52010PC0507

/* COM/2010/0507 final - COD 2010/0260 */ Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl


Brussel 27.9.2010

KUMM(2010) 507 finali

2010/0260 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl

(Kodifikazzjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis-simplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli attwalment fis-seħħ.

Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

2. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġiżlattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari.

Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall-adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u dwar l-irrevokar tad-Direttiva 71/354/KEE[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali meħtieġa mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminari , fi 22 lingwa uffiċjali kollha tad-Direttiva 80/181/KEE u tal-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher f’tabella li tinsab fl-Anness III tad-Direttiva kkodifikata.

ê 80/181/KEE (adattat)

2010/0260 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl

(Kodifikazzjoni) (test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJ ONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

ê

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u dwar l-irrevokar tad-Direttiva 71/354/KEE[6] ġiet emendata kemm-il darba[7] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 80/181/KEE premessa 1 (adattat)

2. L-unitajiet ta' kejl huma essenzjali fl-użu ta' l-istrumenti kollha ta' kejl, sabiex jesprimu kejl jew kull indikazzjoni ta' kwantità. L-unitajiet ta' kejl huma użati f'bosta oqsma ta' l-attività umana. Hemm bżonn li tiġi żgurata l-akbar ċarezza possibbli fl-użu tagħhom. Hemm bżonn li jsiru regoli għall-użu tagħhom fi ħdan Ö l-Unjoni Õ għal skopijiet ekonomiċi, ta' saħħa pubblika, ta' sigurtà pubblika, jew amministrattivi.

ê 80/181/KEE premessa 4

3. L-unitajiet ta' kejl huma soġġetti għar-riżoluzzjonijiet internazzjonali adottati mill-Konferenza Ġenerali dwar il-Piżijiet u l-Kejl (CGPM) stabbilita mill-Konvenzjoni tal-Metru hekk kif iffirmata f'Pariġi nhar l-20 ta' Mejju 1875, li għaliha jaderixxu l-Istati Membri kollha. L-«International System of Units» (SI) ġiet stabbilita b'riżultat ta' dawn ir-riżoluzzjonijiet.

ê 80/181/EEC premessa 2 (adattat)

4. Jeżistu konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri. Dawn il-konvenzjonijiet u l-ftehim għandhom jiġu rispettati.

ê 80/181/CEE premessa 4 (adattat)

5. Fid-dawl tal-karattru lokali ta' Ö ċerti Õ eżenzjonijiet Ö li għadhom applikati fir-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-unitajiet ta' kejl Õ u n-numru limitat ta' prodotti kkonċernati, iż-żamma Ö ta' dawn Õ l-eżenzjonijiet ma tirriżultax f'ostaklu non-tariffarju għall-kummerċ u, bħala konsegwenza, Ö m'hemmx Õ il-ħtieġa li dawk l-eżenzjonijiet jintemmu.

ê 1999/103/KE premessa 4 (adattat)

6. Ö Xi pajjiżi terzi ma jaċċettawx fis-swieq tagħhom prodotti mmarkati biss bl-unitajiet legali stabbiliti f'din id-Direttiva; kumpanniji li jesportaw il-prodotti tagħhom f'dawn il-pajjiżi sejrin ikunu żvantaġġati jekk ma jkunux permessi indikazzjonijiet supplimentari; indikazzjonijiet supplimentari f'unitajiet mhux legali għandhom għalhekk jiġu awtorizzati. Õ

ê 2009/3/CE premessa 6 ( adattat)

7. Ö De telles Õ indications supplémentaires pourraient en outre permettre l'introduction progressive et en douceur des nouvelles unités métriques susceptibles d'être établies au niveau international.

ê 80/181/KEE premessa 9 (adattat)

8. Madankollu, l-adozzjoni sistematika Ö tal-utilizzazzjoni ta' indikazzjonijiet supplementary Õ għall-istrumenti kollha ta' kejl, inklużi strumenti mediċi, mhux neċessarjament mixtieqa. l-Istati Membri għandhom għaldaqstant ikunu jistgħu jeħtieġu, illi fuq it-territorju tagħhom, l-istrumenti ta' kejl ikollhom indikazzjonijiet tal-kwantità f'unità legali ta' kejl waħdanija. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu, illi fuq it-territorju tagħhom, l-istrumenti ta' kejl ikollhom indikazzjonijiet tal-kwantità f'unità legali ta' kejl waħdanija.

ê 80/181/KEE premessa 10 (adattat)

9. Billi din id-Direttiva ma taffettwax it-tkomplija ta'manifattura ta' prodotti li diġà jinsabu fuq is-suq Ö qabel id-data ta' dħul fis-seħħ tad-Direttiva 80/181/KE Õ. Madankollu, hi taffetwa t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti u tagħmir li fihom indikazzjonijiet ta' kwantità f'unitajiet ta' kejl li ma għadhomx unitajiet legali ta' kejl, meta prodotti u tagħmir bħal dawn huma neċċessarji sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet ta' prodotti, tagħmir, u strumenti bħal dawn li jkunu diġà fis-suq; billi huwa għalhekk neċessarju għall-Istati Membri sabiex jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' tali prodotti u tagħmir sabiex ilestu u jissostitwixxu komponenti, anke fejn ikun fihom indikazzjonijiet ta' kwantità f'unitajiet ta' kejl li ma jkunux għadhom unitajiet legali ta' kejl, sabiex prodotti, tagħmir u strumenti diġà fis-suq ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw.

ê 2009/3/KEE premessa 4 (adattat)

10. Din id-Direttiva tappoġġa l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern permezz tal-livell ta' armonizzazzjoni ta' unitajiet ta' kejl li hija tippreskrivi. F'dan il-kuntest, huwa xieraq li l-Kummissjoni timmonitorja l-iżviluppi tas-suq fir-rigward ta' dik id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha, notevolment fir-rigward tal-possibbiltà ta' ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u armonizzazzjoni oħra meħtieġa sabiex jintegħlbu dawk l-ostakli.

ê 2009/3/CE premessa 5 (adattat)

11. Huwa xieraq li l-Kummissjoni tkompli ssegwi bil-qawwa, fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma' pajjiżi terzi inkluż il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku, l-aċċettazzjoni, fis-swieq ta' pajjiżi terzi, ta' prodotti ttikettati biss b'unitajiet SI.

ê

12. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

ê 80/181/KEE

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-unitajiet legali ta' kejl fi ħdan it-tifsira ta' din id-Direttiva li għandhom jintużaw sabiex jesprimu l-kwantitajiet għandhom ikunu:

ê 80/181/KEE (adattat)

(a) dawk elenkati fil-Kapitolu I ta' l-Anness Ö I Õ;

ê 2009/3/KE Art. 1 pt. 1 (adattat)

(b) dawk elenkati fil-Kapitolu II ta’ l-Anness Ö I Õ biss f’dawk l-Istati Membri fejn kienu awtorizzati fil-21 ta’ April 1973 u sa data li għad trid tiġi stabbilita minn dawk l-Istati Membri.

ê 80/181/KEE

Artikolu 2

2009/3/KE Art. 1, pt. 2 (adattat)

Ö 1. Õ L-obbligi taħt l-Artikolu 1 għandhom x'jasqsmu ma' l-istrumenti ta' kejl użati, kejl meħud u indikazzjonijiet tal-kwantità espressi f'unitajiet ta' kejl.

80/181/KEE (adattat)

2. Din id-Direttiva ma għandhiex taffetwa l-użu ta' l-unitajiet fil-qasam tat-trasport bl-arja u bil-baħar u traffiku fuq il-linji tal-ferroviji, għajr jekk magħmula obbligatorji bis-saħħa ta' din id-Direttiva, li ġew stabbiliti fil-konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri.

Artikolu 3

1. Għall-fini ta' din id-Direttiva «indikazzjoni supplementari» tfisser indikazzjoni waħda jew aktar ta' kwantità espressa f'unitajiet ta' kejl li ma jinsabux fil-Kapitolu 1 ta' l-Anness Ö I Õ li jakkumpanjaw l-indikazzjoni ta' kwantità espressa f'unità li tinsab f'dak il-Kapitolu.

ê 2009/KE Art. 1 pt. 3

2. L-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari għandu jiġi awtorizzat.

ê 80/181/KEE (adattat)

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-istrumenti ta' kejl ikun fihom indikazzjonijiet ta' kwantità f'unità legali ta' kejl waħda.

3. L-indikazzjoni espressa f'unità ta' kejl stabbilita fil-Kapitolu 1 Ö tal-Anness I Õgħandha tippredomina. B'mod partikolari, l-indikazzjonijiet espressi f'unitajiet ta' kejl mhux elenkati fil-Kapitolu 1 imsemmi għandhom jiġu espressi f'karattri mhux ikbar minn dawk ta' l-indikazzjoni korrispondenti f'unitajiet elenkati fil-Kapitolu I.

Artikolu 4

L-użu ta' unitajiet ta' kejl li mhumiex jew li ma għadhomx aktar legali għandu jiġi awtorizzat għal:

Ö (a) Õ prodotti u tagħmir diġà fis-suq u/jew li qiegħed fis-servizz Ö fl-20 ta’ Diċembru 1979 Õ;

(b) komponenti u partijiet ta' prodotti u ta' tagħmir meħtieġa sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet tal-prodotti u tat-tagħmir Ö imsemmija fil-punt (a) Õ.

ê 80/181/KEE

Madanakollu, l-użu ta' unitajiet legali ta' kejl jista' jkun meħtieġ għal indikaturi ta' strumenti ta' kejl.

ê 1999/103/KE Art. 1 pt. 2 (adattat)

Artikolu 5

Il-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u, b'mod partikolari, il-każ ta' indikazzjonijiet supplimentari għandhom jiġu eżaminati aktar, u jekk meħtieġ jittieħdu l-miżuri adottati bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/34/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8].

ê 2009/3/KE Art. 1 pt. 4

Artikolu 6

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi tas-suq relatati ma' din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha fir-rigward tal-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u tal-kummerċ internazzjonali u għandha tippreżenta rapport dwar dawk l-iżviluppi, akkumpanjat minn proposti fejn ikun il-każ, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2019.

ê 80/181/KEE (adattat)

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-Kummissjoni tkun infurmata, f'ħin tajjeb li jippermettilha illi tissottometti l-kummenti tagħha, bi kwalunkwe abbozz ta' liġi, regolament u dispożizzjoni amministrattiva li huma jkollhom il-ħsieb li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

ê

Artikolu 8

Id-Direttiva 80/181/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 9

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

ê 80/181/KEE Art. 8

Artikolu 10

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ê 80/181/KEE Anness

ANNESS I

KAPITOLU I

UNITAJIET LEGALI TA' KEJL LI SARET REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1(a)

1. UNITAJIET SI U L-MULTIPLI U S-SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM

1.1. unitajiet SI bażi

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu |

Tul | metru | m |

Piż | kilogramm | kg |

Ħin | sekonda | s |

Kurrent Elettriku | ampere | A |

Temperatura termodinamika | kelvin | K |

Ammont ta' sustanza | mole | mol |

Intensità ta' luminosità | candela | cd |

Definizzjonijiet ta' l-unitajiet SI bażi:

ê 85/1/KEE Art. 1 pt. 1

Unità ta’ tul

Metru huwa t-tul tal-mogħdija tad-dawl f’vakwu matul 1/299 792 458 sekondi.

(Is-sbatax –il CGPM (1983), l-1 Riżoluzzjoni).

ê 80/181/KEE Anness

Unità tal-massa

Il-kilogramm hija l-unità tal-massa; huwa ugwali għall-massa tal-prototip internazzjonali tal-kilogramm.

(It-Tielet CGPM (1901), paġna 70 tar-rapport tal-konferenza).

Unità tal-ħin

Is-sekonda hija t-tul ta' żmien ta' 9 192 631 770 perjodi tar-radjazzjoni li tikkorrispondi għat-transizzjoni bejn żewġ livelli iperfini u l- ground state ta' l-atomu ta' caesium -133.

(It-Tlettax-il CGPM (1967), riżoluzzjoni 1).

L-Unità tal-kurrent ta' l-elettriku

L- ampere huwa dak il-kurrent kostanti li jekk miżmum f'żewġ tulijiet dritti paralleli infiniti, ta' sezzjoni trasversali tonda negliġibbli u mpoġġija metru 'l bogħod mill-ieħor f'vakwu, jipproduċi bejn iż-żewġ materjali kondutturi forza ugwali għal 2 x 10-7 newton għal kull metru ta' tul.

(CIPM (1946), Riżoluzzjoni 2, approvata mid-disa' CGPM (1948)).

ê 2009/3/KE Art. 1 pt. 5(a)

L-Unità tat-temperatura termodinamika

Il-kelvin, unità ta' temperatura termodinamika, hija l-frazzjoni ta' 1/273·16 tat-temperatura termodinamika tat- triple point ta' l-ilma.

Din id-definizzjoni tirreferi għal ilma li għandu l-kompożizzjoni isotopika ddefinita mir-relazzjoni bejn l-ammonti ta' sustanza li ġejjin: 0,00015576 mole ta' 2H kull mole ta' 1H, 0,0003799 mole ta' 17O kull mole ta' 16O u 0,0020052 mole ta' 18O kull mole ta' 16O.

(It-Tlettax-il CGPM (1967), Riżoluzzjoni 4 u tlieta u għoxrin CGPM (2007) Riżoluzzjoni 10).

ê 80/181/KEE

è1 2009/3/KE Art. 1 pt. 5(b)

L-Unità ta' ammont ta' sustanza

Il-mole hija l-ammont ta' sustanza ta' sistema li fiha entitajiet elementari daqs kemm hemm atomi f'0·012 kg ta' carbon 12.

Meta l-mole hija użata, l-entitajiet elementari għandhom jiġu speċifikati u jistgħu jkunu atomi, molekuli, jonji, elettroni, jew partikuli oħra jew gruppi speċifiċi ta' tali partikuli.

(L-Erbatax-il CGPM (1971), riżoluzzjoni 3).

L-Unità ta' intensità tal-luminosità

Il-candela hija l-intensità tal-luminosità, f'direzzjoni partikolari, ta' sors li jemetti raġġi monokromatiċi bi frekwenza ta' 540 x 1012 hertz u li l-intensità ta' radjanti f'dik id-direzzjoni hija ta' (1/683) watt per steradian.

(Is-Sittax -il CGPM (1979), riżoluzzjoni 3).

1.1.1. è1 Isem speċjali jew simbolu ta' l-unità ta' temperatura mnissla SI biex tkun espressa t-temperatura f'Celsius ç

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu |

Temperatura f'Celsius | Grad Celsius | oC |

ê 1999/103/KE Art. 1 pt. 3(a)

è1 Rettifika 1999/103/KE (ĠU L 311, 12.12.2000, p. 50)

Temperatura Celsius è1 t ç hija definita bħala d-differenza è1 t ç= T - T o bejn iż-żewġ temperaturi termodinamiċi è1 T ç u è1 T 0 çfejn 1 T 0 = 273,15 K. Intervall jew differenza ta' temperatura jista' jiġi espress jew f'kelvins jew fi gradi Celsius. L-unità «grad Celsius» hija ugwali għall-unità «kelvin».

ê 2009/3/EC Art. 1 pt. 5(c)

1.2. Unitajiet imnisslin SI

ê 1999/103/KE Art. 1 pt. 3(b)

1.2.1. Regola ġenerali għal unitajiet SI imnisslin

Unitajiet imnisslin b'mod koerenti mill-unitajiet bażi SI u unitajiet SI supplimentari huma mogħtija bħala espressjonijiet alġebrajiċi fil-forma ta' prodotti ta' powers tal-unitajiet bażi SI u/jew unitajiet SI supplimentari b'fattur numeriku ugwali għal 1.

1.2.2. Unitajiet SI imnisslin b' ismijiet u simboli speċjali

Kwantità | Unità | Espressjoni |

Isem | Simbolu | F'unitajiet SI oħra | F'termini ta' l-unitajiet SI bażi jew supplimentari |

Angolu pjan | radjan | rad | m · m–1 |

Angolu solidu | steradjan | sr | M2 · m–2 |

Frekwenza | hertz | Hz | s-1 |

Forza | newton | N | m · kg · s-2 |

Pressjoni, stress | pascal | Pa | N · m-2 | m-1 · kg · s-1 |

Energija, work; kwantità ta' sħana | joule | J | N · m | m2 · kg · s-2 |

Saħħa, fluss radjanti | watt | W | J · s-1 | m2 · kg · s-3 |

Kwantità ta' elettriku, karg ta' l-elettriku | coulomb | C | s · A |

Potenzjal ta' l-elettriku, differenza fil-potenzjal, forza elettromotiva | volt | V | W · A-1 | m2 · kg · s-3 · A-1 |

Reżistenza ta' l-elettriku | ohm | Ω | V · A-1 | m2 · kg · s-3 · A-2 |

Konduttività | siemens | S | A · V-1 | m-2 · kg-1 · s3 · A2 |

Kapaċitanza | farad | F | C · V-1 | m-2 · kg-1 · s4 · A2 |

Fluss Manjetiku | weber | Wb | V · s | m2 · kg · s-2 · A-1 |

Densità tal-fluss manjetiku | tesla | T | Wb · m-2 | kg · s-2 · A-1 |

Inductance | henry | H | Wb · A-1 | m2 · kg · s-2 · A-2 |

Fluss luminuż | lumen | lm | cd · sr |

Illuminanza | lux | lx | lm · m-2 | m-2 · cd · sr |

Attività (ta' radionuclide) | becquerel | Bq | s-1 |

Doża assorbita, energija specifika mqassma, kerma, indici tad-doża assorbita | gray | Gy | J · kg-1 | m2 · s-2 |

Doża ekwivalenti | sievert | Sv | J · kg-1 | m2 · s-2 |

Attivita' katalitika | katal | kat | J · kg-1 | Mol s-1 |

(1) Ismijiet speċjali għal unità ta' power; l-isem volt-ampere (simbolu ‘VA') meta użat sabiex ifisser s-saħħa apparenti ta' kurrent ta' l-elettriku li jalterna, u var (simbolu ‘var') meta huwa żat sabiex ifisser is-saħħa elettrika reattiva. Il-‘var' mhux inkluż fir-riżoluzzjonijiet tal- CPGM. |

Unitajiet imnisslin mill-unitajiet SI bażi jistgħu jiġu espressi f'termini ta' unitajiet elenkati fil-Kapitolu I.

B'mod partikolari unitajiet SI imnisslin jistgħu jiġu espressi permezz ta' ismijiet speċjali u simboli mogħtija fit-tabella ta' hawn fuq; per eżempju l-unità SI tal-viskożità dinamika tista' tiġi mfissra bħala m-1·kg. s-1 jew N·s·m-2 jew Pa·s.

1.3. Prefissi u s-simboli tagħhom użati sabiex jingħataw ċerti multipli u submultipli deċimali

ê 1999/103/KE Art. 1 pt. 3(ċ)

Il-Fattur | Il-Prefiss | Is-Sinjal |

1024 | Yotta | Y |

1021 | Zetta | Z |

1018 | Exa | E |

1015 | Peta | P |

1012 | Tera | T |

109 | Giga | G |

106 | mega | M |

103 | Kilo | k |

102 | hekto | h |

101 | deka | da |

10-1 | deci | d |

10-2 | centi | c |

10-3 | milli | m |

10-6 | mikro | μ |

10-9 | nano | n |

10-12 | piko | p |

10-15 | femto | a |

10-18 | atto | f |

10-21 | zepto | z |

ê 80/181/KEE Anness

L-ismijiet u s-simboli tal-multipli u s-submultipli deċimali ta' l-unità tal-massa huma iffurmati billi jiġu mehmuża prefissi mal-kelma «gramm» u s-simboli tagħhom mas-simbolu «g».

Fejn unità imnissla hija espressa bħala frazzjoni, il-multipli u s-submultipli deċimali tagħha jistgħu jingħataw billi jiġi mehmuż il-prefiss ma' l-unitajiet fin-numeratur jew fid-denominatur, jew f'dawn iż-żewġ partijiet.

Prefissi komposti, jew aħjar prefissi ffurmati mit-tqegħid ħdejn xulxin ta' diversi prefissi imsemmija hawn fuq, ma jistgħux jintużaw.

1.4. Ismijiet speċjali awtorizzati u simboli tal-multipli u submultipli deċimali tal-Unitajiet SI

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu | Valur |

Volum | litri | 1 jew L(1) | 1 l = 1 dm3 = 10-3 m3 |

Massa | tunnellati metriċi | t | 1 t = 1Mg = 103 kg |

Pressjoni, stress | bar | Bar(2) | 1 bar = 105 Pa |

(1) Iż-żewġ simboli «I» u «L» jistgħu jintużaw għall-unità tal-litru.(Is-Sittax-il CGPM (1979), riżoluzzjoni 5). |

(2) Unità imniżżla fil-ktejjeb tal-Bureau Internazzjonali tal-Piżijiet u Kejl bħala fost l-unitajiet li għandhom jiġu permessi b'mod temporanju. |

Nota: | Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' unitajiet u simboli li jinsabu fit-Tabella 1.4. |

2. UNITAJIET LI HUMA DEFINITI FUQ IL-BAŻI TA' L-UNITAJIET SI IŻDA LI MHUMIEX MULTIPLI JEW SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu | Valur |

Angolu plan | rivoluzzjoni*(1)(a) | 1 rivoluzzjoni = 2 π rad |

grad* jew gon * | gon* | 1 gon = π/200 rad |

grad | ° | 1° = π/180 rad |

minuta ta' l-angolu | ' | 1' = π/10 800 rad |

sekonda ta' l-angolu | " | 1'' = π/648 000 rad |

Ħin | minuta | min | 1 min = 60 s |

siegħa | h | 1 h = 3 600 s |

ġurnata | d | 1 d = 86 400 s |

(1) Il-karattru (*) wara l-isem jew is-simbolu ta' l-unità jindika li ma jidhirx fil-listi mħejjija mill-CGPM,CIPM jew BIPM. Dan japplika għall-Anness kollu |

(2) Ma jeżisti l-ebda simbolu internazzjonali. |

Nota: | Il-prefissi elenkati fi 1.3 jistgħu jiġu użati biss flimkien ma' l-ismijiet «grad» jew «gon» u s-simbolu «gon». |

ê 1999/103/KE Art. 1 pt. 3(d)

3. UNITAJIET UŻATI MA' L-SI, LI L-VALUR TAGĦHOM HUWA MIKSUB B'MOD SPERIMENTALI

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu | Definizzjoni |

Enerġija | Volt elettroniku | eV | Il-volt elettroniku huwa l-enerġija kinetika miksuba minn elettron li jgħaddi minn differenza potenzjali ta' 1 volt f'vakwu |

Piż | Unità ta' piż atomiku sħiħ | U | L-unità tal-piż atomiku sħiħ hija ugwali għall-1/12 tal-piż ta' atomu tan-nuklide 12C. |

Nota: | Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati fil-lista 1.3 jistgħu jiġu wżati ma' dawn iż-żewġ unitajiet u mas-simboli tagħhom. |

ê 80/181/KEE Anness

4. UNITAJIET U ISMIJIET TA' L-UNITAJIET PERMESSI F'OQSMA SPEĊJALIZZATI BISS

Kwantità | Unità |

Isem | Simbolu | Valur |

Vergency ta' sistemi ottikali | dioptre* | 1 dioptre = 1m-1 |

Massa tal-ħagar prezzjuż | karat metriku | 1 karat metriku = 2 X 10-4 kg |

Area ta' l-art agrikola u art għall-bini | are | a | 1 a = 102 m2 |

Massa għal kull unità ta' tul tal-yarn u l-ħjut tat-tessili | tex* | tex* | 1 tex = 10-6 kg m-1 |

ê 85/1/KEE Art. 1 pt. 2(a)

Pressjoni tad-demm u ta’ fluidi oħra tal-ġisem | Millimetru ta’ merkurju | mm Hg(*) | 1 mm Hg = 133,322 Pa |

Cross-sectional area effettiva | Barn | b | 1 b = 10−28 m2 |

ê 80/181/KEE Anness

è1 85/1/KEE Art. 1 pt. 2(b)

Nota: | è1 Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f’1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma’ l-unitajiet u s-simboli ta’ hawn fuq, bl-eċċezzjoni tal-millimetru ta’ merkurju u s-simbolu tiegħu. Iżda l-multiplu ta’ 102a huwa msejjaħ «ettaru». ç |

5. UNITAJIET KOMPOSTI

Kombinazzjonijiet ta' l-unitajiet elenkati fil-Kapitolu I jiffurmaw unitajiet komposti.

ê 89/617/KEE Art. 1 pt. 5(a)

IL-KAPITOLU II

L-UNITAJIET LEGALI TA’ KEJL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(b), AWTORIZZATI GĦAL UŻU SPEĊIFIKU BISS |

Settur ta’ applikazzjoni | Unità |

Isem | Valur approssimat | Simbolu |

Sinjali tat-traffiku, kejl ta’ distanza u veloċità | mil | 1 mil = | 1 609 m | mil |

jarda | 1 jarda = | 0,9144 m | jarda |

pied | 1 pied = | 0,3048 m | pied |

pulzier | 1 pulzier = | 2,54 x 10-2m | pulzier |

Tqassim ta’ birra draught u ċidru; ħalib f’reċipjenti li jingħataw lura | pinta | 1 pinta = | 0,5683 x 10-3 m3 | pinta |

Transazzjoni f’metalli prezzjużi | uqija troj | 1 uqija troj = | 31,10 x 10-3 kg | uqija troj |

L-unitajiet elenkati f’dan il-Kapitolu jistgħu jiġu kkombinati ma’ xulxin jew ma’ dawk fil-Kapitolu I sabiex jiffurmaw unitajiet komposti.

____________

é

ANNESS II

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 8)

Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE | (ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40) |

Direttiva tal-Kunsill 85/1/KEE | (ĠU L 2, 3.1.1985, p. 11) |

Direttiva tal-Kunsill 89/617/KEE | (ĠU L 357, 7.12.1989, p. 28) |

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/103/KE | (ĠU L 34, 9.2.2000, p. 17) |

Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2009/3/KE | (ĠU L 114, 7.5.2009, p. 10) |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 8)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |

80/181/KEE | 30 ta’ Ġunju 1981 | 1 ta’ Ottubru 1981 |

85/1/KEE | 1 ta’ Lulju 1985 | - |

89/617/KEE | 30 ta’ Novembru 1991 | - |

1999/103/KE | 8 ta’ Frar 2001 | - |

2009/3/KE | 31 Diċembru 2009 | 1 Jannar 2010 |

_____________

ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 80/181/KEE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1(a) u (b) | Artikolu 1(a) u (b) |

Artikolu 1(ċ) u (d) | - |

Artikolu 2(a) | Artikolu 2(1) |

Artikolu 2(b) | Artikolu 2(2) |

Article 3 (1) | Article 3 (1) |

Article 3 (2) | Article 3 (2), l-ewwel paragrafu |

Article 3 (3) | Article 3 (2), it-tieni paragrafu |

Article 3 (4) | Article 3 (3) |

Artikolu 4 l-ewwel paragrafu sentenza ta’ introduzzjoni | Artikolu 4 l-ewwel paragrafu sentenza ta’ introduzzjoni |

Artikolu 4 l-ewwel paragrafu l-ewwel inċiż | Artikolu 4 l-ewwel paragrafu, punt (a) |

Artikolu 4 l-ewwel paragrafu it-tieni indent | Artikolu 4 l-ewwel paragrafu, punt (b) |

Artikolu 4 it-tieni paragrafu | Artikolu 4 it-tieni paragrafu |

Artikolu 5 |

Artikolu 6 | - |

Artikolu 6a | Artikolu 5 |

Article 6b | Article 6 |

Artikolu 7(a) | - |

Artikolu 7(b) | Artikolu 7 |

- | Artikolu 8 |

- | Artikolu 9 |

Artikolu 8 | Artikolu 10 |

Anness, Kapitolu I, pt. 1.-1.2 | Anness I, Kapitolu 1, pt.1.-1.2 |

Anness, Kapitolu I, pt.1.2.1 | - |

Anness, Kapitolu I, pt.1.2.2 | Anness I, Kapitolu I, pt.1.2.1 |

Anness, Kapitolu I, pt.1.2.3 | Anness I, Kapitolu I, pt.1.2.2 |

Anness, Kapitolu I, pt.1.3. - 5. | Anness I, Kapitolu I, pt.1.3. - 5. |

Anness, Kapitolu II | Anness I, Kapitolu II |

Anness, Kapitoli III u IV | - |

- | Anness II |

- | Anness III |

_____________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għall-Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness II, Parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU C […], […], p. […].

[6] ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40.

[7] Ara l-Anness II, Parti A.

[8] ĠU L 106, 28.4.2009, p. 7.