KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament (KE) nru 1889/2006 dwar -istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja /* KUMM/2010/0789 finali - COD 2009/0060 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 13.12.2010 KUMM(2010) 789 finali 2009/0060/B (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament (KE) nru 1889/2006 dwar -istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja 2009/0060/B (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament (KE) nru 1889/2006 -istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja 1. SFOND Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (dokument COM(2009) 194 finali – (2009/0060B COD): | trażmissjoni: il-21 ta’ April 2009 korriġendum: it-30 ta' Novembru 2009, emendat: l-1 ta’ Diċembru 2009 (dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona) | Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | il-21 ta' Ottubru 2010. | Data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | […]. | Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: | l-10 ta' Diċembru 2010. | 2. OBJETTIV TAL-PROPOSTA MILL-KUMMISSJONI L-istrumenti finanzjarji varji tal-UE għall-kooperazzjoni esterna fihom inkonsistenzi minuri rigward l-eċċezzjonijiet għall-prinċipju tan-non-eliġibbiltà għall-finanzjament tal-UE tal-ispejjeż relatati mat-taxxi, dazji u ħlasijiet oħra imposti minn pajjiżi terzi. L-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (l-EIDHR) ma jipprovdix għall-flessibbiltà rigward in-non-eliġibbiltà ta' tali spejjeż għall-iffinanzjar. L-istrumenti l-oħrajn jistipulaw li "fil-prinċipju" l-għajnuna tal-UE ma tistax tintuża għall-finanzjament ta' dawn l-ispejjeż: Għalhekk, huma jippermettu flessibbiltà skont il-każ u allura l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista', fejn ikun xieraq, jiddeċiedi li jaċċeta l-eleġibbiltà fl-interess tal-ġestjoni finanzjarja soda u tal-implimentazzjoni adegwata tal-programmi u proġetti. Il-proposta għalhekk sempliċiment iżżid il-kelma "fil-prinċipju" fit-test. 3. KUMMENTI DWAR IL-POżIZZJONI TAL-KUNSILL 3.1. Kummenti ġenerali dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill Il-Kummissjoni tista' taċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill li hija f'konformità mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni u mal-ewwel qari tal-Parlament Ewropew, bl-eċċezzjoni tal-kwistjonijiet speċifiċi msemmija hawn taħt. 3.2. Il-karatteristiċi ewlenin tal-pożizzjoni tal-Kunsill Il-pożizzjoni tal-Kunsill tirrifletti l-elementi prinċipali li ġejjin: - Taxxi u dazji : Il-kelma "fil-prinċipju" tiżdied man-non-eliġibbiltà tat-taxxi, dazji u ħlasijiet oħra, u hekk qed tiġi sinjalata l-possibbiltà ta' eċċezzjonijiet, li huma regolati internament mill-istruzzjonijiet mogħtija lill-Uffiċjali tal-Awtorizzazzjoni. - Qasma f'żewġ atti separati : Waħda għad-DCI u waħda għall-EIDHR. Il-Kummissjoni fil-bidu proponiet att wieħed li jagħmel l-istess emenda liż-żewġ strumenti. L-emenda ekwivalenti tad-DCI (li żżid "fil-prinċipju") issa hija inkorporata fil-pożizzjoni tal-Kunsill dwar COM (2010) 102 finali – 2010/0059 COD (li hija emenda tad-DCI biex tinkludi miżuri li jakkompanjaw il-banana). 3.3. Kwistjonijiet speċifiċi (emendi mill-Parlament li mhumiex aċċettabbli għall-Kunsill): Atti ddelegati (l-Artikolu 290 TFUE): Bl-emendi li ressaq fl-ewwel qari l-Parlament jipprova japplika din il-proċedura għall-adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tad-dokumenti multiannwali ta' strateġija. Minkejja n-negozjati twal u intensivi li saru (notevolment it-trijalogi li saru fit-2 ta' Frar, fit-23 ta' Marzu u fl-20 ta' Ottubru) ma kienx possibbli li jintlaħaq ftehim dwar din il-kwistjoni. Il-Kunsill ma aċċettax dawn l-emendi fil-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari. Il-Kummissjoni hija lesta li tissokta bl-isforzi tagħha biex tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-istituzzjonijiet u biex issib modi biex tindirizza t-tħassib sostantiv wara l-emendi tal-Parlament, b'mod partikulari biex jiġi żgurat li l-Parlament ikun jista' jeżerċita sorveljanza xierqa fuq il-formulazzjoni ta' strateġiji għall-koperazzjoni esterna u l-implimentazzjoni tajba tal-istrumenti finanzjarji esterni. 4. KONKLUżJONI Il-Kummissjoni tista' taċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari.