52010PC0786

/* KUMM/2010/0786 finali - COD 2009/0059 */ KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli


[pic] | KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 13.12.2010

KUMM(2010) 786 finali

2009/0059 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUM MISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli

2009/0059 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli

1. SFOND

Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (id-dokument COM(2009) 197 finali 2 – (2009)/0059 COD): | trażmissjoni: il-21 ta' April 2009 corrigendum: it-30 ta' Novembru 2009, emendata: l-1 ta’ Diċembru 2009 (dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona) |

Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | Il-21 ta' Ottubru 2010. |

Data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | […]. |

Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: | L-10 ta' Diċembru 2010. |

2. OBJETTIV TAL-PROPOSTA MILL-KUMMISSJONI

Fil-qafas tar-reviżjoni intermedja tal-istrumenti finanzjarji għall-azzjoni esterna,[1] il-Kummissjoni għamlet din il-proposta sabiex timla lakuna leġiżlattiva, jiġifieri li l-UE ma tistax tiffinanzja attivitajiet li ma jaqgħux b'mod ċar fil-kategorija tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (Official Development Assistance, ODA) f'sitta u erbgħin mill-pajjiżi sħab tal-UE madwar id-dinja.

Dan hu l-każ minħabba li r-regolament dwar l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (Development Co-operation Instrument, DCI) (l-Artikolu 2(4)) jeskludi miżuri li ma jissodisfawx il-kriterji tal-ODA, li huma stabbiliti mill-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp (Development Assistance Committee) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (Organisation for Economic Cooperation and Development) (OECD/DAC) (għalhekk "DACable"). M'hemm l-ebda att bażiku ieħor li jippermetti li miżuri li ma jkunux eliġibbli bħala ODA jiġu ffinanzjati fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jaqgħu taħt id-DCI.

B'riżultat ta' dan, xi tipi ta' azzjonijiet kellhom jiġu ffinanzjati barra mid-DCI taħt l-Azzjonijiet Preparatorji maħluqin fil-baġit mill-Parlament Ewropew għal din il-fini (i.e. skambji ta' negozju u xjentifiċi mal-Indja u maċ-Ċina, kooperazzjoni ma' pajjiżi fil-grupp ta' dawk bi dħul medju fl-Asja u fl-Amerika Latina). Dawn l-Azzjonijiet Preparatorji ntemmu fl-2009. F'dak iż-żmien intlaħaq ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Presidenti tal-Kumitati rilevanti tal-PE, li sa tmiem l-2009 l-istudenti u l-għalliema Ewropej li jieħdu sehem fil-parti esterna tal-Erasmus Mundus ikunu ffinanzjati biss mid-DCI. Il-mili tal-lakuna għandu jiżgura wkoll li xi proġetti dwar l-enerġija u attivitajiet ta' diplomazija pubblika li mhux se jkunu eliġibbli taħt l-ODA (e.g. fl-Asja, fl-Asja Ċentrali u fl-Iran/l-Iraq) ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati.

Il-proposta hija limitata biż-żmien għall-perjodu bejn l-2010 u l-1013 u hija limitata fl-ambitu fejn għandhom x'jaqsmu l-kontenut rigward linji politiċi u l-implikazzjonijiet baġitarji. Hija ma tippreġudika l-ebda proposti futuri għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta' strumenti finanzjarji għar-relazzjonijiet esterni taħt il-qafas finanzjarju li jmiss.

3. KUMMENTI DWAR IL-POżIZZJONI TAL-KUNSILL

3.1. Kummenti ġenerali dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

Il-Kummissjoni tista' taċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill li hija r-riżultat ta’ negozjati kostruttivi bejn it-tliet istituzzjonijiet. Din taqbel mal-għanijiet essenzjali u l-istrateġija bażika tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni.

Fil-bidu ġie nnegozjat test ta' kompromess mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni sabiex jintlaħaq ftehim waqt l-ewwel qari tal-Parlament, li oriġinarjament kien maħsub li jsir f'Ġunju 2010. Għal dan il-għan saru trijalogi fit-13 ta' April u fil-5 ta' Mejju. Madanakollu, ma kien possibbli li jintlaħaq ftehim la f'Ġunju u lanqas f'Lulju, minħabba l-kwistjonijiet speċifiċi msemmijin hawn taħt.

3.2. Il-karatteristiċi ewlenin tal-pożizzjoni komuni negozjata

Il-pożizzjoni tal-Kunsill tirrifletti l-elementi prinċipali li ġejjin:

- Huwa fl-interess tal-Unjoni li tkompli tapprofondixxi r-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw bħall-iskambji ekonomiċi, kummerċjali, akkademiċi, tan-negozju u xjentifiċi – attivitajiet li minkejja li huma fl-interess tal-UE, ma jikkwalifikawx bħala ODA.

- L-istrument se jiffinanzja miżuri li fil-prinċipju ma jikkwalifikawx bħala ODA.

3.3. Kwistjonijiet speċifiċi (emendi mill-Parlament li mhumiex aċċettabbli għall-Kunsill):

- Atti ddelegati (l-Artikolu 290 TFUE) : Bl-emendi li ressaq fl-ewwel qari l-Parlament jipprova japplika din il-proċedura għall-adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tad-dokumenti multiannwali ta' Strateġija. Minkejja n-negozjati twal u intensivi li saru (notevolment it-trijalogi li saru fit-2 ta' Frar, fit-23 ta' Marzu u fl-20 ta' Ottubru) ma kienx possibbli li jintlaħaq ftehim dwar din il-kwistjoni. Il-Kunsill ma aċċettax dawn l-emendi fil-pożizzjonijiet tiegħu fl-ewwel qari. Il-Kummissjoni lesta tissokta bl-isforzi biex tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-istituzzjonijiet u biex issib modi biex tindirizza t-tħassib sostantiv wara l-emendi tal-Parlament, b'mod partikulari biex jiġi żgurat li l-Parlament ikun jista' jeżerċita sorveljanza xierqa fuq il-formulazzjoni ta' strateġiji għall-koperazzjoni esterna u l-implimentazzjoni tajba tal-istrumenti finanzjarji esterni.

- L-Artikolu 16 dwar l-ammont ta' referenza finanzjarja: Il-Parlament adotta emenda għal dan l-artikolu li l-Kunsill ma aċċettax fl-ewwel qari tiegħu, għax ipprefera li jżomm it-test li l-Kummissjoni pproprniet fil-bidu. Il-Kummissjoni tappoġġja l-pożizzjoni tal-Kunsill minħabba li tirrifletti t-test standard dwar l-ammonti ta' referenza finanzjarja li huwa inkluż f'kull strument finanzjarju. Madanakollu, sabiex tiffaċilita li jkun hemm ftehim u tagħti mill-ġdid assigurazzjoni lill-istituzzjonijiet, il-Kummissjoni lesta tagħmel l-istqarrija mehmuża.

4. KONKLUżJONI

Il-pożizzjoni tal-Kunsill tinkorpora test ta' kompromess negozjat li jirrifletti bil-kbir it-talbiet u l-emendi li l-Parlament Ewropew għamel fl-ewwel qari. Għalhekk, il-Kummissjoni tista' taċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari.

Strument għall-pajjiżi industrijalizzati – Com (2009) 197 finali

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-Artikolu 16

Ir-Regolament jindirizza l-kwistjoni tas-sostenn għal għadd ta' attivitajiet li mhumiex Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (Official Development Assistance, ODA) f'pajjiżi koperti mill-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (Development Cooperation Instrument, DCI Regolament Nru 1905/2006). Ir-Regolament huwa maħsub biex iservi ta' soluzzjoni ta' darba biss għal din il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni tafferma mill-ġdid li l-qerda tal-faqar, inkluż l-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, hija l-objettiv ewlieni tal-kooperazzjoni tagħha għall-iżvilupp u li tibqa' prijorità.

Hija tfakkar li l-ammont ta' referenza finanzjarja ffissat fl-Artikolu 16 għall-pajjiżi elenkati fl-Anness II se jiġi implimentat bl-użu ta' linji baġitarji ddedikati li huma maħsubin għal attivtajiet li mhumiex tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonferma l-ħsieb tagħha li tirrispetta l-ammont ta' referenza finanzjarja ffissat fl-Artikolu 38 tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (ir-Regolament Nru 1905/2006) għall-perjodu 2007-2013 kif ukoll id-dispożizzjonijiet li fih l-istess Regolament rigward l-issodisfar tal-kriterji għall-ODA. Hija tfakkar li fuq il-bażi tal-ippjanar finanzjarju kurrenti tagħha, dan l-ammont ta' referenza se jinqabeż fl-2013.

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni biħsiebha tipproponi abbozzi ta' baġit li jiżguraw progressjoni fl-għajnuna għall-iżvilupp għall-Asja u l-Amerika Latina taħt ir-Regolament tad-DCI Nru 1905/2006 fil-perjodu sal-2013 sabiex l-ammonti ta' ODA li hemm ipproġettati bħalissa taħt id-DCI u l-baġit tal-UE b'mod ġenerali ma jintlaqtux.

[1] il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Reviżjoni intermedja tal-istrumenti finanzjarji għall-azzjonijiet esterni COM(2009) 196 finali tal-21.4.2009