52010PC0624

/* KUMM/2010/0624 finali - COD 2010/0312 */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni biex jissorvelja l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 16.11.2010

KUMM(2010) 624 finali

2010/0312 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni biex jissorvelja l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

L-għan tar-Regolament propost huwa li jistabbilixxi qafas legali biex tkun evalwata l-applikazzjoni korretta tal-acquis ta' Schengen. Dan il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni hu mfassal biex isostni l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fil-kapaċità tagħhom biex japplikaw, b’mod effettiv u effiċjenti, il-miżuri li jakkumpanjawh li jagħmlu possibbli ż-żamma ta’ żona mingħajr fruntieri interni.

L-għanijiet ġenerali tal-mekkaniżmu l-ġdid għandhom ikunu li tkun żgurata l-implimentazzjoni trasparenti, effettiva u konsistenti tal-acquis ta’ Schengen, waqt li jirrifletti wkoll il-bidliet fis-sitwazzjoni legali wara l-integrazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea.

Il-Programm tal-Aja tal-2004 – il-programm multiannwali għall-ġustizzja u l-affarijiet interni - stieden lill-Kummissjoni ‘ biex malli t-tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri interni tkun kompluta, tissottometti proposta li tissupplimenta l-mekkaniżmu ta ’ evalwazzjoni eżistenti ta ’ Schengen b ’ mekkaniżmu ta ’ sorveljanza, li jiżgura l-involviment sħiħ tal-esperti tal-Istati Membri, u li jkun jinkludi spezzjonijiet li ma jkunux imħabbra ’.

B'risposta għal din it-talba u sabiex tinkorpora l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen fis-sistema legali tal-KE u tirrimedja għad-dgħufijiet indentifikati fis-sistema kurrenti, f'Marzu 2009 il-Kummissjoni adottat żewġ proposti[1] dwar mekkaniżmu revedut għall-evalwazzjoni ta' Schengen. Żewġ strumenti legali separati (Regolament tal-'ewwel pilastru' u Deċiżjoni tat-'tielet pilastru') kienu meħtieġa biex ikopru ż-żona kollha tal-koperazzjoni ta' Schengen f'qafas koerenti. F'Ottubru tal-2009 dawn il-proposti kienu rrifjutati mill-Parlament Ewropew, li argumenta li l-Kummissjoni kellha tinvolvih fl-adozzjoni tal-proposti permezz tal-kodeċiżjoni.

Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-proposta tat-'tielet pilastru' ma għadhiex valida. Kienet irtirata fil-'Komunikazzjoni Omnibus' ta' Diċembru 2009[2].

Il-Programm ta' Stokkolma[3] adottat mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2009 "jikkunsidra li l-evalwazzjoni taż-żona Schengen ser tkompli tkun ta' importanza ewlenija u li għalhekk għandha tittejjeb billi jissaħħaħ ir-rwol ta' Frontex f'dan il-qasam".

Din il-proposta qiegħda għalhekk titressaq issa. Fl-istess ħin, il-proposta preċedenti li jifdal (ir-Regolament tal-'ewwel pilastru') qed tiġi rtirata.

Din il-proposta l-ġdida tikkunsidra d-diskussjonijiet li saru fil-Kunsill dwar il-proposti ta' Marzu 2009. B'mod partikolari, tipproponi żieda fir-rwol tal-Istati Membri fil-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni, sabiex issostni fiduċja reċiproka u tipprovdi flessibilità akbar fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu. Il-kodeċiżjoni hija proposta bħala proċedura leġiżlattiva, minħabba li l-Parlament Ewropew (PE) huwa parteċipant bis-sħiħ fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. Biex tiżdied it-trasparenza, huwa propost rappurtaġġ regolari lill-Kunsill u l-PE dwar evalwazzjonijiet imwettqa, konklużjonijiet maħruġa mill-evalwazzjonijiet u miżuri ta' segwitu meħuda mill-Istati Membri kkonċernati.

- Il-kuntest ġenerali

Iż-żona mingħajr fruntieri interni kif imwaqqfa mill-acquis ta’ Schengen— iż-żona ta’ Schengen —ġiet żviluppata f’qafas intergovernattiv fl-aħħar tas-snin '80 u fil-bidu tas-snin '90 mill-Istati Membri li riedu jneħħu l-kontrolli mal-funtieri interni u jimplimentaw il-miżuri li jakkumpanjaw f’dan ir-rigward, bħalma huma r-regoli komuni għall-kontrolli mal-fruntieri esterni, politika komuni dwar il-viżi, koperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u l-istabbiliment tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS). Ma kienx possibbli li jitneħħew il-kontrolli interni fil-qafas Komunitarju, peress li l-Istati Membri ma setgħux jaqblu fuq il-bżonn li dawn jitneħħew sabiex jintlaħaq l-għan tal-moviment ħieles tal-persuni (l-Artikolu 14 tat-Trattat KE). Madankollu, matul is-snin l-Istati Membri kollha ta’ dak iż-żmien issieħbu fiż-żona ta’ Schengen, minbarra r-Renju Unit u l-Irlanda.

L-acquis ta’ Schengen sar parti mill-qafas tal-Unjoni Ewropea fl-1999 bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam[4].

Iż-żona ta’ Schengen hi bbażata fuq fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fil-kapaċità tagħhom li jimplimentaw bis-sħiħ il-miżuri li jakkumpanjawhom li jippermettu t-tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri interni: Pereżempju, spezzjonijiet mal-fruntieri esterni jitwettqu mill-Istati Membri mhux biss biex jipproteġu l-interessi tagħhom stess iżda wkoll f’isem l-Istati Membri l-oħra li fihom il-persuni jkunu jistgħu jivvjaġġaw ladarba jkunu qasmu l-fruntieri esterni taż-żona ta’ Schengen.

Sabiex tiġi akkwistata u kkonservata din il-fiduċja reċiproka, fl-1998 l-Istati Membri ta’ Schengen waqqfu Kumitat Permanenti. Il-mandat tiegħu hu stabbilit f’deċiżjoni tal-kumitat eżekuttiv ta’ Schengen (SCH/Com-ex (98) 26 def) u jikkonsisti f’żewġ kompiti separati:

1. verifika dwar jekk il-prekundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen (jiġifieri t-tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri) ikunux ġew sodisfatti mill-Istati Membri li jridu jissieħbu f’Schengen (‘id-dħul fis-seħħ’);

2. verifika li l-acquis ta’ Schengen qed ikun applikat b’mod korrett mill-Istati Membri li qed jimplimentaw l-acquis ('l-implimentzzjoni’).

B'hekk dan il-mekkaniżmu jagħmel distinzjoni bejn ‘id-dħul fis-seħħ’ u ‘l-implimentazzjoni’. Għaldaqstant, l-ewwelnett, l-ispezzjonijiet iridu jsiru biex jiġi ddeterminat jekk ikunux issodisfati l-kundizzjonijiet għall-fiduċja reċiproka qabel ma jidħol fis-seħħ l-acquis. It-tieni, il-fiduċja reċiproka trid tinżamm billi tiġi spezzjonata l-implimentazzjoni korretta tal-acquis. Fil-fażi intergovernattiva ta’ Schengen, kienu meħtieġa dispożizzjonijiet speċifiċi biex tkun verifikata l-implimentazzjoni korretta.

L-acquis ta’ Schengen kien integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma kien innegozjat mill-ġdid. Il-Kumitat Permanenti u l-mandat tiegħu tal-1998 għaldaqstant bdew jiffunzjonaw mingħajr bidliet, ħlief li fil-Kunsill il-Kumitat Permanenti sar il-Grupp ta’ Ħidma tal-Evalwazzjoni ta’ Schengen (SCH-EVAL)

Minħabba l-bażi intergovernattiva tagħha, l-evalwazzjoni ta’ Schengen kienet - u għadha - kollha kemm hi f’idejn l-Istati Membri, bil-Kummissjoni tieħu sehem bħala osservatur. Dan għadu approċċ loġiku għall-ewwel parti tal-mandat, peress li ma hemm xejn simili fl-acquis tal-ġustizzja u l-affarijiet interni tal-UE għal din id-distinzjoni bejn ‘tiddaħħal fis-seħħ’ u ‘l-implimentazzjoni’. Barra minn hekk, fit-tkabbir tal-2004 u l-2007, il-proċedura li biha tittieħed id-deċiżjoni biex jitneħħew il-fruntieri interni u għall-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen kienet stipulata fit-trattati tal-adeżjoni, i.e. fil-liġi primarja. L-Atti tal-Adeżjoni pprovdew għal Deċiżjoni tal-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Ma hemm l-ebda dritt ta’ inizjattiva previst għall-Kummissjoni.

Madanakollu, dan l-approċċ huwa inqas loġiku għat-tieni parti tal-mandat. Konsegwentament, sa mill-mument tal-integrazzjoni tal-acquis, il-Kummissjoni kienet ħarġet dikjarazzjoni li tistqarr li ‘tikkunsidra li l-integrazzjoni fil-qafas tal-Unjoni tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv li jistabbilixxi Kumitat Permanenti għall-Konvenzjoni Implimentattiva ta’ Schengen (SCH/Com-ex (98) 26 def of 16.9.1998) ma taffettwa bl-ebda mod is-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati u b’mod partikolari mir-responsabbiltà tagħha bħala l-gwardjana tat-Trattati’.

Peress li hi fundamentali għall-Istati Membti li qabel tidħol fis-seħħ issir evalwazzjoni sabiex tinkiseb fiduċja reċiproka, tidher raġonevoli li din tibqa’ r-responsabbiltà tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tkompli tipparteċipa b’mod sħiħ bħala osservatur f’dawn l-evalwazzjonijiet.

Madanakollu, dawn ir-responsabilitajiet dfferenti ma jwasslux għal standards ta' evalwazzjoni differenti, iżda biss jirriflettu r-realtijiet istituzzjonali differenti. Il-Kunsill jista' wkoll jiddeċiedi li juża l-istruttura proposta sabiex jevalwa Stati Membri qabel jitneħħew il-kontrolli fuq il-fruntieri interni.

- Il-ħtieġa li tittejjeb l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni korretta tal-acquis

Sa mill-1999, kien hemm diversi diskussjonijiet bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni dwar kif il-mekkaniżmu ta’ valutazzjoni ta’ Schengen isir aktar effiċjenti, b’mod partikolari dwar it-tieni parti tal-mandat, l-aktar tal-verifika tal-applikazzjoni korretta tal-acquis wara li jitneħħew il-kontrolli interni. Ġew identifikati n-nuqqasijiet prinċipali li ġejjin:

1. Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni attwali huwa inadegwat. Ir-regoli dwar il-konsistenza u l-frekwenza tal-valutazzjonijiet mhumiex ċari. Ma jitwettqux żjarat fuq il-post li ma jkunux imħabbra.

2. Hemm il-ħtieġa li jkun żviluppat metodu biex ikunu stipulati l-prijoritajiet ibbażat fuq l-analiżi tar-riskju.

3. Trid tkun żgurata b’mod konsistenti kwalità għolja ta’ kompetenza matul l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni. L-esperti li qed jipparteċipaw fl-evalwazzjoni għandu jkollhom livell għoli ta’ għarfien legali u esperjenza prattika. Li jintbagħat espert minn kull Stat Membru f’kull żjara fuq il-post tista’ tkun ta’ detriment għall-effiċjenza tal-eżerċizzju Għandu jiġi determinat għadd xieraq ta’ esperti biex jieħdu sehem fiż-żjarat fuq il-post.

4. Jeħtieġ li jittejjeb il-mekkaniżmu ta’ wara l-evalwazzjoni għall-valutazzjoni tas-segwitu li jkun sar għar-rakkomandazzjonijiet wara ż-żjarat fuq il-post, peress li l-miżuri li jittieħdu biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet u l-perjodi li fih iridu jiġu rrimedjati, ivarja minn Stat Membru għall-ieħor.

5. Ir-responsabbiltà istituzzjonali tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati mhux riflessa fis-sistema ta’ evalwazzjoni attwali.

Il-punti li ġejjin huma intenzjonati biex jindirizzaw id-dgħufijiet identifikati fil-mekkaniżmu attwali.

Il-metodu ta' evalwazzjoni u r-rwol tal-Frontex

Din il-proposta tintroduċi programmi multiannwali u annwali ta' żjarat fuq il-post kemm imħabbra minn qabel u kemm le. L-Istati Membri se jkomplu jiġu evalwati fuq bażi regolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-acquis. Il-partijiet kollha tal-acquis ta' Schengen jistgħu jkunu soġġetti għall-evalwazzjoni.

Din l-evalwazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq tweġibiet għall-kwestjonarji, żjarat fuq il-post jew kombinazzjoni tat-tnejn li huma.

Fis-snin riċenti, l-Istati Membri għadhom ma raw l-ebda ħtieġa li jwettqu evalwazzjonijiet fuq il-post fir-rigward tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali jew dwar armamenti u drogi. Il-protezzjoni tad-dejta ma kinitx dejjem soġġetta għall-evalwazzjonijiet fuq il-post.

Madankollu, żjarat fuq il-post mhumiex limitati għall-fruntieri esterni u viżi, iżda jistgħu jkopru l-partijiet kollha tal-acquis ta' Schengen, inkluż id-dispożizzjonijiet għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni. Madankollu, fir-rigward tal-armamenti, meta l-acquis ġie integrat fil-qafas tal-UE d-dispożizzjonijiet relevanti tal-acquis ta' Schengen ġew sostitwiti bid-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armamenti[5]. Il-verifika tat-traspożizzjoni korretta ta’ din id-Direttiva ngħatat lill-Kummissjoni skont it-Trattat. Billi l-Istati Membri qatt ma kellhom il-ħtieġa li jwettqu evalwazzjonijiet fuq il-post, m'hemmx bżonn li tiġi inkluża l-verifika tat-traspożizzjoni korretta ta' din id-Direttiva f’din il-proposta.

Addizzjonalment, kull fejn liġi tal-UE eżistenti diġà tipprovdi għal evalwazzjoni speċifika, ma hemm l-ebda ħtieġa għal evalwazzjoni addizzjonali fil-kuntest ta' dan il-mekkaniżmu, iżda sempliċiment għall-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen.

B'mod partikolari, fil-każ tal-protezzjoni tad-dejta, li, lil hinn milli hi parti mill-acquis ta' Schengen, tapplika orizzontalment għall-oqsma politiki kollha, l-evalwazzjoni għandha tiffoka fuq l-aspetti tal-protezzjoni tad-dejta relatati mas-SIS u tkun imwettqa fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet tas-SIS, sabiex tuża s-sinerġiji eżistenti.

Il-ħtieġa speċifika għal dawn iż-żjarat fuq il-post għandha tkun determinata mill-Kummissjoni, wara li tieħu l-parir tal-Istati Membri, meta jitqiesu l-bidliet fil-leġiżlazzjoni, il-proċeduri jew l-organizzazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat flimkien mal-analiżi tar-riskju pprovdut mill-Frontex fir-rigward tal-fruntieri esterni u l-viżi.

Barra minn hekk, jistgħu jiġu inklużi fil-programm annwali, evalwazzjonijiet tematiċi jew reġjonali.

Minbarra dawn l-evalwazzjonijiet regolari, jistgħu jsiru żjarat fuq il-post mhux imħabbra abbażi tal-analiżi tar-riskju pprovdut minn Frontex jew kwalunkwe sors ieħor li jindika l-ħtieġa li ssir żjara mhux imħabbra.

Kemm il-programmi multiannwali kif ukoll dawk annwali jistgħu jiġu adattati jekk ikun hemm bżonn.

Kompetenzi tal-Istati Membri

L-esperti tal-Istati Membri huma involuti wkoll fil-verifika tal-applikazzjoni korretta f’oqsma oħra tal-liġi tal-UE, pereżempju s-sigurtà fl-avjazzjoni u s-sigurtà marittima. Peress li l-implimentazzjoni korretta tal-miżuri li jakkumpanjaw li jippermettu t-tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri interni hi ta' importanza funadamentali għas-sigurtà interna tal-Istati Membri, l-esperti tal-Istati Membri ser jibqgħu jkollhom rwol ewlieni fil-proċess ta' evalwazzjoni. Huma ser jipparteċipaw fiż-żjarat imħabbra kif ukoll f'dawk li ma jkunux imħabbra u jkunu involuti fl-abbozzar tal-programmi ta' evalwazzjoni multiannwali u annwali kif ukoll fiż-żjarat fuq il-post, ir-rappurtaġġ u s-ssussegwirsi permezz ta' proċedura ta' kumitat. Sabiex ikunu garantiti esperti ta’ livell għoli, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-esperti jkollhom kwalifiki xierqa, inkluż għarfien teoretiku solidu u esperjenza prattika fl-oqsma koperti minn din l-evalwazzjoni, kif ukoll għarfien sod tal-prinċipji, proċeduri u tekniki għal żjarat fuq il-post.

Għandu jingħata taħriġ xieraq mill-korpi relevanti (pereżempju l-Frontex) u l-fondi għandhom isiru disponibbli għall-Istati Membri għal taħriġ speċifiku fil-qasam tal-evalwazzjoni tal-acquis ta' Schengen (pereżempju permezz ta' taħriġ fil-prijoritajiet għal azzjonijiet tal-Unjoni adottati skont ir-regoli stabbiliti mill-Fond għall-Fruntieri Esterni)[6].

Minħabba l-bżonn li jitnaqqas l-għadd tal-esperti li jipparteċipaw sabiex tkun żgurata evalwazzjoni effiċjenti fuq il-post, l-għadd ta’ esperti li jipparteċipaw fiż-żjara għandu jiġi llimitat għal tmienja. Minħabba li jista’ jkun iktar diffiċli li esperti jkunu disponibbli fi żmien qasir għal żjarat mhux imħabbra, l-għadd ta’ esperti li jipparteċipaw f’dawn it-tip ta’ żjarat għandu jkun limitat għal sitta.

Ladarba implimentazzjoni korretta ta’ miżuri biex jiżguraw il-moviment ħieles ta’ persuni skont l-Artikolu 26 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma jaffettwax is-sigurtà interna tal-Istati Membri l-oħra, l-evalwazzjoni tat-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni tista' tkun kompletament fdata lill-Kummissjoni. Għandu jkun innutat li l-verifika tat-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni mhix koperta mill-mandat intergovernattiv.

Segwitu għall-evalwazzjoni

Sabiex jiġu indirizzati b’mod effettiv id-dgħufijiet u n-nuqqasijiet identifikati, kull sejba fir-rapport għandha tkun kklassifikata f'waħda minn tliet kategoriji: konformi, konformi iżda titjib meħtieġ jew mhux konformi. Fi żmien ġimagħtejn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu fuq ir-rapport u, fi żmien xahar wara l-adozzjoni tar-rapport, jipprovdu pjan ta’ azzjoni dwar kif se jkunu rrimedjati d-dgħufijiet. L-Istat Membru ser ikun ukoll obbligat li fi żmien sitt xhur jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tiegħu ta’ azzjoni. Skont id-dgħufijiet identifikati, żjarat imħabbra jew mhux imħabbra fuq il-post jistgħu jkunu skedati sabiex tkun ivverifikata l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta’ azzjoni. Fil-każ ta’ difetti serji, il-Kummissjoni trid tinforma lill-Kunsill mingħajr ebda dewmien.

Dan ma jaffettwa bl-ebda mod is-setgħa tal-Kummissjoni li tibda proċedura ta’ ksur fi kwalunkwe stadju tal-evalwazzjoni. Stat Membru jista’ jkun qed jikser l-acquis, pereżempju jekk jirrifjuta d-dħul lil persuni li huma fil-pussess ta’ viża ta’ Schengen valida maħruġa minn Stat Membru ieħor. F’każijiet bħal dawn, is-sigurtà interna tal-Istat Membru mhux mhedda, iżda xorta jkun qed jikser il-Liġi tal-Unjoni.

Integrazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea

Minħabba r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni skont it-Trattat, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tieħu r-riedni f'idejha fil-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen biex tivvaluta l-applikazzjoni korretta tal-acquis wara li jitneħħew il-kontrolli tal-fruntieri interni. Madankollu, l-esperjenza tal-Istati Membri hija importanti wkoll sabiex tkun tista' tiġi vverifikata l-implimentazzjoni fuq il-post u biex tinżamm fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri.

Il-kostijiet għall-parteċipazzjoni tal-esperti tal-Istat Membru għandhom jinġarru mill-baġit tal-UE.

- Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam kopert mill-proposta

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv li jistabbilixxi l-Kumitat Permanenti dwar il-Konvenzjoni Implimentattiva ta’ Schengen (SCH/Com-ex (98) 26 def tas-16.9.1998)

- Konsistenza mal-bqija tal-politiki u l-għanijiet tal-Unjoni

Il-proposta hi konsistenti mal-politiki eżistenti u mal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-għan dwar il-ħolqien u ż-żamma ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI

Sa mill-1999, saru diversi diskussjonijiet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar l-‘Evalwazzjoni ta’ Schengen’ bil-għan li l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen isir aktar effiċjenti. Pereżempju l-grupp qabel, li jillimita l-għadd ta’ esperti li jipparteċipaw fl-evalwazzjonijiet. Madanakollu, dan il-ftehim ma jorbotx legalment u kull Stat Membru għadu jgawdi d-dritt li jibgħat espert għal żjarat ta’ evalwazzjoni, li xi drabi tagħmilha diffiċli li jkun żgurat li dawn iż-żjarat jipproċedu bla skossi. Kienu diskussi wkoll il-frekwenza u l-metodu tal-evalwazzjonijiet.

F’April 2008, il-Kummissjoni organizzat laqgħa għall-esperti. L-Istati Membri qablu mal-valutazzjoni tan-nuqqasijiet kif identifikati mill-Kummissjoni. Filwaqt li l-Istati Membri rrikonoxxew il-bżonn li jinbidel il-mekkaniżmu attwali, uħud esprimew id-dubji dwar ir-rwol istituzzjonali tal-Kummissjoni f’mekkaniżmu ġdid ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen.

Il-proposti ta' Marzu 2009 kienu diskussi fil-Grupp ta' Ħidma relevanti tal-Kunsill waqt tliet laqgħat fuq l-approċċ ġenerali u tlieta oħra dwar is-sostanza[7]. Il-Parlament Ewropew irrifjuta l-proposti fl-20 ta' Ottubru 2009[8], bl-argument li l-Kummissjoni kellha tinvolvih fl-adozzjoni tal-proposti bil-kodeċiżjoni. Sadanittant, il-Grupp ta' Evalwazzjoni ta' Schengen kien ukoll qiegħed jaħdem iżjed lejn it-titjib tal-metodi attwali ta' ħidma. Din il-proposta l-ġdida tikkunsidra d-diskussjonijiet li saru fil-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar il-proposti ta' Marzu 2009.

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

- Sommarju tal-azzjoni proposta

L-istrument jipprovdi għal mekkaniżmu ġdid ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni trasparenti, effettiva u konsistenti tal-acquis ta’ Schengen . Dan jirrifletti wkoll it-bidliet fis-sitwazzjoni legali wara l-integrazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea.

- Bażi legali

- L-Artikolu 77(2)(e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).L-Artikolu 77 jiddisponi għat-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni bħala l-għan aħħari ta' żona ta' moviment ħieles ta' persuni fl-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 26 tat-TFUE. It-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni trid tkun akkumpanjata minn miżuri fil-qasam tal-fruntieri esterni, politika tal-viża, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, il-protezzjoni tad-dejta, koperazzjoni bejn il-pulizija, il-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u l-politiki dwar id-drogi. L-applikazzjoni korretta ta' dawn il-miżuri tagħmel possibbli ż-żamma ta' żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni. Evalwazzjoni tal-applikazzjoni korretta ta' dawn il-miżuri għalhekk isservi l-għan aħħari tal-politika li tinżamm żona ħielsa mill-kontrolli fuq il-fruntieri interni.

- Sussidjarjetà u proporzjonalità

Skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà, l-għan tar-Regolament propost, partikolarment biex il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen isir aktar effiċjenti, li attwalment hi r-responsabbiltà tal-Kunsill, jista’ jintlaħaq biss fuq livell tal-UE.

Din il-proposta tibqa’ fil-qafas attwali, filwaqt li tillimita l-għadd ta’ esperti li jipparteċipaw u iżżid l-effiċjenza. Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha.

- Għażla tal-istrument legali

Fin-natura tagħha stess, mekkaniżmu ta' evalwazzjoni biex jiżgura l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-UE ma jistax jirrikjedi azzjoni minn Stati Membri biex jittrasponuh fil-liġi nazzjonali. Għal din ir-raġuni, l-istrument magħżul huwa Regolament.

4. IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI

Dikjarazzjoni finanzjarja kompluta hija mehmuża mal-proposta preżenti. Riżorsi umani u finanzjarji adegwati jridu jiġu allokati lill-Kummissjoni, li se tkun responsabbli mill-mekkaniżmu l-ġdid tal-evalwazzjoni ta’ Schengen. Għandhom jiġu rimborżati l-ispejjeż li jsiru mill-esperti tal-Istati Membri

5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Konsegwenzi tad-diversi protokolli annessi mat-Trattati u tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni konklużi ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE

Il-bażi legali ta' din il-proposta hija fit-Titolu V, Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Is-sistema ta' "ġeometrija varjabbli" li sar provvediment għaliha fil-protokolli dwar il-pożizzjonijiet tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka u l-protokoll ta' Schengen għalhekk tapplika.

Din il-proposta hija bbażata fuq l-acquis ta’ Schengen. Għalhekk għandhom jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi segwenti b’rabta mad-diversi protokolli:

Ir-Renju Unit u l-Irlanda : Din il-proposta tipprovdi għal mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni sabiex tinżamm żona mingħajr fruntieri interni, li fiha r-Renju Unit u l-Irlanda ma jipparteċipawx, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu sehem f'uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen. Għalhekk, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhux ser jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhux ser ikunu marbutin bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu.

Id-Danimarka : Skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni mill-Kunsill ta' miżuri skont it-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta' "miżuri li jiddeterminaw il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom irid ikollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri, jew miżuri relatati ma' format uniformi għall-viżi".

Din il-proposta tibbaża fuq l-acquis ta’ Schengen. Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll, id-Danimarka trid "tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar proposta jew inizjattiva li tibni fuq l-acquis ta’ Schengen [skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] … jekk tkunx se timplimenta din id-Deċiżjoni fil-liġi nazzjonali tagħha".

Konsegwenzi għall-Bulgarija, Ċipru u r-Rumanija tal-proċedura f’żewġ stadji għall-istrumenti implimentattivi li jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen:

L-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003[9] u l-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005[10] jiddikjaraw li d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen u l-atti li jibnu fuqu jew li inkella huma relatati miegħu, elenkati fl-Anness I u l-Anness II ta’ dawn l-Atti rispettivament, ser ikunu vinkolanti u applikabbli fl-Istati Membri kkonċernati mid-data tal-adeżjoni. Id-dispożizzjonijiet u l-atti mhux imsemmija fl-Annessi, filwaqt li huma vinkolanti fuq dawn l-Istati Membri mid-data tal-adeżjoni, ser japplikaw fihom biss skont deċiżjoni tal-Kunsill f’dan is-sens meħuda skont dawn l-Artikoli.

Din hija l-proċedura implimentattiva f’żewġ stadji, fejn xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen huma vinkolanti u applikabbli mid-data tal-adeżjoni mal-Unjoni filwaqt li oħrajn, speċifikament dawk marbutin b’mod intrinsiku mat-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni, huma vinkolanti mid-data tal-adeżjoni iżda applikabbli fl-Istati Membri l-ġodda biss wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward.

Dan l-istrument jispeċifika kif l-implimentazzjoni korretta tal-acquis għandha tiġi żgurata wara li jitneħħew il-kontrolli interni fil-fruntieri.

In-Norveġja u l-Islanda: Fir-rigward tan-Norveġja u l-Islanda, din il-proposta tiżviluppa dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Irlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen.[11]

L-Isvizzera: Fir-rigward tal-Iżvizzera, din il-proposta tiżviluppa dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen[12].

Il-Liechtenstein: Fir-rigward tal-Liechtenstein, din il-proposta tiżviluppa dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen[13].

2010/0312 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni biex jissorvelja l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikulari l-Artikolu 77(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 294 tat-Trattat,

Billi:

(1) Iż-żona Schengen mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni toqgħod fuq l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti tal-miżuri akkumpanjanti mill-Istati Membri fiż-żoni ta' fruntieri esterni, politika tal-viża, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż il-protezzjoni tad-dejta, il-koperazzjoni tal-pulizija, koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u politiki dwar id-drogi.

(2) B’deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998[14], kien imwaqqaf Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen. Il-Kumitat Permanenti ngħata l-mandat, l-ewwel nett, biex jistabbilixxi jekk kinux issodisfati l-prekundizzjonijiet kollha biex jitneħħew il-kontrolli mal-fruntieri interni ma’ Stat kandidat, u t-tieni nett, biex jiġi żgurat li l-acquis ta’ Schengen ikun applikat kif suppost mill-Istati li diġà qed jimplimentaw l-acquis b’mod sħiħ.

(3) Huwa neċessarju mekkaniżmu speċifiku ta’ evalwazzjoni biex tiġi verifikata l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen minħabba l-bżonn li jkunu żgurati standards uniformi għolja fl-applikazzjoni prattika tal-acquis ta' Schengen u jinżamm livell għoli ta’ fiduċja reċiproka bejn dawk l-Istati Membri li jagħmlu parti minn żona mingħajr kontrolli mal-fruntieri interni. Tali mekkaniżmu għandu jibbaża fuq koperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u dawk l-Istati Membri.

(4) Il-Programm tal-Aja[15] jistieden lill-Kummissjoni ‘biex malli tkun kompluta t-tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri interni, tissottometti proposta li tissupplimenta l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni eżistenti ta’ Schengen b’mekkaniżmu ta’ sorveljanza, li jiżgura l-involviment sħiħ tal-esperti tal-Istati Membri, u li jkun jinkludi spezzjonijiet għall-għarrieda’.

(5) Il-Programm ta' Stokkolma[16] "jikkunsidra li l-evalwazzjoni taż-żona Schengen ser tkompli tkun ta' importanza ewlenija u li għalhekk għandha tittejjeb billi jissaħħaħ ir-rwol ta' Frontex f'dan il-qasam".

(6) Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni li kien stabbilit fl-1998 għaldaqstant għandu jiġi rivedut fir-rigward tat-tieni parti tal-mandat mogħti lill-Kumitat Permanenti. L-ewwel parti tal-mandat mogħti lill-Kumitat Permanenti għandha tkompli tapplika kif ġie stipulat fil-Parti I tad-Deċiżjoni tas-16 ta’ Settembru 1998.

(7) L-esperjenza miġbura matul evalwazzjonijiet preċedenti turi l-bżonn li jinżamm mekkaniżmu ta' evalwazzjoni koerenti li jkopri l-oqsma kollha tal-acquis ta' Schengen ħlief dawk fejn mekkaniżmu ta' evalwazzjoni speċifiku diġà jeżisti fi ħdan il-liġi tal-UE.

(8) L-Istati Membri għandhom ikunu involuti mill-qrib fil-proċess ta' evalwazzjoni. Miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati bl-użu tal-proċedura tal-amministrazzjoni, kif disposta fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.

(9) Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni għandu jistabbilixxi regoli trasparenti, effiċjenti u ċari dwar il-metodu li għandu jiġi applikat għall-evalwazzjonijiet, l-użu ta’ esperti bi kwalifiki għolja għal żjarat fuq il-post, u s-segwitu għall-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet. B’mod partikolari, il-metodu għandu jipprovdi għal żjarat mhux imħabbra biex jissupplimentaw iż-żjarat imħabbra, notevolment fir-rigward ta’ kontrolli fuq il-fruntieri u viżi.

(10) Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni għandu jinkludi wkoll il-verifika tal-leġiżlazzjoni relevanti dwar it-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni u verifiki fi ħdan it-territorju nazzjonali. Fid-dawl tan-natura speċifika ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li ma jaffettwawx is-sigurtà interna tal-Istati Membri, iż-żjarat fuq il-post rilevanti għandhom jiġu afdati esklussivament lill-Kummissjoni.

(11) L-evalwazzjoni għandha titfa' attenzjoni partikulari għar-rispett tad-drittijiet fundamentali meta jkun applikat l-acquis ta' Schengen.

(12) L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fuq il-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea[17], (minn hawn 'il quddiem "Frontex") għandha tappoġġja l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu, primarjament fil-qasam tal-analiżi tar-riskju relatat mal-fruntieri esterni. Il-mekkaniżmu għandhu jkun jista’ joqgħod ukoll fuq l-esperjenza tal-Aġenzija għat-twettiq ta’ żjarat fuq il-post fuq il-fruntieri esterni fuq bażi ad hoc .

(13) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti li jkunu disponibbli għaż-żjarat fuq il-post ikollhom l-esperjenza meħtieġa u jkunu ħadu taħriġ speċifiku għal dan l-iskop. Għandu jiġi pprovdut taħriġ xieraq mill-korpi relevanti (eż. il-Frontex) u l-fondi għandhom isiru disponibbli għall-Istati Membri għal inizjattivi mmirati għal taħriġ speċifiku fil-qasam tal-evalwazzjoni tal-acquis ta’ Schengen mill-istrumenti finanzjarji eżistenti u l-iżvilupp tagħhom.

(14) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u għalhekk mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, skont it-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka għandha, b’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jekk hix ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(15) Dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li fih ir-Renju Unit mhux jipparteċipa, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen[18]. Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(16) Dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li fih l-Irlanda mhux tipparteċipa, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen[19]. L-Irlanda għaldaqstant mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(17) Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jiżviluppa dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, kif dispost bil-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Irlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen.[20]

(18) Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, kif dispost bil-Ftehim konkluż mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen[21].

(19) Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, kif dispost bil-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen[22].

(20) Fir-rigward ta’ Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen, jew li hu b’xi mod ieħor relatat miegħu, skont l-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

(21) Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen, jew li hu b’xi mod ieħor relatat miegħu, skont l-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005.

(22) Esperti minn Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom madanakollu jipparteċipaw fl-evalwazzjoni tal-partijiet kollha tal-acquis ta' Schengen,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan u ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen fl-Istati Membri li għalihom l-acquis ta' Schengen japplika bis-sħiħ.

Esperti mill-Istati Membri li, skont l-Att ta' Adeżjoni relevanti, ma japplikawx bis-sħiħ l-acquis għandhom madanakollu jipparteċipaw fl-evalwazzjoni tal-partijiet kollha tal-acquis.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament,

"L-acquis ta' Schengen" tfisser id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, kif integrati fil-qafas tal-Unjoni Ewropea mill-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-atti li jibnu fuqu jew b'xi mod ieħor relatati miegħu.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet

1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni f'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u bis-sostenn tal-korpi Ewropej, kif speċifikat f'dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni biex jippermettulha twettaq il-kompiti mogħtija lilha b'dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni matul il-fażi preparatorja, iż-żjara fuq il-post, il-fażijiet ta’ rappurtaġġ u ta’ segwitu tal-evalwazzjonijiet.

Artikolu 4

Evalwazzjonijiet

L-evalwazzjonijiet jistgħu jikkonsistu fi kwestjonarji u fi żjarat fuq il-post. It-tnejn jistgħu jiġu supplimentati minn preżentazzjonijiet mill-Istat Membru evalwat dwar il-qasam kopert mill-evalwazzjoni. Żjarat fuq il-post u kwestjonarji jistgħu jintużaw b’mod indipendenti jew flimkien fir-rigward ta' Stati Membri speċifiċi u/jew oqsma speċifiċi. Iż-żjarat fuq il-post jistgħu jkunu mħabbra jew mhux imħabbra.

Artikolu 5

Programm multiannwali

1. Il-programm ta’ evalwazzjoni multiannwali li jkopri perjodu ta’ ħames snin għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni, skont il-proċedura li saret referenza għaliha fl-Artikolu 15(2), mhux iktar tard minn sitt xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta' ħames snin li jmiss.

2. Il-programm multiannwali għandu jkun fih il-lista tal-Istati Membri li jkunu ser ikunu evalwati kull sena. Kull Stat Membru għandu jkun evalwat mill-anqas darba matul kull perjodu ta’ ħames snin. L-ordni li fiha għandhom ikunu evalwati l-Istati Membri għandha tkun ibbażata fuq analiżi tar-riskju b’kunsiderazzjoni għall-pressjoni migratorja, is-sigurtà interna, iż-żmien li jkun għadda mill-evalwazzjoni preċedenti u l-bilanċ bejn il-partijiet differenti tal-acquis ta’ Schengen li għandhom ikunu evalwati.

3. Il-programm annwali jista’ jiġi adattat, jekk neċessarju, skont il-proċedura li sar referiment għaliha fil-paragrafu 1.

Artikolu 6

Analiżi tar-riskju

1. Sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, il-Frontex għandha tippreżenta lill-Kummissjoni analiżi tar-riskju li tikkunsidra l-pressjoni migratorja u tagħmel rakkomandazzjonijiet għal prijoritajiet għall-evalwazzjonijiet fis-sena ta' wara. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jirreferu għal sezzjonijiet speċifiċi tal-fruntieri esterni u għal punti speċifiċi ta’ qsim fuq il-fruntieri li għandhom ikunu evalwati fis-sena ta' wara fil-programm multiannwali. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-analiżi ta' riskju għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

2. Sa l-istess skadenza kif stipulat fil-paragrafu 1, Frontex għandha tippreżenta lill-Kummissjoni analiżi tar-riskju separata b’rakkomandazzjonijiet għal prijoritajiet għall-evalwazzjonijiet li għandhom ikunu implimentati permezz ta’ żjarat mhux imħabbra fis-sena ta' wara. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jirrigwardaw kwalunkwe reġjun jew qasam speċifiku u għandu jkollhom lista ta' mill-inqas għaxar sezzjonijiet speċifiċi tal-fruntieri esterni u għaxar punti speċifiċi ta' qsim tal-fruntiera.

Artikolu 7

Kwestjonarju

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kwestjonarju standard lill-Istati Membri biex ikun evalwat fis-sena ta' wara sa mhux aktar tard mill-15 ta' Awwissu tas-sena preċedenti. Il-kwestjonarji standard għandhom ikopru l-leġiżlazzjoni rilevanti u l-mezzi organizzattivi u tekniċi disponibbli għall-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u d-dejta statistika għal kull qasam ta’ evalwazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju fi żmien sitt ġimgħat minn meta dan ikun ikkomunikat. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawn it-tweġibiet disponnibbli għall-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 8

Programm annwali

1. Meta wieħed jikkunsidra l-analiżi tar-riskju pprovduta mill-Frontex skont l-Artikolu 6, it-tweġibiet tal-kwestjonarju msemmi fl-Artikolu 7 u fejn xieraq, sorsi oħra relevanti, programm annwali ta’ evalwazzjoni għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni, mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru tas-sena preċedenti. Il-programm jista’ jipprovdi għall-evalwazzjoni ta’:

- l-applikazzjoni tal-acquis jew partijiet tal-acquis minn Stat Membru, kif speċifikat fil-programm multiannwali;

u, barra minn hekk, fejn ikun rilevanti:

- l-applikazzjoni ta’ partijiet speċifiċi tal-acquis f’diversi Stati Membri (evalwazzjonijiet tematiċi);

- l-applikazzjoni tal-acquis minn grupp ta’ Stati Membri (evalwazzjonijiet reġjonali).

2. L-ewwel taqsima tal-programm, adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2), għandha telenka l-Istati Membri li għandhom ikunu evalwati fis-sena segwenti skont il-programm multiannwali. Din it-taqsima għandha telenka l-oqsma li għandhom ikunu evalwati u ż-żjarat fuq il-post.

3. Il-Kummissjoni għandha tħejji t-tieni taqsima tal-programm, li għandha telenka ż-żjarat mhux imħabbra li għandhom jitwettqu fis-sena ta' wara. Din it-taqsima għandha tkun meqjusa kunfidenzjali u m’għandiex tiġi kkomunikata lill-Istati Membri.

4. Il-programm annwali jista’ jiġi adattat, jekk meħtieġ, skont il-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 9

Lista ta' esperti

1. Il-Kummissjoni għandha tibni lista ta’ esperti maħtura mill-Istati Membri għall-parteċipazzjoni fi żjarat fuq il-post. Il-lista għandha tiġi kkomunikata lill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-oqsma tal-kompetenzi ta’ kull espert fir-rigward tal-oqsma elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull tibdil mill-aktar fis possibbli.

3. L-Istati Membri għandhom jindikaw liema esperti jistgħu jkunu disponibbli għaż-żjarat mhux imħabbra skont il-ħtiġijiet stipulati fl-Artikolu 10(5).

4. L-esperti għandu jkollhom il-kwalifiki xierqa, inkluż tagħrif teoretiku solidu u esperjenza prattika fl-oqsma kollha koperti mill-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni, kif ukoll għarfien tajjeb tal-prinċipji ta’ evalwazzjoni, proċeduri u tekniki, u għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw b’mod effettiv b’lingwa komuni.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti magħżula tagħhom jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifikati fil-paragrafu preċedenti, inkluż billi jindikaw it-taħriġ li ngħataw l-esperti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti jingħataw taħriġ kontinwu biex ikomplu jikkonformaw ma’ dawn il-ħtiġijiet.

Artikolu 10

Gruppi responsabbli għal żjarat fuq il-post

1. Iż-żjarat fuq il-post għandhom jitwettqu mill-gruppi maħtura mill-Kummissjoni. Il-gruppi għandhom jikkonsistu f’esperti magħżula minn lista ta’ esperti msemmija fl-Artikolu 9 u minn uffiċjali tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-bilanċ ġeografiku u l-kompetenza tal-esperti f'kull tim. L-esperti tal-Istati Membri ma jistgħux jieħdu sehem fi żjara fuq il-post fl-Istat Membru li fih huma jkunu impjegati.

2. Il-Kummissjoni tista' tistieden lill-Frontex, il-Europol, il-Eurojust jew korpi Ewropej oħra biex jaħtru rapreżentant biex jieħu sehem bħala osservatur fi żjara dwar qasam kopert mill-mandat tagħhom.

3. L-għadd ta’ esperti (inkluż osservaturi) li jipparteċipaw fi żjarat ta’ evalwazzjoni ma’ jistax ikun iktar minn tmien persuni għaż-żjarat fuq il-post imħabbra u sitt persuni għaż-żjarat fuq il-post mhux imħabbra.

4. Fil-każ ta’ żjarat imħabbra, l-Istati Membri li l-esperti tagħhom ikunu nħatru skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat qabel tkun skedata ż-żjara fuq il-post. L-Istati Membri għandhom jikkonfermaw id-disponibbiltà tal-esperti fi żmien ġimgħa.

5. Fil-każ ta’ żjarat mhux imħabbra, l-Istati Membri li l-esperti tagħhom ikunu nħatru skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn ġimgħa qabel tkun skedata ż-żjara fuq il-post. L-Istati Membri għandhom jikkonfermaw id-disponibbiltà tagħhom tal-esperti fi żmien 48 siegħa.

6. L-esperti li jmexxu ż-żjarat fuq il-post għandhom ikunu uffiċċjal tal-Kummissjoni u espert minn Stat Membru, li għandu jkun maħtur qabel iż-żjara fuq il-post b'mod konġunt mill-membri fit-tim tal-esperti.

Artikolu 11

Kif jitmexxew iż-żjarat fuq il-post

1. It-timijiet ta’ żjarat fuq il-post għandhom jagħmlu l-attivitajiet preparatorji kollha meħtieġa sabiex jiżguraw l-effiċjenza, l-akkurattezza u l-konsistenza taż-żjarat fuq il-post.

2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jkun avżat:

- mill-inqas xahrejn qabel id-data ta' żjara fuq il-post imħabbra;

- mill-inqas 48 siegħa qabel żjara fuq il-post mhux imħabbra.

3. Kull membru tal-grupp li jwettaq zjarat fuq il-post għandu jġorr identifikazzjoni li tawtorizzah biex iwettaq żjarat fuq il-post f’isem l-Unjoni Ewropea.

4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-grupp ta’ esperti jkun jista’ jindirizza direttament lill-persuni rilevanti. Għandu jiżgura li t-tim ikollu aċċess għaż-żoni kollha, għall-bini u għad-dokumenti kollha kif rikjesti għall-evalwazzjoni. Għandu jiżgura li l-grupp ikun jista’ jeżerċita l-mandat tiegħu biex jivverifika l-attivitajiet relatati mal-oqsma li għandhom ikunu evalwati.

5. L-Istat Membru kkonċernat għandu, b’kull mezz fis-setgħat legali tiegħu, jassisti lit-tim fit-twettiq tal-kompitu tiegħu.

6. Fil-każ ta’ żjarat imħabbra fuq il-post, il-Kummissjoni għandha tipprovdi bil-quddiem lill-Istat Membri rilevanti, l-ismijiet tal-esperti fit-tim. L-Istat Membru kkonċernat għandu jaħtar punt ta’ kuntatt biex isiru l-arranġamenti prattiċi għaż-żjara fuq il-post.

7. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tal-esperti tagħhom. Il-kostijiet tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni għall-esperti li jkunu qed jieħdu sehem fiż-żjarat għandhom ikunu rimborżati mill-Kummissjoni.

Artikolu 12

Verifika tal-moviment ħieles tal-persuni fil-fruntieri interni

Minkejja l-Artikolu 10, timijiet għal żjarat fuq il-post mhux imħabbra biex jivverifikaw in-nuqqas ta’ kontrolli fuq il-fruntieri interni għandhom jikkonsistu f'Uffiċjali tal-Kummissjoni biss.

Artikolu 13

Rapporti ta’ evalwazzjoni

1. Għandu jitfassal rapport wara kull evalwazzjoni. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq is-sejbiet taż-żjara fuq il-post u l-kwestjonarju, kif xieraq.

6. Jekk l-evalwazzjoni tkun ibbażata biss fuq il-kwestjonarju jew fuq żjara mhux imħabbra, ir-rapport għandu jitfassal mill-Kummissjoni.

7. Fil-każ ta’ żjara mħabbra fuq il-post, ir-rapport għandu jitfassal mill-grupp matul iż-żjara. L-uffiċjal tal-Kummissjoni għandu jieħu r-responsabbiltà sħiħa għall-abbozz tar-rapport u jiżgura l-integrità u l-kwalità tiegħu. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, it-tim għandu jagħmel ħiltu biex isib kompromess. Opinjonijiet li ma jkunux jaqblu mal-maġġoranza għandhom jiġu inklużi fir-rapport.

2. Ir-rapport għandu janalizza l-aspetti kwalitattivi, kwantitattivi, operattivi, amministrattivi u organizzattivi, kif xieraq, u għandu jelenka n-nuqqasijiet u d-difetti stabbiliti matul l-evalwazzjoni. Ir-rapport għandu jkun fih rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni ta' rimedju u skadenzi għall-implimentazzjoni tagħhom.

3. Waħda mill-klassifikazzjonijiet segwenti għandha tingħata għal kull sejba fir-rapport:

8. konformi;

9. konformi iżda titjib huwa neċessarju;

10. mhux konformi

4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-rapport lill-Istati Membri kkonċernati fi żmien sitt ġimgħat miż-żjara fuq il-post jew minn meta jaslu t-tweġibiet għall-kwestjonarju, kif xieraq. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport fi żmien ġimagħtejn.

5. L-espert tal-Kummisjoni għadu jippreżenta r-rapport u r-risposta tal-Istat Membru lill-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15. L-Istati Membri għandhom ikunu mistiedna jikkummentaw fuq it-tweġibiet għall-kwestjonarju, ir-rapport u l-kummenti mill-Istat Membru kkonċernat.

Ir-rakkomandazzjonijiet li jindirizzaw il-klassifikazzjoni tas-sejbiet imsemmija f'paragrafu 3 għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).

Fi żmien xahar mill-adozzjoni tar-rapport, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni pjan ta’ azzjoni biex jirrimedja xi dgħufijiet identifikati.

Wara li tikkonsulta t-tim ta' esperti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-valutazzjoni tagħha dwar l-adegwatezza tal-pjan ta' azzjoni lill-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15. L-Istati Membri għandhom ikunu mistiedna jikkummentaw fuq il-pjan ta’ azzjoni.

6. L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni fi żmien sitt xhur minn meta jirċievi r-rapport, u minn hemm ’il quddiem ikompli jagħmel dan kull tliet xhur sakemm il-pjan ta’ azzjoni jkun implimentat kollu kemm hu. Skont il-gravità tad-dgħufijiet identifikati u l-miżuri meħuda biex ikunu rrimedjati, il-Kummissjoni tista' tiskeda żjarat imħabbra skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 15(2) biex tivverifika l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. Il-Kummissjoni tista' wkoll tiskeda żjarat fuq il-post mhux imħabbra.

Il-Kummissjoni ser tinforma lill-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15, fuq bażi regolari, dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni.

7. Jekk żjara fuq il-post tiżvela nuqqas serju maħsub li għandu impatt sinifikanti fuq il-livell ġenerali ta’ sigurtà ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, il-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, għandha tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 14

Informazzjoni sensittiva

Il-gruppi għandhom iqisu kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul il-qadi ta’ dmirijiethom bħala kunfidenzjali. Ir-rapporti imfassla wara ż-żjarat fuq il-post għandhom jiġu kklassifikati bħal ristretti. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Istat Membri kkonċernati, għandha tiddeċiedi liema parti tar-rapport tista’ ssir pubblika.

Artikolu 15

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u mmexxija minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4, 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet Tranżitorji

1. L-ewwel programm multiannwali skont l-Artikolu 5 u l-ewwel programm annwali skont l-Artikolu 8 għandhom jiġu stabbiliti sitt xhur wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. Id-dati għall-bidu taż-żewġ programmi għandhom ikunu sena wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

2. L-ewwel analiżi tar-riskju li għandha tkun pprovduta mill-Frontex skont l-Artikolu 6 għandha tingħata lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-esperti tagħhom skont l-Artikolu 9 mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Informazzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bir-rakommandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13(5).

Artikolu 18

Rapportar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjonijiet li jsiru skont dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jsir pubbliku u għandu jinkludi l-informazzjoni dwar:

- l-evalwazzjonijiet li jkunu twettqu matul is-sena preċedenti, u

- il-konklużjonijiet maħruġa minn kull evalwazzjoni u l-qagħda preżenti fir-rigward tal-azzjonijiet ta' rimedju.

Artikolu 19

Revoka

Il-Parti II tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li twaqqaf Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (SCH/Com-ex (98) 26 def.), bit-titolu "Kumitat ta’ implimentazzjoni għall-Istati li diġà qed japplikaw il-Konvenzjoni", għandu jitħassar minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jwettaq l-evalwazzjonijiet ta' Schengen imsemmija fl- Atti tal-Adeżjoni u konklużi wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUSSIVAMENT RISTRETT GĦAD-DĦUL

1. ISEM TAL-PROPOSTA

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen

2. QAFAS TA' ĦIDMA ABM / ABB

Il-Qasam ta’ Politika: Qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (Titolu 18)

Attivitajiet: Solidarjetà — Fruntieri esterni, ritorn, politika tal-viża u l-moviment ħieles tan-nies (Kapitolu 18.02)

3. LINJI BAĠITARJI

3.1. Linji baġitarji (linji operazzjonali u linji konnessi mal-assistenza teknika u amministrattiva (li qabel kienu l-linji B.A.)), inklużi l-intestaturi

Taħt Kapitolu 18.02 (Solidarjetà — Fruntieri esterni, ritorn, politika tal-viża u l-moviment ħieles tal-persuni), ħolqien tal-Artikolu 18 02 07 - intitolat “Evalwazzjoni ta' Schengen "*

*Linja baġitarja maħluqa fl-AB għall-2011

3.2. Tul ta’ żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju

L-azzjoni hi skedata li tibda fl-2011 jew l-2012. Ser tkun permanenti.

3.3. Karatteristiċi baġitarji

Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Ġdid | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati ma’ Schengen | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

Ara 3.1 | Mhux obbligatorju | Diff[23] | IVA | IVA | LE | Nru [3A] |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

EUR miljun (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ nfiq | Sezzjoni nru | Sena 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

Nefqa operazzjonali[24] |

Approprazzjonijiet għall-impenji | 8.1. | a | p.m. | 0.562 | 0.730 | 0.730 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA) | b |

Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza[25] |

Għajnuna teknika u amministrattiva – NDA (AMD) | 8.2.4. | c |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | p.m. | 0.562 | 0.730 | 0.730 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | p.m. | 0.562 | 0.730 | 0.730 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza[26] |

Riżorsi umani u nfiq assoċjat (NDA) | 8.2.5. | d | 0.122 | 0.610 | 0.854 | 0.854 |

Spejjeż amministrattivi, għajr għal riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | p.m. | 0.065 | 0.097 | 0.097 |

It-total indikattiv tal-ispejjeż finanzjarji għall-intervent |

TOTAL AI, inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.122 | 1.237 | 1.681 | 1.681 |

TOTAL AĦ, inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.122 | 1.237 | 1.681 | 1.681 |

Dettalji ta’ kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali jekk korpi differenti qed jipprovdu l-kofinanzjament):

EUR miljun (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Korp tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f |

TOTAL AI inkluż kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Kompatibbiltà mal-programmazzjoni finanzjarja

( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju attwali[27]. Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-2011 isiru disponibbli permezz ta’ trasferiment fi ħdan il-Kapitolu 18.02.

( Il-proposta ser tkun teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[28] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju — l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Din il-proposta tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE. Pajjiżi mhux tal-UE assoċjati mal-acquis ta’ Schengen, l-Islanda u n-Norveġja[29] kif ukoll l-Isvizzera[30] u l-Liechtenstein[31] b'hekk jikkontribwixxu għall-kostijiet b’dan il-mod.

Miljuni ta' EUR (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta' riżorsi umani | 1 | 5 | 7 | 7 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Jeħtieġu li jiġu ssodisfati fuq perjodu ta’ żmien qasir jew fit-tul

Minħabba l-oriġini intergovernattiva tal-acquis ta’ Schengen, il-mekkaniżmu attwali ta’ evalwazzjoni ta' Schengen huwa fdat lill-Kunsill. In-nefqa li tkun saret matul l-evalwazzjonijiet hija mġarrba mill-baġits nazzjonali tal-Istati Membri li l-esperti tagħhom jipparteċipaw fl-evalwazzjonijiet. Wara l-integrazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, huwa neċessarju wkoll li jiġi pprovdut qafas legali li fih jistgħu jsiru dawn l-evalwazzjonijiet. Għalhekk, il-kostijiet li jirriżultaw b'konnessjoni ma' dan il-mekkaniżmu, b’mod partikolari dawk relatati mal-parteċipazzjoni tal-esperti tal-Istati Membri (rimborż tal-ispejjeż tal-ivjaġġar u l-akkomodazzjoni matul iż-żjarat fuq il-post) għandhom jitħallsu mill-baġit tal-UE. Il- per diem tal-esperti tal-Istati Membri ser ikompli jkun kopert mill-baġit tal-Istat Membru kkonċernat.

5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Iż-żamma taż-żona Schengen bħala żona ta' moviment ħieles mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni tiddependi fuq mekkaniżmu effettiv u effiċjenti għall-evalwazzjoni tal-miżuri akkumpanjanti. Huwa indispensabbli li l-evalwazzjoni intergovernattiva ta’ Schengen tkun adattata għall-qafas tal-UE, fejn il-Kummissjoni, bħala gwardjana tat-Trattati, ser tieħu r-responsabbiltajiet tagħha filwaqt li tiżgura bis-sħiħ il-parteċipazzjoni tal-esperti tal-Istati Membri biex tinżamm il-fiduċja reċiproka.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

L-għan globali huwa l-applikazzjoni korretta tal-acquis ta’ Schengen fl-oqsma kollha koperti mill-miżuri li jakkumpanjawh, b'hekk jippermettu li tinżamm żona mingħajr kontroll fuq il-fruntieri interni.

Azzjoni 1: Evalwazzjoni, jew permezz ta’ żjarat fuq il-post jew fuq bażi ta’ kwestjonarji, li tkopri l-oqsma ta’ politika li ġejjin: fruntieri esterni, viżi, koperazzjoni tal-pulizija fil-fruntieri interni, Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, protezzjoni tad-dejta, drogi u koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali.

Indikatur: Valutazzjoni tal-applikazzjoni korretta tal-acquis fir-rapporti (konformi bis-sħiħ, konformi iżda huwa meħtieġ titjib jew mhux konformi)

Azzjoni 2: Evalwazzjoni permezz ta' żjarat fuq il-post mhux imħabbra.

Indikatur: Valutazzjoni tal-applikazzjoni korretta tal-acquis sabiex jiġu rimedjati ċerti nuqqasijiet. Jitħejja rapport wara kull żjara li jindika l-konformità mal-Liġi tal-UE.

5.4. Metodu ta' implimentazzjoni (indikattiv)

( Amministrazzjoni Ċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lill-:

( aġenziji eżekuttivi

( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjonijiet tas-servizz pubbliku

( Amministrazzjoni maqsuma jew diċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma' pajjiżi mhux tal-UE

( Amministrazzjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti relevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' monitoraġġ

Ir-Regolament propost jipprovdi għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni biex jivverifika l-applikazzjoni korretta tal-acquis ta' Schengen. L-applikazzjoni korretta tal-acquis se tiġi valutata fir-rapporti ta’ evalwazzjoni li jindikaw il-grad ta’ konformità. Il-Kummissjoni ser tissottometti rapport separat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Valutazzjoni ex-ante

6.2.2. Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (lezzjonijiet miksuba permezz ta’ esperjenza simili fl-imgħoddi)

6.2.3. Termini u frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

Għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1037/1999 ser japplikaw mingħajr restrizzjonijiet għal dan il-mekkaniżmu.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tal-kost finanzjarju tagħhom

L-approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[34] (XX 01 01) | A*/AD | 1 | 4 | 6 | 6 |

B*, C*/AST | 1 | 1 | 1 |

Persunal iffinanzjat[35] mill-Artikolu XX 01 02 |

Persunal[36] ieħor iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL | 1 | 5 | 7 | 7 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li ġejjin mill-azzjoni

8.2.3. Sorsi ta' riżorsi umani (statutorji)

( Karigi li bħalissa huma allokati għat-tmexxija tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi (1)

( Karigi allokati minn qabel fil-qafas tal-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena 2010

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss (2 għal 2012 u 1 għal 2013)

( Postijiet li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fis-servizz ta’ ġestjoni (trasferimenti interni) (3)

( Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux imbassra fl-eżerċizzju SPA/PDB tas-sena msemmija

Minħabba l-limiti baġitarji marbuta mal-impenn kurrenti tal-kummissjoni li ma titlobx għal postijiet oħra sal-2013, ir-riżorsi umani meħtieġa se jimtlew minn persunal mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li tmexxew fi ħdan id-DĠ, flimkien ma' kull allokazzjoni addizzjonali oħra li tista' tingħata mid-DĠ tal-ġestjoni taħt il-proċedura annwali ta' allokazzjoni.

8.2.4. Infiq ieħor amministrattiv inkluż fl-ammont ta’ riferenza (XX 01 04/05 — Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva)

EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja (numru u intestatura) | Sena n | Sena n + 1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

-intra muros |

-extra muros |

Assistenza totali teknika u amministrattiva |

8.2.5. Il-kost finanzjarju tar-riżorsi umani u l-kostijiet assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 1 | 5 | 7 | 7 |

Persunal iffinanzjat skont l-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal b'kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja ta’ baġit) |

Kost totali tar-riżorsi umani u kostijiet assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0.122 | 0.610 | 0.854 | 0.854 |

Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji |

Kalkolu - Persunal iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 |

8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) |

Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 — Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 — Laqgħat u Konferenzi |

Kumitati XX 01 02 11 03[38] (Proċedura ta' ġestjoni) | p.m. | 0,065 | 0,097 | 0,097 |

XX 01 02 11 04 — Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 — Sistemi ta’ informazzjoni |

2 Total ta' infiq ieħor ta' ġestjoni (XX 01 02 11) | p.m. | 0.065 | 0.097 | 0.097 |

3 Infiq ieħor ta' natura amministrattiva (speċifika u inkludi r-referenza għal-linja baġitarja) |

Infiq amministrattiv totali, barra mir-riżorsi umani u l-infiq assoċjat (MHUX inkluż fl-ammont ta' referenza) | p.m. | 0.065 | 0.097 | 0.097 |

Kalkolu — Infiq ieħor amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ riferenza |

Metodu ta' kalkolazzjoni: 27 membru (1 għal kull Stat Membru)* EUR 600/persuna*4 laqgħat għall-ewwel sena u 6 laqgħat għas-snin sussegwenti. |

[1] COM (2009) 102 u COM (2009) 105.

[2] COM(2009) 665 finali.

[3] Id-dokument tal-Kunsill 17024/09, adottat mill-Kunsill Ewropew fl-10/11 ta' Diċmebru 2009.

[4] Għal dan il-għan kien meħtieġ li jiġi ddefinit l-acquis ta’ Schengen (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/435/EC, ĠU L 176 tal-10.7.1999, p. 1) u li tiġi ddeterminata l-bażi legali fit-Trattati għal kull dispożizzjoni jew deċiżjoni li tagħmel parti minn dan l-acquis (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/436/KE, ĠU L 176 tal-10.7.1999, p. 17). Kull dispożizzjoni tal-acquis rċeviet bażi legali taħt l-ewwel jew it-tielet pilastru. Dawk id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li għalihom l-ebda bażi legali ma tista’ tiġi ddeterminata (jiġifieri d-dispożizzjoni tas-SIS) kienu kkunsidrati li huma parti mit-tielet pilastru. L-emendi kollha ta’ dan l-acquis irid ikollhom bażi legali xierqa taħt it-Trattati.

[5] ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51.

[6] ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.

[7] Dok. 11076/09, 11087/09, 13831/1/09 u 13832/09.

[8] A7-0034/2009.

[9] ĠU L 236, 23.10.2003, p. 33.

[10] ĠU L 157, 21.6.2005, p. 29.

[11] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

[12] ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

[13] ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.

[14] ĠU L 239, 22.9.2000, p. 138.

[15] ĠU 53 C, 3.3.2005, p. 1 (il-punt 1.7.1)

[16] Id-dokument tal-Kunsill 17024/09, adottat mill-Kunsill Ewropew fl-10/11 ta' Diċembru 2009.

[17] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 (ĠU L 349, tal-25.11.2004, p. 1).

[18] ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

[19] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

[20] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

[21] ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

[22] ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.

[23] Approprjazzjonijiet differenzjati.

[24] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx.

[25] Nefqa skont l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[26] Infiq skont Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[27] Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ser ikompli jiġi implimentat wara s-sena finanzjarja 2013.

[28] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[29] L-Artikolu 12 (1), l-aħħar paragrafu tal-Ftehim bejn il-Kunsill u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176 tal-10.7.1999, 36)

[30] It-tieni paragrafu tal-Artikolu 11(3) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

[31] L-Artikolu 3 tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3).

[32] Jekk meħtieġ, għandhom jiġu miżjuda kolonni supplimentari, jekk it-tul tal-azzjoni ma jaqbiżx sitt snin.

[33] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3.

[34] Li l-kost għalih MHUX kopert mill-ammont ta’ referenza.

[35] Li l-kost għalih MHUX kopert mill-ammont ta’ referenza.

[36] Il-kost tiegħu huwa inkluż fl-ammont ta’ referenza.

[37] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) kkonċernati.

[38] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li jaqa' taħtu.