52010PC0536

/* KUMM/2010/0536 finali - NLE 2010/0268 */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju tal-antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 30.9.2010

KUMM(2010) 536 finali

2010/0268 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jimponi dazju tal-antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-kuntest tal-proposta |

Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ('ir-Regolament bażiku') fil-proċediment li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju niexef mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. |

Il-kuntest ġenerali Din il-proposta hija magħmula fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hi r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. |

Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Bir-Regolament (KE) Nru 377/2010 l-Kummissjoni imponiet dazju provviżorju tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju mnixxef li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. |

Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |

Ġbir u użu tal-kompetenzi |

Ma kenitx meħtieġa kompetenza esperta esterna. |

Il-valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix valutazzjoni ġenerali tal-impatt iżda jinkludi fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li għandhom jiġu vvalutati. |

L-elementi legali tal-proposta |

Sommarju tal-azzjoni proposta Fil-11 ta' Awwissu 2009, il-Kummissjoni tat bidu għal proċediment tal-antidumping fir-rigward tal-glukonat tas-sodju niexef li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Mill-investigazzjoni rriżulta li l-prodott ikkonċernat kien l-oġġett ta' dumping, li għamel ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Irriżulta wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri tal-antidumping ma kenitx tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Abbażi ta' dan, ġew imposti miżuri provviżorji permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2010. Il-proposta mehmuża għal Regolament tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejbiet definittivi dwar id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Komunità li kkonfermaw is-sejbiet provviżorji dwar l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Barra minn hekk, skont id-dejta addizzjonali miġbura mingħand il-partijiet interessati, il-livell ta' dazju tal-antidumping għal produttur wieħed li jikkoopera kif ukoll il-livell ta' dazju tal-antidumping residwu ġew riveduti kemxejn 'l isfel. Għalhekk, hu propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament biex jimponi miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' glukonat tas-sodju niexef li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u biex jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq dawn l-importazzjonijiet. |

Il-bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma jgħoddx. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li l-forma ta' azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħalli l-ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. |

L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa minimizzat u proporzjonali mal-għan tal-proposta mhijiex applikabbli. |

L-għażla ta’ strumenti |

L-istrument propost: Regolament. |

Mezzi oħra ma jkunux xierqa minħabba li r-Regolament bażiku ma jipprevedix alternattivi oħra. |

L-implikazzjoni baġitarja |

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. |

1. 2010/0268 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jimponi dazju tal-antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] (ir-‘Regolament bażiku’), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (‘il-Kummissjoni’) wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

2. PROĊEDURA

3. Miżuri provviżorji

4. Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 377/2010[2] ('ir-Regolament provviżorju') imponiet dazju provviżorju tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' glukonat tas-sodju niexef li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. ('iċ-Ċina' jew il-'pajjiż ikkonċernat').

5. Jiġi mfakkar li l-proċediment inbeda wara lment imressaq mill-Kunsill Ewropew tal-Industrija tal-Kimika (CEFIC) ('il-kwerelant') f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

6. Kif stabbilit fil-premessa (13) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009 (il-‘perjodu ta’ investigazzjoni’ jew il-‘PI’). Fir-rigward tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni analizzat id-dejta li tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2005 sa tmiem il-PI (il-'perjodu meqjus’).

7. Il-proċedura sussegwenti

8. Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li skonthom ġie deċiż li jkunu imposti miżuri provviżorji tal-antidumping ('żvelar provviżorju'), għadd ta' partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom taw il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li talbu li jinstemgħu, ingħataw din l-opportunità. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Għal dan il-għan saru żjarat ta' verifika lill-kumpaniji li ġejjin:

Produtturi fl-Unjoni:

- Roquette GmbH, fil-Ġermanja;

- Roquette UK, fir-Renju Unit.

- Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta' glukonat tas-sodju niexef li joriġina mir-Ċina u l-ġbir definittiv tal-ammonti miksuba permezz tad-dazju provviżorju ('żvelar finali'). Ingħata wkoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara li sar dan l-iżvelar.

- Il-kummenti orali u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew immodifikati skont dan.

- IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

- Fin-nuqqas ta' kummenti dwar il-prodott ikkonċernat jew il-prodott simili, il-premessi (14) sa (17) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

- DUMPING

- It-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (MET)

- L-industrija tal-Unjoni (IU) tenniet id-dubji tagħha dwar il-MET li ngħatat lill-produttur esportatur Ċiniż, Shandong Kaison Biochemical, mingħajr ma provdiet elementi ġodda biex isostnu dawn id-dubji.

- L-IU qalet ukoll, mingħajr ma provdiet ebda evidenza, li l-materja prima użata biex jiġi prodott il-glukonat tas-sodju niexef fiċ-Ċina kienet eżentata mill-VAT u li x-xerrej seta' jingħata rimbors ta' "VAT virtwali" ta' 13 % sa 17 % fuq dak li jixtri. F'dan ir-rigward, instab li biex jiġi prodott il-glukonat tas-sodju niexef, il-materja prima (il-lamtu mill-qamħirrun) inxtara minn diversi fornituri tal-industrija li jipproċessaw il-qamħirrun (prodott agrikolu) f'lamtu tal-qamħirrun. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-lamtu tal-qamħirrun f'reġjuni prinċipali tad-dinja kienu eżaminati u ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-utenti Ċiniżi tal-lamtu tal-qamħirrun kisbu l-prodott bi prezz favorevoli. Barra minn hekk, diversi fatturi tax-xiri tal-lamtu tal-qamħirrun ġew eżaminati u kollha kienu jinkludu l-VAT. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda evidenza li l-"VAT virtwali" kien rimborsat fuq ix-xiri. Għalhekk dawn id-dikjarazzjonijiet twarrbu.

- Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-MET, il-premessi (18) sa (21) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

- Trattament individwali (TI)

- Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tat-trattament individwali (TI ), il-premessi (22) sa (25) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

- Il-valur normali

- Il-pajjiż analogu

- Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-pajjiż analogu, il-premessi (26) sa (32) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

- Il-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tal-valur normali

- Għall-kumpanija li ngħatat il-MET

- Għandu jiġi ċċarat li, bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-metodoloġija deskritta fil-premessi (33) sa (38) tar-Regolament provviżorju, il-valur normali ma kienx ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali tat-tranżazzjonijiet kollha, kif inhu mniżżel fil-premessa (39) ta' dak ir-Regolament, iżda biss fuq il-bejgħ bi profitt peress li l-volum tal-bejgħ bi profitt irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta' bejgħ totali.

- Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valur normali għall-kumpanija li ngħatat il-MET, il-premessi (33) sa (38) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

- Għall-kumpanija li ngħatat it-TI

- Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-metodu ta’ kalkolu tal-valur normali għall-kumpanija li ngħatat it-TI, il-premessi (40) sa (41) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

- Il-prezz tal-esportazzjoni

- Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni, il-premessa (42) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata b'dan.

- Tqabbil

- Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tat-tqabbil tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, il-premessi (43) sa (44) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

- Il-marġni tad-dumping

- Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-marġni tad-dumping, il-premessi (45) sa (50) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

- Il-marġni medji definittivi bil-piż differenzjat tad-dumping espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF tal-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Tabella 1

Kumpanija | Il-marġni definittiv tad-dumping |

Shandong Kaison Biochemical Co., Ltd | 5.6% |

Qingdao Kehai Biochemistry Co. Ltd | 51.1% |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 79.2% |

9. ĦSARA

10. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni

11. Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni, il-premessi (51) sa (53) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

12. Il-konsum tal-Unjoni

13. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-premessi (54) sa (55) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

14. Importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina

15. Huwa nnutata li, kif huwa msemmi hawn taħt fil-premessa (34) ta' dan ir-Regolament, wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji, kien hemm xi korrezzjonijiet żgħar fil-valur tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn ma kellhom l-ebda impatt fuq il-marġni ta' tnaqqis kif stabbilit fil-premessa (59) tar-Regolament provviżorju. Konsegwentement, il-premessi (56) sa (59) tar-Regolament provviżorju qegħdin jiġu kkonfermati b'dan.

16. Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

17. Wara l-iżvelar provviżorju produttur esportatur Ċiniż wieħed ikkuntesta s-sejbiet provviżorji billi sostna li xi wħud mill-indikaturi prinċipali tal-ħsara wrew żvilupp pożittiv bejn l-2008 u l-PI.

18. L-ewwel u qabel kollox, għandu jiġi nnutat li filwaqt li xi wħud mill-indikaturi tal-ħsara wrew żvilupp pjuttost pożittiv bejn l-2008 u l-PI (eż: volum tal-produzzjoni, sehem mis-suq u investimenti), indikaturi oħra wrew żviluppi negattivi (eż: volumi tal-bejgħ u prezzijiet, kif ukoll il-profittabbiltà). F'dan ir-rigward, huwa nnutat li l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku jistipula li l-ebda wieħed jew iktar minn wieħed mill-indikaturi tal-ħsara ma huwa deċiżiv fil-valutazzjoni ta' jekk l-industrija tal-Unjoni sofrietx ħsara materjali jew le.

19. Barra minn hekk, il-perjodu inkunsiderazzjoni jkopri l-perjodu bejn l-2005 u l-aħħar tal-PI. Tul dan il-perjodu ħafna mill-indikaturi tal-ħsara wrew biċ-ċar żvilupp negattiv li jirriżulta fi ħsara materjali waqt il-PI. L-iżvilupp pjuttost pożittiv ta' ċerti indikaturi tal-ħsara fl-aħħar sena ta' dan il-perjodu ma dgħajfux is-sejba ta' ħsara materjali.

20. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, it-tweġibiet għall–kwestjonarju ta' żewġ fergħat oħra ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu vverifikati fejn joperaw stess, kif imsemmi fuq fil-premessa (4)

21. Bħala riżultat ta' dawn il-verifiki, saru xi aġġustamenti żgħar fil-valur totali tal-bejgħ fis-suq domestiku u fl-ispiża tal-produzzjoni. Iċ-ċifra tal-profittabbilità kienet emendata kemxejn fid-dawl ta' dan. Madankollu, dawn it-tibdiliet ma kellhomx impatt fuq ix-xejriet u l-indiċi fil-prezzijiet u l-profittabbiltà kif ġie stabbilit b'mod provviżorju fil-premessi (66) u (68) kif ukoll fit-Tabelli 5 u 7 tar-Regolament provviżorju.

22. Għalhekk, il-konklużjonijiet li ntlaħqu fl-istadju provviżorju jiġifieri li l-industrija tal-Unjoni sofriet minn ħsara materjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, huma kkonfermati u l-premessi (60) sa (79) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan

23. KAWŻALITÀ

24. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-kawżalità, il-premessi (80) sa (96) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

25. L-INTERESS TAL-UNJONI

26. Utent li kkoopera stqarr li kwalunkwe żieda fl-ispiża tista' faċilment tirrifletti fuq il-klijenti finali; għalhekk id-dazji jkollhom impatt sinifikanti fuq il-profittabbiltà tagħha.

27. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li dan l-utent għamel marġni ta' profitt għoli kemm b'mod ġenerali u kemm fuq firxa wiesgħa tal-prodotti tiegħu. Għal ħafna mill-prodotti mmanifatturati minn dan l-utent, iż-żieda mistennija fl-ispiża nstab li ma kinitx sinifikanti minħabba l-parti żgħira ta' glukonat tas-sodju niexef fl-ispiża tal-produzzjoni totali u kien ikkunsidrat li, b'mod ġenerali, iż-żieda mistennija fil-kost tista' tiġi assorbita mingħajr ma tiġi affettwata b'mod sinifikanti l-profittabbiltà totali. L-utent inkwistjoni ma ressaq l-ebda evidenza jew informazzjoni oħra li tappoġġja d-dikjarazzjoni tiegħu. Għalhekk din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rrifjutata.

28. Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-interess tal-Unjoni, il-premessi (97) sa (107) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

29. MIŻURI DEFINITTIVI TAL-ANTIDUMPING

30. Il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

31. Għad-determinazzjoni tal-prezz li ma jagħmilx ħsara fi stadju definittiv, intużat l-istess metodoloġija bħal dik deskritta fil-premessi (111) sa (113) tar-Regolament provviżorju.

32. Madankollu, kif ġie msemmi fuq fil-premessa (27), il-verifika tad-dejta addizzjonali tal-industrija tal-Unjoni wasslet għal korrezzjonijiet żgħar fil-valur tal-bejgħ domestiku totali, l-ispiża totali tal-produzzjoni u l-profittabbiltà.

33. Fin-nuqqas ta' kummenti oħra li jistgħu jibdlu l-konklużjoni dwar il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara, il-premessi (108) sa (113) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati b'dan.

34. Miżuri definittivi

35. Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar 'il fuq, huwa meqjus li skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, dazju tal-antidumping definittiv għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju niexef li joriġina miċ-Ċina fuq il-livell tal-marġni tad-dumping u ta' ħsara iktar baxx, skont ir-regola ta’ dazju inqas.

36. Ir-rati ta' dazju tal-antidumping definittiv proposti huma dawn li ġejjin:

Tabella 2

Isem | Marġni ta' ħsara | Marġni tad-Dumping | Dazju definittiv |

Shandong Kaison Biochemical Co Ltd, Wulian County, Rizhao City | 29.7% | 5.6% | 5.6% |

Qingdao Kehai Biochemistry Co. Ltd | 27.1% | 51.1% | 27.1% |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 53.2% | 79.2% | 53.2% |

37. Ir-rati ta’ dazju tal-antidumping ta’ kumpaniji individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta' dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli fil-pajjiż kollu għall-'kumpaniji l-oħra kollha') għaldaqstant huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u manifatturati mill-kumpaniji msemmija. Prodotti importati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-'kumpaniji l-oħra kollha'.

38. Kwalunkwe dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju tal-antidumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni[3] bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbut mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak tal-esportazzjoni li jkun assoċjat, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi mbagħad emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta' kumpaniji li jgawdu minn rati ta' dazju individwali.

39. Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju tal-antidumping, il-livell ta’ dazju li japplika għall-pajjiż kollu ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

40. Il-ġbir definittiv ta’ dazji provviżorji

41. Minħabba l-kobor tal-marġni tad-dumping li nstabu u fid-dawl tal-livell ta' ħsara kkaġunata lill-industrija tal-Unjoni, jitqies neċessarju li l-ammonti li nġabru permezz tad-dazju provviżorju tal-antidumping, impost mir-Regolament provviżorju, għandhom jinġabru b'mod definittiv sal-ammont tad-dazji definittivi imposti. Fejn id-dazji definittivi jkunu aktar baxxi mid-dazji provviżorji, l-ammonti miġbura b'mod provviżorju li jkunu ogħla mir-rata definittiva ta’ dazji tal-antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

42. Monitoraġġ speċjali

43. Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa meqjus li jinħtieġu miżuri speċjali f’dan il-każ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji tal-antidumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu dan li ġej:

44. Il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’tali fattura gћandhom ikunu suġġetti gћad-dazju tal-antidumping residwu li japplika gћall-produtturi l-oћra kollha.

45. Jekk l-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati individwali aktar baxxi ta’ dazju jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fil-mudell ta’ kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkustanzi, u sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet, jista’ jingħata bidu għal investigazzjoni kontra ċ-ċirkumvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju għall-pajjiż kollu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju definittiv tal-antidumping huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju niexef b'numru tal-Unjoni Doganali u l-Istatistika (CUS) 0023277-9 u numru tar-reġistru tal-Chemical Abstracts Service (CAS) 527-07-01, li attwalment huma klassifikati bil-kodiċi NM ex 2918 16 00 (kodiċi TARIC 2918 16 00 10), u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2. Ir-rata tad-dazju tal-antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett u ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija | Dazju tal-antidumping (%) | Kodiċijiet addizzjonali TARIC |

Shandong Kaison Biochemical Co Ltd, Wulian County, Rizhao City | 5.6 | A972 |

Qingdao Kehai Biochemistry Co. Ltd | 27.1 | A973 |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 53.2 | A999 |

3. L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kondizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura ta' dan it-tip, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

4. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li huma fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti miġbura permezz ta' dazji tal-antidumping provviżorji skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 377/2010 fuq importazzjonijiet ta’ glukonat tas-sodju niexef b'numru tal-Unjoni Doganali u l-Istatistika (CUS) 0023277-9 u numru tar-reġistru tal-Chemical Abstracts Service (CAS) 527-07-01, li attwalment huwa klassifikat bil-kodiċi NM ex 2918 16 00 (kodiċi TARIC 2918 16 00 10), u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom jinġabru b'mod definittiv bir-rata tad-dazju definittiv impost skont l-aratikolu 1. L-ammonti miġbura li huma ogħla mir-rati tad-dazju definittiv tal-antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

[…]

ANNESS

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

1. L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali.

2. Id-dikjarazzjoni li ġejja: "Jiena, li l-firma tiegħi tidher taħt, niċċertifika li l-(volum) ta' glukonat tas-sodju niexef mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.

Data u firma

[1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

[2] ĠU L 111, 4.5.2010, p. 5.

[3] Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Uffiċċju N105 04/092, 1049 Brussell, Belġju