/* KUMM/2010/0574 finali - COD 2010/0291 */ Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 19.10.2010 KUMM(2010) 574 finali 2010/0291 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Abbażi tal-mandat rilevanti tal-Kunsill[1], il-Kummissjoni f’isem l-Unjoni Ewropea, innegozjat mal-Istati Federali tal-Mikroneżja (SFM) biex jiġġedded il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-SFM. Wara dawn in-negozjati, kien inizjalat Protokoll ġdid fis-7 ta’ Mejju 2010, li jkopri perjodu ta’ ħames snin li jibda mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Protokoll u mal-applikazzjoni provviżorja tad-dispożizzjoni, u li jibdel il-Protokoll ta’ qabel li skada fil-25 ta’ Frar 2010. Din il-proċedura dwar l-iffirmar f’isem l-UE u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll ġdid qed titnieda flimkien mal-proċeduri dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill, bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, dwar il-konklużjoni tal-Protokoll ġdid, u tar-Regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri skont l-imsemmi Protokoll. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni tul in-negozjati kienet ibbażata, fost oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ studju ta’ evalwazzjoni ex post tal-Protokoll preċedenti li twettaq minn esperti barranin f’April 2010. Il-Protokoll il-ġdid huwa skont l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-SFM u jkun hemm promozzjoni ta’ qafas ta’ sħubija li fih ikunu jistgħu jiġu żviluppati politika sostenibbli tas-sajd u sfruttament responsabbli ta’ riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM fl-interess taż-żewġ Partijiet. Iż-żewġ Partijiet qablu li jikkooperaw bil-ħsieb li jimplimentaw politika settorjali tas-sajd tal-SFM, u għal dak il-għan għandhom ikomplu d-djalogu ta’ politika dwar l-ipprogrammar rilevanti. Il-Protokoll il-ġdid jipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja totali ta’ EUR 559,000 fis-sena għall-perjodu kollu. Dan l-ammont jikkorrispondi għal: a) EUR 408,200 fis-sena ekwivalenti għal tunnellaġġ annwali ta’ referenza ta’ 8,000 tunnellata fis-sena, u b) EUR 150,800 fis-sena, li jikkorrispondi għal pakkett addizzjonali mħallas mill-UE bħala appoġġ għall-politika tas-sajd tal-SFM. Dan il-Protokoll jipprovdi wkoll awtorizzazzjonijiet annwali biex isir sajd fiż-ŻEE tal-SFM minn 6 bastimenti tas-sajd bil-purse seine u minn 12 bastimenti tas-sajd bil-konz. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jadotta din id-Deċiżjoni. 2010/0291 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218 (5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Billi: 1. Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 805/2006 il-Komunità Ewropea kkonkludiet Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd mal-Istati Federali tal-Mikroneżja[2]. 2. L-Unjoni Ewropea wara nnegozjat mal-Istati Federali tal-Mikroneżja Protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd li jipprovdi lill-bastimenti tal-UE b’opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fuqhom l-Istati Federali tal-Mikroneżja għandhom is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sajd. 3. Bħala riżultat ta’ dawk in-negozjati, kien inizjalat Protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-7 ta’ Mejju 2010. 4. Il-Protokoll ta’ qabel għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd skada fil-25 ta’ Frar 2010. 5. Skont l-Artikolu 15 tiegħu, il-Protokoll il-ġdid għandu jkun applikat b'mod provviżorju mid-data ta’ meta jkun iffirmat. 6. Biex ikunu ggarantiti attivitajiet ta’ sajd minn bastimenti tal-UE, huwa essenzjali li l-Protokoll il-ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd ikun applikat malajr kemm jista’ jkun meta jitqies li l-Protokoll ta’ qablu diġà skada. 7. Huwa fl-interess tal-Unjoni li l-Protokoll il-ġdid ikun iffirmat u li jkun applikat fuq bażi provviżorja sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja, inizjalat fis-7 ta’ Mejju 2010, huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. Artikolu 3 L-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President Protokoll L-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja kif ipprovdut fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-Sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja Artikolu 1 Il-Perjodu tal-Applikazzjoni u l-Opportunitajiet tas-sajd 1. L-SFM għandhom jagħtu opportunijiet tas-sajd annwali lill-bastimenti tas-sajd għat-tonn tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, b’konformità mat-Titolu 24 tal-Kodiċi tal-SFM u fil-limiti stabbiliti mill-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni (CMM) tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC), u b’mod partikulari s-CMM 2008-01. 2. Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, l-opportunitajiet tas-sajd previsti skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom jipprovdu awtorizzazzjonijiet tas-sajd annwali biex isir sajd fiż-ŻEE tal-SFM minn 6 bastimenti tas-sajd bil-purse seine u minn 12-il bastiment tas-sajd bil-konz. 3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw soġġetti għall-Artikoli 5, 6, 8 u 10 ta’ dan il-Protokoll. Artikolu 2 Il-Kontribuzzjoni Finanzjarja – il-Metodi ta’ Ħlas 1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandha tkun ta’ EUR 559,000 kull sena għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, il-Paragrafu 2: 2. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun magħmula minn: a) ammont annwali għall-aċċess għaż-ŻEE tal-SFM ta’ EUR 520,000 ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 8,000 tunnellata fis-sena bit-tnaqqis ta’ EUR 111,800; u b) ammont speċifiku ta’ EUR 150,800 fis-sena bħala appoġġ u għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-SFM. 3. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika soġġett għall-Artikoli 4, 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll u għall-Artikoli 13 u 14 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd. 4. Jekk il-kwantità totali ta’ qabdiet ta’ tonn fis-sena mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-ŻEE tal-SFM taqbeż it-8,000 tunnellata, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali annwali għandha tiżdied b’EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali ta’ tonn maqbud. Madankollu, l-ammont totali annwali li għandu jitħallas mill-Unjoni Ewropea ma jistax jaqbeż somma aktar mid-doppju tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Paragrafu 2(a). Fejn il-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont indikat fil-Paragrafu 2(a), il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin malajr kemm jista’ jkun biex jistabbilixxu l-ammont dovut għall-kwantità maqbuda li taqbeż dan il-limitu. 5. Il-ħlas għandu jsir mhux aktar tard minn 45 jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għall-ewwel sena, u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju ta’ dan il-Protokoll għas-snin ta’ wara. 6. L-SFM għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa dwar l-użu li jagħmlu mill-kontribuzzjoni finanzjarja kif ġiet speċifikata fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(a). 7. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas fil-Kont tal-Gvern Nazzjonali tal-SFM fil-‘Bank of FSM Micronesia’, f’Honolulu, Ħawaii. Id-dettalji bankarji huma dawn li ġejjin: ‘Bank of FSM Micronesia’, Honolulu Hawaii Numru tal-ABA - 1213-02373 Kreditu lil ‘Bank of FSM’, numru tal-kont: 08-18-5018 Detentur tal-kont: Il-Gvern Nazzjonali tal-SFM 8. Kopji tal-ħlasijiet jew tat-trasferimenti elettroniċi għandhom jintbagħtu lill- Awtorità Nazzjonli ta’ Ġestjoni ta’ Riżorsi tal-Oċeani (NORMA) bħala prova li saru l-ħlasijiet. Artikolu 3 Il-Promozzjoni ta’ Sajd Sostenibbli fl-Ilmijiet tal-SFM 1. Malli dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, l-Unjoni Ewropea u l-SFM għandhom jaqblu, fil-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, dwar programm settorjali multiannwali u dwar regoli implimentattivi dettaljati li jkopru b’mod partikulari: (a) linji gwida annwali u multiannwali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(b), għall-inizjattivi li għandhom jitwettqu kull sena; (b) l-għanijiet, kemm annwali kif ukoll multiannwali, li għandhom jintlaħqu bil-għan li jiddaħħlu u jiġu promossi, għal żmien fit-tul, sajd responsabbli u sajd sostenibbli, billi jitqiesu l-prijoritajiet espressi mill-SFM fil-politika tas-sajd nazzjonali tagħhom u politiki oħra relatati mat-tisħiħ ta’ sajd responsabbli u sajd sostenibbli jew li jkollhom impatt fuqhom; (c) il-kriterji u l-proċeduri għall-evalwazzjoni tar-riżultati miksubin kull sena. 2. Kull emenda proposta għall-programm settorjali multiannwali għandha tiġi approvata miż-żewġ Partijiet fil-Kumitat Konġunt. 3. Kull sena, l-SFM għandhom jallokaw, kif ikun xieraq, ammont addizzjonali għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(b), bil-għan li jkun implimentat il-programm multiannwali. Din l-allokazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Unjoni Ewropea. L-SFM għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bl-allokazzjoni l-ġdida mhux aktar tard minn 45 jum qabel id-data tal-anniversarju ta’ dan il-Protokoll. 4. Fejn l-evalwazzjoni annwali tal-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali multiannwali tiġġustifika dan, il-Kummissjoni Ewropea tista’ titlob li s-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(b), ta’ dan il-Protokoll, jitnaqqas sabiex l-ammont attwali tar-riżorsi finanzjarji allokati għall-implimentazzjoni tal-programm isir konformi mar-riżultati tiegħu. Artikolu 4 Il-Kooperazzjoni Xjentifika għal Sajd Responsabbli 1. Iż-żewġ Partijiet b’dan qed jimpenjaw irwieħhom sabiex jippromwovu sajd responsabbli fiż-ŻEE tal-SFM abbażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f’dawk l-ilmijiet. 2. Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-SFM għandhom jiżguraw l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM. 3. Il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni fuq il-livell subreġjonali dwar is-sajd responsabbli u, b’mod partikulari, fi ħdan id-WCPFC u kwalunkwe organizzazzjoni oħra subreġjonali jew internazzjonali kkonċernata. 4. B’konformità mal-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, l-Artikolu 4, il-Paragrafu 1, ta’ dan il-Protokoll, u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku li hemm bħalissa, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u jadottaw, fejn ikun jixraq, miżuri dwar l-attivitajiet ta’ bastimenti tal-Unjoni Ewropea awtorizzati minn dan il-Protokoll u liċenzjati skont l-Anness sabiex tkun żgurata ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM. Artikolu 5 L-Aġġustament tal-Opportunitajiet tas-Sajd bi Ftehim Reċiproku 1. L-opportunitajiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll jistgħu jiġu aġġustati bi ftehim reċiproku sa fejn ir-rakkomandazzjonijiet tad-WCPFC jikkorroboraw li aġġustament bħal dak jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-SFM. F’dan il-każ il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(a), ta’ dan il-Protokoll, għandha tiġi aġġustata proporzjonatament u pro rata temporis . Artikolu 6 L-Opportunitajiet tas-sajd ġodda 1. Jekk il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu interessati f’opportunitajiet tas-sajd li mhumiex indikati fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, interess bħal dan għandu jiġi kkomunikat lill-SFM fl-għamla ta’ espressjoni ta’ interess jew talba. Din it-talba għandha tintlaqa’ biss skont il-Liġijiet u r-Regolamenti tal-SFM, u tista’ tkun soġġetta għal ftehim ieħor. 2. Il-Partijiet jistgħu jwettqu stħarriġiet esploratorji konġunti dwar is-sajd fiż-ŻEE tal-SFM skont il-Liġijiet u r-Regolamenti tal-SFM. Għal dan il-għan u soġġett għal valutazzjoni xjentifika, għandhom jikkonsultaw lil xulxin kull meta waħda mill-Partijiet titlob dan u għandhom jiddeterminaw, abbażi ta’ każ b’każ, ir-riżorsi, il-kundizzjonijiet u parametri oħra ġodda rilevanti. 3. Il-Partijiet għandhom iwettqu attivitajiet ta’ sajd esploratorju skont il-Liġijiet u r-Regolamenti tal-SFM bi ftehim reċiproku. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd esploratorju għandhom jingħataw għal finijiet ta’ testijiet, għal żmien definit u b’data ta’ bidu, li għandhom jiġu deċiżi bi ftehim reċiproku bejn iż-żewġ Partijiet. 4. Fejn il-Partijiet jikkonkludu li l-istħarriġiet esploratorji jkunu pproduċew riżultati pożittivi, waqt li jippreservaw l-ekosistemi u jikkonservaw ir-riżorsi ħajjin tal-baħar, jistgħu jingħataw opportunitajiet tas-sajd ġodda lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet. Artikolu 7 Il-Kundizzjonijiet li Jirregolaw l-Attivitajiet tas-Sajd — Il-Klawsola ta’ Esklussività 1. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fiż-ŻEE tal-SFM biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa min-NORMA tal-SFM skont dan il-Protokoll. 2. In-NORMA tal-SFM tista’ tagħti awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għall-kategoriji tas-sajd li mhumiex koperti mill-Protokoll fis-seħħ, kif ukoll għas-sajd esploratorju. Madankollu, l-għoti ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet huwa soġġett għal-Liġijiet u għar-Regolamenti tal-SFM u għal qbil komuni. Artikolu 8 Is-Sospensjoni u r-Reviżjoni tal-Ħlas tal-Kontribuzzjoni Finanzjarja 1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(a) and 2(b), ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi riveduta jew sospiża jekk: a) ċirkustanzi mhux tas-soltu, għajr fenomeni naturali, jimpedixxu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM; jew b) wara li jkunu saru tibdiliet sinifikanti fil-linji gwida tal-politika li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll, waħda mill-Partijiet titlob reviżjoni tad-dispożizzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu emendati; jew c) l-Unjoni Ewropea taċċerta li jkun seħħ ksur ta’ elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem fl-SFM, kif stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Kotonù. 2. L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tissospendi, totalment jew parzjalment, il-ħlas tal-kontribuzzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(b), ta’ dan il-Protokoll: a) fejn ir-riżultati miksubin jinstabu li jkunu inkonsistenti mal-ipprogrammar wara l-evalwazzjoni mwettqa fi ħdan il-Kumitat Konġunt; jew b) jekk l-SFM jonqsu li jeżegwixxu din il-kontribuzzjoni speċifika. 3. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda hekk kif is-sitwazzjoni terġa’ lura għall-istatus ta’ qabel ma seħħew iċ-ċirkustanzi li imsemmija iktar ’il fuq u wara l-konsultazzjoni u l-ftehim taż-żewġ Partijiet li jikkonfermaw li s-sitwazzjoni aktarx tkun tħalli li jerġgħu jsiru attivitajiet tas-sajd normali. Artikolu 9 Is-Sospensjoni u l-Għoti Lura ta’ Awtorizzazzjoni tas-Sajd 1. L-SFM jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1, il-Paragrafu 2, ta’ dan il-Protokoll fejn: a) bastiment speċifiku jkun wettaq ksur serju kif definit mil-Liġijiet u r-Regolamenti tal-SFM; jew b) ordni tal-qorti maħruġa fir-rigward ta’ ksur minn bastiment speċifiku ma tkunx ġiet osservata minn sid il-bastiment. Malli l-ordni tal-qorti tiġi osservata, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastiment għandha tingħata lura għall-perjodu li jkun baqa’ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. Artikolu 10 Is-Sospensjoni u l-Implimentazzjoni tal-Protokoll 1. L-implimentazzjoni tal-Protokoll għandha tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet jekk: a) ċirkustanzi mhux tas-soltu, għajr fenomeni naturali, jimpedixxu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM; jew b) l-Unjoni Ewropea tonqos li tagħmel il-ħlas imsemmi fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(a) ta’ dan il-Protokoll għal raġunijiet mhux imsemmijin fl-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll; jew c) tqum tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll jew l-implimentazzjoni tiegħu; jew d) waħda mill-Partijiet ma tosservax id-dispożizzjonijiet stabbiliti minn dan il-Protokoll; jew e) wara li jkunu saru tibdiliet sinifikanti fil-linji gwida tal-politika li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll, waħda mill-Partijiet titlob reviżjoni tad-dispożizzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu emendati; jew f) waħda mill-Partijiet taċċerta li jkun sar ksur ta’ elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Kotonù. 2. L-implimentazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ Parti waħda jekk jiġi kkunsidrat li t-tilwima bejn il-Partijiet hija serja u jekk il-konsultazzjonijiet li jsiru bejn iż-żewġ Partijiet ma jirriżultawx fi ftehim bonarju. 3. Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll għandha teżiġi li l-Parti kkonċernata tinnotifika l-intenzjoni tagħha bil-miktub mill-anqas tliet xhur qabel id-data meta s-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ. 4. Fil-każ li l-implimentazzjoni tiġi sospiża, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsibu ftehim bonarju għat-tilwima tagħhom. Fejn jintħalaq ftehim bħal dan, l-implimentazzjoni tal-Protokoll għandha terġa’ tibda u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas proporzjonatament u pro rata temporis skont il-perjodu li matulu l-implimentazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża. Artikolu 11 Il-Liġijiet u r-Regolamenti Nazzjonali 1. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE tal-SFM għandhom ikunu rregolati mil-Liġijiet u r-Regolamenti applikabbli fl-SFM, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fil-Ftehim, f’dan il-Protokoll u fl-Anness u fl-Appendiċijiet tiegħu. 2. L-SFM għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea dwar kull tibdil jew leġiżlazzjoni ġdida relatata mal-politika tas-sajd, għall-anqas 3 xhur qabel id-dħul fis-seħħ ta’ tibdil jew ta’ leġiżlazzjoni ġdida bħal din. Artikolu 12 Ir-Revoka tal-Protokoll Preċedenti Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu jirrevokaw u jieħdu post il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja, li daħal fis-seħħ fis-26 ta’ Frar 2007. Artikolu 13 It-tul ta’ żmien Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom japplikaw għall-perjodu ta’ ħames snin, sakemm ma jingħatax avviż ta’ terminazzjoni skont l-Artikolu 14 ta’ dan il-Protokoll. Artikolu 14 It-Terminazzjoni 1. F’każ ta’ terminazzjoni tal-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li titterminah, mill-anqas sitt xhur qabel id-data meta għandha tidħol fis-seħħ tali terminazzjoni. Kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet tal-Partijiet. 2. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll għas-sena li fiha t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ għandu jitnaqqas proporzjonatament u pro rata temporis . Artikolu 15 L-Applikazzjoni Provviżorja Dan il-Protokoll għandu jkun applikat b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar. Artikolu 16 Id-Dħul fis-seħħ Dan il-Protokoll, bl-Anness tiegħu, għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. ANNESS Il-Kundizzjonijiet li Jirregolaw l-Attivitajiet tas-Sajd minn Bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-SFM Kapitolu I Miżuri ta’ Ġestjoni Sezzjoni 1 Il-Ħruġ tal-Awtorizzazzjonijiet tas-Sajd (liċenzji) 1. Il-bastimenti awtorizzati biss jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni tas-sajd biex jistadu fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Istati Federali tal-Mikroneżja (ŻEE tal-SFM). 2. Biex bastiment ikun awtorizzat, is-sid u l-kaptan għandhom ikunu ħarsu l-obbligi preċedenti kollha li joriġinaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-Istati Federali tal-Mikroneżja (SFM) skont il-Ftehim. Il-bastiment stess għandu jkollu klassifikazzjoni tajba fir-Reġistru Reġjonali tal-Bastimenti tas-Sajd tal-FFA u fir-Reġistru tal-Bastiment tas-Sajd tad-WCPFC. 3. Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li japplikaw għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu rappreżentati minn aġent residenti fl-SFM. L-isem, l-indirizz u n-numri ta’ kuntatt ta’ dak l-aġent għandhom jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd. 4. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta bil-posta elettronika (norma@mail.fm) lid-Direttur Eżekuttiv (Direttur Eżekuttiv) tal-Awtorità Nazzjonali ta’ Ġestjoni ta’ Riżorsi tal-Oċeani (in-NORMA tal-SFM) b’kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli mill-SFM (minn hawn ’il quddiem “id-Delegazzjoni”) applikazzjoni għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim mill-anqas 30 jum minn meta jibda t-terminu ta’ validità mitlub. 5. L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu quddiem id-Direttur Eżekuttiv fuq il-formoli xierqa kkompilati skont il-mudell fl-Appendiċi 1a fil-każ tal-applikazzjoni għall-ewwel awtorizzazzjoni tas-sajd u fl-Appendiċi 1b fil-każ ta’ tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. 6. In-NORMA tal-SFM għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li d-dejta li tkun irċeviet bħala parti mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd tiġi ittrattata bħala kunfidenzjali. Dik id-dejta għandha tintuża esklussivament fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim. 7. L-applikazzjonijiet kollha għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti li ġejjin: a) ħlas jew prova ta’ ħlas tat-tariffa għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd; b) kopja taċ-ċertifikat tat-tunnellaġġ, iċċertifikata mill-Istat Membru tal-Bandiera, bit-tunnellaġġ tal-bastiment muri f’tunellaġġ gross irreġistrat (GRT) jew f’tunellaġġ gross (GT); c) ritratt bil-kulur riċenti u ċċertifikat, ta’ mill-anqas 15 ċm x 10 ċm, li juri l-bastiment mill-ġenb fl-istat attwali tiegħu; d) kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skont ir-regoli speċifiċi applikabbli għat-tip ta’ bastiment ikkonċernat skont dan il-Protokoll; e) ċertifikat ta’ klassifikazzjoni tajba fir-Reġistru Reġjonali ta’ Bastimenti tas-Sajd tal-FFA u fir-Reġistru tal-Bastiment tas-Sajd tad-WCPFC; f) kopja taċ-Ċertifikat tal-Assigurazzjoni bl-Ingliż validu għat-terminu tal-awtorizzazzjoni tas-sajd; g) tariffa tal-applikazzjoni jew prova tal-ħlas ta’ EUR 460 għal kull bastiment; h) kontribuzzjoni ta’ tariffa tal-osservatur ta' EUR 1,500 għal kull bastiment. 8. It-tariffi kollha għandhom jitħallsu fil-Kont tal-Gvern Nazzjonali tal-SFM fil-‘Bank of FSM Micronesia’, f’Honolulu, Ħawaii. Id-dettalji bankarji huma dawn li ġejjin: ‘Bank of FSM Micronesia’, Honolulu Hawaii Numru tal-ABA - 1213-02373 Kreditu lil ‘Bank of FSM’, numru tal-kont: 08-18-5018 Detentur tal-kont: Il-Gvern Nazzjonali tal-SFM 9. It-tariffi għandhom jinkludu l-ħlasijiet nazzjonali u lokali kollha ħlief għat-taxxi tal-port, imposti għal servizzi u tariffi ta’ trażbord. 10. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu kemm elettronikament kif ukoll f’għamla ta’ karta stampata lis-sidien tal-vapuri, b’kopja elettronika lill-Kummissjoni Ewropea u lid-Delegazzjoni fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta d-Direttur Eżekuttiv jirċievi d-dokumenti kollha msemmijin fil-Kapitolu I, is-Sezzjoni 1, il-Paragrafu 7, ta’ dan l-Anness. Il-kopja elettronika xorta waħda jkollha tkun sostitwita mill-karta stampata malli din tkun riċevuta. 11. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu għal bastiment speċifiku u ma għandhomx ikunu trasferibbli. 12. Fuq talba tal-Unjoni Ewropea, u fejn ikun hemm prova ta’ force majeure, awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment għandha tinbidel għal awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida għal bastiment ieħor li l-karatteristiċi tiegħu jkunu jixbhu lil dawk tal-ewwel bastiment, għal perjodu li jifdal sakemm tintemm l-awtorizzazzjoni tas-sajd, mingħajr ma titħallas tariffa oħra. Jitqies il-qbid totali miż-żewġ bastimenti kkonċernati meta jitqies il-livell ta’ qbid minn bastimenti tal-Unjoni Ewropea biex ikun deċiż jekk ikollhomx isiru ħlasijiet addizzjonali mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 2, il-Paragrafu 4 tal-Protokoll. 13. Is-sid tal-ewwel bastiment għandu jrodd lura l-awtorizzazzjoni tas-sajd lid-Direttur Eżekuttiv permezz tad-Delegazzjoni, biex tkun ikkanċellata. 14. L-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih id-Direttur Eżekuttiv joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd u tkun valida għal perjodu li jifdal tal-ewwel awtorizzazzjoni tas-sajd. Id-Delegazzjoni għandha tkun mgħarrfa bl-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida. 15. L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord il-ħin kollu, għandha tintwera b’mod prominenti fil-kabina tat-tmunier, bla ħsara għall-Kapitolu V, is-Sezzjoni 3, il-Paragrafu 1, ta’ dan l-Anness. Għal perjodu raġjonevoli ta’ żmien wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, li ma għandux jaqbeż 45 jum, u sakemm il-bastiment jirċievi l-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali, dokument mibgħut elettronikament jew dokumentazzjoni oħra approvata mid-Direttur Eżekuttiv ikunu dokumenti validi u għandhom jikkostitwixxu prova suffiċjenti għal fini ta’ sorveljanza, monitoraġġ u infurzar tal-Ftehim. Id-dokument li jasal elettronikament xorta waħda jkollu jinbidel mill-għamla tal-karta stampata malli din tkun riċevuta. 16. Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd imsejsa esklussivament fuq l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha deskritti hawn fuq. Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tas-sostituzzjoni malajr tal-awtorizzazzjoni tas-sajd f’għamla ta’ karta stampata b’waħda elettronika ekwivalenti bħal-lista ta’ bastimenti awtorizzati jistadu fiż-ŻEE tal-SFM, kif speċifikat fil-Paragrafu 1 ta’ din is-Sezzjoni. Sezzjoni 2 Il-Kundizzjonijiet għall-Awtorizzazzjoni tas-Sajd – It-Tariffi u l-Ħlas bil-quddiem 1. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi għal sena. Jistgħu jiġġeddu. It-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandu jkun soġġett għall-għadd ta’ opportunitajiet tas-sajd disponibbli stabbiliti bil-Protokoll. 2. It-tariffa għandha tkun ta’ EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda fiż-ŻEE tal-SFM. 3. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu malli jkunu tħallsu l-ammonti standards li ġejjin fil-Kont imsemmi fil-Kapitolu I, is-Sezzjoni 1, il-Paragrafu 8, ta’ dan l-Anness: a) EUR 15,000 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bil-purse seine, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 428 tunnellata ta’ tonn u speċijiet li jixbhu lit-tonn maqbudin kull sena. Għall-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, għandu japplika l-ħlas bil-quddiem mis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea magħmul diġà skont il-Protokoll ta’ qabel; u b) EUR 4,200 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 120 tunnellata ta’ tonn u speċijiet li jixbħu lit-tonn; 4. L-aħħar dikjarazzjoni tat-tariffi dovuti għas-sena tas-sajd għandu jsir mill-Kummissjoni Ewropea sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena għall-ammonti maqbudin matul is-sena ta’ qabel u abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qbid magħmulin minn kull sid ta’ bastiment. Id-dejta għandha tkun ikkonfermata mill-istituti xjentifiċi responsabbli mill-verifika ta’ dejta ta’ qbid tal-Unjoni Ewropea (Institut de Recherche pour le Development (IRD), Instituto Español de Oceanografía (IEO) jew Instituto Portugues de Investigaçao Maritima (IPIMAR)). 5. Id-dikjarazzjoni tat-tariffi magħmula mill-Kummissjoni Ewropea għandu jintbagħat lid-Direttur Eżekuttiv għal verifika u approvazzjoni. In-NORMA tal-SFM tista’ tikkontesta r-rendikont tat-tariffi fi żmien 30 jum mid-data tal-fattura tad-dikjarazzjoni u, f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim, titlob li jissejjaħ il-Kumitat Konġunt. Jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet fi żmien 30 jum mid-data tal-fattura tad-dikjarazzjoni, id-dikjarazzjoni tat-tariffi titqies li tkun aċċettata min-NORMA tal-SFM. 6. Id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi għandha tkun innotifikata fl-istess waqt u mingħajr dewmien lid-Direttur Eżekuttiv, lid-Delegazzjoni u lis-siden tal-bastimenti permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom. 7. Kull ħlas addizzjonali għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-SFM fi żmien ħamsa u erbgħin (45) jum min-notifika tad-dikjarazzjoni finali kkonfermata, fil-kont imsemmi fil-Kapitolu I, is-Sezzjoni 1, il-Paragrafu 8, ta’ dan l-Anness. 8. Madankollu, jekk l-ammont tad-dikjarazzjoni finali jkun anqas mill-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-Paragrafu 3 ta’ din is-Sezzjoni, il-bilanċ li jirriżulta ma għandux jitħallas lura lil sid il-bastiment. Kapitolu II Żoni u Attività tas-Sajd Sezzjoni 1 Iz-Żoni tas-Sajd 1. Il-bastimenti msemmijin fl-Artikolu 1 tal-Protokoll għandhom ikunu awtorizzati jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM, ħlief fl-ilmijiet territorjali u fix-xtut indikati b’isimhom u murijin fil-mapep: DMAHTC Nru 81019 (It-Tieni Edizzjoni, Marzu 1945; riveduta 7/17/72, korretta b’NM 3/78 tal-21 ta’ Ġunju 1978, DMAHTC Nru 81023 (It-Tielet Edizzjoni, is-7 ta’ Awwissu 1976) u DMAHATC Nru 81002 (Ir-Raba’ Edizzjoni, is-26 ta’ Jannar 1980, korretta b’NM 4/48). Id-Direttur Eżekuttiv għandu jikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea kull modifika għal dawn iż-żoni magħluqa msemmijin mill-anqas xahrejn qabel l-applikazzjoni tagħha. 2. F’kull każ, ma jitħalla jsir ebda sajd ’il ġewwa radju ta’ 2 mili nawtiċi minn kull irkaptu tal-aggregazzjoni tal-ħut ankrat tal-Gvern tal-SFM, jew ta’ kull ċittadin ieħor jew entità oħra, li dwaru tkun ingħatat notifika ta’ fejn ikun jinsab permezz ta’ koordinati ġeografiċi, u ’l ġewwa (1) mil nawtiku minn kull sikka taħt l-ilma kif murija fil-mapep fil-Paragrafu 1 hawn fuq. Sezzjoni 2 L-Attivitajiet tas-Sajd 1. Għandu jitħalla jsir sajd biss jew sajd bil-purse seine jew minn bastimenti tas-sajd bil-konz għat-tonn jew għal speċijiet li jixbħu lit-tonn. Kull qabda inċidentali ta’ speċijiet ta’ ħut minbarra t-tonn għandha tkun irrapportata lin-NORMA tal-SFM. 2. L-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tad-WCPFC, inkluż c-CMM-2008-01. 3. Ma jitħalliex isir sajd tal-qiegħ jew għall-qroll fiż-ŻEE tal-SFM. 4. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkun jeħtiġilhom jistivaw kull irkaptu tas-sajd kull meta bastimenti bħal dawn ikunu fl-ilmijiet interni ta’ kull Stat, fil-Baħar Territorjali jew (1) mil ’il ġewwa minn sikek li jinsabu taħt l-ilma. 5. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom iwettqu l-attivitajiet kollha tas-sajd b’mod li ma jfixkilx sajd tradizzjonali u li għandu bażi lokali, u għandhom jeħilsu l-fkieren kollha, mammali tal-baħar, għasafar tal-baħar u ħut tas-sikek b’mod li jipprovdi lil din il-qabda mħallta bl-aqwa opportunità li tibqa’ ħajja. 6. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea, il-kaptani u l-operaturi tagħhom, għandhom iwettqu l-attivitajiet tas-sajd kollha b’mod li ma jfixklux l-operazzjonijiet tas-sajd ta’ bastimenti oħra tas-sajd, u ma għandhomx ikollhom x’jaqsmu ma’ rkaptu tas-sajd ta’ bastimenti oħra tas-sajd. Kapitolu III Monitoraġġ Sezzjoni 1 L-Arranġamenti għar-Reġistrazzjoni tal-Qbid 1. Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jirreġistraw fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd tagħhom l-informazzjoni elenkata fl-Appendiċi 2a u 2b. Bastimenti ta’ aktar minn 24 metru tul għandhom jibagħtu elettronikament dejta dwar il-qbid/dejta tal-ġurnal ta’ abbord mill-1 ta’ Jannar 2010 u bil-mod il-mod, mill-2012, anki bastimenti twal aktar minn 12-il metru. Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ dejta tal-qbid b’sistema msejsa esklussivament fuq l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni kollha deskritta hawn fuq. Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tas-sostituzzjoni malajr tal-formati tal-karta tal-ġurnali ta’ abbord b’formati elettroniċi. 2. Jekk ma jkunux intefgħu kalati minn bastiment għal jum partikulari, jew jekk tkun intefgħet kalata u ma jkunx inqabad ħut, il-kaptan tal-bastiment għandu jkun jeħtieġlu jirreġistra din l-informazzjoni fuq il-formola ta’ kuljum tal-ġurnal ta’ abbord. F’jiem fejn ma jsirux operazzjonijiet tas-sajd, qabel nofsillejl ħin lokali ta’ dak il-jum, il-bastiment għandu jirreġistra l-fatt li ma jkunux saru operazzjonijiet fil-ġurnal ta’ abbord. 3. Il-ħin u d-data tad-dħul fiż-ŻEE tal-SFM u l-ħruġ minnha għandhom ikunu rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord minnufih wara d-dħul fiż-ŻEE tal-SFM u l-ħruġ minnha. 4. Għall-qbid inċidentali ta’ speċijiet minbarra t-tonn, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirreġistraw l-ispeċijiet ta’ ħut maqbud u d-daqs u l-kwantità ta’ kull speċi skont il-piż jew l-għadd, kif speċifikat fil-ġurnal ta’ abbord, kemm jekk il-qbid jinżamm abbord il-bastiment u kemm jekk jintefa’ lura l-baħar. 5. Il-ġurnali ta’ abbord għandhom jimtlew kuljum b’mod li jinqraw u jkunu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment. Sezzjoni 2 L-Arranġamenti għall-Komunikazzjoni tal-Qbid 1. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ vjaġġ tas-sajd minn bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jkun definit kif ġej: a) jew għall-perjodu bejn id-dħul fiż-ŻEE tal-SFM u l-ħruġ minnha; b) jew għall-perjodu bejn id-dħul fiż-ŻEE tal-SFM u t-trażbord; c) jew għall-perjodu bejn id-dħul fiż-ŻEE tal-SFM u l-ħatt l-art fil-port tal-SFM. 2. Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea awtorizzati jistadu fiż-ŻEE tal-SFM skont il-Ftehim għandhom jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom fiż-ŻEE tal-SFM lid-Direttur Eżekuttiv bil-mod li ġej: a) Il-formoli kollha ffirmati tal-ġurnal ta’ abbord għandhom jintbagħtu permezz taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istati Membri tal-Bandiera liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-SFM u lill-Kummissjoni Ewropea b’mezzi elettroniċi, fi żmien 5 ijiem wara kull operazzjoni ta’ ħatt l-art jew trażbord, b) Il-kaptan ta’ bastiment għandu jibgħat kull ġimgħa rapport tal-qbid bl-informazzjoni elenkata fl-Appendiċi 3, il-Parti 3, lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Kummissjoni Ewropea. Il-pożizzjonijiet ta’ kull ġimgħa u r-rapporti tal-qbid għandhom jinżammu abbord sakemm jintemmu l-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew trażbord. 3. Dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha: a) Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jinnotifikaw lid-Direttur Eżekuttiv mill-anqas 24 siegħa minn qabel dwar l-intenzjoni tagħhom li jidħlu fiż-ŻEE tal-SFM, u minnufih wara li joħorġu minnha. Malli l-bastimenti jidħlu fiż-ŻEE tal-SFM, huma għandhom jgħarrfu lid-Direttur Eżekuttiv bil-feks jew bil-posta elettronika skont il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi 3 jew bir-radju. b) Meta javżaw dwar il-ħruġ, il-bastimenti għandhom ukoll jikkomunikaw il-pożizzjoni tagħhom u l-volum u l-ispeċijiet tal-qabdiet miżmuma abbord skont il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi 3. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru preferibbilment bil-feks, iżda jekk dan ma jsirx, fil-każ ta’ bastimenti mingħajr feks, bil-posta elettronika jew bir-radju. 4. Il-bastimenti li jinstabu jistadu mingħajr ma jkunu għarrfu lid-Direttur Eżekuttiv għandhom jitqiesu bħala bastimenti mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd. 5. Il-bastimenti jkunu mgħarrfa wkoll bin-numri tal-feks u t-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tan-NORMA tal-SFM meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd. 6. Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jħalli minnufih il-ġurnali ta’ abbord u r-Rapporti tal-Qbid disponibbli għall-ispezzjoni minn uffiċjali ta’ infurzar u minn individwi u entitajiet oħra awtorizzati min-NORMA tal-SFM. Sezzjoni 3Sistema ta’ Monitoraġġ ta’ Bastimenti 1. Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea jeħtieġlu jkun konformi mas-Sistema ta’ Monitoraġġ ta’ Bastimenti tal-FFA (FFA VMS) li attwalment tapplika fiż-ŻEE tal-SFM meta jkun qed jopera fiż-ŻEE tal-SFM. Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandha titwaħħallu abbord unità ċellulari ta’ trażmissjoni (MTU), approvata mill-FFA, li għandha tinżamm u tkun għalkollox operattiva kull ħin. Il-bastiment u l-operatur jaqblu li ma jmissux, ma jneħħux jew jaraw li ma titneħħiex kwalunkwe MTU mill-bastiment wara li titwaħħal, ħlief għal finijiet ta’ manutenzjoni u tiswija kif meħtieġ. L-operatur u kull bastiment għandhom ikunu responsabbli għall-ispejjeż tax-xiri, il-manutenzjoni u t-tħaddim tal-MTU, u għandhom jikkooperaw bis-sħiħ man-NORMA tal-SFM fl-użu tagħha. 2. Il-Paragrafu 1 hawn fuq ma jżommx lill-Partijiet milli jqisu għażliet alternattivi ta’ VMS kompatibbli mal-VMS tad-WCPFC. Sezzjoni 4 Il-Ħatt l-art 1. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu jixtiequ jħottu l-art qabdiet fil-portijiet tal-SFM għandhom jagħmlu hekk fil-portijiet indikati tal-SFM. Lista ta’ dawn il-portijiet indikati tidher fl-Appendiċi 4. 2. Is-sidien ta’ bastimenti bħal dawn għandhom jinnotifkaw l-informazzjoni li ġejja lid-Direttur Eżekuttiv u lill-FMC tal-Istat Membru tal-Bandiera mill-anqas 48 siegħa minn qabel skont il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi 3, il-Parti 4. Jekk isir ħatt l-art f’port barra miż-ŻEE tal-SFM, għandha ssir notifika bl-istess kundizzjonijiet imsemmijin qabel, lill-Istat tal-port fejn ikun se jsir il-ħatt l-art u lill-FMC tal-Istat Membru tal-Bandiera. 3. Il-kaptani tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jħottu l-art f’port tal-SFM għandhom iħallu li ssir u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta' ħatt l-art bħal dan minn spetturi tal-SFM. Malli l-ispezzjoni titlesta, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment. 4. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea ma għandhomx jarmu ħut jew qbid inċidentali f’port, ikun liema jkun, jew jagħtu b’xejn ħut jew qbid inċidentali lil persuni jew entitajiet, ikunu liema jkunu, qabel awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità xierqa fl-Istat milqut tal-SFM u approvazzjoni minn qabel bil-miktub min-NORMA tal-SFM. Sezzjoni 5 It-Trażbord 1. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu jixtiequ jwettqu trażbord ta’ qabdiet fl-ilmijiet tal-SFM għandhom jagħmlu hekk f’portijiet indikati tal-SFM. Lista ta’ dawn il-portijiet indikati tidher fl-Appendiċi 4. 2. Is-sidien ta’ vapuri bħal dawn għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lid-Direttur Eżekuttiv mill-anqas 48 siegħa minn qabel. 3. It-trażbord għandu jitqies bħala t-tmiem ta’ vjaġġ. Il-bastimenti, għalhekk, għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qbid tagħhom lid-Direttur Eżekuttiv u jgħidu jekk ikunux biħsiebhom jissoktaw jistadu jew jitilqu miż-ŻEE tal-SFM. 4. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jistadu fiż-ŻEE tal-SFM ma għandhomx, fl-ebda ċirkustanza, iwettqu trażbord minn fuq il-baħar tal-qabda tagħhom. 5. Kull trażbord ta’ qabdiet mhux koperti minn dak li jingħad hawn fuq għandu jkun ipprojbit fiż-ŻEE tal-SFM. Kull persuna li tikser din id-dispożizzjoni tista’ teħel il-penalitajiet skont il-Liġijiet u r-Regolamenti tal-SFM. 6. Il-kaptani ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jwettqu operazzjonijiet tat-trażbord f’port tal-SFM għandhom iħallu li ssir u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta’ operazzjonijiet bħal dawn minn spetturi tal-SFM. Malli l-ispezzjoni titlesta, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment. 7. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea ma għandhomx jarmu ħut jew qbid inċidentali f’port, ikun liema jkun, jew jagħtu b’xejn ħut jew qbid inċidentali lil persuni jew entitajiet, ikunu liema jkunu, qabel awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità xierqa fl-Istat milqut tal-SFM u approvazzjoni minn qabel bil-miktub min-NORMA tal-SFM. Kapitolu IV Osservaturi 1. Meta jippreżentaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd, kull bastiment ikkonċernat tal-Unjoni Ewropea għandu jħallas tariffa għall-allokazzjoni ta’ osservatur, kif speċifikat fil-Kapitolu I, is-Sezzjoni 1, il-Paragrafu 7(h), fil-Kont imsemmi fil-Kapitolu I, is-Sezzjoni 1, il-Paragrafu 8, ta’ dan l-Anness, speċifikatament għall-programm tal-osservaturi. 2. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea awtorizzati jistadu fiż-ŻEE tal-SFM skont il-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi bil-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt: A. Għall-bastimenti tas-sajd bil-purse seine: Il-bastimenti tas-sajd bil-purse seine tal-Unjoni Ewropea għandhom dejjem ikollhom abbord osservatur maħtur jew mill-Programm ta’ Osservazzjoni tas-Sajd tal-SFM jew mill-Programm ta’ Osservazzjoni Reġjonali tad-WCPFC (WCPFC POR) waqt li jkunu joperaw fiż-ŻEE tal-SFM. B. Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz: a) Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi kull sena l-ambitu tal-programm ta’ osservazzjoni abbord abbażi tal-għadd ta’ bastimenti awtorizzati jistadu fiż-ŻEE tal-SFM tal-istat tar-riżorsi fil-mira ta’ dan il-bastimenti. Huwa/hija għandu/ha jiddeċiedi/tiddeċiedi skont l-għadd jew il-perċentwali ta’ bastimenti li jkunu jeħtieġu itellgħu osservatur abbord. b) Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħmel lista ta’ bastimenti indikati li jtellgħu osservatur abbord u lista ta’ osservaturi maħturin. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif isiru u kull tliet xhur wara meta jkunu aġġornati. c) Id-Direttur Eżekuttiv għandu jgħarraf lis-sidien tal-bastimenti ikkonċernati, jew lill-aġenti tagħhom, dwar l-intenzjonijiet tiegħu li jtellgħu osservatur maħtur abbord il-bastimenti tagħhom fiż-żmien meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, jew mhux aktar tard minn ħmistax (15)-il jum qabel ma l-osservatur jimbarka, u li ismu għandu jkun innotifikat malajr kemm jista’ jkun. d) Iż-żmien li l-osservaturi jqattgħu abbord għandu jkun iffissat mid-Direttur Eżekuttiv, iżda bħala regola ġenerali, dan iż-żmien ma għandux ikun aktar minn dak meħtieġ biex dawn jaqdu d-dmirijiet tagħhom. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jgħarraf lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom dwar dan meta jinnotifikahom bl-isem tal-osservatur maħtur biex joqgħod abbord il-bastiment ikkonċernat. 3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Paragrafu 2A, is-sidien tal-bastimenti ikkonċernati għandhom jgħarrfu f’liema portijiet tal-SFM u f’liema dati huma jkunu biħsiebhom itellgħu abbord l-osservaturi 10 ijiem qabel id-data ppjanata li jittella’ osservatur mal-bidu ta’ vjaġġ. 4. Fejn osservaturi jittellgħu abbord f’port barrani, l-ispejjeż tagħhom tal-ivvjaġġar għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment b’osservatur abbord mill-SFM joħroġ miż-ŻEE tal-SFM, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex ikun żgurat li l-osservatur imur lura fl-SFM malajr kemm jista’ jkun bl-ispejjeż imħallsa minn sid il-bastiment. 5. Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u l-post miftiehma, u tul is-sitt (6) sigħat wara l-ħin miftiehem, is-sidien tal-bastimenti jinħallu awtomatikament mill-obbligu li jtellgħu l-osservatur abbord. 6. L-osservaturi għandhom ikunu ttrattati bħala uffiċjali. Huma għandhom jagħmlu x-xogħol li ġej: a) josservaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti; b) jivverifikaw il-pożizzjoni ta’ bastimenti li jwettqu operazzjonijiet tas-sajd; c) jieħdu kampjuni bijoloġiċi fil-kuntest ta’ programmi xjentifiċi; d) jinnutaw l-irkaptu tas-sajd użat; e) jivverifikaw id-dejta tas-sajd għaż-ŻEE tal-SFM irreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord; f) jivverifikaw il-perċentwali ta’ qabdiet inċidentali u jagħmlu stima tal-kwantità ta’ rimi ta’ speċijiet ta’ ħut bil-pinen, krustaċej, ċefalopodi u mammali tal-baħar li jistgħu jitqiegħdu fis-suq; g) jirrapportaw dwar dejta tas-sajd darba fil-ġimgħa permezz tar-radju, inkluża l-kwantità ta’ qabdiet u qabdiet inċidentali abbord. 7. Il-kaptani għandhom iħallu osservaturi awtorizzati jitilgħu abbord bastimenti awtorizzati joperaw fiż-ŻEE tal-SFM, u għandhom jagħmlu kulma jistgħu biex jiżguraw li l-osservaturi jaqdu d-dmirijiet tagħhom b’mod sikur u bla ħsara: a) Il-kaptan għandu jħalli u jgħin lil osservatur awtorizzat bħal dak jitla’ abbord il-bastiment għal funzjonijiet xjentifiċi, monitoraġġ u funzjonijiet oħra; b) Il-kaptan għandu jgħin lill-osservatur ikollu aċċess sħiħ għall-użu tal-faċilitajiet u t-tagħmir abbord il-bastiment, li l-osservatur awtorizzat jista’ jqis li jkunu meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tal-osservatur; c) L-osservaturi għandu jkollhom aċċess għall-pont, għall-ħut abbord u għat-taqsimiet li jistgħu jintużaw biex iżommu, jipproċessaw, jiżnu u jaħżnu l-ħut; d) L-osservaturi jistgħu jieħdu għadd raġjonevoli ta’ kampjuni u għandu jkollhom aċċess sħiħ għar-reġistri tal-bastiment, inklużi l-ġurnali tiegħu, ir-rapporti tal-qbid u d-dokumentazzjoni għall-fini ta’ spezzjoni u kkuppjar; u e) L-osservaturi għandhom jitħallew jiġbru kull informazzjoni oħra b’rabta mas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM. 8. Waqt li jkunu abbord, l-osservaturi għandhom: a) jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-preżenza tagħhom ma tfixkilx l-operazzjoni normali tal-bastiment; u b) iħarsu l-materjal u t-tagħmir li jkun abbord, u l-kunfidenzjalità tad-dokumenti kollha li jkunu tal-bastiment. 9. Fi tmiem il-perjodu ta’ osservazzjoni u wara stħarriġ b’mistoqsijiet dwar x’ikun seħħ, isir rapport tal-attivitajiet, li jkun iffirmat fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jagħmel kummenti addizzjonali li jkunu rilevanti, u wara jiffirmah. Kopji tar-rapport għandhom jingħataw lill-kaptan meta l-osservatur jinżel l-art, u lid-Delegazzjoni. 10. Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-ispiża għall-akkomodazzjoni tal-osservaturi bl-istess kundizzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-bastiment. 11. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu minn-NORMA tal-SFM meta l-bastiment ikun qed jopera fiż-ŻEE tal-SFM. Kapitolu V Kontroll u Infurzar Sezzjoni 1 L-Identifikazzjoni tal-Bastimenti 1. Għal finijiet tas-sikurezza fis-sajd u fuq il-baħar, kull bastiment għandu jkun immarkat u identifikat skont l-ispeċifikazzjoni standard approvata tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja (FAO) għall-immarkar u l-identifikazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd. 2. L-ittra/ittri tal-port jew tad-distrett fejn il-bastiment ikun irreġistrat u n-numru/numri li bihom ikun irreġistrat għandhom ikunu miżbugħin jew murija fuq iż-żewġ naħat tal-pruwa, ’il fuq mill-ilma kemm jista’ jkun biex ikunu jidhru b’mod ċar mill-baħar u mill-ajru, b’kulur li jikkontrasta mal-isfond li fuqu jkunu miżbugħin. L-isem tal-bastiment u l-port ta’ reġistrazzjoni tiegħu għandhom jinżebgħu ukoll fuq il-pruwa u l-poppa tal-bastiment. 3. L-SFM u l-Unjoni Ewropea jistgħu jeżiġu, jekk ikun meħtieġ, li l-kodiċi internazzjonali tar-radju (IRCS), in-numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), jew l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterna, jinżebgħu fuq nett tal-kabina tat-tmunier, biex ikunu jidhru b’mod ċar mill-ajru, b’kulur li jikkontrasta mal-isfond li fuqu jkunu miżbugħin; a) Il-kuluri kontrastanti għandhom ikunu l-abjad u l-iswed; u b) l-ittri u n-numri ta’ registrazzjoni esterni miżbugħin jew murijin fuq il-buq tal-bastiment ma għandhomx ikunu jistgħu jitneħħew, jitħassru, jinbidlu jew ikunu illeġibbli, mgħottijin jew moħbijin. 4. Kull bastiment li ma jurix ismu u l-kodiċi tar-radju jew l-ittri tal-kodiċi bil-mod preskritt jista’ jittieħed bi skorta lejn port tal-SFM għal aktar stħarriġ. 5. L-operatur tal-bastiment għandu jiżgura l-monitoraġġ kontinwu tal-frekwenza internazzjonali għas-sejħiet u tas-sitwazzjonijiet perikolużi (2182) kHz (HF), u/jew il-frekwenza internazzjonali ta’ sikurezza u sejħa (156.8) MHz (Kanal 16, VHF-FM) biex titħaffef il-komunikazzjoni mal-awtoritajiet tal-ġestjoni, is-sorveljanza u l-infurzar tas-sajd tal-Gvern tal-SFM. 6. L-operatur tal-bastiment għandu jiżgura li kopja reċenti u aġġornata tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali (INTERCO) tkun abbord u aċċessibbli f’kull ħin. Sezzjoni 2 Il-Komunikazzjoni mal-Bastimenti tal-Għassa tal-Istati Federali tal-Mikroneżja 1. Il-komunikazzjoni bejn il-bastimenti bil-permess u l-bastimenti tal-għassa tal-Gvern għandha ssir b’kodiċijiet ta’ sinjali internazzjonali kif ġej: Kodiċi ta’ Sinjal Internazzjonali – Tifsir: L | Ieqaf minnufih | SQ3 | Ieqaf jew naqqas il-veloċità, nixtieq nitla’ abbord il-bastiment tiegħek | QN | Qiegħed il-bastiment tiegħek fuq in-naħa tal-lemin tal-bastiment tiegħi | QN1 | Qiegħed il-bastiment tiegħek fuq in-naħa tal-bastiment tiegħi | TD2 | Il-bastiment tiegħek huwa bastiment tas-sajd? | C | Iva | N | Le | QR | Ma nistax inqiegħed il-bastiment tiegħi maġenb il-bastiment tiegħek | QP | Se nqiegħed il-bastiment tiegħi maġenb il-bastiment tiegħek | 2. L-SFM għandhom jagħtu lill-Kummissjoni Ewropea lista tal-Bastimenti tal-Għassa kollha li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-kontroll tas-sajd. Din il-lista għandha tinkludi d-dettalji kollha relatati ma’ dawk il-bastimenti, jiġifieri: Isem, Bandiera, Tip, ritratt, marki ta’ identifikazzjoni esterna, IRCS u kapaċità ta’ komunikazzjoni. 3. Il-Bastimenti tal-Għassa għandhom ikunu mmarkati u identifikabbli b’mod ċar bħala li jkunu fl-użu/fis-servizz tal-Gvern. Sezzjoni 3 Il-Lista ta’ Bastimenti 1. Il-Kummissjoni Ewropea għandha żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li lilhom tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll. Din il-lista għandha tkun innotifikata lill-awtoritajiet tal-SFM responsabbli mill-ispezzjoni tas-sajd malli titlesta u kull darba li tkun aġġornata. Sezzjoni 4 Il-Liġijiet u Regolamenti applikabbli 1. Il-bastiment u l-operaturi tiegħu għandhom iħarsu strettament dan l-Anness u l-liġijiet u r-regolamenti tal-SFM u tal-Istati tagħhom. Huma għandhom iħarsu wkoll it-trattati, il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali tal-ġestjoni tas-sajd li tagħhom kemm l-SFM kif ukoll l-Unjoni Ewropea huma partijiet. In-nuqqas ta’ ħarsien strett ta’ dan l-Anness u tal-liġijiet u r-regolamenti tal-SFM u l-Istati tagħhom jista’ jġib miegħu multi sostanzjali u penalitajiet ċivili u kriminali oħra. Sezzjoni 5 Il-Proċeduri ta’ Kontroll 1. Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM għandhom jippermettu u jiffaċilitaw it-tlugħ abbord u l-qadi tad-dmirijiet minn kull uffiċjal awtorizzat tal-infurzar tal-SFM responsabbli mill-ispezzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd kull ħin fiż-ŻEE tal-SFM jew fl-Ilmijiet Territorjali jew fl-ilmijiet interni ta’ kull Stat tal-SFM. 2. Biex jiġu ffaċilitati proċeduri ta’ spezzjoni aktar sikuri, it-tlugħ abbord jista’ jsir b’avviż minn qabel mibgħut lill-bastiment, inklużi l-identità tal-pjattaforma ta’ spezzjoni u l-isem tal-ispettur. 3. L-uffiċjali ta’ infurzar għandu jkollhom aċċess sħiħ għar-reġistrazzjonijiet tal-bastiment, inklużi l-ġurnali ta’ abbord, ir-Rapporti tal-Qbid, id-dokumentazzjoni u kull tagħmir elettroniku użat għar-reġistrazzjoni jew il-ħżin ta’ dejta, u l-kaptan tal-bastiment għandu jippermetti lil uffiċjali awtorizzati bħal dawn jieħdu notazzjoni ta’ kull permess maħruġ min-NORMA tal-SFM jew ta’ dokumentazzjoni oħra meħtieġa skont il-Ftehim. 4. Il-kaptan għandu jikkonforma minnufih ma’ kull struzzjoni raġonevoli mogħtija mill-uffiċjali awtorizzati, u għandu jiffaċilita t-tlugħ abbord sikur, u jiffaċilita l-ispezzjoni tal-bastiment, l-irkaptu, it-tagħmir, ir-reġistrazzjonijiet, il-ħut u l-prodotti tal-ħut. 5. Il-kaptan tal-bastiment jew l-ekwipaġġ ma għandhomx jattakkaw, ifixklu, jirreżistu, idewmu, jirrifjutaw it-tlugħ abbord, jintimidaw uffiċjal awtorizzat jew jindaħlulu fil-qadi ta’ dmirijietu. 6. Dawn l-uffiċjali ma għandhomx jibqgħu abbord aktar milli meħtieġ għall-qadi ta’ dmirijiethom. 7. Fejn ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu, l-SFM jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment li jwettaq l-offiża sakemm jitlestew il-formalitajiet u jkunu applikati l-penalitajiet stabbiliti fil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tal-SFM. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun mgħarrfa b’dan. 8. Malli titlesta l-ispezzjoni, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment. 9. L-SFM għandhom jiżguraw li l-persunal kollu involut direttament fl-ispezzjoni tal-bastimenti tas-sajd koperti minn dan il-Ftehim ikollu l-ħiliet kollha meħtieġa biex imexxi spezzjoni tas-sajd u jkun familjari mas-sajd ikkonċernat. Matul l-ispezzjoni abbord il-bastimenti tas-sajd koperti minn dan il-Ftehim, l-ispetturi tas-sajd tal-SFM għandhom jiżguraw li l-ekwipaġġ, il-bastiment u t-tagħbija tagħhom ikunu ttrattati bir-rispett sħiħ li jixraq skont dispożizzjonijiet internazzjonali previsti fil-Proċeduri tad-WCPFC dwar Tlugħ Abbord u Spezzjoni. Sezzjoni 6 Il-Proċedura tal-Arrest 1. L-arrest tal-bastimenti tas-sajd a) Id-Direttur Eżekuttiv għandu jgħarraf lid-Delegazzjoni, fi żmien 24 siegħa, dwar kull arrest u penali imposta fuq bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-ŻEE tal-SFM. b) Id-Delegazzjoni għandha fl-istess waqt tirċievi rapport qasir dwar iċ-ċirkustanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-arrest. 2. Id-dikjarazzjoni tal-arrest a) Wara li l-uffiċjal tal-ispezzjoni jkun fassal id-dikjarazzjoni, il-kaptan tal-bastiment għandu jiffirmaha. b) Din il-firma għandha tkun bla ħsara għad-drittijiet tal-kaptan jew għal kull difiża li huwa jista’ jagħmel dwar l-allegat ksur. c) Il-kaptan għandu jieħu l-bastiment f’port indikat mill-uffiċjal tal-ispezzjoni. Fil-każ ta’ ksur żgħir, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jawtorizza lill-bastiment li jkun sar tlugħ fuqu biex jissokta bl-attivitajiet tiegħu tas-sajd. 3. Il-laqgħa ta’ konsultazzjoni f’każ ta’ arrest a) Qabel ma jitqiesu xi miżuri fir-rigward tal-kaptan jew l-ekwipaġġ tal-bastiment jew xi azzjoni fir-rigward tat-tagħbija u t-tagħmir tal-bastiment, minbarra dawk li jissalvagwardjaw xhieda b’rabta mal-allegat ksur, għandha tinżamm laqgħa ta’ konsultazzjoni, fi żmien jum tax-xogħol mill-wasla tal-informazzjoni msemmija hawn fuq, bejn id-Delegazzjoni u d-Direttur Eżekuttiv, li għaliha jista’ jattendi rappreżentant tal-Istati Membri tal-Bandiera kkonċernati. b) Fil-laqgħa, il-Partijiet għandhom jagħtu lil xulxin kull dokumentazzjoni jew informazzjoni rilevanti li tgħin biex jiġu ċċarati ċ-ċirkustanzi tal-fatti stabbiliti. Sid-il-vapur jew l-aġent tiegħu għandu jkun mgħarraf bir-riżultat tal-laqgħa u b’kull miżura b’riżultat tal-arrest. 4. Is-soluzzjoni tal-arrest a) Qabel kull proċedura ġudizzjarja, għandu jsir attentat biex tinstab soluzzjoni għall-allegat ksur permezz ta’ proċedura ta’ kompromess. Din il-proċedura għandha tintemm mhux aktar tard minn erbat (4) ijiem ta’ xogħol wara l-arrest. b) Fil-każ ta’ soluzzjoni bonarja, l-ammont tal-multa għandu jkun stabbilit skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-SFM. c) Jekk il-każ ma jkunx jista’ jissolva bi proċedura bonarja u jkollu jinġieb quddiem korp ġudizzjarju kompetenti, ikollha titħallas garanzija bankarja minn sid il-bastiment immirata sabiex jitqiesu l-ispejjeż tal-arrest u l-multi u l-kumpens pagabbli mill-partijiet responsabbli għall-ksur, fil-Kont imsemmi fil-Kapitolu I, is-Sezzjoni 1, il-Paragrafu 8, ta’ dan l-Anness. d) Il-garanzija bankarja għandha tkun irrevokabbli sakemm jintemmu l-proċedimenti legali. Għandha tinħeles malli l-proċedimenti legali jintemmu mingħajr kundanna. B’mod simili, fil-każ ta’ kundanna li twassal għal multa ta’ anqas mill-garanzija depożitata, il-bilanċ għandu jinħeles mill-korp ġudizzjarju kompetenti responsabbli mill-proċedimenti legali. e) Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu għandu jkun awtorizzat iħalli l-port: (1) malli l-obbligi li joħorġu mis-soluzzjoni bonarja jkunu tħarsu; jew (2) meta l-garanzija bankarja msemmija fil-Paragrafu 4(c) tkun ġiet iddepożitata u aċċettata mill-korp ġudizzjarju kompetenti, sakemm jitlestew il-proċedimenti legali. Kapitolu VI Responsabbiltà Ambjentali 1. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu l-ħtieġa li jkunu ppreservati l-kundizzjonijiet ambjentali fraġli (tal-baħar) tal-laguni u l-atollijiet tal-SFM u li l-bastimenti tal-Unjoni Ewropea ma għandhomx jarmu sustanzi li x’aktarx joħolqu ħsara jew taħsir fil-kwalità tar-riżorsi tal-baħar. 2. Fejn isir bunkering jew kull trasferiment ieħor ta’ kull prodott inkluż fil-Kodiċi Internazzjonali tal-Oġġetti Marittimi Perikolużi (IMDG) tan-Nazzjonijiet Uniti matul vjaġġ tas-sajd fiż-ŻEE tal-SFM, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrapportaw attività bħal din skont il-kampjun mogħti fl-Appendiċi 3, il-Parti 5. Kapitolu VII Imbarkazzjoni ta’ baħrin 1. Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea li jistad skont il-Ftehim għandu jaċċetta li jimpjega mill-anqas baħri wieħed (1) tal-SFM bħala membru tal-ekwipaġġ. 2. Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu li ħielsa jagħżlu huma l-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom minn fost l-ismijiet f’lista mibgħuta mid-Direttur Eżekuttiv. 3. Sid il-bastiment jew l-aġent għandu jgħarraf lid-Direttur Eżekuttiv bl-ismijiet tal-baħrin tal-SFM li jittellgħu abbord il-bastiment ikkonċernat, billi jsemmi l-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ. 4. Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar Prinċipji u Drittijiet Fundamentali tax-Xogħol għandha tapplika bi dritt għall-baħrin ingaġġati fuq bastimenti tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu x’jaqsam b’mod partikulari mal-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effikaċi tad-dritt għal negozjar kollettiv, u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u x-xogħol. 5. Il-kuntratti tal-impjieg ta’ baħrin tal-SFM, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom isiru bejn l-aġent/i tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom b’konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu li l-baħrin ikunu koperti minn sigurtà soċjali applikabbli għalihom, inkluża assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-mard u assigurazzjoni għall-aċċidenti. 6. Il-pagi tal-baħrin tal-SFM għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. Il-pagi għandhom ikunu fissi, qabel ma jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, bi ftehim reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti jew l-aġenti tagħhom u d-Direttur Eżekuttiv. Iżda l-kundizzjonijiet dwar il-pagi mogħtija lill-baħrin tal-SFM ma għandhomx ikunu anqas minn dawk il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-ekwipaġġi tal-SFM, u fl-ebda ċirkustanza ma għandhom ikunu anqas mill-istandards tal-ILO. 7. Il-baħrin kollha impjegati abbord il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrapportaw lill-kaptan tal-bastiment indikat fil-jum qabel id-data proposta għall-imbarkazzjoni tagħhom. Jekk baħri jonqos li jirrapporta fid-data u l-ħin miftiehma għall-imbarkazzjoni, is-sidien tal-bastimenti jkunu jinħelsu awtomatikament mill-obbligu tagħhom li jieħdu l-baħri abbord. Kapitolu VIII Responsabbiltà tal-Operatur 1. L-operatur għandu jiżgura li l-bastimenti tiegħu jkunu tajbin biex ibaħħru u li jkollhom tagħmir adegwat għas-sikurezza tal-ħajja u apparat ta’ sopravivenza għal kull passiġġier u membru tal-ekwipaġġ. 2. Għall-protezzjoni tal-SFM, l-Istati tagħhom u ċ-ċittadini u r-residenti tagħhom, l-operatur għandu jżomm kopertura adegwata u sħiħa ta’ assigurazzjoni għall-bastiment tiegħu permezz ta’ assiguratur rikonoxxut fuq livell internazzjonali u aċċettabbli min-NORMA tal-SFM għaż-ŻEE tal-SFM, inklużi żoni f’laguni u atollijiet, il-Baħar Territorjali u s-sikek taħt l-ilma, kif ikun jixhed iċ-Ċertifikat ta’ Assigurazzjoni msemmi fil-Kapitolu I, is-Sezzjoni 1, il-Paragrafu 7(f), ta’ dan l-Anness. 3. Fil-każ li bastiment tal-Unjoni Ewropea jkun involut f’aċċident jew inċident marittimu fiż-ŻEE tal-SFM (inklużi l-ilmijiet interni u l-Baħar Territorjali), li jagħmlu ħsara ta’ kull xorta lill-ambjent, lill-proprjetà jew lill-persuna, il-bastiment u l-operatur għandhom jinnotifikaw b’dan lin-NORMA tal-SFM u lis-Segretarju tad-Dipartiment tat-Trasport, il-Komunikazzjoni u l-Infrastruttura tal-SFM. Appendiċi 1. Formoli ta’ Applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni tas-Sajd a. Applikazzjoni u Reġistrazzjoni għal Permess tas-Sajd b. Applikazzjoni għal Tiġdid ta’ Permess 2. Formoli ta’ Rapporti tal-Qbid a. Ġurnal ta’ abbord għas-sajd bil-purse seine b. Ġurnal ta’ abbord għas-sajd bil-konz 3. Dettalji ta’ Rapporti 4. Lista ta’ Portijiet Indikati fl-SFM Appendiċi 1a [pic] APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI U L-PERMESS GĦAL BASTIMENT TAS-SAJD BARRANIN National Oceanic Resource Management Authority | P.O. Box PS122 | Tel: | (691) 320-2700/5181 | Palikir, Pohnpei FM 96941 | Feks: | (691) 320-2383 | Federated States of Micronesia | Posta elettronika: | norma@mail.fm | ISTRUZZJONIJIET: | L-applikant GĦANDU jiffirma u jagħti data lill-applikazzjoni; xort’oħra ma tkunx valida. | Indirizz tfisser indirizz postali sħiħ. | Agħmel marka x ċara fejn japplika. | L-unitajiet huma kollha Metriċi; Speċifika l-unitajiet jekk tuża sistemi oħra. | Waħħal ritratt reċenti bil-kulur 6x8 pulzieri tal-ġenb tal-bastiment ma’ din l-applikazzjoni, li juri l-Isem tal-Bastiment u n-Numru ta’ Reġistrazzjoni. | Ehmeż kopja tar-Reġistru Reġjonali tal-Forum Fisheries Agency (FFA) u Ċertifikati tas-Sistema ta’ Monitoraġġ ta’ Bastimenti (VMS). | Jekk dan il-bastiment kien irreġistrat qabel, speċifika: | Rekwiżiti Reġjonali: | L-Isem tal-Bastiment l-Antik | In-Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-FFA | In-Numru ta’ Reġistrazzjoni l-Antik | In-Numru ta’ Reġistrazzjoni VMS tal-FFA | Il-Kodiċi Internazzjonali tar-Radju l-Antik | It-Tip ta’ ALC | Identifikazzjoni tal-Bastiment: | L-Isem tal-Bastiment | It-tip ta’ Bastiment: (Agħżel kif japplika) | Tas-Sajd bil-Purse Seine, waħdu | Tal-ġarr tal-ħut/Bastiment Imkessaħ | Dgħajsa ta’ Tfittxija | Tas-Sajd bil-konz | Bunker | Oħrajn | Tas-sajd bix-xlief u l-qasab | Tas-sajd bil-Purse Seine, fi grupp | Speċifika | Il-pajjiż ta’ Reġistrazzjoni | In-Numru tal-Pajjiż ta’ Reġistrazzjoni | Il-kodiċi internazzjonali tar-radju | Sid il-Bastiment: | Operatur/Noliġġatur tal-Bastiment: | Isem | Isem | Indirizz | Indirizz | Kaptan tal-Bastiment: | Kaptan tas-Sajd: | Isem | Isem | Indirizz | Indirizz | Bażi(jiet) Operattiva/i: | Dettalji tal-Permess | Agħżel kemm għandu jdum il-permess u speċifika d-data effettiva ppreferuta. | Port 1/Pajjiż | 1-sena | __________________________ | Port 2/Pajjiż | 6-xhur | __________________________ | Port 3/Pajjiż | 3-xhur | ___________________ | Il-Bandiera/L-Istat taż-Żona Awtorizzata għas-Sajd | Oħrajn (Speċifika): | ___________________ | Speċifikazzjonijiet tal-Bastimenti: | Materjal tal-Buq: | Azzar ( | Injam ( | FRP ( | Jekk ieħor, speċifika | Is-sena meta nbena | Tunnellaġġ Gross | Il-post fejn inbena | Tul globali | Id-daqs tal-Ekwipaġġ | Il-qawwa tal-magni prinċipali (Speċifika l-unitajiet) | Kapaċità għall-ġarr tal-fjuwil (kilolitri) | Kapaċità ta’ Friża Kuljum (Agħżel aktar minn waħda, jekk japplika): Metodu Kapaċità Temperatura (c) Tunnellati metriċi / kuljum Ilma Mielaħ (NaCl) BR ( ____________________________ ________________ Ilma Mielaħ (CaCl) CB ( ____________________________ ________________ Arja (Blast) BF ( ____________________________ ________________ Arja (Koljaturi) RC ( ____________________________ ________________ Jekk oħrajn, speċifika _______________ ____________________________ ________________ Kapaċità ta’ Ħażna (aktar minn waħda, jekk japplika): Metodu Kapaċità Temperatura (c) Metri kubi Silġ IC ( ____________________________ ________________ Ilma Baħar Iffriżat RW ( ____________________________ ________________ Ilma Mielaħ (NaCl) BR ( ____________________________ ________________ Ilma Mielaħ (CaCl) CB ( ____________________________ ________________ Arja (Koljaturi) RC ( Jekk oħrajn, speċifika _______________ ____________________________ ________________ Kompli imla jew A, B, C jew D hawn taħt skont kif japplika. A. Għall-Bastimenti tas-sajd bil-Purse Seine : Ħelikopter Nru ta’ Reġ. _________________________________ Tul tax-xibka (metri)________________ Mudell ta’ Ħelikopter ___________________________________ Fond tax-xibka (metri) ________________ Opri tal-baħar ta’ appoġġ: Isem 1 ___________________________________________ Tip 1 _________________________ Isem 2 ___________________________________________ Tip 2 _________________________ Isem 3 ___________________________________________ Tip 3 _________________________ B. Għall-Bastimenti tas-sajd bix-Xlief u l-Qasab : L-għadd ta’ apparati tal-qasab awtomatiċi (0 jekk ma kienx hemm) __________ Ħżin ta’ lixka (aktar minn waħda, jekk japplika) Metodu ta’ Ċirkolazzjoni Kapaċità (‘x’ fejn japplika) (Metri kubi) Naturali NN ( ____________________________ Ċirkulazzjoni CR ( ____________________________ Imkessaħ RC ( ____________________________ C. Għal Bastimenti tas-sajd bil-konz: Għadd medju ta’ konzijiet (qfief) ___________________________ Tul tal-lenza prinċipali Km ______________ Għadd medju ta’ snanar għal kull konz (qoffa) ____________________ Materjal tal-lenza prinċipali __________________________________ D. Għal Bastimenti ta’ Appoġġ: Attivitajiet (aktar minn waħda, jekk japplika) Tal-Ġarr, Imkessaħ ( Dgħajsa għat-tiftix/ ta' informazzjoni (scouting) ( Dgħajsa tal-Ankra ( Bastiment tal-provvisti/bastiment omm ( Jekk oħrajn, speċifika __________________________________________________________________________________ Bastiment(i) tas-sajd Appoġġat(i) ________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________ Niddikjara li l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija vera u sħiħa. Nifhem li jkun jeħtieġli nirrapporta minnufih kull tibdil fl-informazzjoni ta’ hawn fuq, u nifhem ukoll li jekk nonqos, dan in-nuqqas jista’ jkollu effett fuq il-klassifikazzjoni tajba fir-Reġistru tal-FFA. Din l-applikazzjoni hija ppreżentata skont: L-isem tal-Ftehim u/jew il-Ftehim Bażi | Data effettiva tal-Ftehim | Applikant: Għid jekk intix sid, noleġġitur jew aġent awtorizzat _________________________________ Isem tal-applikant: | Tel: | Indirizz: | Feks: | Posta elettronika: | Firma | Data | Appendiċi 1b [pic] APPLIKAZZJONI GĦAT-TIĠDID TAL-PERMESS GĦAL BASTIMENT TAS-SAJD BARRANIN National Oceanic Resource Management Authority | P.O. Box PS122 | Tel: | (691) 320-2700/5181 | Palikir, Pohnpei FM 96941 | Feks: | (691) 320-2383 | Federated States of Micronesia | Posta elettronika: | norma@mail.fm | ISTRUZZJONIJIET: | Din il-formola ta’ applikazzjoni tapplika BISS għal bastiment li se jġedded il-permess tiegħu tas-sajd skont l-istess Ftehim ta’ Aċċess għas-Sajd li abbażi tiegħu jkun inħareġ l-ewwel permess tiegħu (jew permessi qabel). | L-applikant GĦANDU jiffirma u jagħti data lill-applikazzjoni; xort’oħra ma tkunx valida. | Indirizz tfisser indirizz postali sħiħ | Immarka b’mod ċar il-kaxex ‘x’ fejn japplika. | Rekwiżiti Reġjonali: | In-Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-FFA | In-Numru ta’ Reġistrazzjoni VMS tal FFA | Dettalji tal-Bastiment: | L-Isem tal-Bastiment | In-Numru tal-Permess ta’ Qabel | Il-Pajjiż ta’ Reġistrazzjoni (Bandiera) | In-Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Istat tal-Bandiera | Kodiċi internazzjonali tar-radju | Tip ta’ Bastiment (Rkaptu): | Tas-Sajd bil-Purse Seine, waħdu | Tal-ġarr tal-ħut/Bastiment Imkessaħ | Dgħajsa ta’ Tfittxija | Tas-Sajd bil-konz | Bunker | Oħrajn (Speċifika) | ____________ | Tas-sajd bix-xlief u l-qasab | Tas-Sajd bil-Purse Seine, fi grupp | Dettalji tal-Permess: | Agħżel kemm għandu jdum il-permess, kif japplika, u speċifika d-data effettiva ppreferuta. | 1-sena | 6-xhur | 3-xhur | Data Effettiva tal-Permess | Jiena b’dan napplika biex inġedded il-permess għall-bastiment tas-sajd imsemmi hawn fuq mal-Awtorità Nazzjonli ta’ Tmexxija ta’ Riżorsi tal-Oċeani (NORMA) fl-Istati Federali tal-Mikroneżja. Niddikjara li l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija vera u sħiħa. Nifhem li jkun jeħtieġli nirrapporta minnufih kull tibdil fl-informazzjoni ta’ hawn fuq, u nifhem ukoll li jekk nonqos, dan in-nuqqas jista’ jkollu effett fuq il-validità tal-permess tiegħi għas-sajd u l-klassifikazzjoni tajba fir-Reġistru tal-FFA. Din l-applikazzjoni hija ppreżentata skont: L-isem tal-Ftehim u/jew il-Ftehim Bażi | Data effettiva tal-Ftehim | Applikant: Għid jekk intix sid, noleġġitur jew aġent awtorizzat _________________________________ ApplIsem Isem tal-applikant: | Tel: | Indirizz: | Feks: | Posta elettronika: | Firma | Data | [pic] [pic] [pic] [pic]Appendiċi 3 Dettalji tar-Rapportar Rapport lil NORMA Feks: (691) 320-2383, Posta elettronika: norma@mail.fm 1. Rapportar dwar Dħul fiż-ŻEE tal-SFM 24 siegħa qabel id-dħul fiż-ŻEE tal-SFM (a) | Kodiċi tar-rapport | ZENT | (b) | Isem il-Bastiment | (c) | Numru tal-Permess | (d) | Data ta’ Dħul (jj.xx.ss) | (e) | Ħin ta’ Dħul (GMT) | (f) | Pożizzjoni waqt id-Dħul | (g) | Qbid Totali abbord | (i) Għas-sajd bil-purse seine, agħti l-l-qbid skont il-piż u skont l-ispeċi: | PALAMIT | (SKJ)____. ___(tm) | TONNA SAFRA | (YFT)____. ___(tm) | OĦRAJN | (OTH)____. ___(tm) | (ii) Għas-sajd bil-konz, agħti l-qbid skont l-għadd u l-ispeċi: | TONNA SAFRA | (YFT)____. ___(tm) | TONN GĦAJNU KBIRA | (BET)____. ___(tm) | ALONGA | (ALB)____. ___(tm) | KELB IL-BAĦAR | (SHK)____.___ (tm) | OĦRAJN | (OTH)____.___ (tm) | eż. ZENT/ COSMOS/F031-EUCPS-00000-01/10-5-04/0635Z/1230N; 150E/SKJ: 200;YFT: 90; OĦRAJN: 50 | 2. Rapportar dwar Ħruġ miż-ŻEE tal-SFM Minnufih malli joħorġu mil-limiti tas-sajd: (a) | Kodiċi tar-rapport | ZDEP | (b) | Isem il-Bastiment | (c) | Numru tal-Permess | (d) | Data ta’ Ħruġ (jj.xx.ss) | (e) | Ħin ta’ Ħruġ (GMT) | (f) | Pożizzjoni waqt il-Ħruġ | (g) | Qbid Totali abbord | (i) Għas-sajd bil-purse seine, agħti l-l-qbid skont il-piż u skont l-ispeċi: | PALAMIT | (SKJ)____. ___(tm) | TONNA SAFRA | (YFT)____. ___(tm) | OĦRAJN | (OTH)____. ___(tm) | (ii) Għas-sajd bil-konz, agħti l-qbid skont l-għadd u l-ispeċi: | TONNA SAFRA | (YFT)____. ___(tm) | TONN GĦAJNU KBIRA | (BET)____. ___(tm) | ALONGA | (ALB)____. ___(tm) | KELB IL-BAĦAR | (SHK)____.___ (tm) | (h) | Qbid totali magħmul fiż-ŻEE tal-SFM skont il-piż jew l-għadd (kif inhu xieraq) skont l-ispeċi (bħal Qabda Abbord) | (i) | Jiem totali ta’ sajd | eż. ZDEP/ COSMOS/F031-EUCPS-00000-01/20-5-04/0635Z/1300N; 145E/SKJ: 300;YFT: 130; OĦRAJN: 80/SFMEEZ; SKJ: 100;YFT: 40; OĦRAJN: 30/10 | 3. Rapportar dwar il-pożizzjoni u l-qbid kull ġimgħa fiż-ŻEE tal-SFM. Kull nhar ta’ Erbgħa f’nofsinhar fil-limiti tas-sajd wara r-rapport ta’ dħul jew wara l-aħħar rapport ta’ kull ġimgħa fiż-ŻEE tal-SFM. (a) | Kodiċi tar-rapport | WPCR | (b) | Isem il-Bastiment | (c) | Numru tal-Permess | (d) | Data tal-pożizzjoni ta’ kull ġimgħa (jj.xx.ss) | (e) | Pożizzjoni tad-WPCR | (f) | Qbid mill-aħħar rapport ’l hawn | (i) Għas-sajd bil-purse seine, agħti l-l-qbid skont il-piż u skont l-ispeċi: | PALAMIT | (SKJ)____. ___(tm) | TONNA SAFRA | (YFT)____. ___(tm) | OĦRAJN | (OTH)____. ___(tm) | (ii) Għas-sajd bil-konz, agħti l-qbid skont l-għadd u l-ispeċi: | TONNA SAFRA | (YFT)____. ___(tm) | TONN GĦAJNU KBIRA | (BET)____. ___(tm) | ALONGA | (ALB)____. ___(tm) | KELB IL-BAĦAR | (SHK)____.___ (tm) | OĦRAJN | (OTH)____.___ (tm) | (g) | Għadd ta’ jiem tas-sajd matul il-ġimgħa | eż. WPCR/COSMOC/F031-EUCPS-00000-01/12-5-04/0530N; 14819E/SKJ: 200;YFT: 90; OĦRAJN: 50/10 | 4. Ħruġ mill-Port Minnufih wara l-ħruġ minn port. (a) | Kodiċi tar-rapport | PDEP | (b) | Isem il-Bastiment | (c) | Numru tal-Permess | (d) | Data ta’ Ħruġ (jj.xx.ss) | (e) | Ħin ta’ Ħruġ (GMT) | (f) | Port ta’ Ħruġ | (g) | Qbid Totali abbord | (i) Għas-sajd bil-purse seine, agħti l-l-qbid skont il-piż u skont l-ispeċi: | PALAMIT | (SKJ)____. ___(tm) | TONNA SAFRA | (YFT)____. ___(tm) | OĦRAJN | (OTH)____. ___(tm) | (ii) Għas-sajd bil-konz, agħti l-qbid skont l-għadd u l-ispeċi: | TONNA SAFRA | (YFT)____. ___(tm) | TONN GĦAJNU KBIRA | (BET)____. ___(tm) | ALONGA | (ALB)____. ___(tm) | KELB IL-BAĦAR | (SHK)____.___ (tm) | OĦRAJN | (OTH)____.___ (tm) | (h) | Destinazzjoni li jmiss | Pohnpei | eż. PDEP/ COSMOS/F031-EUCPS-00000-01/23-5-04/0635Z/Pohnpei/SKJ:0; YFT:0; OĦRAJN:0 | 5. Rapport dwar Attivitajiet ta’ Bunkering Minnufih wara li jerġa’ jittieħed il-fjuwil minn tanker liċenzjat. (a) | Kodiċi tar-rapport | BUNK | (b) | Isem il-Bastiment | COSMOS | (c) | Numru tal-Permess | F031-EUCPS-0000-01 | (d) | Data u ħin tal-bunkering (GMT) JJ-XX-SS: hhmm | (e) | Pożiżżjoni fil-bidu tal-bunkering | (f) | Ammont ta’ fjuwil meħud f’kl | (g) | Data u ħin meta jintemm il-bunkering (GMT) | (h) | Pożizzjoni fi tmiem il-bunkering | (i) | Isem tat-tanker | KIM | eż. BUNK/ COSMOS/F031-EUCPS-00000-01/10-5-04/0635Z/1230N; 150E/160/10-5-04/1130N; 145E/KIM | 6. Rapport dwar attivitajiet ta’ trażbord Minnufih wara trażbord f’port awtorizzat fl-SFM għal bastiment tal-ġarr liċenzjat. (a) | Kodiċi tar-rapport | PNOT | (b) | Isem il-Bastiment | COSMOS | (c) | Numru tal-Permess | F031-EUCPS-0000-01 | (d) | Data tal-Ħatt (JJ-XX-SS) | (e) | Port tal-Ħatt | (f) | Qabda Trażbordata | (i) Għas-sajd bil-purse seine, agħti l-l-qbid skont il-piż u skont l-ispeċi: | PALAMIT | (SKJ)____. ___(tm) | TONNA SAFRA | (YFT)____. ___(tm) | OĦRAJN | (OTH)____. ___(tm) | (ii) Għas-sajd bil-konz, agħti l-qbid skont l-għadd u l-ispeċi: | TONNA SAFRA | (YFT)____. ___(tm) | TONN GĦAJNU KBIRA | (BET)____. ___(tm) | ALONGA | (ALB)____. ___(tm) | KELB IL-BAĦAR | (SHK)____.___ (tm) | OĦRAJN | (OTH)____.___ (tm) | (g) | Isem il-bastiment tal-ġarr | KIN | (h) | Destinazzjoni tal-qbid | ĠAPPUN | eż. PNOT/ COSMOS/F031-EUCPS-00000-01/10-5-04/PAGO PAGO/SKJ: 200;YFT: 90; OĦRAJN: 50/KIN/JP | Appendiċi 4 Portijiet Indikati 1. Il-Port ta’ Tomil Harbor fl-Istat ta’ Yap 2. Weno Anchorage fl-Istat ta’ Chuuk 3. Il-Port ta’ Mesenieng fl-Istat ta’ Pohnpei 4. Il-Port ta’ Okat fl-Istat ta’ Kosrae [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 8877/2010 tas-26 ta’ April 2010 [2] ĠU L 151, 6.6.2006, p.3