu awditi, inkluż fejn xieraq awditi fuq il-post, mill-Qorti tal-Awdituri.

Arti kolu 6

24. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

25. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Arti kolu 7

26. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena preċedenti, inkluż l-evalwazzjoni tiegħu. Ir-rapport għandu jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet tal-politika kif stipulati fil-Memorandum ta’ Fehim, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tal-Ġeorġja u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-pagamenti parzjali f’fażijiet tal-assistenza.

27. Mhux aktar tard minn sentejn wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ disponibilità msemmi fl-Artikolu 1(4), il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ex post .

Arti kolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il - Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President […] […]

Anness 3: DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI

QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Titl u tal-proposta/inizjattiva

Assistenza makrofinanzjarja lill-Ġeorġja

Qasam/oqsma tal-politika konċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[7]

Qasam tal-politika: Titolu 01 – Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Attività: 03 – Affarijiet internazzjonali ekonomiċi u finanzjarji

Natura tal-proposta/inizjattiva

X Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

( Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[8]

( Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda l-estenzjoni ta’ azzjoni eżistenti

( Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni dirottata lejn azzjoni ġdida

Għanijiet

L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva:

“Il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE”

L-oqsma ewlenin tal-attività relatata tad-DĠ ECFIN jirrigwardaw:

1. It-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat permezz tal-approfondiment tal-analiżi ekonomika u t-tisħiħ tad-djalogu politiku u parir dwar l-aspetti ekonomiċi tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni.

2. L-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja għal pajjiżi terzi sħab, f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali rilevanti.

Għan/għanijiet speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernati

Għan speċifiku Nru 3: “L-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi biex isolvu l-kriżijiet tagħhom tal-bilanċ tal-pagamenti u jirrestawraw s-sostenibbiltà tad-dejn estern”

Attività tal-ABM/ABB konċernata : Relazzjonijiet Internazzjonali Ekonomiċi u Finanzjarji, governanza globali.

Riżultat(i) mistennija u l-impatt

L-assistenza proposta tikkonsisti f’selfa mill-UE ta’ EUR 23 miljun u għotja sa EUR 23 miljun lill-Ġeorġja (l-għotja li għandha tiġi ffinanzjata mill-Baġit Ġenerali), bil-għan li tikkontribwixxi għal bilanċ tal-pagamenti aktar sostenibbli. L-assistenza sejra tgħin lill-pajjiż jegħleb it-tbatijiet ekonomiċi u soċjali mġarrba bħala riżultat tal-kunflitt militari f’Awwissu 2008 u l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja globali. Din ser tippromwovi wkoll riformi strutturali mmirati biex iżidu t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, it-titjib tal-immaniġjar tal-finanzi pubbliċi u t-tisħiħ tal-integrazzjoni ekonomika u l-approssimazzjoni regolatorja mal-UE.

Twettqet evalwazzjoni ex ante (ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkompanja l-proposta tal-Kummissjoni) mis-servizzi tal-Kummissjoni f’Settembru-Ottubru 2010 (mill-Unità D2 tad-Direttorat Ġenerali tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji). Din ikkonkludiet li l-assistenza makrofinanzjarja mill-UE kienet ġustifikata.

Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

L-awtoritajiet, b’mod partikolari l-Ministeru tal-Finanzi, sejrin ikunu meħtieġa li jirrapportaw fuq sett ta’ indikaturi lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari. Huma sejrin jipprovdu wkoll rapport komprensiv dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ politika miftiehma qabel l-iżborż tat-tieni pagament parzjali tal-assistenza.

Is-servizzi tal-Kummissjoni sejrin ikomplu jimmonitorjaw l-immaniġjar tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi li qegħdin jitwettqu fil-Ġeorġja fil-preparazzjoni ta’ din l-operazzjoni. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea lill-Ġeorġja sejra tipprovdi wkoll rapportar regolari dwar kwistjonijiet li huma rilevanti għall-monitoraġġ tal-assistenza. Is-servizzi tal-Kummissjoni sejrin jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-FMI u l-Bank Dinji sabiex jibbenefikaw mill-għarfien tagħhom mill-attivitajiet kurrenti fil-Ġeorġja.

Evalwazzjoni ex post indipendenti dwar l-assistenza makrofinanzjarja mill-UE pprovduta lill-Ġeorġja 2006-2008 ġiet iffinalizzata f’Jannar 2010. L-operazzjoni tal-AMF implimentata bejn l-aħħar tal-2009 u nofs l-2010 sejra tkun soġġetta għal evalwazzjoni ex post fl-2011. L-operazzjoni attwali sejra tkun soġġetta għal evalwazzjoni ex post fi żmien sentejn wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tagħha.

Fid-deċiżjoni proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, hu previst rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, li jinkludi evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din l-operazzjoni ta’ assistenza.

Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

Rekwiżit(i) li għandhom jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil

L-iżborż tal-assistenza sejjer jiddependi fuq rekord sodisfaċenti fl-implimentazzjoni tal-arranġament attwali ta’ tliet snin miftiehem bejn il-Ġeorġja u l-FMI taħt l-Akkordju ta’ Riżerva (SBA). Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha taqbel mal-awtoritajiet Ġeorġjani fuq għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika li għandhom jiġu ssodisfati qabel ma jingħata t-tieni pagament parzjali mill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri ta’ politika għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet magħmula mill-Ġeorġja mal-FMI. Qabel ma jingħata t-tieni pagament parzjali tal-assistenza, is-servizzi tal-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, għandhom jivverifikaw li l-kundizzjonijiet tal-politika ġew issodisfati.

Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Billi tgħin lill-pajjiż jegħleb ix-xokk ekonomiku kkawżat mill-kunflitt mar-Russja u l-kriżi globali, l-AMF tal-UE proposta sejra tikkontribwixxi biex tippromwovi l-istabilità makroekonomika u politika fil-viċinat tal-Lvant /fir-reġjun tas-Sħubija tal-Lvant u rabtiet ekonomiċi u politiċi iktar mill-qrib bejn il-Ġeorġja u l-UE. Billi tikkomplimenta r-riżorsi magħmula disponibbli mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u donaturi oħrajn, din tikkontribwixxi għall-effikaċja ġenerali tal-pakkett ta’ appoġġ finanzjarju miftiehem mill-komunità internazzjonali tad-donaturi fil-konsegwenzi tal-kriżi.

Minbarra l-impatt finanzjarju tal-AMF, il-programm propost sejjer isaħħaħ l-impenn ta’ riforma tal-Gvern u l-aspirazzjoni tiegħu lejn relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-UE. F’kuntest usa’, l-azzjoni proposta tidħol sew fl-approċċ ġenerali tal-UE lejn il-Ġeorġja, li huwa wieħed ta’ impenn akbar, kif rifless fil-ftuħ tan-negozjati dwar Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li komponent ewlieni tiegħu se tkun il-konklużjoni tal-Żona ta’ Kummerċ Ħieles fil-Fond u Komprensiva.

L-operazzjoni tal-AMF żżid valur għall-involviment tal-UE fil-Ġeorġja minħabba li hija mobilizzata biex tgħin lill-Ġeorġja biex titratta diffikultajiet serji tal-bilanċ tal-pagamenti fuq perjodu ta’ żmien qasir. Hija mistennija li tgħin biex toħloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċ ta’ pagamenti sostenibbli u sitwazzjoni baġitarja. L-assistenza ssaħħaħ l-implimentazzjoni ta’ miżuri qawwija ta’ aġġustament u riforma strutturali sabiex tirrimedja dawn id-diffikultajiet. L-assistenza ġenerali tal-appoġġ baġitarju, kif ipprovdut skont l-ENPI, għandha objettivi iktar fit-tul orjentati lejn l-iżvilupp u ma tkunx xierqa bħala strument ta’ appoġġ għall-bilanċ ta’ pagamenti fuq perjodu ta’ żmien qasir.

Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat

Evalwazzjoni esterna riċenti ta’ assistenza simili pprovduta lill-Ġeorġja fil-passat tindika li l-prattika ta’ għażla ta’ għadd limitat ta’ riformi strutturali ewlenin kienet ta’ suċċess u tissuġġerixxi li din il-prattika titkompla b’monitoraġġ xieraq u djalogu dwar il-politika mill-qrib li jinżamm matul il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-assistenza. Barra minn hekk, riżultati tajbin fl-aġenda ta’ riforma ġenerali matul l-operazzjoni preċedenti tal-AMF tippermetti lill-Kummissjoni sabiex issegwi l-istess orjentazzjoni għall-operazzjoni proposta.

Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

Rigward il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħrajn tal-UE, il-pakkett tal-UE ta’ assistenza lill-Ġeorġja jinkludi fondi pprogrammati taħt il-pakkett tal-ENPI u l-istrumenti ta’ kriżi (l-Istrument għall-Istabilità, l-Għajnuna Umanitarja u l-AMF). Il-pakkett jinkludi wkoll il-kostijiet għall-Missjoni ta’ Monitoraġġ Ċivili tal-UE fil-Ġeorġja. Permezz tal-appoġġ baġitarju settorjali programmat, il-pakkett tal-ENPI s’issa appoġġa riformi fil-qasam tal-immaniġjar tal-finanzi pubbliċi, is-settur tal-ġustizzja kriminali, l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ u l-iżvilupp reġjonali. Għall-perjodu 2011-2013 ġie allokat pakkett ġdida tal-ENPI ta’ EUR 180 miljun. Il-valur ewlieni miżjud tal-AMF meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE jkun li jgħin biex joħloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi jippromwovi l-bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, u qafas xieraq għar-riformi strutturali.

L-AMF ma tipprovdix appoġġ finanzjarju regolari u lanqas ma hija maħsuba biex tappoġġja l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi riċevituri. L-AMF għandha titwaqqaf hekk kif il-qagħda finanzjarja esterna tal-pajjiż tkun inġiebet lura fi triq sostenibbli. Wara, strumenti regolari ta’ assistenza b’kooperazzjoni mill-UE huma maħsuba li jidħlu fis-seħħ, b’mod partikolari l-appoġġ dirett baġitarju previst taħt ir-Regolament tal-ENPI.

L-AMF hija maħsuba wkoll li tkun kumplimentari mal-interventi mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali; b’mod partikolari l-programmi appoġġati mill-FMI dwar aġġustament u riforma. L-assistenza ta’ natura makroekonomika tingħata biss jekk il-kundizzjonijiet ta’ politika ekonomika u finanzjarja jiġu ssodisfati.

Durata u impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

- X Proposta/inizjattiva fis-seħħ: għal 2.5 snin mid-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta’ Fehim, kif iddikjarat fl-Art 2(1) tad-Deċiżjoni proposta.

- ( Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

( Proposta/inizjattiva ta’ durata mingħajr limitu

- Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-SSSS sal-SSSS,

- segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

M etodu/i ta’ mmaniġjar previst(i)[9]

X Immaniġjar ċentralizzat dirett mill-Kummissjoni

( Immaniġjar ċentralizzat indirett bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

- ( aġenziji eżekuttivi

- ( korpi stabiliti mill-Unjoni[10]

- ( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

- ( persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

( Immaniġjar kondiviż mal-Istati Membri

( Immaniġjar deċentralizzat ma’ pajjiżi terzi

( Immaniġjar kondiviż ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali

Jekk tindika iktar minn mod wieħed ta’ mmaniġjar, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti :

Sejra tiġi mfittxa kooperazzjoni attiva mid-Delegazzjonijiet tal-UE fil-monitoraġġ tal-assistenza.

M IŻURI TA’ MMANIĠJAR

Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

Din l-assistenza hija ta’ natura makroekonomika u l-pjan tagħha huwa konsistenti mal-programm ekonomiku appoġġat mill-FMI. Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni sejjer iseħħ fuq il-bażi tal-progress fl-implimentazzjoni tal-arranġament SBA u miżuri ta’ riforma speċifiċi li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet Ġeorġjani f’Memorandum ta’ Fehim. L-awtoritajiet, b’mod partikolari, il-Ministeru tal-Finanzi, sejrin ikunu meħtieġa li jirrapportaw fuq sett ta’ indikaturi għas-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi trimestrali u sejrin jipprovdu rapport ta’ konformità komprensiv qabel l-iżborż tat-tieni pagament parzjali tal-operazzjoni.

Is-servizzi tal-Kummissjoni sejrin ikomplu jimmonitorjaw l-immaniġjar tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi li sejrin jitwettqu mill-Ġeorġja f’Diċembru 2010 fil-preparazzjoni ta’ din l-operazzjoni. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea lill-Ġeorġja sejra tipprovdi wkoll rapportar regolari dwar kwistjonijiet li huma rilevanti għall-monitoraġġ tal-assistenza. Is-servizzi tal-Kummissjoni sejrin jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-FMI u l-Bank Dinji biex jibbenefikaw mill-attivitajiet għaddejjin tagħhom fil-Ġeorġja.

Huwa previst rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew fid-deċiżjoni proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, jinkludi valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din l-operazzjoni ta’ assistenza. Barra minn hekk, evalwazzjoni ex post indipendenti tal-assistenza hija ppjanata li titwettaq mill-Kummissjoni jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħha fi żmien sentejn wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ implimentazzjoni.

Sistema ta’ mmaniġjar u ta’ kontroll

Risk ji identifikati

Hemm riskji fiduċjarji, ta’ politika u politiċi relatati ma’ din l-operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja.

Hemm riskju li l-assistenza makrofinanzjarja, li mhijiex iddedikata għal spejjeż speċifiċi (għall-kuntrarju tal-finanzjament ta’ proġett, pereżempju), tista’ tintuża dolożament. F’termini ġenerali, dan ir-riskju huwa relatat ma’ fatturi bħall-indipendenza tal-bank ċentrali, il-kwalità tas-sistemi ta’ mmaniġjar u proċeduri amministrattivi, funzjonijiet ta’ kontroll u sorveljanza fiċ-ċirkwiti finanzjarji, is-sigurtà tas-sistemi tal-IT, u l-kapaċitajiet adegwati ta’ awditjar intern u estern.

F’dak li jirrigwarda riskji ta’ politika, is-suppożizzjoni prinċipali hija li l-Gvern tal-Ġeorġja sejjer jibqa’ impenjat skont l-aġġustament fiskali u l-konformità mal-ftehim tiegħu mal-FMI. Dan sejjer jiġi vvalidat fuq il-bażi ta’ monitoraġġ regolari mill-FMI tal-indikaturi tal-prestazzjoni u l-punti ta’ riferiment strutturali. Hemm riskju li l-Gvern tal-Ġeorġja ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet tal-programm tal-FMI, minħabba li jista’ jirriżulta aktar diffiċli li jintlaħqu l-miri tal-programm milli kien preżunt u minħabba li l-kundizzjonijiet politiċi fil-pajjiż jistgħu jinbidlu. Madankollu, l-awtoritajiet urew impenn qawwi li jaħdmu ma’ istituzzjonijiet internazzjonali sabiex jimplimentaw l-aġenda ta’ riforma.

Il-konsolidazzjoni tar-riformi u l-istituzzjonijiet demokratiċi hija fil-qalba tar-relazzjonijiet tal-UE mal-Ġeorġja. Hemm xi nuqqasijiet fl-indipendenza tal-ġudikatura u jeħtieġ li jissaħħaħ l-isfond tal-midja pluralistika. Il-proċess li għadu għaddej tar-riforma Kostituzzjonali huwa ta’ inkoraġġiment iżda jeżistu inċertezzi dwar id-direzzjoni finali li sejjer jieħu. Elezzjonijiet parlamentari nazzjonali huma skedati għall-2012, filwaqt li l-elezzjonijiet presidenzjali huma dovuti fl-2013. B’mod ġenerali, ir-riskji tal-instabilità politika jew treġġigħ lura tar-riformi demokratiċi jibqgħu maniġjabbli.

Fl-aħħarnett, in-nuqqas biex isibu riżoluzzjoni paċifika għall-kunflitt militari mar-Russja jirrappreżenta riskju politiku sinifikanti.

Metodi ta’ kontroll maħsuba

L-assistenza makrofinanzjarja sejra tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar taħt ir-responsabilità tal-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

M iżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Is-servizzi tal-Kummissjoni implimentaw programm kontinwu ta’ Valutazzjonijiet Operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u proċeduri amministrattivi fil-pajjiżi terzi kollha li jibbenefikaw mill-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex jissodisfaw l-eżiġenzi li joħorġu mir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-konklużjonijiet tal-Valutazzjonijiet ta’ Salvagwardja tal-FMI disponibbli u ta’ rapporti rilevanti oħra tal-FMI u l-Bank Dinji huma kkunsidrati wkoll.

Fil-Ġeorġja, kmieni f’Diċembru 2010, is-servizzi tal-Kummissjoni, bl-appoġġ ta’ esperti esterni maħtura kif xieraq, sejrin iwettqu valutazzjoni operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Bank Nazzjonali tal-Ġeorġja. Din ir-reviżjoni sejra tkopri oqsma bħall-istruttura u l-organizzazzjoni tal-immaniġjar, l-immaniġjar u l-kontroll tal-fondi, is-sigurtà tas-sistemi tal-IT, kapaċità ta’ awditjar intern u estern kif ukoll l-indipendenza tal-bank ċentrali. Din sejra tivverifika l-validità tal-aħħar valutazzjoni operazzjonali mwettqa fl-2005 li kkonkludiet li l-qafas għal immaniġjar finanzjarju sod huwa l-aktar effikaċi. B’mod partikolari, hija kkonkludiet li l-Ministeru tal-Finanzi huwa effettiv fir-rigward tal-kontroll baġitarju, iżda jeħtieġ li jissaħħaħ u jiġi żviluppat fir-rigward tal-kontroll intern fi ħdan l-organizzazzjonijiet baġitarji u l-awditjar intern u estern. Hija kkonkludiet ukoll li l-qafas għal immaniġjar finanzjarja sod fi ħdan il-Bank Nazzjonali tal-Ġeorġja kien effikaċi.

Il-bażi ġuridika proposta għall-assistenza makrofinanzjarja lill-Ġeorġja tinkludi dispożizzjoni dwar il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi. Dawn il-miżuri sejrin jiġu elaborati aktar f’Memorandum ta’ Fehim. Huwa maħsub illi għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika sejrin jiġu mehmuża mal-assistenza, prinċipalment fil-qasam tal-immaniġjar tal-finanzi pubbliċi, bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabilità.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni bi ħsiebha tenfasizza riformi fl-immaniġjar tal-finanzi pubbliċi fil-kundizzjonalità ta' politika marbuta ma’ din l-operazzjoni.

IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwata/i

- Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti:

01 03 02: Assistenza makroekonomika

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta’ nefqa | Kontribuzzjoni |

Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] | AD/AMD ([11]) | mill-pajjiżi tal-EFTA[12] | Mill-pajjiżi kandidati[13] | mill- pajjiżi terzi | skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

4 | 01 03 02 01 Assistenza makroekonomika | LE | LE | LE | LE | LE |

01 04 01 14 – Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta’ nefqa | Kontribuzzjoni |

Numru [Intestatura………………………...………..] | Diff./mhux diff. | mill-pajjiżi tal-EFTA | Mill-pajjiżi kandidati | mill-pajjiżi terzi | skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju |

4 | 01 04 01 14 Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija | AD | LE | LE | LE | LE |

Il-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni għandu jiġi allokat skont il-Regolament tal-Fond, kif emendat. F’konformità ma’ dan ir-Regolament, is-selfiet huma bbażati fuq l-ammont pendenti fi tmiem is-sena. L-ammont tal-proviżjonament huwa kkalkolat fil-bidu tas-sena “n” bħala d-differenza bejn l-ammont immirat u l-assi netti tal-Fond fl-aħħar tas-sena “n-1”. Dan l-ammont tal-proviżjonament huwa introdott fis-sena “n” fil-baġit preliminari “n +1” u għandu jitħallas effettivament fi transazzjoni waħda fil-bidu tas-sena “n +1” mill-“proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija” (linja baġitarja 01 04 01 14). Bħala riżultat ta’ dan, 9% (massimu ta’ EUR 2.1 miljun) tal-ammont effettivament żburżat sejjer jitqies fl-ammont immirat fit-tmiem tas-sena “n-1” għall-kalkolu tal-proviżjonament tal-Fond.

01 04 01 04 – Garanzija tal-Unjoni Ewropea għal self tal-UE miġbur għal assistenza makrofinanzjarja lill-pajjiżi terzi.

L-annotazzjoni baġitarja (“p.m.”) li tirrifletti l-garanzija baġitarja għas-self (EUR 23 miljun) sejra tiġi attivata biss fil-każ ta’ sejħa effettiva fuq il-garanzija. Mhuwiex mistenni li tissejjaħ il-garanzija baġitarja.

- Linji baġitarji ġodda mitluba: mhux applikabbli.

Impatt stmat fuq in-nefqa

S ommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | 4 | 01 03 02 Assistenza makroekonomika |

EUR

( Karigi fil-pjan ta’ stabiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) |

Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni) | 0.33 | 0.33 | 0.33 |

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) | - | - | - |

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) | - | - | - |

10 01 05 01 (Riċerka diretta) | - | - | - |

( Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)[18] |

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-“pakkett globali”) | - | - | - |

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) |

10 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) |

Linji baġitarji oħra (speċifika) |

TOTAL | 0.33 | 0.33 | 0.33 |

- XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu baġitarju konċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa sejrin jiġu ssodisfati mill-persunal mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-immaniġjar tal-azzjoni u/jew ġew użati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien jekk meħtieġ ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji. Il-kost tal-persunal meħtieġ huwa stmat fuq il-bażi ta’ 30% tan-nefqa annwali għal grad uffiċjali ta’ AD5 - AD12

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji | Eż. tħejjija ta’ memoranda ta’ fehim u ftehimiet ta’ għotja, koordinazzjoni mal-awtoritajiet u l-IFIs, koordinazzjoni ma’ esperti esterni għall-valutazzjonijiet operazzjonali, twettiq ta’ missjonijiet ta’ analiżi u tħejjija ta’ rapporti tal-persunal tal-Kummissjoni, tħejjija ta’ proċeduri tal-Kummissjoni marbuta mal-immaniġjar tal-assistenza |

Persunal estern | Mhux applikabbli |

Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multianwali attwali

- X Proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

- ( Proposta/inizjattiva sejra tinvolvi r-riprogrammar tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

- ( Proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanazjarju multiannwali[21].

Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

- Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

Impatt stmat fuq id-dħul

- X Proposta/inizjattiva ma għandha ebda impatt fuq id-dħul.

- ( Proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

- ( fuq ir-riżorsi proprji

- ( fuq dħul mixxellanju

[1] L-assistenza totali impenjata f’din il-Konferenza tad-Donaturi mill-KE ammontat sa EUR 500 miljun u kienet immirata biex tappoġġja l-ekonomija Ġeorġjana fil-konsegwenzi tal-kunflitt armat mar-Russja f’ Awwissu 2008 u fil-kuntest tal-kriżi globali finanzjarja.

[2] L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterna (verżjoni kodifikata). Il-proviżjonament huwa approprjat mill-“proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija” (linja baġitarja 01 04 01 14).

[3] ĠU C […], […], p. […].

[4] Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ … 2010 u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ … 2010.

[5] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[6] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

[7] ABM: Maniġjar Bażat fuq l-Attivitajiet – ABB: Baġittjar Bażat fuq l-Attivitajiet.

[8] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[9] Id-dettalji dwar il-modi tal-immaniġjar u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit elettroniku BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[10] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[11] AD= Approprjazzjonijiet Differenzjati / AMD= Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati.

[12] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[13] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[14] Is-sena N hija s-sena li fiha l-proposta hija mistennija li tiġi adottata (2010).

[15] Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nfiq b’appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew azzjonijiet tal-UE ( ex linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[16] Is-sena N hija s-sena li fiha l-proposta hija mistennija li tiġi adottata (2010).

[17] L-eżiti huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż.: għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjati, għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[18] CA= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal mill-aġenziji ("Intérimaire"); JED= “Jeune Expert en Délégation” (Esperti Żgħażagħ Delegati); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat.

[19] Taħt il-limitu ta’ persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali ( ex linji “BA”).

[20] Essenzjalment għal Fondi Strutturali, Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[21] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.