52010PC0526




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 29.9.2010

KUMM(2010) 526 finali

2010/0280 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija kixfet u kabbret il-ħtieġa għal koordinazzjoni akbar u sorveljanza msaħħa tal-politiki ekonomiċi fl-unjoni ekonomika u monetarja (UEM). L-istrumenti u l-metodi eżistenti ta’ koordinazzjoni u sorveljanza ppermettew lill-UE taffronta diffikultajiet li l-ebda Stat Membru ma seta’ jaffronta waħdu. L-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri rreaġixxew malajr u qegħdin ikomplu jaħdmu flimkien biex jirkupraw minn kriżi li ma għandhiex preċedent fil-ġenerazzjoni tagħna.

Madankollu, dawn l-esperjenzi riċenti żvelaw ukoll nuqqasijiet u dgħufijiet li għad baqa’ fis-sistema attwali ta’ koordinazzjoni u fil-proċeduri eżistenti ta’ sorveljanza. Hemm qbil ġenerali li l-qafas għall-UEM għandu jissaħħaħ b’mod urġenti sabiex tqiegħed fuq bażi soda l-istabbiltà makroekonomika kif ukoll is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, li huma prekundizzjonijiet għat-tkabbir dejjiemi tal-prodott u tal-impjiegi.

Il-kriżi rriverżjat b’mod drastiku l-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji favorevoli li pprevalew sal-2007 u għamlet ċar għal darb’oħra li profitti imprevisti akkumulati matul iż-żminijiet tajbin ma intużawx biżżejjed biex jinħoloq spazju għall-immanuvrar meta ż-żminijiet jeħżienu. Fil-maġġoranza tal-Istati Membri sejra tkun meħtieġa konsolidazzjoni mdaqqsa sewwa sabiex id-dejn pubbliku jerġa’ jinġieb għan-niżla. Dan jinħass b’mod aktar urġenti minħabba li s-soċjetajiet u l-ekonomiji Ewropej qegħdin jiffaċċjaw l-effetti ta’ popolazzjonijiet li qegħdin jixjieħu, ħaġa li sejra żżid il-pressjoni fuq il-provvista tal-ħaddiema u l-baġits pubbliċi. It-tnaqqis fil-livelli tad-dejn huwa rilevanti ħafna għall-maġġoranza tal-pajjiżi minħabba li permezz ta’ taxxi u primjums fuq ir-riskju aktar għoljin, iħallu effetti negattivi fuq l-inċentivi ekonomiċi u fuq it-tkabbir.

L-istrument ewlieni għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki fiskali huwa l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP), li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar id-dixxiplina baġitarja. It-tisħiħ tal-Patt huwa importanti kemm biex tiżdied il-kredibbiltà tal-istrateġija ta’ ħruġ fiskali miftiehma u kkoordinata kif ukoll biex tiġi evitata r-ripetizzjoni tal-iżbalji tal-passat. Is-sett ta’ proposti li qiegħed jiġi ppreżentat issa għandu l-għan li jsaħħaħ il-Patt billi: (i) itejjeb id-dispożizzjonijiet tiegħu fid-dawl tal-esperjenza, speċjalment tal-kriżi; (ii) jarmah bi strumenti ta’ infurzar aktar effettivi; u (iii) jikkumplimentah b’dispożizzjonijiet dwar l-oqfsa fiskali nazzjonali. Dan is-sett ta’ proposti huwa parti minn riforma usa’ ta’ governanza ekonomika taħt l-umbrella tal-istrateġija Ewropa 2020, li tinkludi proposti biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi permezz ta’ sorveljanza aktar qawwija, fosthom mekkaniżmi ta’ twissija u sanzjonijiet. Il-linji differenti ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika, inkluż is-sorveljanza tar-riformi strutturali, għandhom jiġu integrati f’ċiklu ta’ sorveljanza ġdid, is-Semestru Ewropew, li sejjer jiġbor flimkien il-proċessi eżistenti taħt l-SGP u l-Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika, inkluż is-sottomissjoni simultanja ta’ programmi ta’ stabbiltà u konverġenza u programmi nazzjonali ta’ riforma.

2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI

Il-linji ġenerali ta’ dawn il-proposti tħabbru mill-Kummissjoni f’żewġ komunikazzjonijiet: It-Tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tat-12 ta’ Mejju 2010 u t-Tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabbiltà, it-tkabbir u l-impjiegi – Strumenti għal governanza ekonomika aktar qawwija tal-UE tat-30 ta’ Ġunju 2010. Meta għażlet komunikazzjoni formali, il-Kummissjoni xtaqet turi l-impenn tagħha biex trawwem djalogu mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew u mal-partijiet interessati kollha, waqt li fl-istess ħin toffri proposti konkreti għall-azzjoni.

F'Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew qabel dwar il-ħtieġa urġenti li tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tagħna. Il-ftehim inkluda l-ewwel orjentazzjonijiet fir-rigward tal-SGD u s-sorveljanza baġitarja. Partikolarment il-Kunsill Ewropew qabel dwar li: (i) jissaħħu kemm il-parti preventiva kif ukoll il-parti korrettiva tal-SGP, fosthom permezz ta' sanzjonijiet u billi titqies kif xieraq is-sitwazzjoni partikolari tal-Istati Membri taż-żona euro; (ii) fis-sorveljanza baġitarja jingħata rwol ferm aktar prominenti lil-livelli u l-evoluzzjoni tad-dejn u s-sostenibbiltà ġenerali; (iii) jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jkollhom regoli baġitajri nazzjonali u oqfsa baġitarja għall-perjodu medju ta' żmien f'konformità mal-SGP; (iv) tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta statistika.

Il-Kunsill Ewropew stieden lit-Task Force dwar il-governanza ekonomika ppreseduta mill-President tagħha u stabbilita f'Marzu 2010 u lill-Kummissjoni sabiex jiżviluppaw malajr u ulterjurament dawn l-orjentazzjonijiet u jagħmluhom operazzjonali. Żviluppat relazzjoni kostruttuva bejn il-Kummissjoni u t-Task Force. Il-Kummissjoni kkontribwit għall-ħidma tat-Task Force permezz tal-Komunikazzjonijiet imsemmija hawn fuq u permezz ta’ kontribuzzjonijiet ad hoc.

3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-bażi legali għall-SGP tinstab fl-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-SGP jikkonsisti f': ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (imsejħa l-parti preventiva); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (imsejħa l-parti korrettiva); u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Dawn ir-Regolamenti ġew emendati fl-2005 bir-Regolamenti (KE) Nri 1055/2005 u 1056/2005 u kkumplimentati bir-Rapport tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2005 dwar it-‘Titjib fl-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir’. Il-proposti attwali jipproponu aktar emendi fir-Regolamenti Nri 1466/97 u 1467/97. F’Regolament ġdid tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona euro u abbażi tal-Artikolu 136 tat-Trattat u f’kombinazzjoni mal-Artikolu 121(6) qegħdin jiġu proposti strumenti ta’ infurzar addizzjonali. Ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri huma s-suġġett ta’ Direttiva tal-Kunsill ġdida bbażata fuq l-Artikolu 126(14): Id-Direttiva għandha l-għan b’mod partikolari li tispeċifika l-obbligi tal-awtoritajiet nazzjonali li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 12 għat-Trattati dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv.

Il-parti preventiva tal-SGP hija intenzjonata li tiżgura li l-Istati Membri jsegwu politiki fiskali prudenti sabiex ma jkunx hemm il-bżonn li jiġu adottati forom aktar stretti ta’ koordinazzjoni sabiex jiġi evitat li s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi titpoġġa f’riskju, b’konsegwenzi negattivi potenzjali għall-UEM kollha. Għaldaqstant, l-Istati Membri huma meħtieġa jippreżentaw programmi ta’ stabbiltà u konverġenza li jiddeskrivu b’mod ġenerali l-pjanijiet tagħhom għall-ilħiq tal-objettivi baġitarji għal perjodu medju ta’ żmien (MTOs), li jkunu ddefiniti bħala perċentwali tal-PGD f’termini strutturali (jiġifieri l-aġġustar għall-effett taċ-ċiklu u l-esklużjoni ta’ miżuri ta’ darba u dawk temporanji) u li jkunu ddifferenzjati skont il-pajjiżi abbażi ta' pożizzjoni qrib il-bilanċ biex jiġi rifless l-livell ta’ dejn pubbliku u l-obbligazzjonijiet relatati mat-tixjiħ tal-popolazzjoni. L-Istati Membri li ma laħqux l-MTO tagħhom huma mistennija li jikkonverġu lejh b’pass annwali ta’ 0.5% tal-PGD f’termini strutturali.

Madankollu, b’mod ġenerali ma sarx biżżejjed progress lejn l-MTOs, u dan ħalla l-finanzi pubbliċi esposti wisq għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Barra minn hekk, il-bilanċ strutturali fil-prattika rriżulta li mhuwiex kejl suffiċjenti tal-pożizzjoni fiskali sottostanti ta’ pajjiż, minħabba d-diffikultà li tiġi evalwata l-pożizzjoni ċiklika tal-ekonomija f'ħin reali u minħabba li ma jitqisux biżżejjed il-profitti u t-tnaqqis imprevisti fid-dħul li ma jkunux direttament relatati maċ-ċiklu ekonomiku (b’mod partikolari l-iżviluppi fis-suq tal-akkomodazzjoni u dak finanzjarju). Minħabba f’hekk, f’għadd ta’ pajjiżi, anki pożizzjonijiet baġitarji apparentament sodi qabel il-kriżi ħbew dipendenza qawwija fuq id-dħul minn profitti imprevisti biex jiġi ffinanzjat l-infiq, profitti li meta ġew irriversjati kkontribwixxew għad-defiċits baġitarji li sparaw 'il fuq.

Bi tweġiba għal dan it-tnaqqis fid-dħul, ir-riforma tal-parti preventiva li qiegħda tiġi proposta, filwaqt li żżomm l-MTOs attwali u r-rekwiżit ta’ konverġenza annwali ta’ 0.5% tal-PGD, tagħmilhom operazzjonali f'termini ta’ prinċipju ġdid ta’ twettiq ta’ politika fiskali prudenti. Dan il-prinċipju jimplika li ż-żieda fl-infiq annwali ma għandhiex taqbeż – u jekk l-MTO ma jkunx intlaħaq, għandha tkun b'mod ċar anqas minn – rata ta’ tkabbir tal-PGD prudenti għal perjodu medju ta’ żmien, sakemm l-MTO ma jkunx inqabeż b’mod sinifikanti jew l-eċċess taż-żieda fl-infiq fuq ir-rata prudenti għal perjodu medju ta’ żmien tkun korrisposta b'miżuri diskrezzjonarji min-naħa tad-dħul. L-għan essenzjali huwa li jkun żgurat li l-profitti mid-dħul imprevisti ma jintefqux iżda minflok jiġu allokati biex jitnaqqas id-dejn. Il-prinċipju l-ġdid sejjer jipprovdi l-punt ta’ referenza li miegħu sejrin jiġu eżaminati l-pjanijiet fiskali tal-pajjiżi fil-programm ta’ stabbiltà u konverġenza. Barra minn hekk, jekk jonqos milli jżomm mar-rata ta’ tkabbir tal-infiq li jkun sar ftehim fuqha, apparti mal-miżuri ta’ dħul stipulati, l-Istat Membru konċernat sejjer ikun suxxettibbli għal twissija mill-Kummissjoni u, jekk din il-ħaġa tkun persistenti u/jew tkun partikolarment serja, ikun suxxettibbli għal rakkomandazzjoni mill-Kunsill, maħruġa skont l-Artikolu 121 tat-Trattat, biex jieħu azzjoni korrettiva. Tali rakkomandazzjoni, waqt li tinħareġ fil-kuntest tal-parti preventiva, ser tkun sostnuta, għall-ewwel darba u għall-pajjiżi taż-żona euro biss, b’mekkaniżmu ta’ infurzar skont l-Artikolu 136 tat-Trattat, taħt il-forma ta’ depożitu li jġorr l-imgħax, li jammonta għal 0.2% tal-PGD. Qiegħda tiddaħħal proċedura ta’ mekkaniżmu ta’ ‘votazzjoni ta' riversjoni’ għall-impożizzjoni tad-depożitu li jġorr l-imgħax: id-depożitu jsir dovut mal-ħruġ ta’ rakkomandazjoni fuq proposta mill-Kummissjoni, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix il-kuntrarju b’maġġoranza kwalifikata fi żmien għaxart ijiem. Il-Kunsill jista’ jnaqqas l-ammont tad-depożitu bl-unanimità biss jew fuq il-bażi ta’ proposta tal-Kummissjoni u fuq talba motivata mill-Istat Membru konċernat. Id-depożitu jintradd lura bl-imgħax dovut ladarba l-Kunsill ikun sodisfatt li s-sitwazzjoni li tkun sawritu tkun waslet fi tmiemha.

Il-parti korrettiva tal-SGP hija intenzjonata sabiex ikunu evitati żbalji kbar fil-politiki baġitarji, li jistgħu jipperikolaw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u potenzjalment jipperikolaw l-UEM. Dan jissarraf fl-obbligu tal-Istati Membri li jevitaw defiċits tal-gvern eċċessivi, li huma definiti skont limitu numeriku għad-defiċit (3% tal-PGD) u għad-dejn (60% tal-PGD jew li jkun niżel biżżejjed lejn din il-perċetwali). Il-proċedura tad-defiċit eċċessiv (EDP) li timplimenta l-projbizzjoni fuq defiċits eċċessivi tipprevedi sekwenza ta’ passi, li għall-pajjiżi fiż-żona euro, tinkludi l-impożizzjoni eventwali ta’ sanzjonijiet finanzjarji.

L-EDP ġiet applikata b’mod regolari skont id-dispożizzjonijiet rilevanti, saħansitra fl-isfond taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-kriżi finanzjarja, u għalhekk tikkontribwixxi sabiex jitqegħdu fuq bażi soda l-istennijiet li d-defiċit jiġi risolt kif għandu jkun. Madankollu, feġġew għadd ta’ nuqqasijiet. Waqt li l-kriterji tad-defiċit u d-dejn għandhom fil-prinċipju l-istess importanza, u jista’ jiġi argumentat li livelli għoljin ta’ dejn b’mod persistenti jirrappreżentaw theddida aktar serja għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi minn defiċits okkazzjonalment għoljin, fil-prattika l-limitu ‘3% tal-PGD’ kien il-fokus kważi esklussiv tal-EDP, u sa issa d-dejn kellu rwol marġinali. Dan ġej min-natura inqas ovvja tal-limitu stabbilit għad-dejn meta mqabbel mad-defiċit, inkluża l-ambigwità tal-kunċett ta’ rata ta’ tnaqqis li tonqos biżżejjed u l-impatt ikbar fuq il-proporzjon tad-dejn li għandhom fatturi varjabbli mhux fil-kontroll tal-gvern, b’mod partikolari l-inflazzjoni. L-EDP fil-prinċipju hija sostnuta minn mekkaniżmu b'saħħtu ta’ infurzar, għaliex jistgħu, u għandhom jiġu imposti sanzjonijiet finanzjarji fil-każ li b'mod persistenti d-defiċit ma jiġix ikkoreġut. Madankollu, dawn is-sanzjonijiet jista' jingħad li jidħlu fis-seħħ tard wisq fil-proċess biex jirrappreżentaw deterrent effettiv kontra żbalji kbar fil-politika fiskali, mhux l-inqas minħabba li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż konċernat tista’ tkun iddeterjorat tant li tagħmel it-theddida ta’ multa inqas kredibbli f'dak il-waqt li fih din għandha ssir reali. Finalment, il-kriżi riċenti enfasizzat li jekk l-obbligu li jiġu kkoreġuti defiċits eċċessivi jikkontribwixxi biex tqiegħed fuq bażi soda l-istennija li s-solvenza tal-gvern se tinżamm, l-iskeda taż-żmien għall-korrezzjoni u l-profil tal-aġġustament jista’ jkollhom jirriflettu l-kunsiderazzjonijiet tal-UEM kollha.

Bi tweġiba għal dawn in-nuqqasijiet qegħdin jitressqu l-proposti ewlenin li ġejjin għar-riforma tal-parti korrettiva.

Il-kriterju tad-dejn tal-EDP għandu jsir operattiv, b’mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta’ punt ta’ referenza numeriku biex jitkejjel jekk il-proporzjon tad-dejn huwiex qiegħed jonqos biżżejjed lejn il-limitu ta’ 60% tal-PGD. B’mod speċifiku, proporzjon ta’ dejn mal-PGD ta’ aktar minn 60% għandu jitqies li qiegħed jonqos biżżejjed jekk id-distanza tiegħu mis-60% tal-valur ta’ referenza tal-PGD tkun naqset matul it-tliet snin preċedenti b’rata fl-ordni ta’ wieħed minn għoxrin kull sena. Nuqqas ta’ konformità ma’ dan il-punt ta’ referenza numeriku mhuwiex, madankollu, neċessarjament mistenni li jwassal biex il-pajjiż konċernat jitpoġġa f'defiċit eċċessiv, minħabba li din id-deċiżjoni tkun teħtieġ li tqis il-fatturi kollha li huma rilevanti, b’mod partikolari għall-valutazzjoni tal-iżviluppi tad-dejn, bħal jekk tkabbir nominali żgħir ħafna huwiex qiegħed ixekkel it-tnaqqis tad-dejn, flimkien mal-fatturi tar-riskju marbuta mal-istruttura tad-dejn, id-dejn fis-settur privat u l-obbilgazzonijiet impliċiti relatati mat-tixjiħ tal-popolazzjoni. F’konformità ma’ enfasi akbar fuq id-dejn, għandha tingħata aktar konsiderazzjoni lill-fatturi rilevanti fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kriterju tad-defiċit, jekk pajjiż ikollu dejn taħt il-livell ta’ 60% tal-GDP.

L-approċċ aktar flessibli mressaq fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti fil-passi tad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv jista’ jkun ta’ benefiċċju wkoll għal pajjiżi li jwettqu riformi sistemiċi fil-pensjonijiet, lil hinn mill-perjodu transitorju ta’ ħames snin previst attwalment. Id-dispożizzjonijiet speċjali tal-SGP għal riformi sistemiċi tal-pensjonijiet fir-rigward tal-kriterju tad-defiċit huma estiżi wkoll għall-kriterju tad-dejn; permezz tal-istabbiliment tal-istess perjodu transitorju ta’ ħames snin għall-kunsiderazzjoni tal-kostijiet netti ta’ riformi bħal dawn meta tiġi vvalutata l-konformità mal-kriterju tad-dejn. Finalment, għandha tingħata kunsiderazzjoni ugwali għat-treġġigħ lura parzjali jew totali tar-riformi sistemiċi tal-pensjonijiet implimentati preċedentement, kemm matul it-tnedija kif ukoll meta titwaqqaf l-EDP.

L-infurzar huwa msaħħaħ bl-introduzzjoni ta’ sett ġdid ta’ sanzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri taż-żona euro, li jkunu japplikaw ferm aktar kmieni fil-proċess skont approċċ gradwali. B’mod speċifiku, ikun japplika depożitu li ma jagħtix imgħax u li jammonta għal 0.2% tal-PGD mad-deċiżjoni li pajjiż jitpoġġa f'defiċit eċċessiv, liema depożitu jinqaleb f’multa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rakkomandazzjoni inizjali biex jiġi kkoreġut id-defiċit. L-ammont huwa ugwali għall-komponent fiss tas-sanzjonijiet diġà previsti fil-pass finali tal-EDP. Huwa wkoll marbut mal-baġit tal-UE, ħaġa li għandha tiffaċilita ċ-ċaqliqa prevista lejn sistema ta’ infurzar ibbażata fuq il-baġit tal-UE kif spjegat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010, imsemmija hawn fuq. Aktar nuqqas ta’ konformità jwassal biex tiżdied is-sanzjoni, f’konformità mad-dispożizzjonijiet diġà eżistenti fl-SGP. Biex titnaqqas id-diskrezzjoni fl-infurzar, huwa previst il-mekkaniżmu ta’ ‘votazzjoni ta' riversjoni’ għall-impożizzjoni tas-sanzjonijiet il-ġodda f’rabta mal-passi suċċessivi tal-EDP. B’mod speċifiku, ma’ kull pass tal-EDP, il-Kummissjoni ser tagħmel proposta għas-sanzjoni rilevanti, u din titqies bħala adottata, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix bil-kontra b’maġġoranza kkwalifikata fi żmien għaxart ijiem. Id-daqs tad-depożitu li ma jagħtix imgħax jew tal-multa jista’ jitnaqqas jew jitħassar biss b'mod unanimu mill-Kunsill jew abbażi ta’ proposta speċifika mill-Kummissjoni minħabba ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba motivata mill-Istat Membru konċernat.

Barra minn hekk, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet f’kull pass, inkluża l-possibbiltà li tingħata estensjoni tal-iskadenzi għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, qed jiġu ċċarati billi jitpoġġa enfasi espliċita fuq l-elementi fiskali varjabbli li jistgħu jitqiesu li huma taħt il-kontroll dirett tal-gvern, b’mod partikolari l-infiq, b’analoġija mal-approċċ propost għall-parti preventiva. Lil hinn minn dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiż partikolari, hija introdotta l-possibbiltà ta’ estensjoni tal-iskadenzi anki fil-każ ta’ kriżi ekonomika ġenerali.

Infurzar effettiv tal-qafas ta’ koordinazzjoni baġitarja tal-UEM ma jistax ikun mistenni li joħroġ mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-livell tal-UE biss. In-natura partikolari deċentralizzata tat-twettiq tal-politika fiskali fl-UE u l-ħtieġa ġenerali għal sjieda nazzjonali tar-regoli tal-UE jagħmluha essenzjali li l-objettivi tal-qafas ta’ koordinazzjoni baġitarja tal-UEM ikunu riflessi fl-oqfsa baġitarji nazzjonali. Qafas baġitarju nazzjonali huwa s-sett ta’ elementi li jiffurmaw il-bażi tal-governanza fiskali nazzjonali, jiġifieri l-qafas speċifiku ta' pajjiż għall-politika istituzzjonali u li jifforma t-twettiq tal-politika fiskali fuq livell nazzjonali. Dan jinkludi s-sistemi ta’ kontabbiltà pubblika, l-istatistika, il-prassi tat-tbassir, ir-regoli numeriċi fiskali, il-proċeduri baġitarji li jirregolaw l-istadji kollha tal-proċess baġitarju u b’mod partikolari l-oqfsa baġitarji għal perjodu medju ta’ żmien, u relazzjonijiet fiskali bejn is-subsetturi tal-gvern. Filwaqt li jridu jiġu rispettati l-ħtiġijiet u l-preferenzi speċifiċi tal-Istati Membri, għadd ta’ elementi jispikkaw bħala meħtieġa fir-rigward li tkun żgurata kwalità u konsistenza minima mal-qafas baġitarju tal-UEM. Dawn huma s-suġġett tad-Direttiva dwar l-oqfsa baġitarji nazzjonali li qiegħda tiġi proposta biex tikkumplimenta r-riforma tal-SGP. Dawn il-karatteristiċi, l-ewwel nett jeħtieġu li l-aktar elementi primarji tal-oqfsa baġitarji nazzjonali, jiġifieri l-kwistjonijiet tal-kontabbiltà u l-istatistika u l-prassi tat-tbassir, jaħdmu skont l-istandards minimi Ewropej biex ikunu ffaċilitati kemm it-trasparenza kif ukoll il-monitoraġġ tal-iżviluppi fiskali. L-oqfsa baġitarji nazzjonali jeħtieġu wkoll li jadottaw perspettiva ta’ ppjanar fiskali multiannwali sabiex tkun żgurata l-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-livell tal-UE fuq perjodu medju ta’ żmien. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ regoli numeriċi fiskali li jwasslu għall-konformità mal-limiti tad-defiċit u d-dejn. L-Istati Membri jridu jiżguraw li dawn il-karatteristiċi japplikaw għas-subsetturi kollha tal-gvern ġenerali. L-awtoritajiet nazzjonali jridu wkoll jiggarantixxu t-trasparenza tal-proċess tal-baġit billi jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar fondi extrabaġitarji eżistenti, l-infiq tat-taxxa u l-obbligazzjonijiet.

2010/0280 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(6) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Huma u jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri fi ħdan l-Unjoni, kif previst mit-Trattat, għandha tinvolvi l-konformità mal-prinċipji gwida ta' prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kundizzjonijiet monetarji sodi u bilanċ tal-pagamenti sostenibbli.

(2) Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir inizjalment kien jikkonsisti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika[1], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv[2] u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir[3]. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97 ġew emendati fl-2005 bir-Regolamenti (KE) Nru 1055/2005 u (KE) Nru 1056/2005 rispettivament. Barra minn hekk, ġie adottat ir-Rapport tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2005 dwar ‘Titjib tal-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir’.

(3) Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi governattivi sodi bħala mezz sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu bbażat fuq stabbiltà finanzjarja u li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.

(4) Il-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir teħtieġ mill-Istati Membri li jiksbu u jżommu objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien u jippreżentaw programm ta’ stabbiltà u konverġenza għal dak il-għan.

(5) Il-kontenut tal-programmi ta’ stabbiltà u konverġenza kif ukoll il-kriterji għall-eżami tagħhom għandhom jiġu adattati aktar fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

(6) L-adeżjoni mal-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien tal-pożizzjonijiet baġitarji għandha tippermetti lill-Istati Membri jkollhom marġini ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza ta’ 3% tal-PGD, li jażżiguraw progress rapidu lejn is-sostenibbiltà u jkollhom spazju għall-immanuvrar baġitarju, partikolarment billi jqisu l-ħtiġijiet tal-investiment pubbliku.

(7) L-obbligu li jinkiseb u jinżamm l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien jeħtieġ li jitpoġġa fis-seħħ, permezz tal-ispeċifikazzjoni tal-prinċipji tat-tfassil ta’ politika fiskali prudenti.

(8) L-obbligu li jinkiseb u jinżamm l-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien għandu japplika bl-istess mod għall-Istati Membri parteċipanti u għall-Istati Membri b’deroga.

(9) It-twettiq ta' politika fiskali prudenti jimplika li r-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern ġeneralment ma taqbiżx rata prudenti ta’ tkabbir tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien, li żidiet akbar minn dik in-norma jkunu korrisposti b’żidiet diskrezzjonali fid-dħul tal-gvern u tnaqqis diskrezzjonali fid-dħul ikun ikkumpensat bi tnaqqis fl-infiq.

(10) Għandha tiġi permessa devjazzjoni temporanja mit-twettiq ta' politika fiskali prudenti f’każ ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku serju u ġenerali sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru ekonomiku.

(11) F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-politika fiskali prudenti, għandha tiġi indirizzata twissija lill-Istat Membru konċernat u jekk id-devjazzjoni sinifikanti tippersisti jew tkun partikolarment serja, għandha tiġi indirizzata rakkomandazzjoni lill-Istat Membru konċernat sabiex dan jieħu l-miżuri korrettivi neċessarji.

(12) Sabiex tiġi żgurta l-konformità mal-qafas ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni għall-Istati Membri parteċipanti, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu speċifiku ta’ infurzar fuq il-bażi tal-Artikolu 136 tat-Trattat għall-każijiet fejn tkun prevalenti devjazzjoni persistenti u sinifikanti mit-tweetiq ta' politika fiskali prudenti.

(13) Ir-referenzi li hemm fir-Regolament (KE) Nru 1466/97 għandhom jikkunsidraw in-numerazzjoni ġdida tal-Artikoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(14) Ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘Artikolu 2

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament ‘Stati Membri parteċipanti’ għandha tfisser dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u ‘Stati Membri b’deroga’ għandha tfisser l-Istati Membri għajr dawk li l-munita tagħhom hija l-euro.’

2. L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

'1. Kull Stat Membru parteċipant għandu jissottometti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni t-tagħrif meħtieġ għall-iskop ta’ sorveljanza multilaterali f’intervalli regolari skont l-Artikolu 121 tat-Trattat fil-forma ta’ programm ta’ stabbiltà, li jipprovdi bażi essenzjali għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli qawwi li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.’

(b) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

'(a) l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien u l-perkors ta’ aġġustament lejn dan l-objettiv għall-bilanċ ġenerali tal-gvern bħala perċentwali tal-PGD, il-perkors mistenni tal-proporzjon tad-dejn ġenerali tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b’politika mhux mibdula u kwantifikazzjoni tal-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati;’

(ii) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

'(c) valutazzjoni kwantitattiva tal-miżuri baġitarji u ta’ miżuri oħra ta’ politika ekonomika li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu proposti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm, li tinkludi analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tar-riformi strutturali prinċipali u li għandhom effetti diretti ta’ ffrankar tal-kostijiet fuq perjodu twil ta' żmien, fosthom billi jiżdied it-tkabbir potenzjali;’

(c) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

'3. It-tagħrif dwar il-perkorsi għall-proporzjon ġenerali tal-bilanċ u d-dejn tal-gvern, it-tkabbir fl-infiq tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b’politika mhux mibdula, il-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati u s-suppożizzjonijiet ekonomiċi prinċipali msemmija fil-paragrafu 2(a) u (b) għandu jkun fuq bażi annwali u għandu jkopri s-sena ta’ qabel, is-sena kurrenti u mill-anqas it-tliet snin ta’ wara.’

3. L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘ Artikolu 4

1. Il-programmi ta’ stabbiltà għandhom jiġu sottomessi kull sena bejn l-1 u t-30 ta’ April. Stat Membru li jkun ser jadotta l-euro għandu jissottometti programm ta’ stabbiltà fi żmien sitt xhur mid-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fl-euro.

2. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-programmi ta’ stabbiltà tagħhom.’

4. L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘ Artikolu 5

1. Fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kunsill għandu, fi ħdan il-qafas ta' sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121 tat-Trattat, jeżamina l-objettivi baġitarji fuq perjodu medju ta' żmien ippreżentati mill-Istati Membri konċernati, jivvaluta jekk is-suppożizzjonijiet ekonomiċi li fuqhom ikun ibbażat il-programm humiex plawsibbli, jekk il-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien huwiex adattat u jekk il-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu proposti sabiex jiġi rrispettat dak il-perkors ta’ aġġustament humiex biżżejjed sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien matul iċ-ċiklu.

Meta jivvaluta l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, il-Kunsill għandu jeżamina jekk l-Istat Membru konċernat hux jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b’mod ċikliku li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu ta' żmien, b’0.5% tal-PGD bħala punt ta’ referenza u mingħajr ma jqis il-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji. Għall-Istati Membri li jkollhom livell għoli ta’ dejn jew żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi jew it-tnejn, il-Kunsill għandu jeżamina jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b’mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji, ikunx ogħla minn 0.5% tal-PGD. Il-Kunsill għandu jikkunsidra jekk ikunx qed isir sforz ta’ aġġustament akbar fi żminijiet ekonomiċi tajba, filwaqt li l-isforz jista’ jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena.

Sabiex jiżgura li l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien tassew jintlaħaq u jinżamm, il-Kunsill għandu jivverifika li l-perkors tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, meħud flimkien mal-effett tal-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu ppjanati min-naħa tad-dħul, ikun konsistenti ma’ twettiq ta' politika fiskali prudenti.

It-twettiq ta' politika fiskali għandu jitqies li huwa prudenti u għalhekk li jwassal għall-kisba tal-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien u għaż-żamma tiegħu maż-żmien jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) għall-Istati Membri li jkunu laħqu l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata prudenti ta’ tkabbir tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b’miżuri diskrezzjonali tad-dħul;

(b) għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta' żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata inqas mir-rata prudenti ta’ tkabbir tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b’miżuri diskrezzjonali tad-dħul. Id-differenza negattiva bejn ir-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern meta pparagunata ma’ rata prudenti ta’ tkabbir tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien tiġi stipulta b’mod li jiżgura aġġustament xieraq lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien;

(c) it-tnaqqis diskrezzjonali ta’ elementi tad-dħul tal-gvern jiġi korrispost jew bi tnaqqis fl-infiq jew b’żidiet diskrezzjonali f’elementi oħra tad-dħul tal-gvern jew bit-tnejn.

It-tkabbir prudenti fuq perjodu medju ta' żmien għandu jiġi vvalutat abbażi tal-projezzjonijiet għal perjodu ta' għaxar snin aġġornati f'intervalli regolari.

Meta jiddefinixxi l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux dan l-objettiv u meta jippermetti devjazzjoni temporanja minn dan l-objettiv għall-Istati Membri li jkunu diġà laħquh, bil-kundizzjoni li jiġi ppreservat marġini xieraq ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza tad-defiċit u li l-qagħda baġitarja tkun mistennija li terġa’ lura għall-objettiv baġitarju għall-perjodu medju ta' żmien matul il-perjodu tal-programm, il-Kunsill għandu jikkunsidra l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali prinċipali li għandhom effetti diretti ta’ ffrankar tal-kostijiet fuq perjodu twil ta' żmien, fosthom billi jżidu t-tkabbir potenzjali, u għalhekk impatt verifikabbli fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq perjodu twil ta' żmien.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-riformi fil-pensjonijiet li jintroduċu sistema b’aktar minn pilastru wieħed li tinkludi pilastru mandatorju, kompletament iffinanzjat. L-Istati Membri li jkunu qegħdin jimplimentaw tali riformi għandhom jitħallew jiddevjaw mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta' żmien jew mill-objettiv innifsu, bid-devjazzjoni tirrifletti l-kost nett tar-riforma fil-pilastru mmaniġjat pubblikament, bil-kundizzjoni li d-devjazzjoni tibqa’ temporanja u jiġi ppreservat marġini xieraq ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza tad-defiċit.

Barra minn hekk il-Kunsill għandu jeżamina jekk il-kontenut tal-programm ta’ stabbiltà jiffaċilitax il-kisba ta’ konverġenza sostenuta fiż-żona euro, u koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u jekk il-politiki ekonomiċi tal-Istat Membru kkonċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni.

F’perjodi ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku u ta' natura ġenerali l-Istati Membri jistgħu jitħallew jiddevjaw temporanjament mill-perkors ta’ aġġustament implikat mit-twettiq tal-politika fiskali prudenti msemmija fir-raba’ subparagrafu.

2. Il-Kunsill għandu jwettaq l-eżami tal-programm ta’ stabbiltà f'mhux aktar minn tliet xhur mis-sottomissjoni tal-programm. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, għandu, jekk ikun meħtieġ, jagħti opinjoni dwar il-programm. Fejn il-Kunsill, skont l-Artikolu 121 tat-Trattat, iqis li l-objettivi u l-kontenut tal-programm għandhom jiġu msaħħa b’referenza partikolari għat-twettiq ta' politika fiskali prudenti, il-Kunsill għandu, fl-opinjoni tiegħu, jistieden lill-Istat Membru konċernat sabiex jaġġusta l-programm tiegħu.’

5. L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘Artikolu 6

1. Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) tat-Trattat, il-Kunsill għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ stabbiltà, abbażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri parteċipanti u tal-valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, b’mod partikolari bil-għan li jiġu identifikati diverġenzi sinifikanti attwali jew mistennija tal-pożizzjoni baġitarja mill-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, jew mill-perkors ta’ aġġustament xieraq lejh b’riżultat tad-devjazzjonijiet mit-tfassil ta' politika fiskali prudenti.

2. F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mit-tfassil ta' politika fiskali prudenti msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, u sabiex jiġi evitat li jinħoloq defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni tista’ tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat, skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat.

Devjazzjoni mit-tfassil ta' politika fiskali prudenti għandha titqies bħala sinifikanti jekk iseħħu l-kundizzjonijiet li ġejjin: eċċess fit-tkabbir fl-infiq konsistenti ma’ twettiq ta' politika fiskali prudenti, mhux paċut b’miżuri diskrezzjonali li jżidu d-dħul; jew miżuri diskrezzjonali li jnaqqsu d-dħul mhux paċuti bi tnaqqis fl-infiq; u d-devjazzjoni jkollha impatt totali fuq il-bilanċ tal-gvern ta’ mill-anqas 0.5% tal-PGD f’sena waħda jew ta’ mill-anqas 0.25% tal-PGD bħala medja kull sena f’sentejn wara xulxin.

Ma għandhiex tiġi kkunsidrata devjazzjoni jekk l-Istat Membru konċernat ikun qabeż b’mod konsiderevoli l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, filwaqt li titqies il-preżenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, u l-pjanijiet baġitarji stipulati fil-programm ta’ stabbiltà ma jipperikolawx dan l-objettiv matul il-perjodu tal-programm.

Id-devjazzjoni tista' wkoll ma tiġix ikkunsidrata f'każ ta' tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku u ta' natura ġenerali.

3. F’każ li d-devjazzjoni sinifikanti mit-tfassil ta' politika fiskali prudenti tippersisti jew tkun partikolarment serja, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, għandu jindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru konċernat sabiex jieħu l-miżuri ta’ aġġustament neċessarji. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika.’

6. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

'1. Kull Stat Membru b’deroga għandu jibgħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni t-tagħrif neċessarju għall-iskop ta’ sorveljanza multilaterali f’intervalli regolari skont l-Artikolu 121 tat-Trattat fil-forma ta’ programm ta’ konverġenza, li jipprovdi bażi essenzjali għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir qawwi sostenibbli li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.’

(b) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

'(a) l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien u l-perkors ta’ aġġustament lejn dan l-objettiv għall-bilanċ ġenerali tal-gvern bħala perċentwali tal-PGD, il-perkors mistenni tal-proporzjon tad-dejn ġenerali tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b’politika mhux mibdula u l-kwantifikazzjoni tal-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ppjanati, l-objettivi tal-politika monetarja fuq perjodu medju ta' żmien, ir-relazzjoni ta’ dawk l-objettivi mal-istabbiltà tal-prezzijiet u tar-rata tal-kambju u mal-kisba ta’ konverġenza sostnuta;’

(ii) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

'(c) valutazzjoni kwantitattiva tal-miżuri baġitarji u oħra ta’ politika ekonomika li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu proposti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm, li tinkludi analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tar-riformi strutturali prinċipali u li għandhom effetti diretti ta’ ffrankar tal-kostijiet fuq perjodu twil ta' żmien, fosthom billi jiżdied it-tkabbir potenzjali;’

(c) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

'3. It-tagħrif dwar il-perkorsi għall-proporzjon ġenerali tal-bilanċ u d-dejn tal-gvern, it-tkabbir fl-infiq tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b’politika mhux mibdula, il-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati u s-suppożizzjonijiet ekonomiċi prinċipali msemmija fil-paragrafu 2(a) u (b) għandu jkun fuq bażi annwali u għandu jkopri s-sena ta’ qabel, is-sena kurrenti u mill-anqas it-tliet snin ta’ wara.’

7. L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘ Artikolu 8

1. Il-programmi ta’ konverġenza għandhom jiġu sottomessi kull sena bejn l-1 u t-30 ta’ April.

2. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-programmi tagħhom ta’ konverġenza.’

8. L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘ Artikolu 9

1. Fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kunsill għandu, fil-qafas tas-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121 tat-Trattat, jeżamina l-objettivi baġitarji fuq terminu medju ppreżentati mill-Istati Membri konċernati, jivvaluta jekk is-suppożizzjonijiet ekonomiċi li fuqhom ikun ibbażat il-programm humiex plawsibbli, jekk il-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien huwiex adattat u jekk il-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu u/jew jiġu proposti sabiex jiġi rrispettat dak il-perkors ta’ aġġustament ikunux suffiċjenti sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien matul iċ-ċiklu u sabiex tinkiseb konverġenza sostenuta.

Meta jivvaluta l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu qasir ta' żmien, il-Kunsill għandu jikkunsidra jekk ikunx qed isir sforz akbar ta’ aġġustament fi żminijiet ekonomiċi tajbin, filwaqt li l-isforz jista’ jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. Għall-Istati Membri li jkollhom livell għoli ta’ dejn jew żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi jew it-tnejn, il-Kunsill għandu jeżamina jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b’mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji, ikunx ogħla minn 0.5% tal-PGD. Għall-Istati Membri ERM2, il-Kunsill għandu jeżamina jekk l-Istat Membru konċernat ikunx qed jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tiegħu aġġustat b’mod ċikliku u li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu medju ta' żmien, b’0.5% tal-PGD bħala punt ta’ referenza u mingħajr ma jqis il-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji.

Sabiex jażżigura li l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien tassew jintlaħaq u jinżamm, il-Kunsill għandu jivverifika li l-perkors tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, meħud flimkien mal-effett tal-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew li jkunu ppjanati min-naħa tad-dħul, ikun konsistenti ma’ twettiq ta' politika fiskali prudenti.

It-twettiq ta' politika fiskali għandu jitqies bħala prudenti u b’hekk iwassal għall-kisba tal-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien u ż-żamma tiegħu maż-żmien jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) għall-Istati Membri li jkunu laħqu l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata prudenti ta’ tkabbir tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b’miżuri diskrezzjonali tad-dħul;

(b) għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom għall-perjodu medju ta' żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata inqas minn rata prudenti ta’ tkabbir tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b’miżuri diskrezzjonali dwar id-dħul. Id-differenza negattiva bejn ir-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern meta pparagunata ma’ rata prudenti ta’ tkabbir tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien tiġi stipulta b’mod li jiżgura aġġustament xieraq lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien;

(c) it-tnaqqis diskrezzjonali tal-elementi tad-dħul tal-gvern huwa korrispost jew bi tnaqqis fl-infiq jew b’żidiet diskrezzjonali f’elementi oħra tad-dħul tal-gvern jew bit-tnejn.

It-tkabbir prudenti fuq perjodu medju ta' żmien għandu jiġi vvalutat abbażi tal-projezzjonijiet għal perjodu ta' għaxar snin aġġornati f'intervalli regolari.

Meta jiddefinixxi l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux dan l-objettiv u meta jippermetti devjazzjoni temporanja minn dan l-objettiv għall-Istati Membri li jkunu diġà laħquh, bil-kundizzjoni li jiġi ppreservat marġini xieraq ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza tad-defiċit u li l-pożizzjoni baġitarja tkun mistennija li terġa’ lura għall-objettiv baġitarju għall-perjodu medju ta' żmien matul il-perjodu tal-programm, il-Kunsill għandu jikkunsidra l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali prinċipali li għandhom effetti diretti ta’ ffrankar tal-kostijiet fuq perjodu twil ta' żmien, fosthom billi jżidu t-tkabbir potenzjali, u għalhekk impatt verifikabbli fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq perjodu twil ta' żmien.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-riformi fil-pensjonijiet li jintroduċu sistema b’aktar minn pilastru wieħed li tinkludi pilastru mandatorju, kompletament iffinanzjat. L-Istati Membri li jkunu qegħdin jimplimentaw tali riformi għandhom jitħallew jiddevjaw mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta' żmien jew mill-objettiv innifsu, bid-devjazzjoni tirrifletti l-kost nett tar-riforma fil-pilastru mmaniġjat pubblikament, bil-kundizzjoni li d-devjazzjoni tibqa’ temporanja u jiġi ppreservat marġini xieraq ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza tad-defiċit.

Barra minn hekk il-Kunsill għandu jeżamina jekk il-kontenut tal-programm ta’ konverġenza jiffaċilitax il-koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u jekk il-politiki ekonomiċi tal-Istat Membru konċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Barra minn hekk, għall-Istati Membri EMR2, il-Kunsill għandu jeżamina jekk il-kontenut tal-programm ta’ konverġenza jiżgurax parteċipazzjoni mingħajr problemi fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (EMR).

F’perjodi ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku u ta' natura ġenerali l-Istati Membri jistgħu jitħallew jiddevjaw temporanjament mill-perkors ta’ aġġustament implikat mit-twettiq tal-politika fiskali prudenti msemmi fir-raba’ subparagrafu.

2. Il-Kunsill għandu jwettaq l-eżami tal-programm ta’ konverġenza f'mhux aktar minn tliet xhur mis-sottomissjoni tal-programm. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, għandu, jekk ikun meħtieġ, jagħti opinjoni dwar il-programm. Fejn il-Kunsill, skont l-Artikolu 121 tat-Trattat, iħoss li l-objettivi u l-kontenut tal-programm għandhom jiġi msaħħa b’referenza partikolari għat-twettiq ta' politika fiskali prudenti, il-Kunsill għandu, fl-opinjoni tiegħu, jistieden lill-Istat Membru konċernat sabiex jaġġusta l-programm tiegħu.’

9. L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘ Artikolu 10

1. Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) tat-Trattat, il-Kunsill għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ konverġenza, fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri b’deroga u tal-valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, b’mod partikolari sabiex jiġu identifikati diverġenzi attwali jew mistennija tal-pożizzjoni baġitarja mill-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, jew mill-perkors xieraq ta’ aġġustament lejh, b’riżultat tad-devjazzjonijiet mit-twettiq ta' politika fiskali prudenti.

Barra minn hekk, il-Kunsill għandu jimmonitorja l-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri b’deroga fid-dawl tal-objettivi tal-programmi ta’ konverġenza bil-għan li jiżgura li l-politiki tagħhom jimmiraw għall-istabbiltà u b’hekk jevitaw miżallinjamenti fir-rati reali tal-kambju u oxxillazzjonijiet eċċessivi fir-rati nominali tal-kambju.

2. F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mit-twettiq ta' politika fiskali prudenti msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament, u sabiex jiġi evitat li jinħoloq defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni tista’ tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat, skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat.

Devjazzjoni mit-twettiq ta' politika fiskali prudenti għandha titqies bħala sinifikanti jekk iseħħu l-kundizzjonijiet li ġejjin: eċċess fit-tkabbir tal-infiq konsistenti ma’ twettiq ta' politika fiskali prudenti, mhux paċut b’miżuri diskrezzjonali li jżidu d-dħul; jew miżuri diskrezzjonali li jnaqqsu d-dħul mhux paċuti bi tnaqqis fl-infiq; u d-devjazzjoni jkollha impatt totali fuq il-bilanċ tal-gvern ta’ mill-anqas 0.5% tal-PGD f’sena waħda jew ta’ mill-anqas 0.25% tal-PGD bħala medja kull sena f’sentejn wara xulxin.

Ma għandhiex tiġi kkunsidrata devjazzjoni jekk l-Istat Membru konċernat ikun qabeż b’mod konsiderevoli l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien filwaqt li titqies il-preżenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, u l-pjanijiet baġitarji stipulati fil-programm ta’ stabbiltà ma jipperikolawx dan l-objettiv matul il-perjodu tal-programm.

Id-devjazzjoni tista' wkoll ma tiġix ikkunsidrata f'każ ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku serju u ta' natura ġenerali.

3. F’każ li d-devjazzjoni sinifikanti mit-twettiq ta' politika fiskali prudenti tippersisti jew jekk tkun partikolarment serja, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, għandu jindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru konċernat sabiex jieħu l-miżuri ta’ aġġustament neċessarji. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika.’

10. Ir-referenzi kollha għall-‘Artikolu 99’, fir-Regolament kollu għandhom jiġu ssostitwiti b’referenzi għall-‘Artikolu 121’.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza tal-pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi;

1.2. Qasam(oqsma) politiċi konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB [4]

Kwistjonijet Ekonomiċi u Finanzjarji

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[5]

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal- estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni li tinbidel f'azzjoni ġdida

1.4. Objettivi

1.4.1. L-objettiv(i) strateġiku(ċi) multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Li jitrawwem it-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli tal-UE

1.4.2. Objettiv(i) speċifiku(ċi) u l-attività(ajiet) ABM/ABB konċernata(i)

Objettivi speċifiċi : Nru 1 u 3.

- Biex tkun żgurata koordinazzjoni effettiva tal-politika u konsistenza politika ġenerali fl-iżvilupp ta’ rispons tal-UE għall-kriżi ekonomika, fil-kuntest tal-ilħiq tal-aġenda tal-UE 2020 u l-iżvilupp sostenibbli u sabiex jiżdied il-potenzjal tat-tkabbir tal-Istati Membri u biex l-UE ssir aktar kompetittiva;

- Biex ikun promoss is-segwitu mill-Istati Membri ta’ pożizzjonijiet baġitarji u ta’ finanzi pubbliċi sodi li huma sostenibbli u ta’ kwalità għolja fir-rigward tal-kontribut tagħhom għat-tkabbir.

Attività/ajiet) ABM/ABB konċernata/i

Unjoni Ekonomika u Monetarja

1.4.3. Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010)367 enfasizzat il-ħtieġa ta’ approċċ politiku tal-UE definit sew sabiex (i) jistimula l-irkupru ekonomiku, (ii) ipoġġi l-finanzi pubbliċi mill-ġdid fuq bażi soda u (iii) jippromwovi b’mod attiv it-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi.

L-emenda proposta fir-regolament li jikkostitwixxi l-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (SGP) tifforma parti mill-proposti leġiżlattivi formali mħabbra fil-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq. Dawn l-emendi għandhom l-għan li jsaħħu l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, b’mod partikolari billi jindirizzaw il-ħtieġa għal infurzar effettiv tas-sorveljanza ekonomika tal-politiki fiskali tal-Istati Membri permezz ta’ inċentivi u sanzjonijiet xierqa u billi jitpoġġa fokus akbar fuq id-dejn pubbliku u fuq is-sostenibbiltà fiskali.

1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Il-ksib tal-objettiv ġenerali tal-Kummissjoni li trawwem it-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli tal-UE jitkejjel permezz tal-indikaturi tal-impatt li ġejjin:

- il-grad sa fejn l-Istati Membri jirreġistraw riżultati baġitarji f’konformità mal-SGP;

- il-potenzjal għal tkabbir/produzzjoni.

Il-ksib tal-objettiv speċifiku Nru 3 msemmi hawn fuq huwa mkejjel permezz tal-indikatur tar-riżultati li ġej: perċentwali tar-rakkomandazzjonijiet individwali tal-Kummissjoni relatati mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP) implimentati mill-Istati Membri (kontinġenti fuq l-adozzjoni tagħhom mill-Kunsill).

1.5. Bażi għall-proposta/inizjattiva

1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq perjodu ta’ żmien medju jew twil

Il-proposta leġiżlattiva tikkostitwixxi parti mill-miżuri mħabbra mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni (2010)367 tat-30 ta’ Ġunju 2010, li tkompli tiżviluppa l-ideat politiċi ppreżentati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010)250 tat-12 ta’ Mejju 2010 u tibni fuq l-orjentazzjonijiet li sar qbil fuqhom fil-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010.

1.5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri tifforma parti integrali mill-mandat tal-UE kif rifless fit-Titolu VIII (dwar il-politika ekonomika u monetarja) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

1.5.3. Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-esperjenza tal-imgħoddi wriet li l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika teħtieġ li titjieb u li b’mod partikolari għandhom jissaħħu l-partijiet preventivi u korrettivi tal-SGP.

1.5.4. Koerenza u sinerġija potenzjali ma’ strumenti rilevanti oħra

Il-proposta leġiżlattiva tikkostitwixxi wieħed mill-elementi ta’ pakkett komprensiv ta’ riforma ekonomika ppreżentat fil-COM(2010)367 tat-30 ta’ Ġunju 2010.

1.6. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

( Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

- ( Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

- ( Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

( Proposta/inizjattiva b’ tul ta’ żmien illimitat

- Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn SSSS sa SSSS,

- segwit b'tħaddim sħiħ.

1.7. Metodu/i previst(i) ta’ mmaniġjar [6]

( Immanaġjar ċentralizzat dirett mill-Kummissjoni

( Immanġjar ċentralizzat indirett bil-kompiti implimentattivi jkunu ddelegati:

- ( agenziji eżekuttivi

- ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[7]

- ( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

- ( persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

( Immaniġjar kondiviż mal-Istati Membri

( Immaniġjar deċentralizzat ma’ pajjiżi terzi

( Immaniġjar konġunt ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (għad iridu jiġu sspeċifikati)

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta' mmaniġjar, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti”.

Kummenti

2. MIŻURI TA’ IMMANIĠJAR

2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

M/A

2.2. Sistema ta’ mmaniġjar u kontroll

2.2.1. Riskju/i identifikat(i)

M/A

2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

M/A

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti

M/A

3. IMPATT FINANZJARJU ESTIMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestitura/i tal-baġit tal-infiq affettwata/i

Il-proposta leġiżlattiva ma tirrikjedix riżorsi umani jew finanzjarji addizzjonali.

- Intestituri eżistenti tal-baġit tal-infiq

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u dawk tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Intestitura tal-baġit | Tip ta’ nfiq | Kontribuzzjoni |

Numru [Deskrizzjoni……………………...……….] | AD/AMD ([8]) | minn pajjiżi tal- EFTA[9] | minn pajjiżi kandidati[10] | minn pajjiżi terzi | fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

[XX.YY.YY.YY] | AD/AMD | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE |

- Intestituri tal-baġit ġodda mitluba: L-ebda

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u dawk tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Intestitura tal-baġit | Tip ta’ nfiq | Kontribuzzjoni |

Numru [Intestatura……………………...……….] | Diff./mhuxdiff. | minn pajjiżi tal- EFTA | minn pajjiżi kandidati | minn pajjiżi terzi | fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

[XX.YY.YY.YY] | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE |

3.2. Impatt estimat fuq l-infiq

3.2.1. Sommarju tal-impatt estimat fuq l-infiq

Miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | Numru | [Intestatura ……………...……………………………………………………………….] |

Miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

- 3.2.3.2. Rekwiżiti esitmati ta’ riżorsi umani

- ( Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

- ( Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-estimu għandu jkun espress f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal snin kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) |

( Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) |

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) |

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) |

10 01 05 01 (Riċerka diretta) |

( Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[18] |

XX 01 02 01 (KA, INT, SNE mill-“portofol globali”) |

XX 01 02 02 (KA, INT, JED, AL u SNE fid-delegazzjonijiet) |

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) |

Linji baġitarji oħra (speċifika) |

TOTAL |

XX hija l-qasam politiku jew it-titolu tal-baġit konċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa sejrin jimtlew mill-persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-immanġjar tal-azzjoni u/jew kienu mċaqalqa fi ħdan id-DĠ, flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali, jekk tkun meħtieġa, li tista’ tingħata lid-DĠ li jimmaniġja taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji |

Persunal estern |

3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

- ( Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

- ( Il-proposta/inizjattiva sejra tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega x’ipprogrammar mill-ġdid huwa meħtieġ, u speċifika l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

- ( Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[21].

Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-intestituri tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

- ( Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

- ( Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament estimat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal snin kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) | Total |

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal kolonni kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) |

Artikolu …………. | | | | | | | | | |Għal dħul assenjat mixxellanju, speċifika l-intestitura/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu tal-kalkulazzjoni tal-impatt fuq id-dħul.

[1] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

[2] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

[3] ĠU C 236, 2.8.1997, p. 1.

[4] ABM: Immaniġjar Abbażi tal-Attivitajiet (Activity-Based Management) - ABB: Ibbaġitjar Abbażi tal-Attivitajiet (Activity-Based Budgeting).

[5] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[6] Dettalji tal-modi tal-immanġjar u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[7] Kif imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[8] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

[9] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[10] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani .

[11] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[12] Għajnuna u nfiq tekniċi u/jew amministrattivi b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentement l-intestituri “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[13] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[14] Prodotti huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (pereżempju: l-għadd tal-iskambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[15] Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Objettiv/i Speċifiku(ċi)…"

[16] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[17] Għajnuna u nfiq tekniċi u/jew amministrattivi b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentement l-intestituri “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[18] KA=Aġent bil-Kuntratt; INT= persunal tal-aġenzija ( "Intérimaire" ); JED= " Jeune Expert en Délégation " (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); AL= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat;

[19] Taħt il-limitu għal persunal estern mill-approprjazzjonijiet tal-operat (preċedentement l-intestaturi “BA”).

[20] Essenzjalment għall-Fondi Strutturati, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[21] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[22] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazju doganali, taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.