52010PC0528

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/029 NL/Gelderland u Overijssel Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi) /* COM/2010/0528 final */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 1.10.2010

KUMM(2010) 528 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/029 NL/Gelderland u Overijssel Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Il-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[1] jippermetti aħseb l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (European Globalisation Adjustment Fund, EGF) fil-limitu annwali ta' EUR 500 miljun lil hinn mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju.

Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet mill-EGF huma stipulati fir- Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni [2]

Fit-30 ta' Diċembru 2009, il-Pajjiżi Baxxi ppreżentaw l-applikazzjoni EGF/2009/029 NL/Gelderland u Overijssel Diviżjoni 18, għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-EGF, wara li ngħataw is-sensji mix-xogħol f'45 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u riproduzzjoni ta' midja rikordjata)[3] f'żewġ reġjuni kontigwi fin-NUTS II, il-Gelderland (NL22) u l-Overijssel (NL21) fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Din l-applikazzjoni hija parti minn pakkett ta' sitt applikazzjonijiet interrelatati, li kollha kemm huma jikkonċernaw is-sensji fi tmien reġjuni differenti ta' NUTS II fil-Pajjiżi l-Baxxi f'intrapriżi li joperaw fis-settur tal-grafika, li l-attivitajiet tagħhom huma kklassifikati skont żewġ Diviżjonijiet differenti tar-Reviżjoni 2 tan-NACE, jiġifieri d-Diviżjoni 18 (stampar u riproduzzjoni tal-midja rikordjata) u d-Diviżjoni 58 (attivitajiet ta' pubblikazzjoni).

Wara analiżi bir-reqqa ta' din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament huma sodisfatti.

SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJOLNI U L-ANALIŻI

Dejta ewlenija

Nru tar-referenza tal-EGF EGF/2009/029

Stat Membru Il-Pajjiżi l-Baxxi

L-Artikolu 2 (b)

L-intrapriżi kkonċernati 45

Ir-Reġjuni NUTS II Gelderland (NL22) u Overijssel (NL21)

Diviżjoni tar-Reviżjoni 2 tan-NACE 18 (stampar u riproduzzjoni tal-midja rikordjata)

Perjodu ta' referenza Mill-1/4/2009 sad-29/12/2009

Data tal-bidu għas-servizzi personalizzati 1/4/2009

Data tal-applikazzjoni 30/12/2009

Sensji matul il-perjodu ta' referenza: 650

Ħaddiema li ngħataw is-sensja li se jingħataw appoġġ 650

Servizzi personalizzati: baġit f'EUR 2 973 960

Nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF[4] baġit f'EUR 123 915

Nefqa f'% għall-implimentazzjoni tal-EGF 4 %

Baġit totali f'EUR 3 097 875

Il-kontribuzzjoni tal-EGF fl-EUR (65 %) 2 013 619

1. L-applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni fit-30 ta' Diċembru 2009 u ssupplimentata b'informazzjoni addizzjonali sas-6 ta' Mejju 2010.

2. L-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' intervent mill-EGF kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 1927/2006 u kienet sottomessa sad-data tal-iskadenza ta' 10 ġimgħat imsemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni jew il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali

3. Sabiex tkun stabbilita r-rabta bejn is-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, il-Pajjiżi l-Baxxi jisħqu li l-kriżi ekonomika wasslet għal tnaqqis sostanzjali fid-domanda għas-settur tal-istampar u tal-pubblikazzjoni. L-ordnijiet minn setturi ekonomiċi oħra għal materjal stampat ta' pubbliċità, li jirrapreżentaw 35 % tal-fatturat totali tas-settur tal-istampar u tal-pubblikazzjoni, naqsu b'5,6 % bejn l-2008 u l-2009 minħabba tnaqqis fil-baġits għall-midja u l-attivitajiet ta' pubbliċità bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika. L-applikazzjoni tikkowta diversi eżempji: Fl-industrija tal-bini l-baġit għall-informazzjoni u l-pubbliċità tnaqqas b'36,8 % wara l-bidu tal-kriżi, fis-settur finanzjarju b'33,3 % u fis-settur tal-elettronika għall-konsum bi 30,6 %. Barra minn hekk, il-kriżi ekonomika affettwat b'mod negattiv id-domanda għal tipi varji ta' materjal tal-midja stampat: fl-ewwel sitt xhur tal-2009, id-domanda għal rivisti popolari naqset bi 18,2 %, għall-gazzetti b'7,5 %, għall-gazzetti kummerċjali mqassma bla ħlas b'16,4 % u għal rivisti professjonali b'16,5 % meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2008.

Turija tal-għadd ta' sensji u l-konformità mal-kriterji tal-Artikolu 2(b)

4. Il-Pajjiżi l-Baxxi ssottomettew din l-applikazzjoni skont il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jitlob li jkun hemm minn tal-inqas 500 sensja fuq perjodu ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess Diviżjoni tar-Reviżjoni 2 tan-NACE f'reġjun wieħed jew żewġ reġjuni kontigwi fil-livell tan-NUTS II fi Stat Membru.

5. L-applikazzjoni tikkwota 650 sensja f'45 intrapriża li joperaw fl-istess Diviżjoni tar-Reviżjoni 2 tan-NACE matul il-perjodu ta' referenza ta' disa' xhur mill-1 ta' April 2009 sad-29 ta' Diċembru 2009, li jinsabu kollha fir-reġjuni kontigwi tan-NUTS II ta' Gelderland (NL22) u Overijssel (NL21). Disgħa u tletin sensja kienu kkalkulati f'konformità mal-ewwel inċiż, 556 sensja f'konformità mat-tieni inċiż u sensja f'konformità mat-tielet inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista ta' dawk is-sensji

6. L-awtoritajiet Olandiżi jargumentaw li l-kriżi finanzjarja u ekonomika u l-impatt tagħha fuq is-settur ma setgħux jkunu previsti. L-applikazzjoni tiddikjara li qabel il-kriżi l-industrija tal-istampar u tal-pubblikazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi għaddiet minn proċess għali ta' ristrutturar sabiex tkun tista' tibqa kompetittiva teknikament ma' intrapriżi minn barra l-UE, b'mod partikolari t-Turkija, iċ-Ċina u l-Indja. Is-settur inbidel minn injustrija orjentata lejn id-domanda għal industrija orjentata lejn il-provvista. Il-kriżi attwali għandha r-riskju li tħassar il-benefiċċji tal-investimenti kbar u l-isforzi li saru mis-settur.

Identifikazzjoni tal-intrapriżi li taw is-sensji u l-ħaddiema li se jingħataw appoġġ

7. L-applikazzjoni tikkwota total ta' 650 sensja, li huma kollha identifikati għall-għajnuna fil-45 intrapriża li ġejjin:

Intrapriżi u numru ta' sensji |

Callenbach Van Wijk Boekbinder, Nijkerk | 13 | Linde Vouwkartonnage BV, Denekamp | 2 |

Grafisch Bedrijf Bokhorst BV, Nunspeet | 4 | Lulof Druktechniek BV, Almelo | 4 |

Grafische Service Doetinchem Bv, Doetinchem | 2 | Thieme Medical CT BV, Deventer | 7 |

Meerpaal grafimedia BV, Tiel | 8 | Boekbinderij Gebr. G1A Kroeze BV, Almelo | 9 |

Offsetdrukkerij De Rijn BV, Velp | 2 | Digi-Graphic BV, Enschede | 3 |

Ratio grafisch Totaal, Doetinchem | 3 | Drukkeij Hoekman Genemuiden Bv, Genemuiden | 24 |

Wegener, Apeldoorn | 94 | Drukkerij Hoekman Rijssen BV, Rijssen | 8 |

TMC Nijmegen Thieme Groep, Nijmegen | 52 | Drukkerij Hooiberg BV, Deventer | 58 |

Flevodruk BV, Harderwijk | 21 | Drukkerij Verhaag BV, Enschede | 28 |

JP Tamminga Bv, Duiven | 49 | Grafische afwerking/ De Vaardige Handen BV, Enschede | 9 |

Koninklijke drukkerij/ GJ Thieme BV, Nijmegen | 56 | Hoekman Centrale Diensten BV, Genemuiden | 6 |

Unoprint BV, Elst GLD | 2 | Hoekman Grafimedia BV, Zwolle | 13 |

Boekbinderij Van Den Burg BV, Weurt | 7 | Hoekman Grafimedia BV, Zwolle | 4 |

Drukkerij Robbine BV, Twello | 1 | Pre Press Service BV, Oldenzaal | 3 |

Dukenburg Foliedruk BV, Nijmegen | 4 | SCA Oldemarkt BV, Oldemarkt | 72 |

Grafisch Bedrijf Outhuis & Kem, Velp GLD | 2 | Zesvoud Computerformulieren H/O 6-Voud Label+, Enschede | 31 |

Intermec Label Products BV, Nijmegen | 3 | Boekbinderij Beelen BV, Zutphen | 1 |

VDA Beheer BV, Apeldoorn | 1 | De Heer F Veldman H/O Drukkerij, Ijsselmuiden | 6 |

Van Der weerdt Drukwerkfabriek, Oosterhout | 6 | Digi-Graphic BV, Enschede | 6 |

Van Der Wiel 1 Rosmalen Drukkerij, Arnhem | 3 | Drukkerij Coenradi BV, Zwolle | 1 |

Verenigde Drukkerijen Apeldoorn, Apeldorrn | 4 | Grafische Afwerking/De Vaardig, Enschede | 10 |

Nimax BV, Elst Gld | 1 | Hendriks Grafische Vormgeving | 1 |

Kon. Wohnmann BV, Zutphen | 6 |

Total tal-intrapriżi 45 | Total tas-sensji 650 |

8. It-tqassim tal-ħaddiema identifikati huwa kif ġej:

Kategorija Għadd Perċentwali

Irġiel 423 65

Nisa 227 35

Ċittadini tal-UE 611 94

Ċittadini mhux tal-UE 39 6

Bejn il-15 u l-24 sena 117 18

Bejn il-25 u l-54 sena 357 55

Bejn l-55 u l-64 sena 163 25

'Il fuq minn 65 sena 13 2

Fil-kategoriji t'hawn fuq hemm 26 ħaddiem (4 %) li għandhom problemi ta' saħħa jew diżabilità fit-tul .

9. F'termini ta' kategoriji professjonali, it-tqassim huwa kif ġej:

Kategorija Għadd Perċentwali

Maniġer 46 7

Professjonist 130 20

Tekniċi 136 21

Ħaddiema li jagħtu appoġġ klerikali 78 12

Ħaddiema involuti fil-qasam tas-servizzi u tal-bejgħ 78 12

Operaturi u muntaturi fl-impjanti u l-magni 182 28

10. B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolamenti (KE) Nru 1927/2006, il-Pajjiżi l-Baxxi kkonfermaw li ġiet applikata politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll ta' nondiskriminazzjoni, u li din se tkompli tapplika matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-EGF u, b'mod partikolari, fl-aċċess għalih.

Deskrizzjoni tat-territorju kkonċernat u l-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu

11. It-territorju kkonċernat ikopri l-provinċji ta' Gelderland u Overijssel.

12. L-awtoritajiet ewlenin ikkonċernati huma l-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u l-Fond għat-Taħriġ għas-settur tal-grafika u tal-midja (A&O Fonds Grafimedia) b'ordni tal-Kunsill għall-konsultazzoni fis-settur tal-grafika u tal-midja. Partijiet interessati rilevanti oħra huma l-Istitut għall-industrija kreattiva (GOC), l-organizzazzjoni pubblika responsabbli għall-benefiċċji (UWV werkbedrijf), iċ-ċentri ta' mobilità UWV Rivierenland, Arnhem, Achterhoek, Overijssel-Noord, Twenthe, l-organizzazzojni għall-SMEs (MKB-ondernemingen), iċ-ċentri reġjonali għat-taħriġ Arnhem, Aventus, Nijmegen, Twente, Deltioncollege u l-organizzazzonijiet ta' msieħba soċjali: FNV Kiem (trejdjunjin), CNV Media (trejdjunjin), KVGO (organizzazzjoni ta' min iħaddem) għad-distrett ta' Utrecht/Gelderland, NUV (organizzazzjoni ta' min iħaddem).

L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward l-impjieg lokali, reġjonali jew nazzjonali

13. L-awtoritajiet Olandiżi jargumentaw li s-sensji fis-settur tal-grafika se jiggravaw is-sitwazzjoni tal-qgħad li kienet diġà ddeterjorat bħala riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja. Fil-provinċja ta' Gelderland, ir-rata tal-qgħad żdiedet minn 4,9 % f'Ottubru 2008 għal 5,9 % f'Ottubru 2009. Għal Overijssel din ir-rata żdiedet minn 5,3 % għal 6,8 % għall-istess perjodu. L-għadd ta' persuni li qegħdin ifittxu mpjieg żdied b'16,8 % bejn Frar 2009 u Frar 2010 f'Gelderland, għal Overijssel din iż-żieda kienet ta' 22,6 % għall-istess perjodu. L-applikant jirreferi wkoll għall-fatt li fis-settur tal-grafika hemm relattivament relattivament għoli ta' ħaddiema fil-kategoriji ta' età akbar fejn il-qgħad huwa għoli ħafna fiż-żewġ provinċji kkunsidrati.

Il-pakkett kkoordinat tas-servizzi personalizzati li jridu jkunu ffinanzjati u tqassim tal-ispejjeż stmati tiegħu, inkluża l-komplimentarjetà tiegħu mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali

14. Qegħdin jiġu proposti t-tipi ta' miżuri li ġejjin li flimkien jifformaw pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati maħsuba biex jintegraw mill-ġdid lill-ħaddiema fis-suq tax-xogħol. Se jkunu offruti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minn ċentru ta' mobilità bl-isem ta' Ċentru tal-Karrieri Kreattivi (Centrum Creatieve Carrières).

Attivitajiet preparatorji

- Teħid ta' informazzjoni u reġistrazzjoni: tkopri intervista inizjali sabiex il-ħaddiem li ngħata s-sensja jkun reġistrat u jiġu identifikati t-tipi ta' miżuri l-aktar xierqa.

- Informazzjoni u servizz tal-għajnuna: tirrilata ma' laqgħat kollettivi u l-funzjoni ta' servizz tal-għajnuna biex jipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja.

Akkumpanjament

- Akkumpanjament minn impjieg għal ieħor tkopri programm individwalizzat li jinkludi skrining, it-twaqqif ta' pjan ta' azzjoni ta' karriera u dak vokazzjonali u sorveljanza fuq medda ta' żmien qasir fuq il-post tax-xogħol il-ġdid.

- Rikollokament: tfittex li tagħti appoġġ attiv lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja fl-esplorazzjoni tagħhom ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol.

- Taħriġ dwar l-applikazzjoni: tkopri l-analizi ta' postijiet tax-xogħol vakanti disponibbli, għajnuna għall-abbozz ta' CV u ittra ta' applikazzjoni u preparazzjoni għal intervisti ta' xogħol.

- Akkumpanjament għal ħolqien ta' negozju tfittex li tgħin lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja li bi ħsiebhom jiftħu n-negozju tagħhom. Din tkopri l-għoti ta' parir legali, għajnuna għall-elaborazzjoni ta' pjan għan-negozju, għajnuna dwar ħtiġijiet amministrattivi.

Taħriġ

- Taħriġ u taħriġ mill-ġdid: tkopri t-taħriġ vokazzjonali, taħriġ fil-ġestjoni u l-ħiliet soċjali u taħriġ tekniku mill-ġdid li jkun speċifiku għall-ħaddiema li t-taħriġ tekniku tagħhom m'għadux jgħodd.

- Rikonoxximent ta' esperjenza preċedenti: tkopri l-valutazzjoni ta' għarfien u esperjenza preċedenti ta' kull ħaddiem individwali kif ukoll l-identifikazzjoni ta' oqsma fejn jeħtieġ aktar taħriġ.

15. In-nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF, li hija inkluża fl-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, tkopri attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll kif ukoll informazzjoni u pubbliċità.

16. Is-servizzi personalizzati sottomessi mill-awtoritajiet Olandiżi huma miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fl-azzjonijiet eliġibli definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-awtoritajiet Olandiżi jistmaw li l-ispejjeż totali ta' dawn is-servizzi jkunu EUR 2 973 960,42 u li n-nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF tkun EUR 123 915,02 (=4 % tal-ammont totali). Il-kontribuzzjoni totali mitluba mill-EGF hija EUR 2 013 619 (65 % tal-ispejjeż totali).

Azzjonijiet | L-għadd stmat ta' ħaddiema identifikati | L-ispiża stmata għal kull ħaddiem identifikat (f'EUR) | Spejjeż totali (l-EGF u l-kofinanzjament nazzjonali) (f'EUR) * |

Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) |

1. Attivitajiet preparatorji 1.1. Teħid ta' informazzjoni u reġistrazzjoni (intake en registratie) | 650 | 196,92 | 127 998,00 |

1.2. Informazzjoni u servizz ta' għajnuna (voorlichting en helpdesk) | 650 | 87,52 | 56 888,00 |

2. Akkumpanjament 2.1. Akkumpanjament minn impjieg għal ieħor (werk naar werk begeleiding) | 236 | 3 786,61 | 893 639,35 |

2.2. Rikollokament | 177 | 4 553,93 | 806 045,81 |

2.3. Taħriġ dwar l-applikazzjoni (solicitatietraining) | 195 | 1 443,26 | 281 436,23 |

2.4. Akkumpanjament lejn ħolqien ta' negozju (begeleiding eigen onderneming) | 33 | 5 401,63 | 178 253,77 |

3. Taħriġ 3.1. Taħriġ u taħriġ mill-ġdid (opleiding en omscholing) | 180 | 2 538,10 | 456 857,16 |

3.2. Rikonoxximent ta' esperjenza preċedenti (erkenning verworven competenties) | 61 | 2 833,48 | 172 842,10 |

Subtotal tas-servizzi personalizzati | 2 973 960,42 |

Nefqa għall-implimnetazzjoni tal-EGF (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) |

Ġestjoni | 30 978,75 |

Informazzjoni u pubbliċità | 30 978,75 |

Attivitajiet ta' kontroll | 61 957,51 |

Subtotal tan-nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF | 123 915,02 |

Stima tal-ispejjeż totali | 3 097 875 |

Kontribuzzjoni tal-EGF (65 % tal-ispejjeż totali) | 2 013 619 |

* It-totali ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.

17. Il-Pajjiżi l-Baxxi jikkonfermaw li l-miżuri deskritti hawn fuq huma komplementarji mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, b'mod partikolari ma' għadd ta' proġetti ta' taħriġ tal-FSE għall-ħaddiema fis-settur tal-grafika li se jsiru fi żmien li jikkoinċidi mal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-EGF. L-awtorità li tiġġestixxi l-EGF, li hija wkoll l-awtorità li tiġġestixxi l-ESF, stabbiliet il-proċeduri ta' kontroll neċessarji biex jiġi eliminat kwalunkwe riskju ta' finanzjament doppju.

Data(i) meta s-servizzi personalizzati lill-ħaddiema affettwati bdew jiġu offruti jew huma ppjanati li jibdew

18. Il-Pajjiżi l-Baxxi bdew joffru s-servizzi personalizzati lill-ħaddiema affettwati, liema servizzi huma inklużi fil-pakkett ikkoordinat propost lill-EGF għall-kofinanzjament fl-1 ta' April 2009. Għalhekk din id-data tirrappreżenta l-bidu tal-perjodu ta' eliġibilità għal kwalunkwe għajnuna li tista' tingħata mill-EGF.

Proċeduri għall-konsultazzjonijiet mal-imsieħba soċjali

19. L-imsieħba soċjali kienu kkonsultati permezz tal-Fondazzjoni tal-Fond tas-Suq tax-Xogħol u tat-Taħriġ għas-settur tal-grafika u tal-midja (Arbeids & Opleidingsfonds Grafimedia branche), li fid-dawl tal-kriżi ftehmu li jinħoloq ċentru ta' mobilità għas-settur imsejjaħ C3 (Centrum Creatieve Carrières). L-għan ta' dan iċ-ċentru ta' mobilità huwa l-koordinament tal-miżuri varji tas--suq tax-xogħol attiv b'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali.

20. L-awtoritajiet Olandiżi kkonfermaw li l-ħtiġijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u dik Komunitarja dwar is-sensji kollettivi ġew osservati.

Informazzjoni dwar l-azzjonijiet li huma obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi

21. Fir-rigward tal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-awtoritajiet Olandiżi fl-applikazzjoni tagħhom:

- ikkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-EGF ma tieħux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi;

- urew li l-azzjonijiet jipprovdu appoġġ lill-ħaddiema individwali u m'għandhomx jintuzaw għar-ristrutturar tal-kumpaniji jew tas-setturi;

- ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli msemmija hawn fuq ma jirċevux għajnuna minn strument finanzjarji Komunitarji oħra.

Is-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll

22. Il-Pajjiżi l-Baxxi nnotifikaw lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita u kkontrollata mill-istess entitajiet li jiġġestixxu u jikkontrollaw il-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fil-Pajjiżi l-Baxxi. L-Aġenzija għall-Affarijiet Soċjali u l-Impjieg (Agentschap SZW) se tkun l-entità intermedjarja għall-awtorità li tiġġestixxi.

Finanzjament

23. Abbażi tal-applikazzjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi, il-kontribuzzjoni proposta mill-EGF għall-pakkett ikkoordinat tas-servizzi personalizzati hija ta' EUR 2 013 619 li tirrappreżenta 65 % tal-ispiża totali. L-allokazzjoni mill-Fond proposta mill-Kummissjoni hija bbażata fuq l-informazzjoni li ngħatat mill-Pajjiżi l-Baxxi.

24. Peress li l-ammont massimu possibbli tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-EGF skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, kif ukoll l-ambitu tal-allokazzjoni mill-ġdid tal-approprijazzjonijiet, il-Kumissjoni qiegħda tipproponi li timmobilizza l-ammont totali msemmi hawn fuq mill-EGF, li għandu jiġi allokat taħt l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju.

25. L-ammont propost tal-kontribuzzjoni finanzjarja se jippermetti li aktar minn 25 % tal-ammont annwali massimu allokat għall-EGF jibqa' disponibbli biex ikun allokat matul l-aħħar erba' xhur tas-sena, kif mitlub mill-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

26. Il-Kummissjoni, permezz ta' din il-proposta biex timmobilizza l-EGF, qiegħda tniedi l-proċedura tat-trijalogu simplifikata, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, bil-ħsieb li jkun assigurat il-ftehim taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar il-ħtieġa li jintuża l-EGF u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja li tilħaq ftehim dwar l-abbozz tal-proposta ta' mobilizzazzjoni fil-livell politiku xieraq biex tinforma lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħha. F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġtarja, għandha tissejjaħ laqgħa formali tat-trijalogu.

27. B'mod separat, il-Kummissjoni tippreżenta talba ta' trasferiment sabiex iddaħħal fil-baġit tal-2010 approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' pagamenti speċifiċi, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

Sors tal-approprijazzjonijiet ta' pagamenti

28. Fl-istat attwali tal-implimentazzjoni, huwa previst li l-approprijazzjonijiet ta' pagamenti disponibbli fl-2010 skont il-linja baġitarja 01.0404 "Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Programm ta' intraprenditorija u innovazzjoni" mhumiex se jintużaw kollha din is-sena.

29. Din il-linja tkopri n-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju ta' dan il-programm li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi. Hemm xi differenza ta' dewmien bejn it-trasferimenti lill-kontijiet fiduċjarji ġestiti mill-Fond Ewropew tal-Investimenti u l-ħlasijiet lill-benefiċjarji. Il-kriżi finanzjarja għandha effett ewlieni fuq il-previżjonijiet f'termini ta' ħlasijiet għall-2010. B'riżultat ta' dan, sabiex ikunu evitati bilanċi eċċessivi fuq il-kontijiet fiduċjarji, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-approprijazzjonijiet ta' pagamenti kienet riveduta filwaqt li ġew meqjusa l-ħlasijiet mistennija. Għalehkk l-ammont ta' EUR 2 013 619 jista' jsir disponibbli għat-trasferiment.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/029 NL/Gelderland u Overijssel Diviżjoni 18 mill-Pajjiżi l-Baxxi)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[5] u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[7],

Billi:

(1) Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) kien stabbilit biex jippovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat tal-bidliet strutturali maġġuri fl-andamenti kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni u biex jiġu megħjuna fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2) L-ambitu tal-EGF twessa' għall-applikazzjonijiet sottomessi mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludu appoġġ lil ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF fil-limitu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4) Il-Pajjiżi l-Baxxi ssottomettew applikazzjoni biex jimmobilizzaw l-EGF fir-rigward tas-sensji f'45 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u riproduzzjoni tal-midja rikordjata) fiż-żewġ reġjuni kontigwi fin-NUTS II Gelderland (NL22) u Overijssel (NL21) fit-30 ta' Diċembru 2009 u ssupplimentawha b'informazzjoni addizzjonali sas-6 ta' Mejju 2010. L-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li jkun immobilizzat l-ammont ta' EUR 2 013 619.

(5) Għalhekk l-EGF għandu jkun immobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Pajjiżi l-Baxxi.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għandu jkun immobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 013 619 f'approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' pagamenti.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[2] OJ L 406, 30.12.2006, p. 1.

[3] Ir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

[4] Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

[5] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[6] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

[7] ĠU L […], […], p. […].