52010PC0544

Proposta għal REGOLAMENT (UE) Nru TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 dwar il-prova tal-oriġini ta' ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta' din il-prova u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi, /* KUMM/2010/0544 finali - COD 2010/0272 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 6.10.2010

KUMM(2010) 544 finali

2010/0272 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT (UE) Nru TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 dwar il-prova tal-oriġini ta' ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta' din il-prova u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi ,

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Kuntest tal-proposta

L-għan tal-proposta

Il-proposta li jitħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 tat-13 ta' Lulju 1998 dwar il-prova tal-oriġini ta' ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta' din il-prova hija mmirata biex biha tinkiseb simplifikazzjoni tal-formalitajiet imwettqa mill-importaturi u biex tiżdied l-uniformità fir-regoli dwar l-importazzjoni. Minħabba raġunijiet ta’ konsistenza huwa propost ukoll li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi.

Il-kuntest ġenerali

Ir-rekwiżiti fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ prova tal-oriġini għall-prodotti tat-tessuti ddaħħlu bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-miżuri għal prodotti li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet kwantitattivi u biex jiġi evitat tfixkil fis-suq ikkawżat minn importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Ir-Regolament (KE) Nru 1541/98 jipprevdi l-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta' provi tal-oriġini għal ċerti prodotti tat-tessuti li joriġinaw f’pajjiżi terzi u li jaqgħu fi ħdan is-Sezzjoni XI tan-Nomenklatura Maqgħuda, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93.

Matul dawn l-aħħar snin il-miżuri ta’ importazzjoni applikati mill-Unjoni fir-rigward ta’ prodotti tat-tessuti naqsu gradwalment fl-għadd u l-impatt tagħhom. Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi Membri tad-WTO ġew eliminati bl-iskadenza tal-Ftehim tad-WTO dwar it-Tessuti u l-Ħwejjeġ, fl-2005. Dispożizzjonijiet speċjali ta’ salvagwardja għall-importazzjoni tat-tessuti u ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li huma koperti mill-Ftehim dwar it-Tessuti u l-Ħwejjeġ (ATC) spiċċaw fil-31 ta’ Diċembru 2008 u skada wkoll ir-reġim tas-sistema ta' sorveljanza b'ikkontrollar doppju tal-kategoriji tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RP taċ-Ċina.w

Il-ġestjoni tal-importazzjonijiet tal-prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi, mhux membri tad-WTO, soġġetti għar-restrizzjonijiet kwantitattivi li għad baqa’ hija bbażata fuq awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni u mhux fuq il-provi tal-oriġini.

Il-preżentazzjoni ta’ prova tal-oriġini ma għandha l-ebda valur meta sistema ta’ sorveljanza tiġi applikata għall-kategoriji ta' prodotti mhux soġġetti għal restrizzjonijiet kwantittattivi. Peress li l-prodotti jistgħu jiġu importati mingħajr l-ebda restrizzjoni, ma hemm l-ebda raġuni biex jintalbu garanziji fir-rigward tal-oriġini tagħhom.

Għaldaqstant, peress li l-miżuri tal-Unjoni dwar il-politika tal-kummerċ fis-settur tat-tessuti huma limitati u jistgħu jiġu ġestiti mingħajr provi tal-oriġini, huwa propost li jitħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 u b’mod parallel jiġu emendati d-dispożizzjonijiet relatati tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93.

Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 tat-13 ta' Lulju 1998 dwar il-prova tal-oriġini għal ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta' din il-prova.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità jipprevedi fl-Artikolu 26 li l-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu kwalunkwe prova addizzjonali tal- oriġini.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità li jistipula li l-Kaxxa 34 tad-dokument amministrattiv uniku, li tiġi kkompletata skont in-noti ta’ spjegazzjoni tad-dukument amministrattiv uniku fl-Anness 37, fiha l-pajjiż tal-oriġini għall- prodotti importati. Din l-indikazzjoni hija soġġetta għall-proċeduri ta’ verifika normali, inkluża l-possibbiltà li l-awtoritajiet doganali jeħtieġu provi addizzjonali, fejn xieraq, fuq bażi ta’ każ b’każ.

Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea

Il-proposta hija konformi mal-politika ta' simplifikazzjoni attwali, peress li l-għan tagħha huwa li jitneħħa mill-korpus ta' regoli tal-Unjoni, strument legali li mhuwiex aktar meħtieġ.

2. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Mhux rilevanti.

Valutazzjoni tal-impatt

Peress li l-proposta tirrigwarda t-tħassir ta' regolament eżistenti, iż-żewġ għażliet possibbli huma: 1) l-ebda azzjoni leġiżlattiva; 2) azzjoni leġiżlattiva.

L-ewwel għażla timplika li, minkejja l-iskadenza ta’ ftehimiet bilaterali dwar it-tessuti u tar-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-prodotti tat-tessuti, ir-Regolament Nru 1541/98 għandu jibqa’ fis-seħħ. Għalhekk, tibqa’ tkun meħtieġa prova tal-oriġini għall-prodotti tat-tessuti għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, minkejja li ma għadx hemm riskju li l-oriġini tal-prodotti tista’ tintuża sabiex jiġu evitati restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni. Din is-soluzzjoni tidher li mhix konformi mal-konsistenza tal-liġi Komunitarja u l-ħtieġa rikonoxxuta għas-simplifikazzjoni tagħha. Ta’ min jinnota wkoll li n-negozji huma mħassbin ħafna dwar il-piż tar-regolamentazzjoni fis-seħħ, u qed jiġbdu l-attenzjoni għall-fatt li l-ispejjeż marbutin maċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini huma ogħla minn dawk li sistema effettiva ta’ regolamentazzjoni għandha timponi.

It-tħassir tar-Regolament Nru 1541/98, għal kuntrarju, se jikkontribwixxi għat-titjib tal-ambjent regolatorju għall-industrija u biex ir-regoli relatati mal-importazzjonjiet tat-tessuti jiġu armonizzati ma’ dawk għal prodotti industrijali oħra, li għalihom il-preżentazzjoni ta’ ċertifikati tal-oriġini mhijiex obbligatorja. F’kull każ l-oriġini hija ddikjarata fid-dokument amministrattiv uniku li għandu jiġi ppreżentat għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti.

3. Elementi legali tal-proposta

Sommarju tal-azzjoni proposta

Huwa propost li jitħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 u jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93.

Bażi legali

L-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huwa l-bażi legali għal din il-proposta.

Prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma japplikax.

Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità peress li l-uniku mod kif jista’ jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1541/98 u jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 huwa bl-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Il-proposta ma ġġib magħha l-ebda piż fuq l-awtoritajiet doganali.

L-għażla tal-istrumenti

Strument propost: Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: il-proposta għandha l-għan li jitħassar Regolament mill-Kunsill u jista’ jintuża biss Regolament tal-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

4. Implikazzjoni baġitarja

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni peress li ma tinvolvi l-ebda nfiq addizzjonali.

5. Tagħrif addizzjonali

Simplifikazzjoni

Il-proposta tipprevedi s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u t-tnaqqis ta’ piżijiet amministrattivi.

Iż-Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost ma jikkonċernax iż-ŻEE.

Id-dħul fis-seħħ

Għal raġunijiet ta’ konsistenza legali, it-tħassir tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 għandu jidħol fis-seħħ meta jidħlu fis-seħħ emendi relatati tar-Regolament tal-Kunsill Nru (KEE) 3030/93.

2010/0272 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT (UE) Nru TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 dwar il-prova tal-oriġini ta' ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta' din il-prova u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi,

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (K) Nru 1541/98[1]jipprevedi regoli dwar provi tal-oriġini għal ċerti prodotti tat-tessuti li joriġinaw f’pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet bilaterali, protokolli u arranġamenti oħra, jew għal prodotti tat-tessuti li għalihom l-Unjoni introduċiet sistema ta’ sorveljanza sabiex tissorvelja t-tendenzi fl-importazzjonijiet tal-prodotti, jew japplika miżuri speċjali ta’ salvagwardja għalihom.

2. Minn mindu ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 1541/98 saru għadd ta’ żviluppi maġġuri. Il-miżuri ta’ importazzjoni applikati mill-Unjoni għal prodotti tat-tessuti tat-Taqsima XI tan-Nomenklatura Maqgħuda naqsu gradwalment fl-għadd u l-impatt tagħhom u issa huma ta’ natura residwa, kemm f’termini tal-intestaturi tan-Nomenklatura Maqgħuda koperti kif ukoll tal-pajjiżi kkonċernati.

3. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità jipprevedi fl-Artikolu 26 li l-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu kwalunkwe prova addizzjonali tal-oriġini.

4. Fil-każi kollha, il-kaxxa 34 tad-dokument amministrattiv uniku, kompletat skont in-noti ta’ spjegazzjoni dwar id-dokument amministrattiv uniku fl-Anness 37 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE ) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità[2] għandu jkollha fiha l-pajjiż tal-oriġini għall-prodotti importati. Din l-indikazzjoni hija soġġetta għall-proċeduri ta’ verifika normali, inkluża l-possibbiltà li l-awtoritajiet doganali jeħtieġu prova addizzjonali, fejn xieraq, fuq bażi ta’ każ b’każ.

5. L-obbligu li wieħed jipprovdi prova tal-oriġini addizzjonali, fuq bażi sistematika, għall-prodotti tat-tessuti kkonċernati sar sproporzjonat meta mqabbel mal-għan tiegħu li jissupplimenta ċerti miżuri ta’ importazzjoni li fil-prattika m’għadhomx jintużaw u għalhekk ipoġġi piżijiet mhux neċessarji fuq in-negozjanti.

6. Peress li l-prodotti kkonċernati jistgħu jiġu importati mingħajr l-ebda restrizzjoni u l-possibilitajiet imsemmija hawn fuq li l-awtoritajiet doganali jeħtieġu informazzzjoni addizzjonali, b’mod notevoli fil-każ li jkun hemm dubju fil-tal-importazzjoni, m’hemmx bżonn li jibqgħu fis-seħħ ir-rekwiżiti amministrattivi addizzjonali previsti fir-Regolament (KE) Nru 1541/98.

7. Ir-Regolament (KE) Nru 1541/98 għandu għalhekk jitħassar.

8. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 [3]li jistipula li l-prova tal-oriġini b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1541/98 tista’ tiġi aċċettata f’ċerti każi għandu jiġi emendat kif inhu xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1541/98 qed jiġi mħassar.

Artikolu 2

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(6) tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 it-tieni sentenza qed tiġi mħassra.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

F’isem il-Parlament Ewropew F’isem il-Kunsill

Il-President Il-President[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] ĠU L 202, 18.7.1998, p. 11.

[2] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

[3] ĠU L 275, 8.11.1993, p. 1.