Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova /* KUMM/2010/0649 finali - COD 2010/0318 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 10.11.2010 KUMM(2010) 649 finali 2010/0318 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Ir-Repubblika tal-Moldova (minn hawn 'il quddiem "il-Moldova") qiegħda tesperjenza diffikultajiet bl-esportazzjonijiet tagħha tal-inbid lil uħud mis-swieq tradizzjonali tagħha, li jheddu l-irkupru ekonomiku tagħha u l-proċess ta' riforma li huwa segwit b'mod vigoruż mill-Gvern tal-Moldova. Dan wassal lill-Moldova biex fl-Lulju 2010 titlob lill-Kummissjoni Ewropea żżid il-kwota tariffarja bla dazju għall-inbid skont il-Preferenzi Kummerċjali Awtonomi, mogħtija lill-Moldova bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 55/2008 tal-21 ta' Jannar 2008[1]. Is-settur agrikolu jirrappreżenta madwar 40 fil-mija tal-ekonomija tal-Moldova u s-settur tal-inbid huwa parti importanti minn dan, billi jipprovdi xogħol għal madwar 300 000 ruħ (kwart tal-popolazzjoni tax-xogħol), li jgħixu prinċipalment f'żoni rurali u jikkultivaw artijiet tal-familja ta' daqs medju sa żgħir. Sabiex jiġi appoġġjat l-irkupru ekonomiku tal-Moldova u tiġi pprovduta perspettiva pożittiva għall-persuni li jaħdmu fl-industrija tal-inbid fil-Moldova, huwa propost li tiżdied il-kwota tariffarja bla dazju għall-inbid għall-2011 minn 100 000 ettolitru (hl) għal 150 000 ettolitru, għall-2012 minn 120 000 ettolitru għal 180 000 ettolitru, u mill-2013 'il quddiem għal 240 000 ettolitru fis-sena. Il-livell taż-żieda proposta hija bbażata fuq il-fatt li l-Moldova tkun sistematikament eżawrixxiet il-kwota eżistenti u l-potenzjal tas-settur biex ittejjeb is-swieq niċċa tagħha fl-UE, filwaqt li fl-istess ħin il-livell taż-żieda ma jiddistabbilizzax l-industrija tal-inbid tal-UE. Huwa mistenni li settur tal-inbid tal-Moldova jkompli jtejjeb il-kwalità tal-inbejjed tiegħu. Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2012, u billi huwa importanti li tiġi żgurata ċertezza legali għall-produtturi, esportaturi u importaturi, huwa propost li tiġi estiża l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 għal tliet snin oħra sal-31 ta' Diċembru 2015. Dan huwa ammont raġjonevoli ta' żmien, meta jitqiesu l-perspettivi għal żona futura ta' kummerċ ħieles profond u komprensiv (DCFTA) bejn l-UE u l-Moldova. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 jipprevedi kwoti tariffarji preferenzjali wkoll fuq prodotti oħra minbarra l-inbid. Wara li ġiet evalwata l-qagħda fis-setturi differenti koperti mill-kwoti, qed jiġi propost li titkompla ż-żieda progressiva ta' xi wħud minn dawk il-kwoti l-oħra għal-livelli indikati fit-tabella 1 annessa ma' din il-proposta. 2. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-bażi legali ta' din il-proposta hija l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 3. L-IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI Ir-Regolament propost ma jġarrabx spejjeż lill-baġit tal-UE. Minħabba li l-livell ġenerali tal-importazzjonijiet mill-Moldova huwa biss ta' 0,04 % tal-importazzjonijiet kollha tal-UE, mhux mistenni li aktar ftuħ fis-suq joħloq effetti negattivi għall-UE. Bħalissa madwar 90 % tal-importazzjonijiet kollha mill-Moldova jidħlu fl-UE mingħajr dazji. Il-kwoti tariffarji bla dazju addizzjonali proposti għas-snin 2011-2015 se jirriżultaw f'telf żgħir ta' dħul ta' tariffa għas-sena 2011 biss. Għas-snin 2012-2015 mhu se jkun hemm l-ebda telf ta' dħul ta' tariffa minħabba li l-volumi ta' esportazzjoni attwali mill-Moldova tal-prodotti kollha koperti mill-kwoti tariffarji bla dazju huma koperti mil-livell 2012 ta' dawn il-kwoti. Dħul ipotetiku li seta' ġie ġġenerat mill-esportazzjonijiet futuri mhuwiex meqjus bħala telf ta' dħul ta' tariffa. 2010/0318 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008[2] daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Jannar 2008 u qed ikun applikat mill-1 ta’ Marzu 2008. Dan ir-Regolament jintroduċi skema speċifika ta' preferenzi awtonomi kummerċjali (PAK) għar-Repubblika tal-Moldova (minn hawn il quddiem "il-Moldova. Ir-regolament jipprovdi aċċess liberu għas-swieq tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti kollha li joriġinaw mill-Moldova, ħlief għal ċerti prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I tar-regolament li għalihom ingħataw konċessjonijiet limitati, jew f’forma ta' eżenzjoni mid-dazji doganali fil-limitu tal-kwoti tariffarji jew ta’ tnaqqis ta’ dazji doganali. (2) Fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), il-Pjan ta' Azzjoni tal-PEV UE-Moldova, u s-Sħubija tal-Lvant, il-Moldova adottat aġenda ambizzjuża ta' assoċjazzjoni politika u integrazzjoni ekonomika ulterjuri mal-Unjoni. In-negozjati dwar Ftehim ta' Assoċjazzjoni ġdid bdew f'Jannar 2010. Il-Moldova qed tagħmel ukoll progress qawwi fuq l-approssimazzjoni regolatorja li twassal għal konverġenza mal-liġijiet u l-istandards tal-Unjoni fil-preparazzjoni ta' negozjati futuri ta' żona ta' kummerċ ħieles profonda u komprensiva (DCFTA) bejn l-UE u l-Moldova, fil-qafas tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni futur. (3) Kull sena sa mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 55/2008, il-kwota tat-tariffa għall-inbid ġiet użata kollha xhur qabel it-tmiem tas-sena. (4) L-ekonomija tal-Moldova hija affettwata sew mill-effetti negattivi tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika. Is-settur tal-inbid jimpjega madwar 300 000 ħaddiem, u l-esportazzjonijiet ta' inbid huma sors importanti ta' dħul mill-esportazzjoni. (5) Sabiex jiġu appoġġjati l-isforzi tal-Moldova f'konformità mal-PEV u s-Sħubija tal-Lvant, u sabiex jiġi pprovdut suq attraenti u affidabbli għall-esportazzjoni tal-inbid tagħha huwa propost li tiżdied il-kwota tat-tariffa eżistenti għall-inbid għas-sena 2011 minn 100 000 ettolitru[3] għal 150 000 ettolitru, għas-sena 2012 minn 120 000 ettolitru għal 180 000 ettolitru, u mis-sena 2013 'il quddiem għal 240 000 ettolitru fis-sena. (6) Ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 japplika sal-31 ta’ Diċembru 2012. (7) In-negozjati dwar id-DCFTA futur bejn l-Unjoni u l-Moldova huma għan komuni għall-Unjoni u l-Moldova, ladarba l-Moldova wriet li lesta sabiex tinnegozja u ssostni l-effetti ta' impriża daqshekk ambizzjuża. Sabiex jingħata żmien biżżejjed għall-preparazzjonijiet xierqa u n-negozjar ta' DCFTA, huwa meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 55/2008 jiġi estiż lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2012. (8) Hija prattika tajba li t-tiġdid tar-Regolament (KE) Nru 55/2008 jiġi deċiż ħafna qabel id-data tat-tmiem tiegħu, sabiex jipprovdi lill-operaturi ekonomiċi tal-Moldova fi żmien xieraq b'reġim kummerċjali trasparenti u prevedibbli għall-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni wara l-31 ta' Diċembru 2012. Il-validità ta' dak ir-Regolament għalhekk għandha tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2015. (9) Fid-dawl tal-esperjenza miksuba taħt l-iskema ATP preżenti, u sabiex jiġi appoġġjat aktar l-iżvilupp tal-ekonomija tal-Moldova u l-proċess ta' approssimazzjoni regolatorja li jwasslu għal konverġenza mal-liġijiet u l-istandards tal-Unjoni fil-kuntest tas-Sħubija tal-Lvant, huwa xieraq li jiġi rrevedut il-livell tal-kwoti tariffarji ta' xi prodotti koperti mill-ATPs preżenti. (10) Biex ikun żgurat ir-rispett lejn l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, il-preferenzi f’dan ir-Regolament għandhom isiru kondizzjonali fuq kontinwità jew tiġdid tar-rinunzja eżistenti mill-obbligi tad-WTO miksuba mill-Unjoni Ewropea. (11) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 għandu jiġi emendat kif xieraq, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 huwa emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 16, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: "Għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2015. Il-preferenzi stipulati f’dan ir-Regolament ma għandhomx jibqgħu japplikaw, fl-intier tagħhom jew parti minnhom, kemm-il darba l-preferenzi stipulati f'dan ir-Regolament ma jkunux permessi minħabba rinunzja stipulata mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-waqfien tal-effetti bħal f’dan il-każ għandu japplika mill-jum li fih ir-rinunzja ma tibqax tgħodd. Fi żmien suffiċjenti qabel din id-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika notifika f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biex tgħarraf lill-operaturi u lill-awtoritajiet kompetenti. In-notifika għandha tispeċifika liema preferenzi stipulati f’dan ir-Regolament ma għadhomx jgħoddu u d-data minn meta dawn il-preferenzi ma baqgħux jgħoddu." 2. It-Tabella 1 fl-Anness I tinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS "ANNESS I PRODOTTI SOTTOMESSI GĦAL LIMITI KWANTITATTIVI JEW LIMITU TAL-PREZZ IMSEMMIJA FL-ARTIKOLUº3 Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies li ma għandux għajr valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tkun stabbilita, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, billi tkun koperta bil-kodiċijiet tan-NM. Fejn huma indikati l-Kodiċijiet NM “ex”, l-iskema preferenzjali għandha tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-Kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien. 1. Prodotti soġġetti għall-kwoti tariffarji annwali ħielsa mid-dazju Linja baġitarja | Dħul[4] | Perjodu ta' 12-il xahar li jibda minn jj/xx/ssss | 2011 | Artikolu 120 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji (dazju doganali) | -0,1 | Sitwazzjoni wara l-azzjoni | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | Artikolu 120 | - | - | - | - | 4. RIMARKI OĦRA Fl-2008, l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-għoti lill-Moldova tal-preferenzi addizzjonali tal-kummerċ awtonomu f'termini ta' dħul mit-tariffi, kienu stmati li jammontaw għal ammont gross ta' madwar EUR 1 500 000 (ammont nett 1 125 000). Il-kwoti tariffarji annwali bla dazju addizzjonali proposti għas-snin 2011-2015 se jirriżultaw f'telf ta' dħul ta' tariffa għas-sena 2011 biss. Għas-snin 2012-2015 mhux se jkun hemm l-ebda telf ta' dħul ta' tariffa minħabba li l-volumi ta' esportazzjoni attwali mill-Moldova tal-prodotti kollha koperti mill-kwoti tariffarji bla dazju huma koperti mil-livell 2012 ta' dawn il-kwoti. Dħul ipotetiku li seta' ġie ġġenerat mill-esportazzjonijiet futuri mhuwiex meqjus bħala telf ta' dħul ta' tariffa. It-total ta' importazzjonijiet ta' inbid mill-Moldova fl-2009 ammonta għal 111 082 ettolitru, li jaqbeż il-kwota tariffarja bla dazju attwali għall-2011 minn 11 082 ettolitru, b'riżultat ta' telf potenzjali ta' dħul ta' tariffa, ibbażat fuq dazju medju ta' EUR 13,1 għal kull ettolitru, ta' taħt il-EUR 150 000. 11 082 hl * 13.1 EUR/hl = EUR 145 174 (EUR 108 881 nett fuq id-dħul). Il-kwoti tariffarji annwali bla dazju għall-2012 ta' 120 000 ettolitru jkopru bis-sħiħ il-livell ta' esportazzjoni attwali u għalhekk mhux se jirriżultaw f'telf ta' dħul ta' tariffa fl-2012 u lil hinn. Fl-2009, l-importazzjonijiet totali tal-qamħ mill-Moldova ammontaw għal 38 232 tunnellata, li huma għal kollox fil-kwoti tariffarji bla dazju preżenti għall-2012 ta' 50 000 tunnellata, u għalhekk ma jirriżultaw fl-ebda telf ta' dħul ta' tariffa. Fis-sena 2009, il-kwoti tariffarji bla dazju għax-xgħir u l-qamħirrun kellhom bilanċ ta' prodott mhux użat ta' 16,8 u 11,9 fil-mija rispettivament, u għalhekk jibqgħu għal kollox fil-kwoti tariffarji bla dazju preżenti stabbiliti għall-2012, u għalhekk dawn ukoll ma jirriżultaw fl-ebda telf ta' dħul ta' tariffa. [1] ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1. [2] ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1. [3] Ettolitri. [4] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji fuq l-agrikoltura, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-ispejjeż tal-ġbir.