52010PC0551

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tielet ħlas parzjali 2010) /* KUMM/2010/0551 finali - NLE 2010/0283 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 7.10.2010

KUMM(2010) 551 finali

2010/0283 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tielet ħlas parzjali 2010)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Skont l-Artikolu 57(5) tar-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ, din il-proposta tkopri:

l-ammont tat-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2010 ("n+1" fis-sens tal-proċeduri permanenti stabbiliti f'dak l-Artikolu);

Skont l-Artikolu 57(7) tar-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ, l-ammont ġestit mill-Kummissjoni u l-ammont ġestit mill-BEI huma speċifikati għal kull wieħed minnhom.

Skont l-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju FEŻ, il-BEI bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu ta' impenji u ħlasijiet skont l-istrumenti li jimmaniġja.

Skont l-Artikolu 57(5) tar-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ, il-Kunsill irid jiddeċiedi dwar din il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha u l-Istati Membri jridu jgħaddu t-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara d-data li fiha d-deċiżjoni tal-Kunsill tkun innotifikata lilhom.

L-Artikolu 58(2) tar-Regolament Finanzjarju jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jużaw l-ammonti stabbiliti għall-FEŻ preċedenti, wieħed wara l-ieħor. Għalhekk, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet f'din il-proposta jikkonċernaw l-ammonti għad-disa'FEŻ.

Innota li l-Artikolu 60(1) tar-Regolament Finanzjarju FEŻ jipprovdi li Stat Membru li ma jagħmilx il-ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni dovuta sad-data ta' skadenza jkun mitlub iħallas l-imgħax fuq l-ammont mhux imħallas; l-arranġamenti għall-ħlas tal-imgħax huma speċifikati fl-istess Artikolu.

2010/0283 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tielet ħlas parzjali 2010)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja skont il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu bejn l-2008 u l-2013 skont il-Ftehim AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u għat-Territorji ekstra-Ewropej li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Raba’ Parti tat-Trattat KE[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tat-18 ta’ Frar 2008, applikabbli għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju tal-għaxar FEŻ")[2], b'mod partikolari l-Artikolu 57 (5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[3],

Billi:

(1) L-Artikolu 58(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-FEŻ") jipprovdi li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jużaw l-ammonti pprovduti għall-FEŻ ta' qabel. Għaldaqstant, għandha ssir sejħa għall-fondi għad-disa' FEŻ.

(2) Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju tal-għaxar FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-ħlasijiet għall-istrumenti li jimaniġġja.

(3) Il-Kunsill għandu jiddeċiedi mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha u l-Istati Membri għandhom jgħaddu t-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara d-data li fiha d-deċiżjoni tal-Kunsill tkun innotifikata lilhom.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tielet ħlas parzjali għall-2010 biex jiffinanzjaw il-FEŻ huma mniżżlin fit-tabella fl-Anness ta' din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li qegħdin jikkontribwixxu għad-disa' FEŻ.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

It-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjonijiet għall-2010 (f’EUR)

Stat Membru | % | lill-BEI | lill-Kummissjoni | Total |

Il-Ġermanja | 23,36 | 4 672 000 | 116 800 000 | 121 472 000 |

Il-Belġju | 3,92 | 784 000 | 19 600 000 | 20 384 000 |

Id-Danimarka | 2,14 | 428 000 | 10 700 000 | 11 128 000 |

Spanja | 5,84 | 1 168 000 | 29 200 000 | 30 368 000 |

Franza | 24,30 | 4 860 000 | 121 500 000 | 126 360 000 |

Il-Greċja | 1,25 | 250 000 | 6 250 000 | 6 500 000 |

L-Irlanda | 0,62 | 124 000 | 3 100 000 | 3 224 000 |

L-Italja | 12,54 | 2 508 000 | 62 700 000 | 65 208 000 |

Il-Lussemburgu | 0,29 | 58 000 | 1 450 000 | 1 508 000 |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 5,22 | 1 044 000 | 26 100 000 | 27 144 000 |

Il-Portugall | 0,97 | 194 000 | 4 850 000 | 5 044 000 |

Ir-Renju Unit | 12,69 | 2 538 000 | 63 450 000 | 65 988 000 |

L-Awstrija | 2,65 | 530 000 | 13 250 000 | 13 780 000 |

Il-Finlandja | 1,48 | 296 000 | 7 400 000 | 7 696 000 |

L-Isvezja | 2,73 | 546 000 | 13 650 000 | 14 196 000 |

TOTAL | 100,00 | 20 000 000 | 500 000 000 | 520 000 000 |

[1] ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

[2] ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

[3] ĠU C …, …, p. .