/* KUMM/2010/0798 finali - NLE 2010/0330 */ Proposta Emendata għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2010 ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 13.12.2010 KUMM(2010) 798 finali 2010/0330 (NLE) Proposta Emendata għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2010 ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea SEG(2010) 1607 finali MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Il-Kunsill għandu jiddeċiedi kull sena, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, dwar l-aġġustament tar-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. | Il-kuntest ġenerali B’konformità mal-Artikolu 83a(4) tar-Regolamenti tal-Impjegati, il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sena lill-Kunsill verżjoni aġġornata ta’ valutazzjonijiet attwarjali ta’ kull ħames snin magħmula b’konformità mal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal. B’konformità mal-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Eurostat ippreżenta r-rapport annwali relatat ma’ din il-valutazzjoni li tiddetermina r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa biex ikun żgurat il-bilanċ attwarjali tal-iskema tal-pensjonijiet. Sabiex ikun konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta' Novembru 2010 (Każ C-40/10), il-Kunsill adotta l-Proposta tal-Kummissjoni dwar l-aġġustament tas-salarji u l-pensjonijiet tal-2009 (COM (2009) 629). Minħabba li l-valur tal-aġġustament annwali tal-2009 tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet irid jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tal-Eurostat għar-rata tal-kontribuzzjoni, ir-rata kkalkulata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet għandha tiġi riveduta. Il-Eurostat fassal Addendum għar-rapport tal-Eurostat tal-1 ta' Settembru 2010 dwar ir-riżultati tal-aġġornament tal-2010 tal-valutazzjoni attwarjali tal-2008. | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Kull sena għandha tiġi ppreżentata proposta biex tiġi aġġustata r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet. | Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. | 2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMI TAL-IMPATT Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal skont il-proċeduri xierqa. | 212 | Sinteżi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif kienu kkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. | Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi | 229 | Il-kalkulu tar-rata tal-kontribuzzjoni tal-pensjoni ġiet ivvalidata minn espert attwarjali (konsulent estern). | 230 | Stima tal-impatt L-għan tal-proposta huwa li taġġusta r-rata ta' kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjoni tal-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea sabiex jinżamm il-bilanċ attwarjali tal-iskema. Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. | 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta B’konformità mal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Impjegati, il-Eurostat ippreżenta rapport flimkien ma' addendum relatat mal-valutazzjoni attwarjali tal-iskema tal-pensjonijiet. Joħroġ minn din il-valutazzjoni li r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarjali tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta' 11.6% tas-salarju bażiku Skont l-Artikolu 83a(4), fejn jintwera li hemm differenza ta’ mill-inqas 0.25 punti bejn ir-rata ta’ kontribuzzjoni attwalment applikata (11.3%) u r-rata meħtieġa biex jinżamm bilanċ attwarjali (11.6%), il-Kunsill għandu jikkunsidra jekk ir-rata għandhiex tiġi adattata, skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Anness XII. B’konformità mal-Artikolu 2(1), tal-Anness XII, l-aġġustament ma jistax iwassal għal kontribuzzjoni li tkun aktar minn punt perċentwali ‘il fuq jew ‘l isfel mir-rata applikabbli fis-sena preċedenti. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li tadatta r-rata ta' kontribuzzjoni għal 11.6% b'effett mill-1 ta' Lulju 2010. | Bażi legali Ir-Regolamenti tal-Impjegati tal-Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea u notevolment l-Artikolu 83a u l-Anness XII tagħhom. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hi konsistenti mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | L-Artikolu 83a tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi għal regolament tal-Kunsill. | Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq. L-impatt fuq id-dħul jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġustament previst fir-Regolamenti tal-Persunal. | L-għażla tal-istrumenti | L-istrument propost: Regolament. | Strumenti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: - L-Artikolu 83a tar-Regolamenti tal-Impjegati jipprovdi għal regolament tal-Kunsill. | 4. IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT L-impatt, fuq id-dħul, tal-aġġustament tar-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet hu ddettaljat fid-dikjarazzjoni finanzjarja li tinstab fl-Anness. | 2010/0330 (NLE) Proposta Emendata għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2010 ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, u notevolment l-Artikolu 83a u l-Anness XII tiegħu, Wara li kkunsidra l-propost tal-Kummissjoni Ewropea, Billi: 1. B’konformità mal-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat ippreżenta rapport flimkien ma' addendum għal dak ir-rapport dwar il-valutazzjoni attwarjali tal-2010 tal-iskema tal-pensjonijiet, li taġġorna l-parametri msemmija f’dan l-Anness. Joħroġ minn din il-valutazzjoni li r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarjali tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta' 11.6% tas-salarju bażiku 2. Fl-interess tal-bilanċ attwarjali tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-kontribuzzjoni għandha għalhekk tiġi aġġustata għal 11.6% tas-salarju bażiku, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-rata tal-kontribuzzjoni msemmija f'Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Impjegati għandha tkun 11.6%. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI LEĠIŻLATTIVA FINANZJARJA GĦAL PROPOSTI 1. ISEM TAL-PROPOSTA: Proposta Emendata għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea. 2. LINJI TAL-BAĠIT : Il-Kapitolu u l-Artikolu: 400 Taxxa fuq is-salarji tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra Ammont ippjanat għas-sena kkonċernata (Baġit 2010): EUR 602.4 miljun 410 Kontribuzzjonijiet tal-Impjegati għall-iskema tal-pensjonijiet Ammont ippjanat għas-sena kkonċernata (Baġit 2010): EUR 430.5 miljun 3. IMPATT FINANZJARJU ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja ( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq, iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej: (€ miljun sa ċifra waħda wara l-punt deċimali) Linja baġitarja | Id-dħul | Perjodu ta’ sitt xhur mill-01/07/2010 | 2011 | Artikolu 400 | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji | -1.2 | -2.4 | Artikolu 410 | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji | 5.7 | 11.4 | Sitwazzjoni wara l-azzjoni | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | Artikolu 400 | -2.4 | -2.4 | -2.4 | -2.4 | -2.4 | Artikolu 410 | 11.4 | 11.4 | 11.4 | 11.4 | 11.4 | 4. RIMARKI OĦRAJN Metodu ta' kalkolazzjoni: Kontribuzzjoni tal-pensjoni = il-kontribuzzjoni l-ġdida - l-implimentazzjoni tas-sena kurrentiKontribuzzjoni l-ġdida = l-implimentazzjoni x ir-rata l-ġdida/ir-rata fis-seħħ Effett tat-tnaqqis tat-taxxa = 21% taż-żieda fil-kontribuzzjoni tal-pensjoni.