52010PC0522




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 29.9.2010

KUMM(2010) 522 finali

2010/0276 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru …/…

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija kixfet u kabbret il-ħtieġa għal aktar koordinazzjoni u sorveljanza msaħħa tal-politiki ekonomiċi fl-unjoni ekonomika u monetarja (Economic and Monetary Union (EMU)). L-istrumenti u l-metodi eżistenti ta’ koordinazzjoni u sorveljanza ippermettew lill-UE biex tegħleb il-maltempata li l-ebda Stat Membru ma seta’ jegħleb waħdu. L-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri rreaġixxew malajr u qegħdin ikomplu jaħdmu flimkien biex jirkupraw minn kriżi li ma għandha l-ebda preċedent fil-ġenerazzjoni tagħna.

Madankollu, dawn l-esperjenzi riċenti żvelaw ukoll nuqqasijiet u dgħjufijiet li għad baqa’ fis-sistema attwali ta’ koordinazzjoni u fil-proċeduri ta’ sorveljanza eżistenti. Hemm qbil komuni li l-qafas għall-UEM għandu jissaħħaħ b’mod urġenti sabiex tkun ankrata kemm l-istabbiltà makroekonomika kif ukoll is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, li huma prekundizzjonijiet għal riżultati li jdumu fiż-żmien u għal żieda fl-impjiegi.

Il-kriżi tefgħet lura b’mod drastiku l-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji favorevoli li pprevalew sal-2007 u tenniet biċ-ċar, li l-qligħ akkumulat matul żminijiet pożittivi ma intużax biżżejjed biex jagħtu lok għall-immanuvrar fi żminijiet diffiċli. Fil-maġġoranza tal-Istati Membri se tkun meħtieġa konsolidazzjoni mdaqqsa sewwa biex id-dejn pubbliku jerġa’ jibda nieżel. Dan jinħass b’mod aktar urġenti minħabba li s-soċjetajiet u l-ekonomiji Ewropej qegħdin jaffaċċjaw l-effetti ta’ popolazzjonijiet li qegħdin jixjieħu, ħaġa li sejra żżid il-pressjoni fuq il-provvista tal-ħaddiema u l-baġits pubbliċi. It-tnaqqis fil-livelli tad-dejn huwa rilevanti ħafna għall-maġġoranza tal-pajjiżi minħabba l-effetti negattivi tiegħu fuq l-inċentivi ekonomiċi u fuq it-tkabbir permezz ta’ taxxi u primjums fuq ir-riskju aktar għoljin.

L-istrument ewlieni għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politika fiskali huwa l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP), li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar id-dixxiplina baġitarja. It-tisħiħ tal-Patt huwa importanti kemm biex tiżdied il-kredibbiltà tal-istrateġija ta’ ħruġ fiskali miftiehma u kkoordinata kif ukoll biex tkun evitata ripetizzjoni tal-iżbalji tal-passat. Is-sett ta’ proposti li qiegħed jiġi ppreżentat issa għandu l-għan li jsaħħaħ il-Patt billi: (i) itejjeb id-dispożizzjonijiet tiegħu fid-dawl tal-esperjenza miksuba, speċjalment din tal-kriżi; (ii) jarmah bi strumenti ta’ infurzar aktar effettivi; u (iii) jikkomplementah (jew ikomplieh) b’dispożizzjonijiet dwar l-oqfsa fiskali nazzjonali. Dan is-sett ta’ proposti huwa parti minn riforma usa’ ta’ governanza ekonomika taħt l-umbrella tal-istrateġija ta’ Ewropa 2020, li tinkludi l-proposti biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi permezz ta’ sorveljanza aktar qawwija, li tinkludi mekkaniżmi ta’ twissija u sanzjonijiet. Il-linji differenti ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika, inkluża s-sorveljanza tar-riformi strutturali, għandhom jiġu integrati f’ċiklu ġdid ta’ sorveljanza, is-Semestru Ewropew, li sejjer jiġbor flimkien il-proċessi eżistenti taħt l-SGP u l-Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika, inkluża s-sottomissjoni simultanja ta’ programmi ta’ stabbiltà u konverġenza u programmi ta’ riforma nazzjonali.

2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI

Il-linji ġenerali ta’ dawn il-proposti tħabbru mill-Kummissjoni f’żewġ komunikazzjonijiet: It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tat-12 ta’ Mejju 2010 u t-Tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabbiltà, it-tkabbir u l-impjiegi – Strumenti għal governanza ekonomika aktar qawwija tal-UE tat-30 ta’ Ġunju 2010. Meta għażlet komunikazzjoni formali, il-Kummissjoni xtaqet turi l-impenn tagħha għat-trawwim tad-djalogu mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew u mal-partijiet interessati kollha, waqt li fl-istess ħin twassal proposti konkreti għall-azzjoni.

F'Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew laħaq ftehim dwar il-bżonn urġenti li tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tagħna. Il-ftehim inkluda l-ewwel orjentazzjonijiet fir-rigward tal-SGP u tas-sorveljanza baġitarja. B'mod partikolari, il-Kunsill Ewropew qabel li: (i) għandu jkun hemm it-tisħiħ kemm tal-parti preventiva kif ukoll tal-parti korrettiva tal-SGP, inklużi s-sanzjonijiet u b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni partikolari tal-Istati Membri taż-żona tal-euro; (ii) fis-sorveljanza baġitarja, għandu jingħata rwol iktar prominenti lil-livelli u l-iżviluppi tad-dejn u lis-sostenibbiltà kumplessiva; (iii) għandu jkun żgurat li l-Istati Membri kollha għandhom regoli baġitarji nazzjonali u oqfsa baġitarji għat-terminu ta' żmien medju b'konformità mal-SGP; (iv) għandha tkun żgurata l-kwalità tad-dejta tal-istatistika.

Il-Kunsill Ewropew stieden lit-Task Force dwar il-governanza ekonomika, ippreseduta mill-President tagħha u stabbilita f'Marzu 2010, u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw iktar u biex jagħmlu operattivi dawn l-orjentazzjonijiet. Żviluppat relazzjoni kostruttiva bejn il-Kummisjoni u t-Task Force. Il-Kummissjoni kkontribwixxiet għax-xogħol tat-Task Force permezz tal-Komunikazzjonijiet imsemmija hawn fuq u permezz ta’ kontribuzzjonijiet ad hoc .

3. L-ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Il-bażi ġuridika għall-(SGP) hija stabbilita bl-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-SGP jikkonsisti: fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (li tissejjaħ il-parti preventiva); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (li tissejjaħ il-parti korrettiva); u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Dawn ir-Regolamenti ġew emendati fl-2005 bir-Regolamenti (KE) Nri 1055/2005 u 1056/2005 u kkomplementati bir-Rapport tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2005 dwar it-‘Titjib fl-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir’. Il-proposti attwali jippreżentaw aktar emendi għar-Regolamenti Nru 1466/97 u Nru 1467/97 (KE). F’Regolament ġdid tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro hemm proposti strumenti ta’ infurzar addizzjonali, fuq il-bażi tal-Artikolu 136 tat-Trattat, flimkien mal-Artikolu 121(6). Ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri huma s-suġġett ta’ Direttiva tal-Kunsill ġdida bbażata fuq l-Artikolu 126(14): id-Direttiva għandha l-għan b’mod partikolari li tispeċifika l-obbligi tal-awtoritajiet nazzjonali biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 12 għat-Trattati dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv.

Il-parti preventiva tal-SGP hija intenzjonata li tiżgura li l-Istati Membri jsegwu politiki fiskali prudenti sabiex ma jkunx hemm il-bżonn li jadottaw forom aktar stretti ta’ koordinazzjoni biex ikun evitat li s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi titpoġġa f’riskju, b’konsegwenzi negattivi potenzjali għall-EMU kollha. Għaldaqstant, l-Istati Membri huma meħtieġa li jippreżentaw programmi ta’ stabbiltà u konverġenza li jiddeskrivu b’mod ġenerali l-pjanijiet tagħhom għall-kisba tal-miri baġitarji għal perjodu ta’ żmien medju (MTOs), li huma ddefiniti bħala perċentwal tal-PDG f’termini strutturali (jiġifieri l-aġġustar għall-effett taċ-ċiklu u l-esklużjoni ta’ miżuri ta’ darba u ta’ miżuri temporanji) u ssir distinzjoni bejniethom fil-pajjiżi madwar pożizzjoni qrib il-bilanċ biex jirriflettu l-livell ta’ dejn pubbliku u l-obbligazzjonijiet relatati max-xjuħija. L-Istati Membri li ma laħqux l-MTO tagħhom huma mistennija li joqorbu lejh b’pass annwali ta’ 0,5% tal-Prodott Domestiku Gross f’termini strutturali.

Madankollu, il-progress lejn l-MTOs b’mod ġenerali ma kienx biżżejjed, u dan ħalla l-finanzi pubbliċi esposti wisq għat-tnaqqis ekonomiku. Barra minn hekk, il-bilanċ strutturali fil-prattika rriżulta li mhuwiex miżura adegwata tal-pożizzjoni fiskali sottostanti ta’ pajjiż, minħabba d-diffikultà li tkun evalwata l-pożizzjoni ċiklika tal-ekonomija fi żmien reali u minħabba nuqqas ta’ attenzjoni rigward il-qligħ u t-telf imprevisti li mhumiex direttament relatati maċ-ċiklu ekonomiku (b’mod partikolari l-iżviluppi fis-suq tal-akkomodazzjoni u dak finanzjarju). Minħabba f’hekk, f’għadd ta’ pajjiżi, anki pożizzjonijiet baġitarji apparentament sodi qabel il-kriżi ħbew dipendenza qawwija fuq id-dħul minn qligħ imprevist biex ikun iffinanzjat l-infiq; sitwazzjoni kuntrarja kkontribwixxiet għat-tgħollija kontinwa tad-defiċits baġitarji.

Bħala tweġiba għal dawn in-nuqqasijiet, ir-riforma tal-parti preventiva li qiegħda tiġi proposta, waqt li żżomm l-MTOs attwali u r-rekwiżit ta’ konverġenza annwali ta’ 0,5% tal-PDG, tagħmilhom operattivi fir-rigward ta’ prinċipju ġdid ta’ tfassil ta’ politika fiskali prudenti. Dan il-prinċipju jimplika li ż-żieda fl-infiq annwali m’għandux jaqbeż – u jekk l-MTO ikun ma ntlaħaqx, għandu jkun b’mod ċar inqas minn – rata ta’ tkabbir prudenti tal-PDG għal perjodu ta’ żmien medju, sakemm l-MTO ma kienx inqabeż b’mod sinifikanti żżejjed jew l-eċċess taż-żieda fl-infiq fuq ir-rata prudenti għal perjodu ta’ żmien medju ikun akkumpanjat minn miżuri diskrezzjonarji fuq id-dħul. L-għan essenzjali huwa li jkun żgurat li dħul minn qligħ imprevist ma jintefqux iżda minflok jiġu allokati għat-tnaqqis tad-dejn. Il-prinċipju l-ġdid sejjer jipprovdi l-punt ta’ referenza li miegħu sejrin jiġu eżaminati l-pjanijiet fiskali tal-pajjiżi fil-programm ta’ stabbiltà u konverġenza. Barra minn hekk, jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jżomm mar-rata ta’ tkabbir tal-infiq li jkun sar ftehim fuqha, flimkien mal-miżuri ta’ dħul stipulati, ikun suxxettibbli għal twissija mill-Kummissjoni u, jekk din l-imġiba tkun persistenti u/jew tkun partikolarment serja, ikun suxxettibbli għal rakkomandazzjoni mill-Kunsill biex tittieħed azzjoni korrettiva maħruġa skont l-Artikolu 121 tat-Trattat. Tali rakkomandazzjoni, waqt li tinħareġ fil-kuntest tal-parti preventiva, se tkun appoġġjata, għall-ewwel darba u għall-pajjiżi taż-żona tal-euro biss, b’mekkaniżmu ta’ infurzar skont l-Artikolu 136 tat-Trattat, taħt il-forma ta’ depożitu li jġorr imgħax, li jammonta għal 0,2% tal-PDG. Proċedura ta’ mekkaniżmu ta’ ‘votazzjoni ta' riverżjoni’ hija introdotta għall-impożizzjoni tad-depożitu li jġorr l-imgħax: mal-ħruġ ta’ rakkomandazjoni, id-depożitu jsir dovut fuq proposta mill-Kummissjoni, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix il-kuntrarju b’maġġoranza kkwalifikata fi żmien għaxart ijiem. Il-Kunsill jista’ jnaqqas l-ammont tad-depożitu biss unanimament u fuq il-bażi ta’ proposta tal-Kummissjoni u fuq talba raġunata mill-Istat Membru kkonċernat. Id-depożitu jintradd lura bl-imgħax dovut ladarba l-Kunsill ikun sodisfatt li s-sitwazzjoni li tkun sawritu tkun waslet fi tmiemha.

Il-parti korrettiva tal-SGP hija intenzjonata biex ikunu evitati żbalji kbar fil-politiki baġitarji, li jistgħu jipperikolaw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u potenzjalment jipperikolaw l-EMU. Dan jissarraf fl-obbligu tal-Istati Membri li jevitaw defiċits pubbliċi eċċessivi, li huma definiti kontra limitu massimu numeriku tad-defiċit (3% tal-PDG) u dejn (60% tal-PDG jew viċin biżżejjed). Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (Excessive Deficit Procedure (EDP)) li timplimenta l-projbizzjoni fuq defiċits eċċessivi tipprevedi sekwenza ta’ passi, li għall-pajjiżi fiż-żona tal-euro, tinkludi l-impożizzjoni eventwali ta’ sanzjonijiet finanzjarji.

L-EDP ġiet applikata b’mod regolari skont id-dispożizzjonijiet rilevanti, saħansitra fl-isfond taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-kriżi finanzjarja, biex b’hekk tikkontribwixxi biex jiġu ankrati l-aspettattivi tas-soluzzjoni ordnata tagħha. Madankollu, ħarġu għadd ta’ nuqqasijiet. Waqt li l-kriterji tad-defiċit u tad-dejn huma fil-prinċipju tal-istess importanza, u fuq livelli għoljin persistenti ta’ dejn jista’ jkun li jirrappreżentaw theddida aktar serja għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi minn defiċits għoljin kull tant żmien, fil-prattika, il-livell ta’ 3% tal-PDG’ kien il-fokus kważi esklussiv tal-EDP, bid-dejn sa issa jkollu rwol marġinali. Dan minħabba n-natura inqas ovvja tal-livell tad-dejn mad-defiċit, inkluża l-ambigwità tal-kunċett ta’ rata ta’ tnaqqis li tonqos biżżejjed u l-impatt ikbar fuq il-proporzjon tad-dejn tal-fatturi varjabbli barra l-kontroll tal-gvern, b’mod partikolari l-inflazzjoni. L-EDP, fil-prinċipju hija appoġġjata minn mekkaniżmu ta’ infurzar qawwi, għaliex jistgħu, u għandhom jiġu imposti sanzjonijiet finanzjarji fil-każ ta’ nuqqas persistenti biex ikun ikkoreġut defiċit eċċessiv. Madankollu, sanzjonijiet bħal dawn, jistgħu jidħlu fis-seħħ tard wisq fil-proċess biex ikunu jirrappreżentaw deterrent effettiv kontra żbalji kbar fil-politika fiskali, mhux l-inqas minħabba li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż ikkonċernat tista’ tkun iddeterjorat tant li tagħmel it-theddida ta’ multa inqas kredibbli fil-mument meta suppost issir reali. Fl-aħħarnett, il-kriżi riċenti enfasizzat li jekk l-obbligu li jkunu kkorreġuti d-defiċits eċċessivi se jikkontribbwixxi biex tkun ankrata l-aspettattiva li s-solvenza tal-gvern se tinżamm, l-iskeda ta' żmien tal-korrezzjoni u l-profil tal-aġġustament jista' jkollha tirrifletti kunsiderazzjonijiet fl-EMU kollha.

Bi tweġiba għal dawn in-nuqqasijiet, qegħdin jitressqu l-proposti ewlenin li ġejjin għar-riforma tal-parti korrettiva.

Il-kriterju tad-dejn tal-EDP għandu jsir operattiv, b’mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta’ punt ta’ referenza numeriku biex jitkejjel jekk il-proporzjon tad-dejn huwiex qiegħed jonqos biżżejjed lejn l-limitu massimu ta’ 60 % tal-PDG. B’mod speċifiku, proporzjon ta’ dejn mal-PDG ta’ aktar minn 60 % għandu jitqies bħala li qiegħed jonqos biżżejjed jekk id-distanza tiegħu fir-rigward tas-60% tal-valur ta’ referenza tal-PDG ikun naqas matul it-tliet snin preċedenti b’rata fl-ordni ta’ wieħed minn għoxrin kull sena. Nuqqas ta’ konformità ma’ dan il-punt ta’ referenza numeriku mhuwiex, madankollu, mistenni li bilfors iwassal biex il-pajjiż ikkonċernat jitpoġġa f'defiċit eċċessiv, minħabba li din id-deċiżjoni tkun teħtieġ li tqis il-fatturi kollha li huma rilevanti, b’mod partikolari għall-valutazzjoni tal-iżviluppi tad-dejn, bħal jekk tkabbir nominali baxx ħafna hux qed ixekkel it-tnaqqis tad-dejn, flimkien mal-fatturi tar-riskju marbuta mal-istruttura tad-dejn, id-dejn tas-settur privat u l-obbligazzjonijiet impliċiti relatati max-xjuħija. B’konformità ma' enfażi akbar fuq id-dejn, għandhom ikunu kkunsidrati aktar fil-fond il-fatturi rilevanti fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kriterju tad-defiċit, jekk pajjiż ikollu dejn inqas mil-livell ta’ 60 % tal-PDG.

L-aktar approċċ flessibli mressaq fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti fil-passi tad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv jista’ jkun ta’ benefiċċju wkoll għal pajjiżi li jwettqu riformi sistematiċi fil-pensjonijiet, lil hinn mill-perjodu transitorju ta’ ħames snin presentament previst . Id-dispożizzjonijiet speċjali tal-SGP għal riformi sistemiċi tal-pensjonijiet fir-rigward tal-kriterju tad-defiċit huma estiżi wkoll għall-kriterju tad-dejn; permezz tal-istabbiliment tal-istess perjodu transitorju ta’ ħames snin għall-kunsiderazzjoni tal-ispejjeż netti ta’ riformi bħal dawn meta tkun ivvalutata l-konformità mal-kriterju tad-dejn . Finalment, għandha tingħata kunsiderazzjoni ugwali għat-treġġija lura parzjali jew totali tar-riformi sistemiċi tal-pensjonijiet implimentati qabel, kemm matul it-tnedija kif ukoll matul ir-revoka ta’ EDP.

L-infurzar huwa msaħħaħ bl-introduzzjoni ta’ sett ġdid ta’ sanzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, li japplika aktar kmieni fil-proċess skont approċċ iggradwat. B’mod speċifiku, sejjer japplika depożitu li ma jġorrx imgħax u li jammonta għal 0,2% tal-PDG mad-deċiżjoni li pajjiż jitpoġġa f'defiċit eċċessiv, liema depożitu jkun trasferit f’multa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rakkomandazzjoni inizjali biex ikun ikkoreġut id-defiċit. L-ammont huwa ugwali mal-komponent fiss tas-sanzjonijiet diġà pprovdut fil-fażi finali tal-EDP. Għandu rabta wkoll mal-baġit tal-UE, li għandha tiffaċilita t-trasferiment ippjanat għal sistema ta' infurzar ibbażata fuq il-baġit tal-UE kif iddefinit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 msemmija qabel. Nuqqas ta’ konformità ulterjuri jirriżulta f’żieda tas-sanzjoni, b’konformità mad-dispożizzjonijiet diġà eżistenti fl-SGP. Biex titnaqqas id-diskrezzjoni fl-infurzar, huwa previst il-mekkaniżmu ta’ ‘votazzjoni ta' riverżjoni’ biex ikunu imposti s-sanzjonijiet il-ġodda b’rabta mal-fażijiet suċċessivi tal-EDP. B’mod speċifiku, f'kull fażi tal-EDP, il-Kummissjoni se tagħmel proposta għas-sanzjoni rilevanti, u din titqies bħala adottata, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix bil-kontra b’maġġoranza kkwalifikata fi żmien għaxart ijiem. Id-daqs tad-depożitu li ma jġorrx imgħax jew tal-multa jista’ jitnaqqas jew jiġi kkanċellat biss mill-Kunsill b'vot unanimu jew abbażi ta’ proposta speċifika mill-Kummissjoni msejsa fuq ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba ġġustifikata mill-Istat Membru kkonċernat.

Barra minn hekk, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet f’kull fażi, inkluża l-possibilità li tingħata estensjoni tal-iskadenzi għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, huma ċċarati billi jitpoġġa enfasi espliċitu fuq l-elementi fiskali varjabbli li wieħed jista' jassumi li huma taħt il-kontroll dirett tal-gvern, b’mod partikolari l-infiq, b’analoġija mal-mudell propost għall-parti preventiva. Lil hinn minn dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi għal pajjiż partikolari, hija introdotta l-possibilità ta’ estensjoni tal-iskadenzi anki fil-każ ta’ kriżi ekonomika ġenerali.

L-infurzar effettiv tal-qafas ta’ koordinazzjoni baġitarja tal-EMU ma jistax ikun mistenni li jinkiseb biss mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-livell tal-UE. In-natura partikolari deċentralizzata tat-tfassil tal-politika fiskali fl-UE u l-ħtieġa ġenerali għal sjieda nazzjonali tar-regoli tal-UE jagħmluha essenzjali li l-objettivi tal-qafas ta’ koordinazzjoni baġitarja tal-EMU ikunu riflessi fl-oqfsa baġitarji nazzjonali. Qafas baġitarju nazzjonali huwa s-sett tal-elementi li jiffurmaw il-bażi tal-governanza fiskali nazzjonali, jiġifieri l-qafas tal-politika istituzzjonali speċifika għall-pajjiż li jifforma t-tfassil tal-politika fiskali fuq livell nazzjonali. Dan jinkludi s-sistemi ta’ kontabilità pubblika, l-istatistika, il-prattiki tat-tbassir, ir-regoli fiskali numeriċi, il-proċeduri baġitarji li jirregolaw l-istadji kollha tal-proċess baġitarju u l-oqfsa baġitarji għal perjodu ta’ żmien medju, u relazzjonijiet fiskali tas-subsetturi tal-gvern. Filwaqt li jridu jiġu rispettati l-ħtiġijiet u l-preferenzi speċifiċi tal-Istati Membri, għadd ta’ elementi jispikkaw li huma meħtieġa fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-kwalità minima u konsistenza mal-qafas baġitarju tal-UEM. Dawn huma s-suġġett tad-Direttiva dwar l-oqfsa baġitarji nazzjonali li qiegħda tkun proposta biex tikkomplementa r-riforma tal-SGP. Karatteristiċi bħal dawn, l-ewwelnett jeħtieġu li l-aktar elementi primarji tal-oqfsa baġitarji nazzjonali, jiġifieri l-kwistjonijiet ta' kontabilità u statistika u l-prattiki tat-tbassir, jaħdmu skont l-istandards minimi Ewropej biex ikunu ffaċilitati kemm it-trasparenza kif ukoll il-kontroll tal-iżviluppi fiskali. L-oqfsa baġitarji nazzjonali jeħtieġu wkoll li jadottaw perspettiva ta’ ppjanar fiskali multiannwali sabiex tkun żgurata l-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-livell tal-UE fuq perjodu ta’ żmien medju. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ regoli fiskali numeriċi li jwasslu għal konformità mal-limiti massimi tad-defiċit u tad-dejn. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-karatteristiċi japplikaw għas-subsetturi tal-gvern ġenerali kollha. L-awtoritajiet nazzjonali jridu jiggarantixxu wkoll it-trasparenza tal-proċess tal-baġit billi jipprovdu informazzjoni dettaljata rigward fondi extra-baġitarji eżistenti, l-infiq fuq it-taxxa u obbligazzjonijiet relatati.

2010/0276 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru …/…

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 126(14) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE),

Waqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1) Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri fl-Unjoni, kif prevista mit-Trattat, għandha tinkludi l-konformità mal-prinċipji gwida ta’ prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kundizzjonijiet monetarji sodi u bilanċ tal-pagamenti sostenibbli.

(2) Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir inizjalment kien jikkonsisti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika[2], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv[3] u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir[4]. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97 ġew emendati fl-2005 bir-Regolamenti (KE) Nru 1055/2005 u (KE) Nru 1056/2005 rispettivament. Barra minn hekk, kien adottat ir-Rapport tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2005 dwar it-‘Titjib fl-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir’.

(3) Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi pubbliċi sodi bħala mezz ta’ tisħiħ tal-kundizzjonijiet għal stabbiltà fil-prezzijiet u għal tkabbir qawwi sostenibbli bbażat fuq stabbiltà finanzjarja u li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.

(4) Il-qafas komuni għall-governanza ekonomika jeħtieġ li jkun imsaħħaħ, anki fir-rigward tas-sorveljanza baġitarja, b’konformità mal-grad għoli ta’ integrazzjoni miksub mill-ekonomiji tal-Istati Membri fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari fiż-żona tal-euro.

(5) Ir-regoli dwar id-dixxiplina baġitarja għandhom jissaħħu b’mod partikolari billi jingħata rwol aktar prominenti lil-livell u l-evoluzzjoni tad-dejn u s-sostenibbiltà ġenerali.

(6) L-implimentazzjoni tal-proċedura eżistenti ta’ żbilanċ eċċessiv fuq il-bażi kemm tal-kriterju tad-defiċit kif ukoll tal-kriterju tad-dejn teħtieġ id-definizzjoni ta’ punt ta’ referenza numeriku li miegħu ssir il-valutazzjoni dwar jekk il-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-Prodott Domestiku Gross huwiex qed jonqos biżżejjed u javviċina l-valur ta’ referenza b’pass sodisfaċenti.

(7) L-istabbiliment tal-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv ibbażat fuq il-kriterju tad-dejn u l-passi li jwasslu għalih, m’għandux ikun ibbażat biss fuq in-nuqqas ta’ konformità mal-punt ta’ referenza numeriku, iżda dejjem għandha titqies il-firxa kollha ta' fatturi rilevanti koperti mir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat.

(8) Fl-istabbiliment tal-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv ibbażat fuq il-kriterju tad-defiċit u l-passi li jwasslu għalih, hemm il-ħtieġa li titqies il-firxa kollha ta' fatturi rilevanti koperti mir-rapport skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat jekk id-dejn tal-gvern mal-Prodott Domestiku Gross ma jaqbiżx il-valur ta’ referenza.

(9) Ir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat għandu jqis kif jixraq il-kwalità tal-qafas fiskali nazzjonali, minħabba li dan għandu rwol kruċjali fl-appoġġ għall-konsolidazzjoni fiskali u l-finanzi pubbliċi sostenibbli.

(10) Sabiex jingħata appoġġ għall-monitoraġġ tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet u l-avviżi tal-Kunsill għall-korrezzjoni tas-sitwazzjonijiet ta’ defiċit eċċessiv, hemm il-ħtieġa li dawn jispeċifikaw miri baġitarji annwali konsistenti mat-titjib fiskali meħtieġ f’termini aġġustati ċiklikament, netti minn miżuri ta’ darba jew temporanji.

(11) Il-valutazzjoni ta’ azzjoni effettiva se tibbenefika meta l-konformità mal-miri tal-infiq tal-amministrazzjoni pubblika tittieħed bħala referenza flimkien mal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta' dħul speċifiċi ppjanati.

(12) Fil-valutazzjoni tal-każ għall-estensjoni tal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għal riċessjonijiet ekonomiċi severi ta' natura ġenerali.

(13) Huwa xieraq li tiżdied l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji previsti mill-Artikolu 126(11) tat-Trattat sabiex jikkostitwixxu inċentiv reali għall-konformità mal-avviżi taħt l-Artikolu 126(9).

(14) Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-qafas ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni għall-Istati Membri parteċipanti, għandhom jitfasslu sanzjonijiet ibbażati fuq ir-regoli fuq il-bażi tal-Artikolu 136 tat-Trattat, biex ikunu żgurati mekkaniżmi ġusti, f’waqthom u effettivi għall-konformità mar-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

(15) Ir-referenzi li hemm fir-Regolament (KE) Nru 1467/97 għandhom iqisu l-innumerar ġdid tal-Artikoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għas-sostituzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3625/93 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-dejn eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea[5].

(16) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1467/97 għandu jkun emendat kif jixraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1467/97 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

‘Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet biex titħaffef u tkun iċċarata l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, li l-objettiv tagħha huwa li jkunu evitati defiċits governattivi eċċessivi u, jekk iseħħu, biex tinkoraġġixxi aktar il-korrezzjoni tagħhom, meta l-konformità mad-dixxiplina baġitarja tkun eżaminata fuq il-bażi tad-defiċit tal-gvern u l-kriterji tad-dejn tal-gvern.

2. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament ‘Stati Membri parteċipanti’ għandha tfisser ‘dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro’.

2. Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

'1. L-eċċess tad-defiċit tal-gvern fuq il-valur ta’ referenza għandu jitqies bħala eċċezzjonali, b’mod konformi mat-tieni inċiż tal-Artikolu 126(2)(a) tat-Trattat, meta jirriżulta minn avveniment mhux tas-soltu barra mill-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li għandu impatt maġġuri fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-amministrazzjoni pubblika, jew meta jirriżulta minn riċessjoni ekonomika severa.’

(b) għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

‘1a. Meta jaqbeż il-valur ta’ referenza, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-Prodott Domestiku Gross (PDG) għandu jitqies bħala li qiegħed jonqos biżżejjed u javviċina l-valur ta’ referenza b’pass sodisfaċenti skont l-Artikolu 126(2)(b) tat-Trattat jekk id-differenza fir-rigward tar-referenza tkun naqset matul it-tliet snin preċedenti b’rata fl-ordni ta’ wieħed minn kull għoxrin kull sena.’ Għal perjodu ta' 3 snin mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament – għandha tiddaħħal] għandha tkun ikkunsidrata n-natura retrospettiva ta' dan l-indikatur fl-applikazzjoni tiegħu.'

(c) il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

'3. Meta tkun qed tħejji rapport skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat il-Kummissjoni għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha kif indikat f’dak l-Artikolu. Ir-rapport għandu jirrifletti kif jixraq l-iżviluppi fil-pożizzjoni ekonomika fuq perjodu ta’ żmien medju (b’mod partikolari, it-tkabbir potenzjali, il-kundizzjonijiet ċikliċi prevalenti, l-inflazzjoni, l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi) u l-iżviluppi fil-pożizzjoni baġitarja fuq perjodu ta’ żmien medju (b’mod partikolari, l-isforzi għall-konsolidazzjoni fiskali fi ‘żminijiet tajba’, l-investiment pubbliku, l-implimentazzjoni ta’ politiki fil-kuntest tal-istrateġija ta’ tkabbir komuni għall-Unjoni u l-kwalità ġenerali tal-finanzi pubbliċi, b’mod partikolari, il-konformità mad-Direttiva tal-Kunsill [...] dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri). Ir-rapport għandu janalizza wkoll l-iżviluppi li jkunu rilevanti għas-sitwazzjoni tad-dejn fuq perjodu ta’ żmien medju (b’mod partikolari, hija tirrifletti kif jixraq il-fatturi ta’ riskju inklużi l-istruttura tal-maturità u d-denominazzjoni tal-valuta tad-dejn, l-operazzjonijiet tal-flussi tal-istokks, ir-riservi akkumulati u assi oħrajn tal-gvern; il-garanziji, b’mod partikolari dawk marbuta mas-settur finanzjarju; ir-responsabbiltajiet kemm espliċiti kif ukoll impliċiti relatati max-xjuħija u d-dejn privat sal-punt li tista’ tirrapreżenta responsabbiltà impliċita kontinġenti għall-gvern). Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni xierqa lil kwalunkwe fattur ieħor li, fl-opinjoni tal-Istat Membru kkonċernat huwa rilevanti sabiex ikun evalwat b’mod komprensiv f’termini kwalitattivi l-eċċess fuq il-valur ta’ referenza u li l-Istat Membru ressaq quddiem il-Kummissjoni u l-Kunsill. F’dak il-kuntest, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għat-trawwim tas-solidarjetà internazzjonali u biex jintlaħqu l-miri tal-politika tal-Unjoni, inkluża l-istabbiltà finanzjarja.’

(d) il-paragrafu 4 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

'4. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħmlu valutazzjoni kumplessiva bbilanċjata tal-fatturi rilevanti kollha, b'mod speċjali l-limitu safejn jaffettwaw il-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-defiċit u/jew tad-dejn bħala fatturi ta' aggravazzjoni jew ta' mitigazzjoni.. Meta jevalwaw il-konformità fuq il-bażi tal-kriterju tad-defiċit, jekk il-proporzjon tad-dejn tal-gvern għall-PDG jaqbeż il-valur ta’ referenza, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni rigward l-eżistenza tad-defiċit eċċessiv previsti fil-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Artikolu 126 tat-Trattat biss jekk il-kundizzjoni doppja tal-prinċipju ġenerali — li, qabel jitqiesu dawn il-fatturi rilevanti, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza u l-eċċess tiegħu fuq il-valur ta’ referenza ikun temporanju — tiġi ssodisfatta b’mod sħiħ.’

(e) il-paragrafu 7 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

'7. Fil-każ ta’ Stati Membri fejn l-eċċess tad-defiċit jew il-ksur tar-rekwiżiti tal-kriterju tad-dejn skont l-Artikolu 126(2)(b) tat-Trattat jirrifletti l-implimentazzjoni ta’ riformi tal-pensjonijiet bl-introduzzjoni ta’ sistema msejsa fuq diversi pilastri li tinkludi pilastru mandatorju ffinanzjat għal kollox, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom iqisu wkoll l-ispiża tar-riforma għall-pilastru ġestit b’mod pubbliku meta jivvalutaw l-iżviluppi fiċ-ċifri tad-defiċit u d-dejn tal-EDP. Fil-każijiet fejn il-proporzjon tad-dejn jaqbeż il-valur ta’ referenza, l-ispiża tar-riforma għandha titqies biss jekk id-defiċit jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza. Għal din ir-raġuni, għal perjodu ta' ħames snin li jibdew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din ir-riforma, għandha tkun ikkunsidrata l-ispiża netta kif tidher fl-iżviluppi tad-defiċit u tad-dejn fuq il-bażi ta' skala degressiva lineari. Barra minn hekk, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-riforma, l-ispiża netta tagħha kif tidher fl-iżviluppi tad-dejn għandha tingħata kunsiderazzjoni għal perjodu tranżizzjonali ta' ħames snin [għandha tiddaħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] fuq il-bażi tal-istess skala degressiva lineari. Din l-ispiża netta għandha titqies ukoll għad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat dwar it-tneħħija ta’ wħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew tad-deċiżjonijiet tiegħu kollha taħt il-paragrafi 6 sa 9 u 11 tal-Artikolu 126 tat-Trattat, jekk id-defiċit ikun naqas sostanzjalment u kontinwament u jkun laħaq livell li joqrob lejn il-valur ta’ referenza u, fil-każ ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon tar-rekwiżiti tal-kriterju tad-dejn, id-dejn ikun tpoġġa fil-perkors tat-tnaqqis. Barra minn hekk, għandha tingħata kunsiderazzjoni ugwali għat-tnaqqis f’din l-ispiża netta li tirriżulta mit-treġġija lura, parzjali jew totali, tar-riforma tal-pensjonijiet imsemmija hawn fuq.’

3. L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

'2. Meta tqis b’mod sħiħ l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk tqis li jeżisti defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza opinjoni u proposta lill-Kunsill skont l-Artikolu 126(5) u (6) tat-Trattat.’

(b) Fil-paragrafu 3, ir-referenza għall-‘Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93’ hija ssostitwita bir-referenza għall-‘Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009’.

(c) il-paragrafu 4 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

'4. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill magħmula b’konformità mal-Artikolu 126(7) tat-Trattat għandha tistabbilixxi skadenza ta’ mhux aktar minn sitt xhur għal azzjoni effettiva li trid tittieħed mill-Istat Membru kkonċernat. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tistabbilixxi wkoll skadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, li għandha titlesta fis-sena ta' wara l-identifikazzjoni tiegħu sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċjali. Fir-rakkomandazzjoni, il-Kunsill għandu jitlob li l-Istat Membru jilħaq miri baġitarji annwali li, imsejjes fuq it-tbassir li huwa l-bażi tar-rakkomandazzjoni, ikunu konsistenti ma’ titjib annwali minimu ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala punt ta’ referenza, fil-bilanċ nett tiegħu aġġustat ċiklikament minn miżuri ta’ darba jew temporanji, sabiex tkun żgurata l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv qabel l-iskadenza stipulata fir-rakkomandazzjoni.’

(d) għandu jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

‘4a. Qabel l-iskadenza massima ta’ sitt xhur prevista fil-paragrafu 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa tal-gvern u għall-miżuri diskrezzjonarji fin-naħa tad-dħul b’mod konsistenti mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(7) tat-Trattat, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda u n-natura ta’ dawk previsti biex jintlaħqu l-miri. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat.’

(e) il-paragrafu 5 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

'5. Jekk tkun ittieħdet azzjoni effettiva b'konformità mar-rakkomandazzjoni taħt l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u wara l-adozzjoni ta’ dik ir-rakkomandazzjoni jseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat. Ir-rakkomandazzjoni riveduta, li tqis il-fatturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, bħala regola, tista’ testendi notevolment l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv b’sena, Il-Kunsill għandu jivvaluta l-eżistenza ta’ avvenimenti ekonomiċi negattivi imprevisti b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern, kontra t-tbassir ekonomiku fir-rakkomandazzjoni tiegħu. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi wkoll, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat fil-każ ta’ riċessjoni ekonomika gravi ta' natura ġenerali.

4. fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

'2. Il-Kunsill, meta jqis jekk itteħditx azzjoni effettiva b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu magħmula b'konformità mal-Artikolu 126(7) tat-Trattat, għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq ir-rapport ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-Artikolu 3(4a) ta’ dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll fuq kwalunkwe deċiżjoni oħra mħabbra pubblikament mill-Gvern tal-Istat Membru kkonċernat.’

5. L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

'1. Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill li jingħata avviż lill-Istat Membru parteċipanti kkonċernat biex iwettaq miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit b'konformità mal-Artikolu 126(9) tat-Trattat għandha tittieħed fi żmien xahrejn mid-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva b'konformità mal-Artikolu 126(8). Fl-avviż, il-Kunsill għandu jitlob li l-Istat Membru jilħaq miri baġitarji annwali li, fuq il-bażi tat-tbassir li huwa l-bażi tal-avviż, huma konsistenti ma’ titjib annwali minimu ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala punt ta’ referenza, fil-bilanċ nett tiegħu aġġustat ċiklikament minn miżuri ta’ darba jew temporanji, sabiex tkun żgurata l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv qabel l-iskadenza stipulata fl-avviż. Il-Kunsill għandu wkoll jindika miżuri li jwasslu għall-kisba ta’ dawn il-miri.’

(b) għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

‘1a. B’segwitu għall-avviż tal-Kunsill mogħti b'konformità mal-Artikolu 126(9) tat-Trattat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għall-avviż tal-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa tal-gvern u għal miżuri diskrezzjonarji fin-naħa tad-dħul kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-Kunsill sabiex il-Kunsill ikun jista’ jieħu, jekk ikun meħtieġ, id-deċiżjoni b'konformità mal-Artikolu 6 (2) ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat.’

(c) il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

'2. Jekk azzjoni effettiva tkun ittieħdet b'konformità mal-avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat u wara l-adozzjoni ta’ dak l-avviż iseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat. L-avviż rivedut, li jqis il-fatturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, bħala regola, jista’ jestendi notevolment l-iskadenza għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv b’sena. Il-Kunsill jista’ jivvaluta l-eżistenza ta’ avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern kontra t-tbassir ekonomiku fl-avviż tiegħu. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi wkoll, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat fil-każ ta’ riċessjoni ekonomika gravi ta' natura ġenerali.

6. L-Artikolu 6 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

‘Artikolu 6

1. Meta jqis jekk ittieħditx azzjoni effettiva b'reazzjoni għall-avviż tiegħu magħmul b'konformità mal-Artikolu 126(9) tat-Trattat, il-Kunsill, għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq ir-rapport imressaq mill-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-Artikolu 5(1a) ta’ dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll fuq kwalunkwe deċiżjoni oħra mħabbra pubblikament mill-Gvern tal-Istat Membru kkonċernat.

2. Meta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 126(11) tat-Trattat jiġu ssodisfatti, il-Kunsill għandu jimponi sanzjonijiet b'konformità mal-Artikolu 126(11). Kwalunkwe deċiżjoni bħal din għandha tittieħed mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-deċiżjoni tal-Kunsill li jagħti avviż lill-Istat Membru parteċipanti kkonċernat biex jieħu l-miżuri skont l-Artikolu 126(9).’

7. fl-Artikolu 7, ir-referenza għall-‘Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93’ hija sostitwita bir-referenza għall-‘Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009’.

8. L-Artikolu 8 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

‘Artikolu 8

Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill biex jintensifika s-sanzjonijiet, b'konformità mal-Artikolu 126(11) tat-Trattat, għandha tittieħed mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dati tar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009. Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill biex tneħħi wħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew id-deċiżjonijiet tiegħu kollha skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat għandha tittieħed malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dati tar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009.’

9. fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 9, ir-referenza għall-Artikolu 6 hija sostitwita mir-referenza għal-Artikolu 6(2)'.

10. L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a) il-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

'1. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jissorveljaw b’mod regolari l-implimentazzjoni tal-azzjoni meħuda.’

(b) fil-paragrafu 3, ir-referenza għar-‘Regolament (KE) Nru 3605/93’ hija ssostitwita b’referenza għar-‘Regolament (KE) Nru 479/2009’.

11. L-Artikolu 11 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

‘ Artikolu 11

Kull meta l-Kunsill jiddeċiedi li japplika s-sanzjonijiet għal Stat Membru parteċipanti skont l-Artikolu 126(11) tat-Trattat, bħala regola, għandha tkun meħtieġa multa. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jissupplimenta din il-multa bil-miżuri l-oħrajn previsti fl-Artikolu 126(11) tat-Trattat.’

12. L-Artikolu 12 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

‘ Artikolu 12

1. L-ammont tal-multa għandu jinkludi komponent fiss ugwali għal 0,2 % tal-PDG, u komponent li jvarja. Il-komponent varjabbli għandu jammonta għal wieħed minn għaxra tad-differenza bejn id-defiċit bħala perċentwal tal-PDG fis-sena preċedenti u, jew il-valur ta' referenza għad-defiċit tal-gvern, jew, jekk in-nuqqas ta' konformità mad-dixxiplina baġitarja tinkludi l-kriterju tad-dejn, il-bilanċ ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika bħala perċentwal tal-PDG li kellu jinkiseb fl-istess sena skont l-avviż maħruġ skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat.

2. Kull sena sussegwenti, sakemm titneħħa d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat ikunx ħa azzjoni effettiva b'reazzjoni għall-avviż tal-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 126(9) tat-Trattat. F’din il-valutazzjoni annwali, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, b'konformità mal-Artikolu 126(11) tat-Trattat, li jintensifika s-sanzjonijiet, sakemm l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat ma jkunx ikkonforma mal-avviż tal-Kunsill. Jekk tittieħed deċizjoni dwar multa addizzjonali, għandha tkun ikkalkulata bl-istess mod bħal tal-komponent varjabbli tal-multa fil-paragrafu 1.

3. Kwalunkwe multa waħdanija msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex taqbeż il-limitu massimu ta’ 0,5 % tal-PDG.’

13. L-Artikolu 13 huwa rrevokat u r-referenzi għalih fl-Artikolu 15 huma ssostitwiti b’referenza għall-‘Artikolu 12’.

14. L-Artikolu 16 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

‘Artikolu 16

Il-multi msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor imsemmi fl-Artikolu 311 tat-Trattat u għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri parteċipanti li ma għandhomx defiċit eċċessiv kif stabbilit skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat u li mhumiex suġġetti għall-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru [.../...] fi proporzjon mas-sehem tagħhom fid-Dħul Nazzjonali Gross (Gross National Income (GNI)) totali tal-Istati Membri eliġibbli.

15. Ir-referenzi kollha għall-‘Artikolu 104’ huma ssostitwiti fir-Regolament kollu b’referenzi għall-‘Artikolu 126 tat-Trattat’.

16. Fil-punt 2 tal-Anness, ir-referenzi fil-Kolonna I għall-‘Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93’ huma ssostitwiti b’referenzi għall-‘Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009’.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

Ir-Regolament tal-Kunsill dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv

1.2. Qasam(oqsma) tal-politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB [6]

Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[7]

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4. Objettivi

1.4.1. L-objettiv(i) strateġiku(ċi) multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Biex trawwem it-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli tal-UE

1.4.2. Objettiv(i) speċifiku(ċi) u l-attività(ajiet) ABM/ABB ikkonċernata(i)

Objettivi speċifiċi : Nru 1 u 3.

- Biex tkun żgurata koordinazzjoni effettiva tal-politika u konsistenza ġenerali tal-politika fl-iżvilupp ta’ reazzjoni tal-UE għall-kriżi ekonomika, fil-kuntest tat-twettiq tal-aġenda 2020 u l-iżvilupp sostenibbli tal-UE u sabiex jiżdied il-potenzjal tat-tkabbir tal-Istati Membri u biex l-UE ssir aktar kompetittiva;

Biex ikun promoss is-segwitu mill-Istati Membri ta’ sitwazzjonijiet baġitarji u ta’ finanzi pubbliċi sodi li huma sostenibbli u ta’ kwalità għolja fir-rigward tal-kontribut tagħhom għat-tkabbir.

Attività(ajiet) ABM/ABB kkonċernata(i)

Unjoni Ekonomika u Monetarja

1.4.3. Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi mmirati.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010)367 enfasizzat il-ħtieġa għal mudell ta’ politika tal-UE ddefinit kif jixraq sabiex (i) isaħħaħ l-irkupru ekonomiku, (ii) ipoġġi mill-ġdid il-finanzi pubbliċi fuq bażi soda u (iii) jippromwovi b’mod attiv it-tkabbir u l-impjiegi.

L-emenda tar-regolament proposta li tikkostitwixxi l-fergħa korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u tat-Tkabbir (SGP) tifforma parti mill-proposti leġiżlattivi formali mħabbra fil-Komunikazzjoni li hemm referenza għaliha iktar 'il fuq. Dawn l-emendi għandhom l-għan li jsaħħu l-koordinament tal-politika ekonomika, b’mod partikolari billi jindirizzaw il-ħtieġa għal infurzar effettiv tas-sorveljanza ekonomika tal-politiki fiskali tal-Istati Membri permezz ta’ inċentivi u sanzjonijiet xierqa u billi jitpoġġa aktar fokus fuq id-dejn pubbliku u fuq is-sostenibbiltà fiskali.

1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-kontroll tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Il-kisba tal-objettiv ġenerali tal-Kummissjoni li jitrawwem it-tkabbir tal-UE, il-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli titkejjel permezz tal-indikaturi tal-impatt li ġejjin:

- il-grad sa fejn l-Istati Membri jirreġistraw riżultati baġitarji konformi mal-SGP;

- il-potenzjal għal tkabbir/produzzjoni.

Il-kisba tal-objettiv speċifiku Nru 3 msemmi iktar 'il fuq, huwa mkejjel permezz tal-indikatur tar-riżultati li ġej: perċentwal tar-rakkomandazzjonijiet individwali tal-Kummissjoni relatati mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP) implimentati mill-Istati Membri (kontinġenti fuq l-adozzjoni tagħhom mill-Kunsill).

1.5. Bażi għall-proposta/inizjattiva

1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi(u) ssodisfatt(i) fuq perjodu ta’ żmien medju jew twil

Il-proposta leġiżlattiva tikkostitwixxi parti mill-miżuri mħabbra mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni (2010)367 tagħha tat-30 ta’ Ġunju 2010, li tkompli tiżviluppa l-ideat politiċi stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010)250 tat-12 ta’ Mejju 2010 u tibni fuq l-orjentazzjonijiet li sar qbil fuqhom fil-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010.

1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri tifforma parti integrali mill-mandat tal-UE kif rifless fit-Titolu VIII (dwar il-politika ekonomika u monetarja) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

1.5.3. Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-esperjenza tal-imgħoddi wriet li l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika teħtieġ li titjieb u li b’mod partikolari għandhom jissaħħu l-fergħat preventivi u korrettivi tal-SGP.

1.5.4. Koerenza u sinerġija potenzjali ma’ strumenti rilevanti oħra

Il-proposta leġiżlattiva tikkostitwixxi wieħed mill-elementi ta’ pakkett ta’ riforma ekonomika komprensiva ppreżentat fil-Komunikazjoni (2010)367 tat-30 ta’ Ġunju 2010.

1.6. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

( Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

- ( Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

- ( Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

( Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mhux limitat

- -Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn SSSS sa SSSS,

- - segwit minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7. Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i) [8]

( Ġestjoni diretta ċċentralizzata mill-Kummissjoni

( Ġestjoni ċċentralizzata indiretta bid-delegazzjoni tal-kompiti implimentattivi lil:

- ( aġenziji eżekuttivi

- ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[9]

- ( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

- ( persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

( Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

( Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu speċifikati)

Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti”.

Kummenti

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1. Regoli ta’ kontroll u rrappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

M/A

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1. Riskju(i) identifikat(i)

M/A

2.2.2. Metodu(i) ta’ kontroll previst(i)

M/A

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti

M/A

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1. Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja(i) tal-baġit tal-infiq affettwata(i)

Il-proposta leġiżlattiva ma tirrikjedix riżorsi umani jew finanzjarji addizzjonali.

- Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Kontribuzzjoni |

Numru [Deskrizzjoni……………………...……….] | AD/AMD () ([10]) | minn pajjiżi tal- EFTA[11] | minn pajjiżi kandidati[12] | minn pajjiżi terzi | skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

[XX.YY.YY.YY] | AD/AMD | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE |

- Linji baġitarji ġodda mitluba: Xejn

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Kontribuzzjoni |

Numru [Intestatura……………………...……….] | Diff./mhux diff. | minn pajjiżi tal- EFTA | minn pajjiżi kandidati | minn pajjiżi terzi | skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

[XX.YY.YY.YY] | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE |

3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | Numru | [Intestatura ……………...……………………………………………………………….] |

Miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

-

3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

- ( Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

- ( Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tkun espressa f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal snin kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) |

( Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (l-uffiċjali u l-aġenti temporanji) |

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) |

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) |

10 01 05 01 (Riċerka diretta) |

( Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[20] |

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-“pakkett globali”) |

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) |

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) |

Linji baġitarji oħra (speċifika) |

TOTAL |

XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa sejrin jimtlew mill-persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal- azzjoni u/jew kienu skjerati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali, jekk tkun meħtieġa, li tista’ tingħata lid-DĠ amministrattiv taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji |

Persunal estern |

3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

- ( Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

- ( Il-proposta/inizjattiva sejra tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega x’ipprogrammar mill-ġdid huwa meħtieġ, u speċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

- ( Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[23].

Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

- ( Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

- ( Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal snin kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) | Total |

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal kolonni kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) |

Artikolu …………. | | | | | | | | | |Għal dħul assenjat mixxellanju, speċifika l-linja(i) tal-ħruġ tal-baġit affettwata(i).

Speċifika l-metodu tal-kalkolazzjoni tal-impatt fuq id-dħul.

[1] ĠU C , , p.:

[2] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

[3] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

[4] ĠU C 236, 2.8.1997, p. 1.

[5] ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.

[6] ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attivitajiet – ABB: Ibbaġitjar Abbażi tal-Attivitajiet.

[7] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[8] Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[9] Kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[10] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux Iddifferenzjati

[11] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[12] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent .

[13] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[14] Għajnuna u nfiq tekniki u/jew amministrattivi b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentement il-linji “BA”), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[15] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[16] Il-prodotti huma oġġetti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (pereżempju: l-għadd ta' skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[17] Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Objettiv(i) Speċifiku(ċi)…"

[18] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[19] Għajnuna u nfiq tekniki u/jew amministrattivi b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentement il-linji “BA”), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[20] CA= Aġent bil-Kuntratt; INT= persunal tal-aġenzija (" Intérimaire "); JED= " Jeune Expert en Délégation " (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat;

[21] Taħt il-limitu għal persunal estern mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (preċedentement il-linji “BA”).

[22] Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FEAŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF).

[23] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Internazzjonali.

[24] Fir-rigward tar-riżorsi tradizzjonali tagħha stess (dazju doganali, taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti netti wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.