52010PC0482




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 15.9.2010

KUMM(2010) 482 finali

2010/0251 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar Bejgħ bin-Nieqes u ċerti aspetti tas-Swaps ta' Inadempjenza tal-Kreditu

{SEG(2010) 1055}{SEG(2010) 1056}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Bejgħ bin-nieqes ta' titoli hija prattika fejn persuna fiżika jew ġuridika tbiegħ titolu li ma tkunx proprjetà tagħha bl-intenzjoni li tixtri lura titolu identiku aktar tard. Hija prattika stabilita u komuni fil-maġġoranza ta’ swieq finanzjarji. Tipikament il-bejgħ bin-nieqes għandu x’jaqsam ma’ ishma għalkemm jista’ jseħħ ukoll fir-rigward ta’ tipi oħra ta’ strumenti finanzjarji.

Il-bejgħ bin-nieqes jista’ jinqasam f’żewġ tipi: bejgħ bin-nieqes kopert fejn il-bejjiegħ ikun issellef it-titolu, jew għamel arranġamenti sabiex jiżgura li dawn jistgħu jiġu mislufa qabel il-bejgħ bin-nieqes u bejgħ bin-nieqes skopert jew mikxuf fejn fil-waqt tal-bejgħ bin-nieqes il-bejjiegħ ma jkunx issellef it-titoli jew żgura ruħu li jista' jissellifhom.

Il-bejgħ bin-nieqes jitwettaq minn firxa ta' parteċipanti fis-suq u jintuża għal għanijiet differenti bħall-iħħeġġjar, spekulazzjoni, arbitraġġ u ġenerazzjoni tas-suq.

Fl-eqqel tal-kriżi finanzjarja f’Settembru 2008, l-awtoritajiet kompetenti f’diversi Stati Membri tal-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika adottaw miżuri ta’ emerġenza sabiex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-bejgħ bin-nieqes f’xi titoli jew it-titoli kollha. Aġixxew minħabba tħassib li fi żmien ta’ instabilità finanzjarja konsiderevoli, il-bejgħ bin-nieqes jista' jaggrava l-inżul dejjem 'l isfel fil-prezzijiet tal-ishma, b’mod partikolari f’istituzzjonijiet finanzjarji, b’mod li finalment tista’ tiġi mhedda l-vijabilità tagħhom u toħloq risjki sistemiċi. Il-miżuri adottati minn Stati Membri kienu diverġenti minħabba li l-Unjoni Ewropea ma għandhiex qafas leġiżlattiv speċifiku sabiex tittratta kwistjonijiet ta’ bejgħ bin-nieqes.

Aktar kmieni din is-sena ġie espress tħassib minn xi Stati Membri dwar ir-rwol possibbli li għandhom tranżazzjonijiet ta’ derivati, b’mod partikolari s-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu, fir-rigward tal-prezzijiet għal bonds sovrani Griegi. Għadd ta’ Stati Membri (b'mod partikolari l-Ġermanja u l-Greċja) riċentement adottaw restrizzjonijiet temporanji jew permanenti f’livell nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ bin-nieqes ta' ishma u/jew is-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu.

Il-Parlament Ewropew qed jikkunsidra wkoll kwistjonijiet ta' bejgħ bin-nieqes fil-kuntest tal-kunsiderazzjoni tad-Direttiva proposta dwar maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv (inkluż fondi ħħeġġjati).

L-approċċ frammentat attwali għall-bejgħ bin-nieqes u s-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu jillimita l-effikaċa tas-superviżjoni u l-miżuri imposti u r-riżultati fl-arbitraġġ regolatorju. Jista’ joħloq ukoll konfużjoni fis-swieq u kostijiet u diffikultajiet għal parteċipanti fis-suq.

Il-maġġoranza ta' studji jikkonkludu li l-bejgħ bin-nieqes jikkontribbwixxi għall-effiċjenza tas-swieq. Iżid il-likwidità fis-suq (minħabba li l-bejjiegħ bin-nieqes ibigħ titoli u mbagħad aktar 'l quddiem jixtri t-titoli identiċi sabiex ikopri l-bejgħ bin-nieqes). Barra minn hekk, billi jippermetti li investituri jaġixxu meta jemmnu li titolu huwa vvalutat iżżejjed, iwassal għal ipprezzar aktar effiċjenti ta’ titoli, jgħin sabiex jittaffew bżieżaq fil-prezzijiet u jista' jaġixxi bħala indikatur bikri ta’ problemi sottostanti li għandhom x’jaqsmu ma’ emittent. Huwa wkoll għodda importanti li tintuża għall-iħħeġġjar u attivitajiet oħra ta’ mmaniġjar tar-riskji u l-ġenerazzjoni tas-suq.

Iżda l-bejgħ bin-nieqes jista' f'xi sitwazzjonijiet jidher li qed joħloq għadd ta’ riskji potenzjali. Pereżempju f’kondizzjonijiet estremi tas-suq hemm riskju li l-bejgħ bin-nieqes jista' jwassal għal inżul dejjem 'l isfel eċċessiv fi prezzijiet li jwassal għal suq disorganizzat u risjki sistemiċi possibbli. Barra minn hekk, jekk ikun hemm trasparenza insuffiċjenti dwar pożizzjonijiet bin-nieqes, dan jista' jwassal li r-regolaturi ma jkunux jistgħu jimmonitorjaw l-implikazzjonijiet dwar ir-regolarità fis-suq jew jimmonitorjaw l-użu b’konnessjoni ma' strateġiji abbużivi. Flimkien ma’ dan, in-nuqqas ta' trasparenza jista' jwassal għal assimetriji ta' informazzjoni jekk parteċipanti fis-suq oħra ma jkunux infurmati b'mod adegwat dwar il-punt safejn il-bejgħ bin-nieqes qed jaffettwa l-prezzijiet. Għal bejgħat bin-nieqes skopert jista’ jkun hemm ukoll ir-riskju miżjud ta’ nuqqas ta’ saldu u volatilità.

Bejgħ bin-nieqes ta’ strumenti finazjarji użat bħala parti minn strateġija abbużiva, pereżempju l-użu ta’ bejgħat bin-nieqes b’konnessjoni mat-tixrid ta’ xnigħat foloz biex jimbotta 'l isfel il-prezz ta' titolu, huwa diġà pprojbit skont id-Direttiva ta' Abbuż tas-Suq 2003/6/KE[1]. Madakollu, l-bejgħ bin-nieqes ħafna drabi mhuwiex abbużiv u fil-preżent ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni Ewropea li tittratta riskji potenzjali oħra li jistgħu jinħolqu mill-bejgħ bin-nieqes.

Swap ta' inadempjenza tal-kreditu huwa derivat li jipprovdi forma ta’ assigurazzjoni kontra riskju tal-inadempjenza tal-kreditu ta’ bond korporattiv jew tal-gvern. Għal primjum annwali, ix-xerrej tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu jiġi protett kontra r-riskju tal-inadempjenza tal-entità referenzjarja (iddikjarata fil-kuntratt) mill-bejjiegħ. Jekk l-entità ta' referenza taqa' inadempjenti, il-bejjiegħ tal-protezzjoni jikkumpensa lix-xerrej għall-kost tal-inadempjenza.

Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 dwar ir-Regolazzjoni tas-Servizzi Finanzjarji għat-Tkabbir Ekonomiku, il-Kummissjoni ddikjarat li se tipproponi miżuri xierqa għall-bejgħ bin-nieqes u s-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu[2]. Dan se jiġi bbażat fuq is-sejbiet ta’ investigazzjoni attwali fil-funzjonament tas-swieq finanzjarji u b’mod partikolari s-swieq ta' dejn sovran.

Għadd ta’ ġuriżdizzjonijiet (bħall-Istati Uniti tal-Amerika) riċentement aġġornaw ir-regoli tagħhom li japplikaw għall-bejgħ bin-nieqes ta’ ishma mwettaq f’ċentri tan-negozjar. Il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa mixtieq regolament li jindirizza r-riskji potenzjali li jinħolqu mill-bejgħ bin-nieqes. L-intenzjoni hija biex jiġu armonizzati rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu ma’ bejgħ bin-nieqes fl-Unjoni Ewropea kollha, jiġu armonizzati s-setgħat li regolaturi jistgħu jużaw f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn ikun hemm theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew il-fiduċja fis-suq, u biex tiġi żgurata aktar koordinazzjoni u konsistenza bejn l-Istati Membri f’tali sitwazzjonijiet.

Ir-regolament għandu japplika għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha involuti f'bejgħ bin-nieqes, fis-setturi kollha tas-suq, u kemm jekk irregolati minn partijiet oħra ta' regolazzjoni tas-servizzi finanzjarji (pereżempju banek, ditti ta’ investiment, fondi ħeġġ, eċċ) kif ukoll jekk mhux irregolati. Safejn hu possibbli, ir-rekwiżiti għandhom japplikaw għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li qed jidħlu f'bejgħat bin-nieqes aktar milli għall-parteċipanti l-oħra fis-suq bħal intermedjarji li jeżegwixxu tranżazzjoni għal klijent. Ir-regolament jimmira lejn l-indirizzar tar-riskji identifikati mingħajr ma jkun ta’ detriment mhux mistħoqq għall-benefiċċji li l-bejgħ bin-nieqes jipprovdi għall-kwalità u l-effiċjenza tas-swieq.

2. RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-inizjattiva hija r-riżultat ta' djalogu estensiv u konsultazzjoni mal-partijiet interessati ewlenin kollha, inklużi regolaturi ta’ titoli u parteċipanti fis-suq.

Il-Kummissjoni talbet lill-Grupp Espert tas-Swieq Ewropej tat-Titoli (GESET), grupp konsultattiv indipendenti għall-Kummissjoni kompost minn parteċipanti fis-suq, sabiex iħejji rapport dwar il-bejgħ bin-nieqes. Ir-rapport jinkludi sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet u ġie adottat minn GESET fid-19 ta’ Marzu 2009[3].

F’April 2009, il-Kummissjoni Ewropea staqsiet xi mistoqsijiet ġenerali dwar reġim regolatorju possibbli għall-bejgħ bin-nieqes fil-kuntest ta’ sejħa għal evidenza dwar l-eżami tad-Direttiva ta’ Abbuż tas-Suq li tvarat fl-20 ta’ April 2009[4]. Kien hemm xi appoġġ għal dan ir-reġim għalkemm il-maġġoranza tal-kontributuri kkunsidraw li d-Direttiva ta' Abbuż tas-Suq ma kinitx l-istrument adattat għall-indirizzar tal-bejgħ bin-nieqes, minħabba li l-biċċa l-kbira tal-bejgħ bin-nieqes ma jinvolvix abbuż tas-suq[5].

Il-Kumitat ta’ Regolaturi ta’ Titoli Ewropej (KRTE) ikkonsulta fit-tieni nofs tal-2009 dwar mudell pan-Ewropew għar-rapportar u d-divulgazzjoni ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti f’ishma tal-UE. Fit-2 ta’ Marzu 2010 il-KRTE ppubblika r-rapport finali tiegħu li jirrakkomanda mudell pan-Ewropew għal reġim ta’ divulgazzjoni ta’ bejgħ bin-nieqes għal ishma[6]. Irrakkomanda li l-Kummissjoni tintroduċi dan ir-reġim kemm jista' jkun malajr. Fis-26 ta’ Mejju 2010 il-KRTE ppubblika rapport ieħor li jistabilixxi aktar dettalji tekniċi dwar kif il-mudell għandu jopera[7].

Il-Kummissjoni kellha għadd ta’ diskussjonijiet u konsultazzjonijiet ma’ diversi partijiet interessati inklużi regolaturi[8].

Mill-14 ta’ Ġunju sal-10 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika dwar alternattivi ta’ politika għal inizjattiva leġiżlattiva possibbli dwar il-bejgħ bin-nieqes u s-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu. Il-Kummissjoni rċeviet madwar 120 kontribuzzjoni li ġew ippubblikati fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni[9].

Il-proposti jqisu l-ħidma tal-GESET u l-KRTE u risponsi għal kwestjonarji mibgħuta lil parteċipanti fis-suq u regolaturi u risponsi għal konsultazzjonijiet pubbliċi rilevanti.

F’konformità mal-politika tar-"Regolazzjoni Aħjar" tagħha, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt ta’ alternattivi politiċi. Alternattivi ta’ politika kellhom x’jaqsmu mal-ambitu tal-proposti, ir-reġimi tat-trasparenza proposti, rekwiżiti li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ bin-nieqes skopert, eżenzjonijiet u setgħat eċċezzjonali biex jiġi ristrett il-bejgħ bin-nieqes.

Kull alternattiva ta’ politika ġiet ivvalutata kontra l-kriterji li ġejjin: impatt fuq partijiet interessati, effikaċa u effiċjenza.

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1. Bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE.

3.2. Sussidjarjetà u proporzjonalità

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jiġu ssodisfati b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri.

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà (l-Artikolu 5.3 tat-TFUE), l-azzjoni fil-livell tal-UE tista' tittieħed biss meta l-għanijiet previsti ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u għalhekk, minħabba fl-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jistgħu jinkisbu aħjar mill-UE. L-analiżi preċedenti uriet li għalkemm il-problemi kollha deskritti hawn fuq għandhom implikazzjonijiet importanti għal kull Stat Membru individwali, l-impatt globali tagħhom jista' jiġi perċepit biss f'kuntest transfruntier. Dan għaliex il-bejgħ bin-nieqes ta' strument finanzjarju jista' jitwettaq kull fejn huwa elenkat dak l-istrument, jew barra l-Borża, jiġifieri anke fi swieq oħra għajr is-suq primarju tal-emittent ikkonċernat. Barra minn hekk, ħafna swieq huma min-natura tagħhom transfruntiera jew internazzjonali. Għalhekk, hemm riskju reali li risponsi nazzjonali għal bejgħ bin-nieqes u swaps ta' inadempjenza tal-kreditu jiġu evitati jew isiru ineffettivi fl-assenza ta’ azzjoni fil-livell tal-UE.

Ir-risponsi diverġenti tal-Istati Membri għal kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ bin-nieqes jippreżentaw ir-riskju ta’ arbitraġġ regolatorju, minħabba li investituri jistgħu jfittxu li jevitaw restrizzjonijiet f’ġuriżdizzjoni waħda billi jwettqu tranżazzjonijiet f’oħra. Din il-frammentazzjoni regolatorja tista’ twassal ukoll għal żieda fil-kostijiet ta’ konformità għal parteċipanti fis-suq, speċjalment dawk li joperaw f’diversi swieq, li jkollhom jistabilixxu sistemi differenti sabiex jikkonformaw ma’ rekwiżiti differenti fi Stati Membri differenti.

Barra minn hekk, ċerti aspetti ta’ din il-kwistjoni huma diġà koperti parzjalment mill- acquis , b’mod partikolari: id-Direttiva ta’ Abbuż tas-Suq 2003/6/KE li tipprojbixxi l-bejgħ bin-nieqes li jintuża sabiex jimmanipula s-suq jew flimkien ma’ informazzjoni minn ġewwa; id-Direttiva tat-Trasparenza 2004/109/KE[10], li tirrikjedi d-divulgazzjoni ta’ pożizzjonijiet twal sinifikanti; u d-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji ('MIFID') 2004/39/KE[11] li timponi rekwiżiti ta’ livell għoli fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ saldu. Din il-proposta dwar bejgħ bin-nieqes u dawn l-istrumenti legali eżistenti għandhom jikkumplimentaw lil xulxin. Dan jista’ jinkiseb bl-aħjar mod permezz ta’ regoli komuni tal-UE.

F’dan l-isfond l-azzjoni tal-UE tidher xierqa f’termini tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Huwa kkunsidrat xieraq u meħtieġ li d-dispożizzjonijiet jieħdu l-forma leġiżlattiva ta’ Regolament minħabba li xi dispożizzjonijiet jimponu obbligi diretti fuq partijiet privati sabiex jinnotifikaw u jiddivulgaw pożizzjonijiet bin-nieqes netti li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti strumenti. Regolament huwa wkoll neċessarju biex jikkonferixxi setgħat lill-AETS biex tikkoordina miżuri mill-awtoritajiet kompetenti u biex tieħu miżuri hi stess f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn ikun hemm theddida serja għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabilità tas-sistema finanzjarja. Barra minn hekk, l-użu ta’ Regolament se jirrestrinġi l-possibilità li jittieħdu miżuri diverġenti minn awtoritajiet kompetenti.

3.3. Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

3.3.1. Strumenti koperti mill-proposti

Il-proposta tkopri l-istrumenti finanzjarji kollha imma tipprovdi għal rispons proporzjonat għar-riskji li l-bejgħ bin-nieqes ta’ strumenti differenti jista' jirrappreżenta.

Għal strumenti bħal ishma u derivati li għandhom x'jaqsmu ma' ishma, bonds sovrani u derivati li għandhom x'jaqsmu ma' bonds sovrani u swaps ta' inadempjenza tal-kreditu li għandu x’jaqsmu ma’ emittenti sovrani fejn it-teħid ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes huwa aktar komuni u hemm riskji jew tħassib identifikabbli b’mod ċar, jiġu applikati rekwiżiti ta’ trasparenza u rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu ma’ bejgħ bin-nieqes skopert.

F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn ikun hemm theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew il-fiduċja fis-suq, il-proposta tipprevedi l-possibilità li jiġu imposti aktar miżuri ta’ trasparenza fuq bażi temporanja għal strumenti finanzjarji oħra.

3.3.2. Rekwiżiti ta’ trasparenza għal pożizzjonijiet bin-nieqes f’ċerti strumenti – l-Artikoli 5 sa 11

Il-proposta tapplika rekwiżiti ta’ trasparenza għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi b’pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti li għandhom x’jaqsmu ma’ ishma tal-UE u dejn sovran tal-UE u għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi b’pożizzjonijiet ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu sinifikanti li għandhom x’jaqsmu ma’ emittenti ta’ dejn sovran tal-UE.

Il-proposta għal trasparenza ta’ ishma hija bbażata fuq il-mudell irrakkomandat minn KRTE[12]. Għal kumpaniji li għandhom ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni, tipprovdi għal mudell fuq żewġ saffi għal trasparenza ta' pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f’ishma. F’livell limitu aktar baxx, in-notifika ta’ pożizzjoni trid issir privatement lir-regolatur u f’livell limitu ogħla, il-pożizzjonijiet iridu jiġu divulgati lis-suq. Notifika lir-regolaturi għandha tippermettilhom li jimmonitorjaw u jekk ikun meħtieġ jinvestigaw bejgħ bin-nieqes li jista' joħloq riskji sistemiċi jew jkun abbużiv. Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni lis-suq għandha tipprovdi informazzjoni utli lil parteċipanti oħra fis-suq dwar pożizzjonijiet individwali ta’ bejgħ bin-nieqes sinifikanti.

Fir-rigward ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti li għandhom x'jaqsmu ma’ emittenti ta’ dejn sovran fl-UE, huwa meħtieġ divulgazzjoni privata lir-regolaturi. Id-divulgazzjoni lir-regolaturi ta’ dawn il-pożizzjonijiet se jipprovdi informazzjoni importanti li jgħin lir-regolaturi fis-sorveljanza dwar jekk tali pożizzjonijiet humiex qed joħolqu risjki sistemiċi jew humiex qed jintużaw għal għanijiet abbużivi. Ir-reġim jipprovdi wkoll għal notifika ta' pożizzjonijiet sinifikanti fi swaps ta' inadempjenza tal-kreditu li għandhom x'jaqsmu ma' emittenti ta' dejn sovran tal-UE.

Sabiex jiġi permess il-monitoraġġ kontinwu tal-pożizzjonijiet, ir-reġimi tat-trasparenza jeħtieġu notifika u/jew divulgazzjoni fejn bidla f’pożizzjoni bin-nieqes netta tirriżulta f’żieda jew tnaqqis fuq jew taħt ċerti livelli.

Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza japplikaw mhux biss għal pożizzjonijiet bin-nieqes li jinħolqu min-negozjar ta’ ishma jew dejn sovran f'ċentri tan-negozjar imma anke pożizzjonijiet bin-nieqes li jinħolqu minn kummerċ barra miċ-ċentri tan-negozjar (‘l hekk imsejjaħ negozjar OTC) u pożizzjonijiet bin-nieqes netti ekonomiċi li jinħolqu mill-użu ta' derivati bħal opzjonijiet, futuri, kuntratti għal differenzi u spread bets li għandhom x’jaqsmu ma' ishma jew dejn sovran.

Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza jimmiraw lejn l-iżgurar li l-informazzjoni pprovduta lir-regolaturi u s-suq huwa komplet u akkurat. Pereżempju, l-informazzjoni pprovduta għandha tqis kemm pożizzjonijiet bin-nieqes kif ukoll twal sabiex tiġi pprovduta informazzjoni li jkun fiha sinifikat dwar il-pożizzjoni netta tal-persuna fiżika jew ġuridika.

Minħabba li r-reġimi tat-trasparenza se jinvolvu kalkolu dettaljat u tekniku ta’ pożizzjonijiet individwali, il-proposta tipprovdi sabiex jiġu adottati aktar dettalji tekniċi mill-Kummissjoni f’atti delegati.

Flimkien mar-reġim ta’ trasparenza għan-notifika u d-divulgazzjoni ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti għal ishma, il-proposta tinkludi rekwiżit għall-immarkar ta’ ordnijiet bin-nieqes. Rekwiżit għall-immarkar ta’ ordinijiet ta’ bejgħ eżegwiti f’ċentri tan-negozjar bħala ordnijiet bin-nieqes fejn il-bejjiegħ li qed jidħol għal bejgħa bin-nieqes ta’ ishma f’dak iċ-ċentru se jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar volumi ta’ bejgħat bin-nieqes eżegwiti f'ċentri tan-negozjar. Ċentru tan-negozjar se jkun meħtieġ li jippubblika informazzjoni ta’ kuljum dwar il-volumi ta' bejgħat bin-nieqes eżegwiti f’dak iċ-ċentru li tinkiseb mill-immarkar tal-ordnijiet.

3.3.3. Bejgħat bin-nieqes skopert – l-Artikoli 12 u 13

Bejgħ bin-nieqes skopert jew mikxuf ta’ ishma u dejn sovran xi kultant jitqies bħala li jżid ir-riskju potenzjali ta’ falliment ta’ saldu u volatilità tas-suq. Il-proposti jinkludu rekwiżiti dettaljati mirati lejn l-indirizzar ta' dawn ir-riskji. Għal dan il-għan, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li qed jidħlu għal bejgħat bin-nieqes ta' dawn l-istrumenti jridu fiż-żmien tal-bejgħ ikunu ssellfu l-istrumenti, daħlu fi ftehim sabiex jissellfu l-ishma jew għamlu arranġamenti oħra li jiżguraw li t-titolu jkun jista' jiġi missellef sabiex ikun jista' jiġi affettwat saldu meta jkun dovut. Ir-rekwiżit jippermetti arranġamenti leġittimi li qed jintużaw fil-preżent sabiex wieħed jidħol għal bejgħ bin-nieqes kopert u li jiżgura li t-titoli se jkunu disponibbli għas-saldu. Pereżempju, xi parteċipanti jagħmlu arranġamenti ma' sensar prinċipali qabel ma jidħlu għall-bejgħ sabiex jiżguraw li t-titoli jkunu disponibbli għal saldu filwaqt li oħrajn għandhom arranġamenti eżistenti ma' sistemi ta' saldu ta’ titoli li jiżguraw li t-titoli se jkunu disponibbli għas-saldu. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tadotta aktar standards dwar il-ftehimiet biex jissellfu u arranġamenti oħra skont dan ir-rekwiżit.

Barra minn hekk, iċ-ċentri tan-negozjar iridu jiżguraw li jkun hemm arranġamenti adegwati fis-seħħ għax-xiri sfurzat ta’ ishma jew dejn sovran fejn is-saldu ta’ tranżazzjoni jfalli. F’każ ta’ nuqqas ta’ saldu, jiġu imposti multi għal kuljum. Barra minn hekk, iċ-ċentri tan-negozjar ser ikollhom is-setgħa li jipprojbixxu persuna fiżika jew ġuridika li tkun naqset li ssalda biex tagħmel aktar bejgħat bin-nieqes.

Madankollu, il-kwistjoni ġenerali tal-armonizzazzjoni ta’ perjodi ta’ saldu u arranġamenti hija materja separata u usa' li ser titqies aktar bis-sħiħ fil-kuntest ta' inizjattivi speċifiċi oħra (bħad-Direttiva li jmiss dwar iċ-ċertezza legali taż-żamma ta' titoli u tranżazzjonijiet kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010).

3.3.4. Eżenzjonijiet – l-Artikoli 14 u 15

Sabiex ikun rifless il-prinċipju li l-miżuri kollha għandhom ikunu propozjonati u jindirizzaw ir-riskji ta’ bejgħ bin-nieqes mingħajr ma jagħmlu ħsara involontarjament lill-attivitajiet leġittimi li huma ta’ benefiċċju għall-effiċjenza u l-kwalità tas-swieq Ewropej, ċertu għadd ta’ eżenzjonijiet huma inklużi fil-proposti.

Eżenzjoni hija pprovduta għal ishma ta' kumpanija fejn is-suq prinċipali għall-ishma jkun barra l-Unjoni Ewropea. Dan jirrifletti l-fatt li l-ishma f’kumpaniji qed jiġu nnegozjati dejjem aktar f'għadd ta’ ċentri tan-negozjar differenti madwar id-dinja. Pereżempju, ħafna kumpaniji barranin għandhom ishma kkumerċjalizzati mhux biss fis-suq tad-domiċilju tagħhom imma anke f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni Ewropea. Mhuwiex xieraq jew proporzjonat li jiġu applikati rekwiżiti ta’ bejgħ bin-nieqes fejn il-biċċa l-kbira tan-negozjar tal-ishma jseħħ barra mill-Unjoni. Dan huwa potenzjalment oneruż għal parteċipanti fis-suq u joħloq kumplessità mhux meħtieġa li tista’ tiskoraġġixxi lill-emittenti milli jinnegozjaw l-ishma tagħhom f’posijiet fl-Unjoni Ewropea.

Tiġi pprovduta wkoll eżenzjoni għal attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq. L-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq għandhom rwol kruċjali f'li jipprovdu likwidità lis-swieq Ewropej u l-ġeneraturi tas-suq jeħtieġ li jieħdu pożizzjonijiet bin-nieqes sabiex iwettqu dan ir-rwol. L-impożizzjoni ta’ rekwiżiti fuq dawn l-attivitajiet jista’ jimpedixxi severament l-abilità li tiġi pprovduta l-likwidità u jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq l-effiċjenza ta’ swieq Ewropej. Barra minn hekk, il-ġeneraturi tas-suq ġeneralment ma jieħdux pożizzjonijiet bin-nieqes sinifikanti ħlief matul perjodi skoperti ħafna. Din l-eżenzjoni hija intenzjonata li tkopri t-tipi differenti ta’ attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq. Madankollu, negozjar proprjetarju mhuwiex eskluż u konsegwentement huwa totalment kopert mill-proposta. L-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu li jiġu notifikati mill-persuni li jkunu jixtiequ jużaw din l-eżenzjoni u jistgħu jipprojbixxu persuna milli tuża l-eżenzjoni jekk il-persuna ma tissodisfax il-kriterji rilevanti fl-eżenzjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jitolbu aktar informazzjoni minn persuna li tuża l-eżenzjoni.

Eżenzjoni hija pprovduta wkoll għal operazzjonijiet fis-suq primarju mwettqa minn negozjanti sabiex jgħinu lill-emittenti ta’ dejn sovran jew għall-finijiet ta’ skemi ta’ stabilizzazzjoni skont id-Direttiva ta’ Abbuż tas-Suq. Bħall-ġenerazzjoni tas-suq, dawn huma funzjonijiet leġittimi li huma importanti għall-funzjonament xieraq ta’ swieq primarji.

4.3.5. Miżuri ta’ emerġenza – l-Artikoli 16 sa 25

Il-proposti jirrikonoxxu li f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali jista’ jkun meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jipprojbixxu jew jirrestrinġu attivitajiet ta’ bejgħ bin-nieqes li inkella jkunu leġittimi jew jippreżentaw riskji minini. Il-proposta tipprovdi li fil-każ ta’ żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fi Stat Membru jew l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom setgħat temporanji li jirrikjedu aktar trasparenza jew li jimponu restrizzjonijiet fuq bejgħ bin-nieqes u tranżazzjonijiet ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu jew jillimitaw persuni fiżiċi u ġuridiċi milli jidħlu fi tranżazzjonijiet tad-derivati. Dawn is-setgħat jestendu għal firxa wiesgħa ta' strumenti. Il-proposti jippruvaw jarmonizzaw is-setgħat u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-użu tas-setgħat kemm jista’ jkun possibbli.

Fejn żvilupp jew avveniment avvers joħloq theddida għall-istabilità finanzjarja jew il-fiduċja fis-suq li testendi lil hinn minn Stat Membru wieħed jew ikollha implikazzjonijiet transfruntieri oħra, huwa essenzjali li jkun hemm konsultazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti. Il-proposta tintroduċi diversi rekwiżiti proċedurali mirati sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti oħra jiġu nnotifikati jekk awtorità kompetenti jkollha l-ħsieb li tieħu miżuri eċċezzjonali b’rabta mal-bejgħ bin-nieqes. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) tingħata rwol ewlieni ta’ koodinazzjoni f’din is-sitwazzjoni sabiex tipprova tiżgura konsistenza bejn l-awtoritajiet kompetenti. Flimkien ma’ miżuri ta’ koordinament mill-awtoritajiet kompetenti, l-AETS se tiżgura li tali miżura tittieħed biss fejn ikun neċessarja u proporzjonat li tittieħed. L-AETS teħtieġ toħroġ opinjoni dwar kwalunkwe miżura proposta.

Dawn il-miżuri għandhom jippermettu reazzjonijiet mgħaġġla minn regolaturi nazzjonali f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali filwaqt li jiżguraw il-konsistenza. L-AETS tiżgura li sitwazzjonijiet b’effetti transfruntieri jirċievu – safejn huwa possibbli – l-istess trattament, u b’hekk titnaqqas il-possibilità ta’ arbitraġġ regolatorju u instabilità fis-swieq.

Is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li jirrestrinġu l-bejgħ bin-nieqes, swaps ta' inadempjenza tal-kreditu u tranżazzjonijiet oħra jikkontemplaw miżuri temporanji (normalment għal perjodu sa tliet xhur) sal-punt neċessarju sabiex tiġi ttratata s-sitwazzjoni eċċezzjonali. Tali miżura tista’ tiġi estiża għal aktar perjodi ta' tliet xhur kull darba jekk jitħarsu l-kondizzjonijiet għall-użu tas-setgħa u r-rekwiżiti proċedurali. L-AETS teħtieġ li toħroġ opinjoni u tiżgura li kwalunkwe estensjoni tista’ tiġi ġġustifikata.

Sabiex tiżgura approċċ konsistenti għall-użu tas-setgħat ta’ intervent, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tiddefinixxi aktar permezz ta’ atti delegati kriterji u fatturi li jridu jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti u l-AETS fid-determinazzjoni ta' meta avvenimenti u żviluppi avversi joħolqu theddida sejra għall-istabilità finanzjarja jew il-fiduċja fis-suq.

Fil-każ ta’ waqgħa sinifikanti fil-prezz ta’ strument finanzjarju, l-awtoritajiet kompetenti qed jingħataw is-setgħa jimponu projbizzjoni qasira ħafna fuq il-bejgħ bin-nieqes ta’ strumenti jew inkella biex jillimitaw it-tranżazzjonijiet biex jipprevjenu nżul diżordinat fil-prezz. Din is-setgħa 'salvavita' għandu tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti jintervjenu jekk ikun xieraq għal perjodu qasir ħafna sabiex jiġi żgurat li l-bejgħ bin-nieqes ma jikkontribwixxix għal waqgħa diżordinata fil-prezz fl-istrument konċernat. Din is-setgħa għandha tiġi skattata bi kriterji oġġettivi u ma tkunx teħtieġ valutazzjoni ta’ jekk kienx hemm theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq.

Fl-aħħar nett, għalkemm il-proposta tassumi li l-awtoritajiet kompetenti spiss ser ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jittrattaw inizjalment ma' sitwazzjoni eċċezzjonali li fihom ikun hemm theddida għall-istabilità finanzjarja jew il-fiduċja fis-suq u tagħti lill-AETS rwol ta' koordinament b'saħħtu f'dawn il-każijiet, tagħti wkoll setgħat lill-AETS sabiex tieħu miżuri temporanji f’tali sitwazzjoni. L-AETS qed tingħata s-setgħa li tieħu miżuri fejn is-sitwazzjoni jkollha implikazzjonijiet transfruntieri u l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux indirizzaw adegwatement it-theddida. L-AETS tista’ tieħu l-istess tipi ta’ miżuri bħall-awtoritajiet kompetenti. F’dawn il-każijiet, l-AETS teħtieġ li tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti u parteċipanti fis-suq. Kwalunkwe miżura meħuda mill-AETS f’dawn is-sitwazzjonijiet tieħu preċedenza fuq miżuri mill-awtoritajiet kompetenti jekk ikun hemm xi inkonsistenza.

Is-setgħat previsti jispeċifikaw is-setgħat tal-AETS fil-każ tal-bejgħ bin-nieqes u huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat ġenerali tal-AETS kif stabilit fir-Regolament [AETS …/2010].

3.3.6. Setgħat u sanzjonijiet – l-Artikoli 26 sa 35

Il-proposta tagħti lill-awtoritajiet kompetenti s-setgħat kollha meħtieġa għall-infurzar tar-regoli. Pereżempju, is-setgħat jkopru l-aċċess għad-dokumenti, id-dritt li jinkiseb informazzjoni minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi u sabiex tittieħed azzjoni ta’ infurzar.

F’każijiet individwali, l-awtoritajiet kompetenti qed jingħataw is-setgħa li jitolbu aktar informazzjoni minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi dwar l-għan li għalih ikunu daħlu għal tranżazzjoni ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu u jitolbu informazzjoni li tivverifika dak il-għan.

L-AETS qed tingħata wkoll is-setgħa li twettaq inkjesti dwar kwistjonijiet jew prattiki speċifiċi li għandhom x'jaqsmu ma' bejgħ bin-nieqes u tippubblika rapport bis-sejbiet tagħha.

Minħabba li ċerti miżuri jistgħu jinvolvu monitoraġġ jew infurzar kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi barra l-Unjoni, ir-regolaturi tal-UE għandhom jiġu inkoraġġiti sabiex jilħqu ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ regolaturi f’pajjiżi terzi fejn ishma tal-UE jew bonds sovrani u derivati assoċjati jiġu nnegozjati. Dan jiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni u l-infurzar tal-obbligi, kif ukoll it-teħid ta’ miżuri simili minn regolaturi ta’ pajjiżi terzi f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn ikun hemm theddida serja għall-istabilità finanzjarja u l-kunfidenza fis-suq fl-Unjoni. L-AETS għandu jkollha rwol fil-koordinament tal-iżvilupp ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni rċevuta minn regolaturi ta’ pajjiżi terzi.

Il-proposta tirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu għal regoli dwar miżuri amministrattivi, sanzjonijiet u miżuri finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-proposta.

4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

2010/0251 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar Bejgħ bin-Nieqes u ċerti aspetti tas-Swaps ta' Inadempjenza tal-Kreditu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea[13],

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[14],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Fl-eqqel tal-kriżi finanzjarja f'Settembru 2008, l-awtoritajiet kompetenti f’diversi Stati Membri u l-Istati Uniti tal-Amerika adottaw miżuri ta’ emerġenza sabiex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-bejgħ bin-nieqes fit-titoli kollha jew uħud minnhom. Aġixxew minħabba tħassib li fi żmien ta’ instabilità finanzjarja konsiderevoli, il-bejgħ bin-nieqes seta' jaggrava l-inżul dejjem 'l isfel fil-prezzijiet tal-ishma, b’mod partikolari f’istituzzjonijiet finanzjarji, b’mod li finalment setgħet tiġi mhedda l-vijabilità tagħhom u toħloq risjki sistemiċi. Il-miżuri adottati minn Stati Membri kienu diverġenti minħabba li l-Unjoni ma għandhiex qafas leġiżlattiv speċifiku sabiex tittratta kwistjonijiet ta’ bejgħ bin-nieqes.

(2) Biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern u jittejbu l-kundizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu, partikolarment is-swieq finanzjarji, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi u l-investituri, huwa għalhekk xieraq li jiġi stabilit qafas komuni fir-rigward tar-rekwiżiti u setgħat dwar il-bejgħ bin-nieqes u s-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu u jiġu żgurati aktar koordinazzjoni u konsistenza bejn l-Istati Membri fejn jeħtieġ li jittieħdu miżuri f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali. Huwa neċessarju li jiġi armonizzat qafas għall-bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu biex jiġi pprevenut il-ħolqien ta' ostakli għas-suq intern, minħabba li huwa probabbli li l-Istati Membri jibqgħu jieħdu miżuri diverġenti.

(3) Huwa xieraq u meħtieġ li d-dispożizzjonijiet jieħdu l-forma leġiżlattiva ta’ Regolament minħabba li xi dispożizzjonijiet jimponu obbligi diretti fuq partijiet privati sabiex jinnotifikaw u jiddivulgaw pożizzjonijiet bin-nieqes netti li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti strumenti u dwar bejgħ bin-nieqes skopert. Regolament huwa wkoll neċessarju biex jikkonferixxi setgħat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) stabilità bir-Regolament (UE) Nru [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15] biex tikkoordina miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jew biex tieħu miżuri hi stess.

(4) Biex tintemm is-sitwazzjoni frammentata tal-lum fejn xi Stati Membri ħadu miżuri diverġenti u biex tiġi ristretta l-possibilità li jittieħdu miżuri diverġenti mill-awtoritajiet kompetenti huwa importanti li jiġu indirizzati r-riskji potenzjali li joriġinaw mill-bejgħ bin-nieqes u swaps ta' inadempjenza tal-kreditu b’mod armonizzat. Ir-rekwiżiti li għandhom jiġu imposti għandhom jindirizzaw ir-riskji identifikati mingħajr ma jkunu ta’ detriment mhux mistħoqq għall-benefiċċji li l-bejgħ bin-nieqes jipprovdi għall-kwalità u l-effiċjenza tas-swieq.

(5) L-ambitu tar-regolament għandu jkun wiesa' kemm jista' jkun possibbli biex jipprovdi qafas preventiv biex jintuża f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-qafas għandu jkopri l-istrumenti finanzjarji kollha imma jipprovdi rispons proporzjonat għar-riskji li l-bejgħ bin-nieqes ta’ strumenti differenti jista' jirrappreżenta. Għalhekk, huwa biss fil-każ ta’ sitwazzjonijiet eċċezzjonali li l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS għandhom ikunu intitolati li jieħdu miżuri fir-rigward tat-tipi kollha tal-istrumenti finanzjarji, u jmorru lil hinn mill-miżrui permanenti li japplikaw biss għal tipi partikolari ta' strumenti fejn ikun hemm riskji identifikati b'mod ċar li jeħtieġu li tali miżuri biex jindirizzawhom.

(6) Trasparenza msaħħa li għandha x’taqsam ma' pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti fi strumenti finanzjarji speċifiċi x’aktarx tkun ta’ benefiċċju kemm għar-regolatur kif ukoll għall-parteċipanti fis-suq. Għal ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni, għandu jiddaħħal mudell fuq żewġ saffi li jipprovdi għal trasparenza akbar ta' pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f’ishma fil-livell xieraq. F’livell limitu aktar baxx, in-notifika ta’ pożizzjoni għandha ssir privatement lir-regolaturi konċernati biex tippermettilhom jimmonitorjaw u, fejn meħtieġ, jinvestigaw il-bejgħ bin-nieqes li jista' joħloq riskji sistemiċi jew ikun abbużiv; f’livell limitu ogħla, il-pożizzjonijiet għandhom jiġu ddivulgati pubblikament lis-suq sabiex tiġi pprovduta informazzjoni utli lil parteċipanti oħra fis-suq dwar pożizzjonijiet individwali sinifikanti ta’ bejgħ bin-nieqes f'ishma.

(7) Id-divulgazzjoni lir-regolaturi ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti li għandhom x'jaqsmu ma' dejn sovran jipprovdi informazzjoni importanti li jgħin lir-regolaturi fil-monitoraġġ dwar jekk dawn il-pożizzjonijiet ikunux fil-fatt qed joħolqu risjki sistemiċi jew ikunux qed jintużaw għal għanijiet abbużivi. Għalhekk għandha tiġi prevista notifika lir-regolaturi dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti b'rabta ma' dejn sovran fl-Unjoni. Tali rekwiżit għandu jinkludi biss divulgazzjoni privata lir-regolaturi minħabba li l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni lis-suq għal dawn l-istrumenti jista’ jkollha effett detrimentali fuq swieq ta' dejn sovran fejn il-likwidità tkun diġà indebolita. Kwalunkwe rekwiżit għandu jinkludi notifika ta' skoperturi sinifikanti għal emittenti sovrani miksuba permezz ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu.

(8) Ir-rekwiżiti ta’ notifika għal dejn sovran għandhom japplikaw dejn maħruġ mill-Unjoni u l-Istati Membri, inkluż kwalunkwe ministeru, dipartiment, bank ċentrali, aġenzija jew mezz strumentali li joħroġ id-dejn f’isem Stat Membru, iżda eskluż korpi reġjonali jew korpi kważi pubbliċi li joħorġu d-dejn.

(9) Sabiex jiġi żgurat rekwiżit ta’ trasparenza komprensiv u effikaċi, huwa important li jiġu inklużi mhux biss pożizzjonijiet bin-nieqes li jinħolqu permezz tan-negozjar tal-ishma jew id-dejn sovran f’ċentri tan-negozjar imma anke pożizzjonijiet bin-nieqes li jinħolqu permezz tan-negozjar barra minn ċentri tan-negozjar u pożizzjonijiet bin-nieqes netti ekonomiċi li jinħolqu permezz tal-użu ta' derivati.

(10) Sabiex ikun utli għar-regolaturi u s-suq, kwalunkwe reġim ta' trasparenza għandu jipprovdi informazzjoni kompleta u akkurata dwar pożizzjonijiet ta’ persuna fiżika jew ġuridika. B’mod partikolari, l-informazzjoni pprovduta lir-regolatur jew lis-suq għandha tqis kemm pożizzjonijiet bin-nieqes kif ukoll twal sabiex tiġi pprovduta informazzjoni importanti dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti ta’ persuna fiżika jew ġuridika f’ishma, dejn sovran u swaps ta' inadempjenza tal-kreditu.

(11) Il-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes jew pożizzjoni twila għandu jqis kwalunkwe forma ta’ interess ekonomiku li persuna fiżika jew ġuridika jkollha fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta' kumpanija jew id-dejn sovran maħruġ tal-Istat Membru jew l-Unjoni. B’mod partikolari għandu jqis dan l-imgħax miksub direttament jew indirettament permezz tal-użu ta’ derivati bħal opzjonijiet, futuri, kuntratti għal differenzi u spread bets li jkollhom x’jaqsmu ma' ishma jew dejn sovran. Fil-każ ta’ pożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dejn sovran, għandu jqis ukoll is-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu li jkollu x’jaqsam ma’ emittenti tad-dejn sovran.

(12) Flimkien mar-reġim ta’ trasparenza għad-divulgazzjoni ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti f’ishma, għandu jiddaħħal rekwiżit għall-immarkar ta’ ordnijiet bin-nieqes li jkunu eżegwiti f'ċentri tan-negozjar bħala ordnijiet bin-nieqes biex jipprovdi informazzjoni supplimentari dwar il-volum ta’ bejgħat bin-nieqes ta’ ishma eżegwit f'ċentri tan-negozjar. Informazzjoni dwar ordinijiet skoperti għandha tinġabar miċ-ċentru tan-negozjar u tiġi ppubblikata f'forma sommarja għall-inqas kuljum sabiex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti u lill-parteċipanti fis-suq jimmonitorjaw il-livelli tal-bejgħ bin-nieqes.

(13) Ix-xiri ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu mingħajr ma wieħed ikollu pożizzjoni twila f’dejn sovran sottostanti jista' jkun, f'sens ekonomiku, ekwivalenti għat-teħid ta' pożizzjoni bin-nieqes fl-istrument sottostanti ta' dejn. Il-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes netta fir-rigward ta’ dejn sovran għandu għalhekk jinkludi s-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu fir-rigward ta' obbligu ta' emittent ta' dejn sovran. Il-pożizzjoni tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu għandha titqies kemm għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk persuna fiżika jew ġuridika jkollhiex pożizzjoni bin-nieqes netta sinifikanti li għandha x’taqsam ma’ dejn sovran li jkun jeħtieġ li jiġi nnotifikat lil awtorità kompententi jew pożizzjoni sinifikanti mhux koperta fi swaps ta' inadempjenza tal-kreditu fir-rigward ta’ emittent ta’ dejn sovran li jeħtieġ li jiġi nnotifikat lill-awtorità.

(14) Sabiex jiġi permess il-monitoraġġ kontinwu ta' pożizzjonijiet l-obbligi ta' trasparenza għandhom jinkludu wkoll notifika jew divulgazzjoni fejn bidla f'pożizzjoni bin-nieqes netta tirriżulta f'żieda jew tnaqqis 'l fuq jew taħt ċerti limiti.

(15) Sabiex ikunu effikaċi, huwa importanti li l-obbligi ta’ trasparenza japplikaw irrispettivament minn fejn tinstab il-persuna fiżika jew ġuridika, inkluż fejn tinstab il-persuna fiżika jew ġuridika barra mill-Unjoni, imma jkollha pożizzjoni bin-nieqes netta sinifikanti f’kumpanija li jkollha ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni jew pożizzjoni bin-nieqes netta f’dejn sovran maħruġ minn Stat Membru jew l-Unjoni.

(16) Bejgħ bin-nieqes skopert ta’ ishma u dejn sovran xi kultant jitqies bħala li jżid ir-riskju potenzjali ta’ nuqqas ta’ saldu u volatilità. Sabiex jitnaqqsu dawn ir-riskji huwa xieraq li jitpoġġew restrizzjonijiet proporzjonati fuq bejgħ bin-nieqes skopert. Ir-restrizzjonijiet dettaljati għandhom iqisu l-arranġamenti differenti użati bħalissa għal bejgħ bin-nieqes kopert. Huwa xieraq ukoll li jiġu inklużi rekwiżiti għaċ-ċentri tan-negozjar b'rabta mal-proċeduri ta' xiri sfurzat u multi għal falliment ta’ saldu ta' tranżazzjonijiet f’dawk l-istrumenti. Il-proċeduri tax-xiri sfurzat u r-rekwiżiti ta’ saldu tard għandhom jistabilixxu ġabra ta’ standards bażiċi b'rabta mad-dixxiplina fis-saldu.

(17) Il-miżuri dwar id-dejn sovran u s-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani, inkluż trasparenza akbar u restrizzjonijiet fuq il-bejgħ bin-nieqes skopert għandhom jimponu rekwiżiti li jkunu proporzjonati u fl-istess waqt jevitaw impatt avvers fuq il-likwidità tas-swieq tal-bonds sovrani u s-swieq tar-riakkwist (repo) tal-bonds sovrani.

(18) L-ishma qed jiġu ammessi dejjem aktar għan-negozju f’ċentri tan-negozjar differenti kemm fl-Unjoni kif ukoll barra mill-Unjoni. Ħafna kumpaniji kbar ibbażati barra mill-Unjoni għandhom ukoll ishma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, huwa xieraq li t-titoli jiġu eżentati minn ċerti rekwiżiti tan-notifika u d-divulgazzjoni, fejn iċ-ċentru prinċipali għan-negozjar ta’ dak l-istrument ikun barra mill-Unjoni.

(19) Attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq għandhom rwol kruċjali f’li jipprovdu likwidità lis-swieq fl-Unjoni u l-ġeneraturi tas-suq jeħtieġ li jieħdu pożizzjonijiet bin-nieqes sabiex iwettqu dak ir-rwol. L-impożizzjoni ta’ rekwiżiti fuq tali attivitajiet jista’ jimpedixxi severament l-abilità tagħhom li jipprovdu likwidità u jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-effiċjenza tas-swieq tal-Unjoni. Persuni oħra li jiġġeneraw s-suq ma jkunux mistennija li jieħdu pożizzjonijiet bin-nieqes sinifikanti ħlief għal perjodi qosra ħafna. Huwa għalhekk xieraq li persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti f’dawn l-attivitajiet jiġu eżentati minn rekwiżiti li jistgħu jfixklu l-abilità tagħhom li jwettqu din il-funzjoni u għalhekk jaffettwaw b’mod negattiv lis-swieq tal-Unjoni. Sabiex jinġabru entitajiet ekwivalenti ta’ pajjiż terz hemm bżonn proċedura sabiex tiġi vvalutata l-ekwivalenza ta' swieq tal-pajjiż terz. L-eżenzjoni għandha tapplika għat-tipi differenti ta’ attività ta’ ġenerazzjoni tas-suq imma mhux għall-eżenzjoni ta’ negozjar tal-proprjetà. Huwa xieraq ukoll li jiġu eżentati ċerti operazzjonijiet fis-suq primarju bħal dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ dejn sovran u skemi ta’ stabilizzazzjoni minħabba li huma attivitajiet importanti li jgħinu fil-funzjonament effiċjenti tas-swieq. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu nnotifikati dwar l-użu ta’ eżenzjonijiet u għandu jkollhom is-setgħa li jipprojbixxu persuna fiżika jew ġuridika milli tuża eżenzjoni jekk din ma tkunx tissodisfa l-kriterji rilevanti tal-eżenzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll ikunu kapaċi jitolbu informazzjoni minn persuna fiżika jew ġuridika biex jimmonitorjaw l-użu tagħha tal-eżenzjoni.

(20) Fil-każ ta’ żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fi Stat Membru jew l-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom setgħat ta’ intervent sabiex jirrikjedu trasparenza akbar jew li jimponu restrizzjonijiet temporanji fuq il-bejgħ bin-nieqes u tranżazzjonijiet ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu jew tranżazzjonijiet oħra biex jipprevjenu nżul diżordinat fil-prezz ta’ strument finanzjarju. Tali miżuri jistgħu jkunu neċessarji minħabba varjetà ta' avvenimenti jew żviluppi avversi inkluż mhux biss avvenimenti finanzjarji jew ekonomiċi imma anke pereżempju diżastri naturali jew atti terroristiċi. Barra minn hekk, xi avveniment jew żviluppi avversi li jeħtieġu miżuri jistgħu sempliċement joriġinaw fi Stat Membru wieħed biss u mhux neċessarjament ikollhom xi implikazzjonijiet transfruntieri. Is-setgħat jeħtieġ li jkunu flessibbli biżżejjed sabiex jittrattaw firxa ta’ sitwazzjonijiet eċċezzjonali differenti.

(21) Filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti normalment ser ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jimmonitorjaw il-kundizzjonijiet tas-suq u biex jirreaġixxu inizjalment għal avveniment jew żvilupp avvers billi jiddeċiedu jekk ikunx hemm theddida serja għall-istabilità finanzjarja u l-fiduċja fis-suq u jekk ikunx neċessajru li jittieħdu miżuri biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni, is-setgħat u l-kundizzjonijiet u proċeduri għall-użu minnhom għandhom jiġu armonizzati kemm jista' jkun possibbli.

(22) Fil-każ ta’ waqgħa sinifikanti fil-prezz ta’ strument finanzjarju f'ċentru tan-negozjar, awtorità kompetenti għandha wkoll tkun kapaċi tirrestrinġi temporanjament il-bejgħ bin-nieqes tal-istrument finanzjarju f'dak iċ-ċentru sabiex tkun kapaċi tintervjeni rapidament fejn xieraq u tipprevjeni għal perjodu ta’ 24 siegħa waqgħa diżordinata fil-prezz tal-istrument konċernat.

(23) Fejn avveniment jew żvilupp avvers jestendi lil hinn minn Stat Membru wieħed jew ikollha implikazzjonijiet transfruntieri oħra, huwa essenzjali li jkun hemm konsultazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti. L-AETS għandu jkollha rwol ewlieni fil-koordinazzjoni f’din is-sitwazzjoni u tipprova tiżgura konsistenza bejn l-awtoritajiet kompetenti. Il-kompożizzjoni tal-AETS li tinkludi rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti ser tkun ta’ għajnuna għaliha biex tkun kapaċi twettaq rwol bħal dan.

(24) Flimkien ma’ miżuri ta’ koordinazzjoni minn awtoritajiet kompetenti, l-AETS għandha tiżgura li l-miżuri jittieħdu biss minn awtoritajiet kompetenti fejn ikun neċessarju u proporzjonat li jsir hekk. L-AETS għandu jkollha s-setgħa li toħroġ opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-użu tas-setgħat ta’ intervent.

(25) Filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti spiss ser ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jimmonitorjaw u jirreaġixxu rapidament għal avveniment jew żvilupp avvers, l-AETS għandu jkollha wkoll is-setgħa li hi stess tieħu miżuri fejn il-bejgħ bin-nieqes u attivitajiet oħra relatati jheddu l-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tal-istabilità tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni, fejn ikun hemm implikazzjonijiet transfruntieri u fejn jonqsu li jittieħdu miżuri suffiċjenti mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw it-theddida. L-AETS għandha tikkonsulta lill-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku kull fejn possibbli, u awtoritajiet oħra rilevanti meta l-miżura jkun jista’ jkollha effetti lil hinn mis-swieq finanzjarji, bħal pereżempju fil-każ tad-derivati tal-komoditajiet li jintużaw biex jiġu ħħeġġjati pożizzjonijiet fiżiċi. (26) Is-setgħat tal-AETS skont dan ir-Regolament f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali sabiex tirrestrinġi l-bejgħ bin-nieqes u attivitajiet oħra relatati jitqiesu konformi mas-setgħat inklużi fl-Artikoli 6a(5) tar-Regolament …/…. [AETS]. Is-setgħat ikkonferiti lill-AETS f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali għandhom ikunu mingħajr ħsara għas-setgħat tal-AETS f'sitwazzjoni ta’ emerġenza skont l-Artikolu 10 tar-Regolament …/…. [ir-Regolament AETS]. B’mod partikolari, l-AETS għandha tkun tista' tadotta deċiżjonijiet individwali li jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri jew deċiżjonijiet individwali indirizzati lejn parteċipanti fis-suq finanzjarju skont l-Artikolu 10.

(27) Is-setgħat ta' intervent tal-awtoritajiet kompetenti u l-AETS biex jirristrinġu l-bejgħ bin-nieqes, is-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu u tranżazzjonijiet oħra għandhom ikunu ta' natura temporanja biss u għandhom jiġu eżerċitati biss għal dan il-perjodu u sa fejn neċessarju sabiex tiġi indirizzata t-theddida speċifika.

(28) Minħabba r-riskji speċifiċi li jistgħu jinħolqu mill-użu tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu, dawn it-tranżazzjonijiet jeħtieġu monitoraġġ mill-qrib minn awtoritajiet kompetenti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa f’każijiet eċċezzjonali li jirrikjedu informazzjoni minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li qed jidħlu għal dawn it-tranżazzjonijiet dwar l-għan għal liema jkunu daħlu għat-tranżazzjoni.

(29) L-AETS għandha tingħata wkoll setgħa ġenerali li twettaq inkjesta dwar kwistjoni jew prattika li għandha x’taqsam mal-bejgħ bin-nieqes jew l-użu ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu sabiex tivvaluta jekk dik il-kwistjoni jew prattika tippreżentax xi theddida potenzjali għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq. Meta twettaq din l-inkjesta l-AETS għandha tippubblika rapport bis-sejbiet tagħha.

(30) Minħabba li xi miżuri jistgħu japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi u azzjonijiet barra mill-Unjoni, huwa meħtieġ f’ċerti sitwazzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet f’pajjiżi terzi jikkooperaw. L-awtoritajiet kompetenti għandhom għalhekk jidħlu fi ftehimiet ma’ awtoritajiet f’pajjiżi terzi. L-AETS għandha tikkordina l-iżvilupp ta’ dawn il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni rċevuta minn pajjiżi terzi bejn l-awtoritajiet komptenti.

(31) Dan ir-Regolament jħares id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew u l-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali rikonoxxut fl-Artikolu 16 tat-Trattat u l-Artikolu 8 tal-Karta. Partikolarment, it-trasparenza rigward il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti, inkluż id-divulgazzjoni pubblika fejn prevista f’dan ir-Reoglament, hija neċessarja għar-raġunijiet ta’ istabilità tas-suq finanzjarju u l-protezzjoni għall-investituri. Tali trasparenza ser tippermetti lir-regolaturi jimmonitorjaw l-użu tal-bejgħ bin-nieqes b’rabta mal-istrateġiji abbużivi u l-implikazzjonijiet dwar il-funzjonament tajjeb tas-swieq. Barra minn hekk, tali trasparenza tista’ tgħin biex jiġu evitati assimetriji fl-informazzjoni, u jiġi żgurat li l-parteċipanti kollha fis-suq jkunu informati adegwatement dwar safejn il-bejgħ bin-nieqes qed jaffettwa l-prezzijiet. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti għandu jkunu skont ir-regoli dwar it-trasferiment ta' dejta personali kif stabilit fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 fuq il-protezzjoni tal-individwi fejn jidħol l-ipproċessar ta’ data personali u fuq il-moviment liberu ta’ din id-data[16]. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-AETS għandha tkun skont ir-regoli dwar it-trasferiment ta' dejta personali kif stabilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fit-18 ta’ Diċembru 2000 fuq il-protezzjoni tal-individwi fejn jidħol l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data[17], li għandha tkun applikabbli għal kollox għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(32) L-Istati Membri għandhom jistabilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tiżgura li jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(33) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[18].

(34) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B’mod partikolari, l-atti delegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tad-dettalji li jikkonċernaw il-kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes, fejn persuna fiżika jew ġuridika jkollha pożizzjoni skoperta fi swaps ta' inadempjenza tal-kreditu, il-livelli limitu ta’ notifika jew divulgazzjoni u aktar speċifikazzjoni tal-kriterji u fatturi għad-determinazzjoni ta’ meta avveniment jew żvilupp avvers joħloq theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fi Stat Membru tal-Unjoni.

(35) Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jivvaluta l-adegwatezza tal-livelli limitu tar-rapportar u d-divulgazzjoni pubblika previsti, l-operazzjoni tar-restrizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mat-trasparenza ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti u jekk kwalunkwe restrizzjoni jew kondizzjoni oħra fuq bejgħ bin-nieqes jew swaps ta' inadempjenza tal-kreditu tkunx xierqa.

(36) Minkejja li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali huma f’pożizzjoni aħjar biex jimmonitorjaw u għandhom għarfien aħjar tal-iżviluppi tas-suq, l-impatt kumplessiv tal-problemi relatati mal-bejgħ bin-nieqes u s-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu jistgħu jinftiehmu aħjar f'kuntest tal-Unjoni. Għal din ir-raġuni, l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni; l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stiplat fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(37) Ladarba xi Stati Membri diġà daħħlu fis-seħħ restrizzjonijiet fuq bejgħ bin-nieqes u ladarba huma previsti atti delegati u standards tekniċi vinkolanti li għandhom jiġu adottati qabel il-qafas li għandu jiddaħħal ikun jista’ jiġi applikat b’mod utli, huwa neċessarju li jiġi previst perjodu suffiċjenti ta’ żmien.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1 Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għal strumenti finanzjarji li ġejjin:

(1) strument finanzjarji li jkunu ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni, inklużi tali strumenti meta jiġu nnegozjati barra minn ċentru tan-negozjar;

(2) derivati skont l-Anness I it-Taqsima C il-punti (4) sa (10) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[19] relatati ma’ strumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu (1) jew emittent ta’ strument finanzjarju msemmi fil-paragrafu (1), inkluż tali derivati meta nnegozjati barra ċentru tan-negozjar;

(3) strumenti ta’ dejn maħruġa minn Stat Membru jew l-Unjoni u derivati skont l-Anness I it-Taqsima C il-punti (4) sa (10) tad-Direttiva 2004/39/KE relatati ma’ tali strumenti ta’ dejn maħruġa minn Stat Membru jew l-Unjoni jew ma’ obbligu ta’ Stat Membru jew l-Unjoni.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

1. Għall-għan ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "negozjant primarju awtorizzat" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun iffirmat ftehim ma’ emittent ta’ dejn sovran li fih dik il-persuna fiżika jew ġuridika tikkommetti ruħa li tinnegozja bħala prinċipal b’konnessjoni ma' operazzjonijiet primarji u sekondarji tas-suq li għandhom x’jaqsmu ma’ dejn maħruġ minn dak l-emittent;

(b) "kontroparti ċentrali" tfisser entità li tinterponi legalment lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f’suq finanzjarju wieħed jew aktar, u ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ għal kull xerrej u li hija responsabbli għall-operazzjoni ta' sistema tal-ikklerjar;

(c) "swaps ta' inadempjenza tal-kreditu" tfisser kuntratt ta’ derivat fejn parti waħda tħallas miżata lil parti oħra għal kumpens jew ħlas fil-każ ta’ inadempjenza minn entità referenzjarja, jew avveniment ta’ kreditu li għandu x’jaqsam ma’ dik l-entità referenzjarja u kwalunkwe kuntratt ieħor ta’ derivati li jkollu effett ekonomiku simili;

(d) "strument finanzjarju" tfisser kwalukwe strument minn dawk elenkati fl-Anness I it-Taqsima C tad-Direttiva 2004/39/KE;

(e) "Stat Membru ta’ Domiċilju" ta’ suq regolat, ditta ta’ investiment li topera f’faċilità tan-negozjar multilaterali jew kwalunkwe ditta ta’ investiment, tfisser l-Istat Membru ta’ Domiċilju għal dak is-suq regolat jew ditta ta’ investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(f) "ditta ta’ investiment" tfisser ditta ta’ investiment skont it-tifsira fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(g) "dejn sovran" tfisser strument ta’ dejn maħruġ mill-Unjoni, jew Stat Membru inkluż kwalunkwe ministeru, dipartiment, bank ċentrali, aġenzija jew mezz strumentali tal-Istat Membru;

(h) "kapital azzjonarju maħruġ" fir-rigward ta’ kumpanija, tfisser it-total ta’ ishma ordinarji u kwalunkwe sehem preferut maħruġ mill-kumpanija imma ma jinkludix titoli ta’ dejn trasferibbli;

(i) "dejn sovran maħruġ" tfisser:

(i) fir-rigward ta’ Stat Membru, il-valur totali ta’ dejn sovran maħruġ mill-Istat Membru jew kwalunkwe ministeru, dipartiment, bank ċentrali, aġenzija jew mezz strumentali tal-Istat Membru li ma ġiex mifdi;

(ii) fir-rigward tal-Unjoni, il-valur totali ta’ dejn sovran maħruġ mill-Unjoni li ma ġiex mifdi;

(j) "ditta lokali" tfisser ditta msemmiija fl-Artikolu 2(1)(l) tad-Direttiva 2004/39/KE li tinnegozja f’isem membri oħra ta’ suq jew toħloq prezzijiet għalihom;

(k) "attività ta’ ġenerazzjoni tas-suq" tfisser attività msemmija fl-Artikolu 15(1);

(l) "faċilità multilaterali tan-negozjar (MTF)" tfisser sistema multilaterali skont it-tifsira fl-Artikolu 4(1)(15) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(m) "ċentru prinċipali" fir-rigward ta’ sehem tfisser iċ-ċentru tan-negozjar ta’ dak is-sehem bl-ogħla fatturat;

(n) "suq regolat" tfisser sistema multilaterali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(o) "awtorità kompetenti rilevanti" tfisser:

(i) b’rabta mad-dejn sovran ta’ Stat Membru jew swaps ta' inadempjenza tal-kreditu li għandu x’jaqsam ma’ obbligu ta’ Stat Membru, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru;

(ii) b’rabta mad-dejn sovran tal-Unjoni jew swaps ta' inadempjenza tal-kreditu li għandu x’jaqsam ma’ obbligu tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti tal-ġuriżdizzjoni fejn hija stabilita l-Faċilità tal-Istabilità Finanzjarja Ewropea;

(iii) b’rabta ma’ strument finanzjarju ieħor għajr strument imemmi fil-punt (i) jew (ii), l-awtorità kompetenti għal dak l-istrument finanzjarju kif iddefinita fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 u ddeterminat skont il-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament;

(iv) b’rabta ma’ strument finanzjarju li mhuwiex kopert skont il-punt (i), (ii) jew (iii), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-istrument finanzjarju kien ammess għall-ewwel darba għan-negozjar f'ċentru għan-negozjar.

(p) "bejgħa bin-nieqes" b’rabta ma’ sehem jew dejn tfisser kwalunkwe bejgħ tas-sehem jew dejn li bejjiegħ ma jkollux is-sjieda tiegħu fil-waqt tad-dħul fil-ftehim ta’ bejgħ, inkluż bejgħa fejn fil-waqt tad-dħul fil-ftehim ta' bejgħ il-bejjiegħ ikun issellef jew ftiehem li jissellef is-sehem jew dejn għall-konsenja fis-saldu;

(q) "jum ta' negozju" tfisser jum ta' negozju skont it-tifsira fl-Artikolu 4 ta’ Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006.

(r) "ċentru tan-negozjar" tfisser suq regolat jew MTF fl-Unjoni;

(s) "fatturar" ta’ sehem, tfisser fatturat kif iddefinit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006.

2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 36 u bla ħsara għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 37 u 38, miżuri li jispeċifikaw id-definizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, partikolarment jispeċifikaw meta persuna fiżika jew ġuridika titqies li jkollha s-sjieda ta' strument finanzjarji għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ bejgħ bin-nieqes fil-paragrafu 1(p).

Artikolu 3 Pożizzjonijiet bin-nieqes u twal

1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, pożizzjoni li tirriżulta minn waħda minn dawn li ġejjin għandha titqies bħala pożizzjoni bin-nieqes relatata mal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpanija jew dejn sovran maħruġ ta’ Stat Membru jew l-Unjoni:

(a) bejgħa bin-nieqes ta’ sehem maħruġ mill-kumpanija jew strument ta’ dejn maħruġ mill-Istat Membru jew l-Unjoni;

(b) persuna fiżika jew ġuridika li tidħol fi tranżazzjoni li toħloq jew li għandha x'taqsam ma’ strument finanzjarju għajr l-istrumenti msemmija fil-punt (a) u l-effett jew wieħed mill-effetti tat-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika fil-każ ta’ tnaqqis fil-prezz jew valur tas-sehem jew tal-istrument ta’ dejn.

2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, pożizzjoni li tirriżulta minn waħda minn dawn li ġejjin għandha titqies bħala pożizzjoni twila relatata mal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpanija jew dejn sovran maħruġ ta’ Stat Membru jew l-Unjoni:

(a) pussess ta’ sehem maħruġ mill-kumpanija jew strument ta’ dejn maħruġ mill-Istat Membru jew l-Unjoni;

(b) persuna fiżika jew ġuridika li tidħol fi tranżazzjoni li toħloq jew li għandha x'taqsam ma’ strument finanzjarju għajr l-istrumenti msemmija fil-punt (a) u l-effett jew wieħed mill-effetti tat-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika fil-każ ta’ żieda fil-prezz jew valur tas-sehem jew tal-istrument ta’ dejn.

3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes u pożizzjoni twila li għandha x’taqsam ma' dejn sovran għandha tinkludi kwalunkwe swaps ta' inadempjenza tal-kreditu li għandu x'jaqsam ma' obbligu jew avveniment ta' kreditu li għandu x'jaqsma ma' Stat Membru jew l-Unjoni.

4. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-pożizzjoni li jifdal wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe pożizzjoni twila li persuna fiżika jew ġuridika jkollha b’rabta mal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpanija minn kwalunkwe pożizzjoni bin-nieqes li l-istess persuna fiżiħa jew ġuridika jkollha b'rabta ma' dak il-kapital għandha titqies bħala l-pożizzjoni bin-nieqes netta b’rabta mal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ dik il-kumpanija.

5. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-pożizzjoni li jifdal wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe pożizzjoni twila li persuna fiżika jew ġuridika jkollha b’rabta mad-dejn sovran maħruġ ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni minn kwalunkwe pożizzjoni bin-nieqes li l-istess persuna fiżiħa jew ġuridika jkollha b'rabta ma' dak id-dejn għandha titqies bħala l-pożizzjoni bin-nieqes netta b’rabta mad-dejn sovran maħruġ ta’Stat Membru jew l-Unjoni.

6. Il-kalkolu skont il-paragrafi 1 sa 5 għad-dejn sovran għandu jsir għal kull Stat Membru singolu jew għall-Unjoni anki jekk entitajiet separati fl-Istat Membru jew fl-Unjoni joħorġu dejn sovran f'isem l-Istat Membru jew l-Unjoni.

7. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 36 u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 37 u 38, miżuri li jispeċifikaw:

(a) meta persuna fiżika jew ġuridika titqies li tkun is-sid ta’ sehem jew strument ta' dejn għall-finijiet tal-paragrafu 2;

(b) każijiet fejn persuna fiżika jew ġuridika jkollha pożizzjoni bin-nieqes netta għall-finijiet tal-paragrafi 4 u 5 u l-metodu tal-kalkolu tal-pożizzjoni;

(c) il-metodu tal-kalkolu tal-pożizzjonijiet għall-finijiet tal-paragrafi 3, 4 u 5 fejn entitajiet differenti fi grupp ikollhom pożizzjonijiet twal jew bin-nieqes jew għall-attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ fondi relatati ma’ fondi separati.

Artikolu 4 Pożizzjoni skoperta fi swap ta' inadempjenza tal-kreditu

1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, persuna fiżika jew ġuridika għandha titqies li jkollha pożizzjoni skoperta fi swaps ta' inadempjenza tal-kreditu relatata ma' obbligu ta’ Stat Membru jew l-Unjoni, sal-punt li s-swap ta’ inadempjenza tal-kreditu ma jkunx qed iservi biex jiħħeġġja kontra r-riskju tal-inadempjenza ta’ emittent fejn il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha pożizzjoni twila fid-dejn sovran ta’ dak l-emittent jew kwalunkwe pożizzjoni twila fid-dejn ta’ emittent li għalih a l-prezz tad-dejn tagħha jkollu korrelazzjoni għolja mal-prezz tal-obbligu ta’ Stat Membru jew l-Unjoni. Il-parti fi swaps ta' inadempjenza tal-kreditu, li tkun obbligata tagħmel il-pagament jew tħallas il-kumpens fil-każ ta’ inadempjenza jew avveniment ta’ kreditu b’rabta mal-entità referenzjarja, ma jkollhiex minħabba dak l-obbligu pożizzjoni skoperta għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 36 u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 37 u 38, miżuri li jispeċifikaw:

(a) każijiet fejn tranżazzjoni ta’ swap ta' inadempjenza tal-kreditu titqies li tkun qed tiħħeġġja kontra riskju ta’ inadempjenza, għall-finijiet tal-paragrafu 1, u l-metodu tal-kalkolu ta’ pożizzjoni skoperta fi swap ta' inadempjenza tal-kreditu għall-finijiet ta’ dak il-paragrafu;

(b) il-metodu tal-kalkolu tal-pożizzjonijiet għall-finijiet tal-paragrafu 1 fejn entitajiet differenti fi grupp ikollhom pożizzjonijiet twal jew bin-nieqes jew għall-attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ fondi relatati ma’ fondi separati.

KAPITOLU IITRASPARENZA TAL-POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI

Artikolu 5 Notifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f’ishma

1. Persuna fiżika jew ġuridika li jkollha pożizzjoni bin-nieqes netta fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpanija li jkollha ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti kull meta l-pożizzjoni tilħaq jew taqa’ taħt livell limitu ta’ notifika rilevanti msemmija fil-paragrafu 2.

2. Livell limitu ta’ notifika rilevanti huwa perċentwal li huwa ugwali għal 0.2 % tal-valur tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ dik il-kumpanija konċernata u kull 0.1 % aktar minn dak.

3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 36 u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 37 u 38, timmodifika l-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 2, filwaqt li tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

Artikolu 6 L-immarkar ta’ ordinijiet skoperti fiċ-ċentru tan-negozjar

Ċentru tan-negozjar li għandu ishma ammessi għan-negozjar għandu jistabilixxi proċeduri li jiżguraw li persuni fiżiċi jew ġuridiċi li qed jeżegwixxu ordinijiet fi ċ-ċentru tan-negozjar jimmarkaw ordnijiet ta’ bejgħ bħala ordinijiet skoperti jekk il-bejjiegħ ikun qed jidħol għal bejgħa bin-nieqes tas-sehem. Iċ-ċentru tan-negozjar għandu jippubblika għall-inqas kuljum sommarju tal-volum ta’ ordnijiet immarkati bħala ordinijiet skoperti.

Artikolu 7 Divulgazzjoni pubblika ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f'ishma

1. Persuna fiżika jew ġuridika li jkollha pożizzjoni bin-nieqes netta fir-rigward tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ kumpanija li għandha ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar għandha tiddivulga d-dettalji pubbliċi tal-pożizzjoni kull meta l-pożizzjoni tilħaq jew taqa’ taħt livell limitu ta’ notifika rilevanti msemmi fil-paragrafu 2.

2. Livell limitu ta’ pubblikazzjoni rilevanti huwa perċentwal li huwa ugwali għal 0.5 % tal-valur tal-kapital azzjonarju maħruġ ta’ dik il-kumpanija konċernata u kull 0.1 % aktar minn dak.

3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 36 u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 37 u 38, timmodifika l-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 2, filwaqt li tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

Artikolu 8 Notifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f’dejn sovran u swaps ta' inadempjenza tal-kreditu

1. Persuna naturali jew legali li jkollha xi waħda mill-pożizzjonijiet segwenti għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti kull meta kwalunkwe tali pożizzjoni tilħaq jew taqa’ taħt livell limitu ta’ notifika rilevanti għal dak l-Istat Membru jew l-Unjoni.

(a) pożizzjoni bin-nieqes netta relatata mad-dejn sovran maħruġ ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni;

(b) pożizzjoni skoperta fi swaps ta' inadempjenza tal-kreditu relatata ma' obbligu ta' Stat Membru jew l-Unjoni.

2. Il-livelli limitu ta’ notifika rilevanti għandhom jikkonsistu mill-ammont inizjali u mbagħad livelli inkrimentali addizzjonali speċifikati fir-rigward ta’ kull Stat Membru u l-Unjoni kif speċifikat fil-miżuri meħuda mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3.

3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 36 u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 37 u 38, tispeċifika l-ammonti u l-livelli inkrimentali msemmija fil-paragrafu 2. Għandha tqis l-elementi kollha segwenti:

(a) li l-livelli limitu ma għandhomx jiġu stabiliti f’tali livell li jirrikjedi notifika ta’ pożizzjonijiet li jkunu ta' valur minimu;

(b) il-valur totali tad-dejn sovran maħruġ pendenti għal kull Stat Membru u l-Unjoni u d-daqs medju ta’ pożizzjonijiet miżmuma minn parteċipanti fis-suq relatati mad-dejn sovran ta’ dak l-Istat Membru jew l-Unjoni.

Artikolu 9 Metodu ta’ notifika u divulgazzjoni

1. Kwalunkwe notifika jew divulgazzjoni skont l-Artikoli 5, 7 jew 8 għandu jistabilixxi dettalji tal-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-pożizzjoni rilevanti, id-daqs tal-pożizzjoni rilevanti, l-emittent fir-rigward ta’ liema pożizzjoni rilevanti tkun miżmuma u d-data li fiha tkun inħolqot, inbidlet jew ma baqgħetx tinżamm il-pożizzjoni rilevanti.

2. Il-ħin rilevanti għall-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes netta għandu jkun 12.00 pm tal-jum ta' negozju li fih il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha l-pożizzjoni rilevanti. In-notifika jew id-divulgazzjoni ma għandhomx isiru aktar tard mit-3.30 ta’ wara nofsinhar fil-jum ta' negozju li jkun imiss.

3. In-notifika ta’ informazzjoni lil awtorità kompetenti rilevanti għandha ssir skont is-sistema stipulata fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1287/2006.

4. Id-divulgazzjoni pubblika ta’ informazzjoni stipulata fl-Artikolu 7 għandha ssir b’mod li tiżgura aċċess mgħaġġel għall-informazzjoni fuq bażi mhux diskriminatorja. L-informazzjoni għandu jsir disponibbli għall-mekkaniżmu maħtur uffiċjalment tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-emittent tal-ishma msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[20].

5. Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata setgħat sabiex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-finijiet tal-paragrafu 1.

L-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli [7 sa 7d] tar-Regolament (UE) Nru …/…. [ir-Regolament AETS].

L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-[31 ta’ Diċembru 2011].

6. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-paragrafu 4, qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta standards tekniċi implimentatorji li jispeċifikaw il-mezzi li bihom l-informazzjoni tkun tista’ tiġi ddivulgata lill-pubbliku.

L-istandards tekniċi implimentatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu [7e] tar-Regolament (UE) Nru …/…. [ir-Regolament AETS].

L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-[31 ta’ Diċembru 2011].

Artikolu 10 Applikazzjoni barra mill-Unjoni

Ir-rekwiżiti ta’ notifika u divulgazzjoni skont l-Artikoli 5, 7 u 8 japplikaw għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kemm jekk residenti jew ikunu stabiliti fl-Unjoni kif ukoll jekk le.

Artikolu 11 Informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-AETS

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu informazzjoni f’forma sommarja lill-AETS fuq bażi trimestrali dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti lil għandhom x'jaqsmu ma' ishma jew dejn sovran, u pożizzjonijiet skoperti li jkollhom x'jaqsmu ma' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu, li għalihom tkun l-awtorità kompetenti rilevanti u li tirċievi notifiki skont Artikoli 5 sa 8.

2. L-AETS tista’ titlob fi kwalunkwe waqt, sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, fi kwalunkwe ħin, informazzjoni addizzjonali minn awtorità kompetenti rilevanti ta’ Stat Membru dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti li jkollhom x’jaqsmu ma’ ishma jew dejn sovran jew pożizzjonijiet skoperti li jkollhom x’jaqsmu ma' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu.

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-AETS mhux iżjed tard minn sebat ijiem kalendarji.

KAPITOLU IIIBEJGĦAT BIN-NIEQES SKOPERTI

Artikolu 12 Restrizzjonijiet fuq bejgħat bin-nieqes skopert

1. Persuna fiżika jew ġuridika tista’ tidħol biss f’bejgħa bin-nieqes ta' sehem ammess għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar jew f'bejgħ bin-nieqes ta' strument ta' dejn sovran fejn waħda mill-kondizzjonijiet segwenti jkunu ssodisfati:

(a) il-persuna fiżika jew ġuridika tkun isselfet is-sehem jew l-istrument ta’ dejn sovran;

(b) il-persuna fiżika jew ġuridika tkun daħlet fi ftehim biex tissellef is-sehem jew l-istrument ta’ dejn sovran;

(c) il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha arranġament ma’ parti terza li permezz tiegħu dik il-parti terza tkun ikkonfermat li s-sehem jew l-istrument ta’ dejn sovran ikun ġie identifikat u riżervat għas-self mill-persuna fiżika jew ġuridika sabiex ikun jista’ jitwettaq is-saldu meta dan ikun dovut.

2. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta standards tekniċi biex jiġu identifikati t-tipi ta’ ftehimiet jew arranġamenti li jiżguraw adegwatement li s-sehem jew l-istrument ta’ dejn sovran ser ikunu disponibbli għas-saldu.

Il-Kummissjoni għandha partikolarment tqis il-bżonn li tiġi ppriservata l-likwidità tas-swieq speċjalment is-suq tal-bonds sovrani u s-swieq tar-riakkwist tal-bonds sovrani (swieq repo).

L-istandards tekniċi implimentatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu [7e] tar-Regolament (UE) Nru …/…. [ir-Regolament AETS].

L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-[1 ta’ Jannar 2012].

Artikolu 13 Proċeduri ta' xiri sfurzat u multi saldu tard

1. Ċentru tan-negozjar li jkollu ishma jew dejn sovran ammess i għan-negozjar għandu jiżgura li dan iċ-ċentru tan-negozjar, jew il-kontroparti ċentrali li tipprovdi servizzi ta’ kklerjar għaċ-ċentru tan-negozjar, ikollu fis-seħħ proċeduri li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) meta persuna fiżika jew ġuridika li tbigħ ishma jew strumenti ta’ dejn sovran fiċ-ċentru ma tkunx tista’ tikkonsenja l-ishma jew l-istrument ta’ dejn sovran għal saldu fi żmien erbat ijiem ta’ negozju wara l-jum li fih iseħħ in-negozju, jew sitt ijiem ta’ negozju wara l-jum li fih iseħħ in-negozju fil-każ tal-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq, jiskattaw awtomatikament proċeduri sabiex iċ-ċentru tan-negozjar jew il-kontroparti ċentrali jagħmlu riakkwist sfurzat tal-ishma jew id-dejn sabiex jiżguraw il-konsenja għas-saldu.

(b) fejn iċ-ċentru tan-negozjar jew il-kontroparti ċentrali ma jkunux jistgħu jagħmlu riakkwist sfurzat tal-ishma jew l-istrument ta' dejn għall-konsenja, ikollu jitħallas kumpens fi flus miċ-ċentru tan-negozjar jew mill-kontraparti ċentali lix-xerrej abbażi tal-valur tal-ishma jew id-dejn li jrid jiġi kkonsenjat flimkien ma' ammont għal kwalunkwe telfiet mġarrba mix-xerrej;

(c) il-persuna fiżika jew legali li tonqos milli ssalda, tħallas ammont liċ-ċentru tan-negozjar jew lill-kontroparti ċentrali sabiex jirrimborża liċ-ċentru tan-negozjar jew il-kontroparti ċentrali għall-ammonti kollha mħallsa skont il-punti (a) u (b).

2. Ċentru tan-negozjar li jkollu ishma jew strumenti ta’ dejn sovran ammessi għan-negozjar għandu jiżgura li jkollu fis-seħħ proċeduri, jew li s-sistema tas-saldu li tipprovdi servizzi ta’ saldu għall-ishma jew strumenti ta’ dejn sovran ikollha fis-seħħ proċeduri, li jiżguraw li meta persuna fiżika jew ġuridika li tbigħ ishma jew strumenti ta’ dejn sovran fiċ-ċentru tonqos milli tikkonsenja l-ishma jew l-istrumenti tad-dejn sovran għas-saldu sad-data li fiha jkun dovut is-saldu, din il-persuna fiżika jew ġuridika tkun soġġetta għall-obbligu li tagħmel pagamenti kuljum liċ-ċentru tan-negozjar jew lis-sistema tas-saldu għal kull jum li s-saldu jibqa’ ma jseħħx.

Il-pagament ta’ kuljum għandhom ikunu biżżejjed għoljin biex il-bejjiegħ ma jitħalliex jagħmel profitt mill-falliment tas-saldu u sabiex ikun ta' deterrent għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu li jsaldaw.

3. Ċentru tan-negozjar li jkollu ishma jew dejn sovran ammessi għan-negozjar għandu jkollu fis-seħħ regoli li jippermettulu li jipprojbixxi persuna fiżika jew ġuridika li tkun membru taċ-ċentru tan-negozjar milli tidħol f’aktar bejgħat bin-nieqes ta' ishma jew strumenti ta' dejn sovran fiċ-ċentru tan-negozjar sakemm dik il-persuna tonqos li ssalda tranżazzjoni li tirriżulta minn bejgħa bin-nieqes f'dak iċ-ċentru tan-negozjar.

KAPITOLU IVEŻENZJONIJIET

Artikolu 14 Eżenzjoni fejn iċ-ċentru tan-negozjar prinċipali jkun barra mill-Unjoni

1. L-Artikoli 5, 7, 12 u 13 ma għandhomx japplikaw għal ishma ta’ kumpanija ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni fejn i ċ-ċentru tan-negozjar prinċipali tal-ishma jkun jinstab f'pajjiż barra mill-Unjoni.

2. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tiddetermina, għal ishma ta’ kumpanija li jkunu nnegozjati f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni u ċentru barra mill-Unjoni, għall-inqas kull sentejn, jekk iċ-ċentru prinċipali għan-negozjar ta’ dawk l-ishma jkunx barra mill-Unjoni.

L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS bi kwalunkwe tali ishma identifikati li jkollhom is-suq prinċipali tagħhom barra mill-Unjoni.

L-AETS għandha, kull sentejn, tippubblika l-lista ta’ ishma li għalihom iċ-ċentru prinċipali jinstab barra mill-Unjoni. Il-lista għandha tkun effettiva għal perjodu ta’ sentejn.

3. Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata setgħat sabiex tadotta standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat il-metodu għall-kalkolu tal-fatturat biex jiġi ddeterminat iċ-ċentru prinċipali għan-negozjar ta’ sehem.

L-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli [7 sa 7d] tar-Regolament (UE) Nru …/…. [ir-Regolament AETS].

L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-[31 ta’ Diċembru 2011].

4. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, il- Kummissjoni qed tiġi kkonferita setgħat sabiex tadotta standards tekniċi implimentatorji sabiex jiġu ddeterminati:

(a) id-data li fiha u l-perjodu li fir-rigward tiegħu għandu jsir kwalunkwe kalkolu taċ-ċentru prinċipali għal sehem;

(b) id-data sa meta l-awtorità rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS b’dawn l-ishma fejn iċ-ċentru prinċipali jkun barra mill-Unjoni;

(c) id-data li minna l-lista għandha tkun effettiva wara l-pubblikazzjoni mill-AETS.

L-istandards tekniċi implimentatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu [7e] tar-Regolament (UE) Nru …/…. [ir-Regolament AETS].

L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-[31 ta’ Diċembru 2011].

Artikolu 15 Eżenzjoni għall-ġenerazzjoni tas-suq u operazzjonijiet tas-suq primarju

1. L-Artikoli 5, 6, 7, 8 u 12 ma għandhomx japplikaw għall-attivitajiet ta’ ditta ta’ investiment jew entità ta’ pajjiż terz jew ditta lokali li tkun membru ta’ ċentru tan-negozjar jew ta’ suq f’pajjiż terz, li l-qafas legali u superviżorju tiegħu jkun ġie ddikjarat bħala ekwivalenti skont il-paragrafu 2, meta din taġixxi bħala prinċipal għal strument finanzjarju, kemm jekk ikun innegozjat fi ċ-ċentru tan-negozjar jew barra, fiż-żewġ kapaċijiet segwenti jew waħda minnhom:

(a) billi ddaħħal kwoti fuq żewġ binarji, sodi u simultanji, ta’ daqs komparabbli u bi prezzijiet kompetittivi, bir-riżultat li tiġi pprovduta likwidità fuq bażi regolari u kontinwa lis-suq;

(b) bħala parti mill-operat normali tagħha, billi tissodisfa ordnijiet mibdija minn klijenti jew b’rispons għat-talbijiet tal-klijenti għan-negozjar, u billi tiħħeġġja l-pożizzjonijiet li joġrinaw minn dawk in-negozji.

2. Il-Kummissjoni tista’, tadotta deċiżjonijiet skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2), biex tiddetermina li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li suq awtorizzat f’dak il-pajjiż terz jikkonforma ma' rekwiżiti vinkolanti li jkunu, għall-fini tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni skont il-paragrafu 1, ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mit-Titolu III tad-Direttiva 2004/39/KE, mid-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21] u mid-Direttiva 2004/109/KE, u li jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effikaċi f’dak il-pajjiż terz.

Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jista’ jitqies ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha:

(a) is-swieq f’dak il-pajjiż terz jkunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u infurzar effikaċi fuq bażi kontinwa;

(b) is-swieq ikollhom regoli ċari u trasparenti fir-rigward ta’ ammissjoni ta’ titoli għan-negozjar sabiex dawn it-titoli jkunu kapaċi li jiġu nnegozjati b’mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament;

(c) l-emittenti ta’ titoli jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ informazzjoni perjodika u kontinwa sabiex tiġi żgurata livell għoli ta’ protezzjoni għall-investitur;

(d) jiżgura t-trasparenza u l-integrità fis-suq billi jipprevjeni l-abbuż tas-suq fil-forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

3. L-Artikoli 8 u 12 ma għandhomx japplikaw għal persuna fiżika jew ġuridika meta, fejn tkun qed taġixxi bħala negozjant primarju awtorizzat skont ftehim ma’ emittent ta’ dejn sovran, tkun qed tinnegozja bħala prinċipal fi strument finanzjarju inkonnessjoni ma’ operazzjonijiet tas-suq primarju jew sekondarju relatati mad-dejn sovran.

4. L-Artikoli 5, 6, 7 u 12 ma għandhomx japplikaw għal persuna fiżika jew ġuridika meta tidħol f’bejgħa bin-nieqes ta’ titolu jew ikolla pożizzjoni bin-nieqes netta relatata mat-twettiq ta’ stabilizzazzjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003[22].

5. L-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw biss fejn il-persuna fiżika jew ġuridika konċernata tkun l-ewwel innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, bil-miktub li jkollha l-intenzjoni li tagħmel użu mill-eżenzjoni. In-notifika għandha ssir mhux iżjed tard minn tletin jum kalendarju qabel ma l-persuna fiżika jew ġuridika jkollha l-intenzjoni li tuża l-eżenzjoni.

6. L-awtorità kompetenti tal-Stat Membru ta’ domiċilju tista’ tipprojbixxi l-użu tal-eżenzjoni jekk tqis li l-persuna fiżika jew ġuridika ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni. Kwalunkwe projbizzjoni għandha tiġi imposta fi żmien it-tletin jum kalendarju msemmi fl-ewwel subparagrafu jew sussegwentement jekk l-awtorità kompetenti ssir konxja li kien hemm xi bidliet fiċ-ċirkostanzi tal-persuna b’mod li ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet.

7. Entità ta’ pajjiż terz li ma tkunx awtorizzata fl-Unjoni għandha tibgħat in-notifika msemmija fil-paragrafu 5 lill-awtorità kompetenti taċ-ċentru prinċipali tan-negozjar fl-Unjoni li fih tinnegozja.

8. Persuna fiżika jew ġuridika li tkun tat notifika skont il-paragrafu 5 għandha mill-aktar fis possibbli tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha bil-miktub fejn ikun hemm xi bidliet li jaffetwaw l-eliġibilità tagħha għall-użu tal-eżenzjoni.

9. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tista’ titlob informazzjoni, bil-miktub, minn persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed topera taħt l-eżenzjonijiet stipulata fil-paragrafi 1, 3 jew 4 dwar il-pussess ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes jew attivitajiet imwettqa taħt l-eżenzjoni. Il-persuna fiżika jew ġuridika għandha tipprovdi l-informazzjoni mhux aktar tard minn erbat ijiem kalendarji wara li tkun saret it-talba.

10. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS fi żmien ġimagħtejn min-notifika skont il-paragrafu 5 jew 8 bi kwalunkwe ġeneratur tas-suq u negozjant primarju awtorizzat li jkun qed jagħmel użu mill-eżenzjoni u bi kwalunkwe ġeneratur tas-suq u negozjant primarju awtorizzat li ma baqgħux jagħmlu użu mill-eżenzjoni.

11. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit tal-internet tagħha lista ta’ ġeneraturi tas-suq u negozjanti primarji awtorizzati li jkunu qed jużaw l-eżenzjoni u jżommuha aġġornata.

KAPITOLU VSETGĦAT TA’ INTERVENT TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI U TAL-AETS

Taqsima 1 Setgħat tal-Awtoritajiet Kompetenti

Artikolu 16 Divulgazzjoni f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali

1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ teħtieġ lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjonijiet bin-nieqes netti fir-rigward ta’ strument finanzjarju speċifiku jew klassi ta’ strumenti finanzjarji jinnotifikawha jew jiddivulgaw lill-pubbliku dettalji tal-pożizzjoni kull meta l-pożizzjoni tilħaq jew taqa’ taħt livell limitu ta’ notifika ffissat mill-awtorità kompetenti, fejn il-kundizzjonijiet segwenti kollha jiġu ssodisfati:

(a) ikun hemm avvenimenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Istat Membru jew Stat Membru ieħor jew aktar;

(b) il-miżura tkun neċessarja sabiex tiġi indirizzata t-theddida.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal strument finanzjarji li fir-rigward tiegħu t-trasparenza tkun diġà meħtieġa skont l-Artikoli 5 sa 8 il-Kapitolu II.

Artikolu 17 Restrizzjonijiet dwar bejgħ bin-nieqes u tranżazzjonijiet simili f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali

1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tieħu l-miżura msemmija fil-paragrafi 2 jew 3, fejn il-kundizzjonijiet kollha segwenti jiġu ssodisfati:

(a) ikun hemm avvenimenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Istat Membru jew Stat Membru ieħor jew aktar;

(b) il-miżura tkun neċessarja sabiex tiġi indirizzata t-theddida.

2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista' tipprojbixxi jew timponi kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li qed jidħlu għal:

(a) bejgħa bin-nieqes;

(b) tranżazzjoni għajr bejgħa bin-nieqes li toħloq, jew relatata ma' strument finanzjarju ieħor u l-effett jew wieħed mill-effetti ta’ dik it-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika fil-każ ta' tnaqqis fil-prezz jew il-valur ta' strument finanzjarju.

3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista’ tipprojbixxi persuna fiżika jew ġuridika milli tidħol fi tranżazzjonijiet relatati ma’ strumenti finanzjarji jew li tillimita l-valur tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju li dik il-persuna tista’ tidħol fihom.

4. Miżura skont il-paragrafu 2 jew 3 tista’ tapplika għal tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-istrumenti finanzjarji kollha, strumenti finanzjarji ta’ klassi speċifika jew strument finanzjarju speċifiku. Il-miżura tista’ tapplika f’ċirkostanzi jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti rilevant. Eċċezzjonijiet jistgħu partikolarment ikunu speċifikati biex japplikaw għall-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq u l-attivitajiet tas-suq primarju.

Artikolu 18 Restrizzjonijiet fuq tranżazzjonijiet ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali

1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tillimita persuni fiżiċi jew ġuridiċi milli jidħlu fi tranżazzjonijiet ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu relatati ma obbligu ta’ Stat Membru jew l-Unjoni, jew tillimita l-valur ta’ pożizzjonijiet skoperti ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu li persuni fiżiċi jew ġuridiċi jistgħu jidħlu fihom li jkunu marbuta ma’ obbligu ta’ Stat Membru ejw l-Unjoni, fejn iż-żewġ kundizzjonijiet segwenti jiġu ssodisfati:

(a) ikun hemm avvenimenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Istat Membru jew Stat Membru ieħor jew aktar;

(b) il-miżura tkun neċessarja sabiex tiġi indirizzata t-theddida.

2. Miżura skont il-paragrafu 1 tista’ tapplika għal tranżazzjonijiet ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu ta’ klassi speċifika jew għal tranżazzjonijiet speċifiċi ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu. Il-miżura tista’ tapplika f’ċirkostanzi jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti. Eċċezzjonijiet jistgħu partikolarment ikunu speċifikati biex japplikaw għall-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq u l-attivitajiet tas-suq primarju.

Artikolu 19 Setgħa li tirrestrinġi temporanjament il-bejgħ bin-nieqes ta’ strumenti finanzjarji fil-każ ta’ waqgħa sinifikanti fil-prezz

1. Fejn il-prezz ta’ strument finanzjarju dwar iċ-ċentru tan-negozjar ikun matul jum wieħed ta’ negozjar waqa’ bil-valur imsemmi fil-paragrafu 4 mill-prezz tal-għeluq imsemmi f’dak iċ-ċentru fil-jum preċedenti ta’ negozju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għal dak iċ-ċentru għandha tqis jekk ikunx xieraq li tipprojbixxi jew tirrestrinġi persuni fiżiċi jew ġuridiċi milli jidħlu f’bejgħ bin-nieqes tal-istrumenti finanzjarji fiċ-ċentru tan-negozjar jew inkella jillimitaw it-tranżazzjonijiet f’dak l-istrument finanzjarju f’dak iċ-ċentru tan-negozjar sabiex jiġi pprevenut tnaqqis diżordinat fil-prezz tal-istrument finanzjarju.

Fejn l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta skont l-ewwel subparagrafu li jkun xieraq li tagħmel hekk, hi għandha fil-każ ta’ sehem jew dejn tipprojbixxi jew tirrestrinġi persuni milli jidħlu f’bejgħa bin-nieqes fiċ-ċentru tan-negozjar jew fil-każ ta' tip ieħor ta' strumenti finanzjarji, jillimitaw it-tranżazzjonijiet f'dak l-istrument finanzjarju f'dak iċ-ċentru tan-negozjar.

2. Il-miżura għandha tapplika għal perjodu li ma jaqbiżx it-tmiem tal-jum ta’ negozjar wara l-jum ta’ negozjar li fih isseħħ il-waqgħa fil-prezz.

3. Il-miżura għandha tapplika f’ċirkostanzi jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti. Eċċezzjonijiet jistgħu partikolarment ikunu speċifikati biex japplikaw għall-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq u l-attivitajiet tas-suq primarju.

4. Il-waqgħa fil-valur għandha tkun ta’ 10 % jew aktar fil-każ ta’ sehem u għall-klassijiet l-oħra tal-istrumenti finanzjarji tkun ta’ ammont speċifikat mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 36 u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 37 u 38, tispeċifika l-waqgħa fil-valur tal-istrumenti finanzjarji għajr ishma, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet ta’ kull klassi ta’ strumenti finanzjarji.

5. Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata setgħat sabiex tadotta standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu ta’ kalkolu tal-waqgħa ta’ 10 % għall-ishma u tal-waqgħa fil-valura speċifikat mill-Kummissjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4.

L-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli [7 sa 7d] tar-Regolament (UE) Nru …/…. [ir-Regolament AETS].

L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-[31 ta’ Diċembru 2011].

Artikolu 20 Perjodu ta’ restrizzjonijiet

Kwalunkwe miżura imposta skont l-Artikolu 16 sa 18 għandha tkun valida għal perjodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Artikolu 21.

Kwalunkwe miżura bħal din tista’ tiġġedded għal aktar perjodi ta’ mhux aktar minn tliet xhur kull darba.

Artikolu 21 Avviż ta’ restrizzjonijiet

1. Awtorità kompetenti għandha tippubblika fuq is-sit tal-internet tagħha avviż ta’ kwalunkwe deċiżjoni li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fl-Artikoli 16 sa 19.

2. L-avviż għandu jispeċifika tal-anqas id-dettalji:

(a) tal-miżuri imposti inkluż l-istrumenti u l-klassi ta’ tranżazzjonijiet li għalihom japplikaw u d-durata tal-miżuri;

(b) tar-raġunijiet għaliex l-awtorità kompetenti taħseb li jkun meħtieġ li jiġu imposti l-miżuri inkluża l-evidenza li tappoġġja r-raġunijiet.

3. Miżura skont l-Artikoli 16 sa 19 għandha tidħol fis-seħħ meta l-avviż jiġi ppubblikat jew f’ħin speċifikat fl-avviż jiġifieri wara l-pubblikazzjoni tiegħu u għandha tapplika biss fir-rigward ta' tranżazzjoni li titwettaq wara li l-miżura tkun daħlet fis-seħħ.

Artikolu 22 Notifika lill-AETS u awtoritajiet kompetenti oħra

1. Qabel ma timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura skont l-Artikolu 16, 17 jew 18 u qabel ma timponi kwalunkwe restrizzjoni skont l-Artikolu 19, awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS jew awtoritajiet kompetenti oħra bil-miżuri li tipproponi.

2. In-notifika għandha tinkludi dettalji tal-miżuri proposti, il-klassi ta’ strumenti finanzjarji u t-tranżazzjonijiet li għalihom se japplikaw, l-evidenza li tappoġġja dawk ir-raġunijiet u meta jkun intenzjonat li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.

3. In-notifika ta’ proposa biex tiġi imposta jew mġedda miżura skont l-Artikoli 16, 17 u 18 għandha ssir mhux inqas minn 24 siegħa qabel ma jkun intenzjonat li l-miżura tidħol fis-seħħ jew tiġġedded. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, awtorità kompetenti tista’ tagħmel in-notifika inqas minn 24 siegħa qabel ma jkun intenzjonat li l-miżura tidħol fis-seħħ fejn ma jkunx possibbli li jingħata avviż ta’ 24 siegħa. Notifika skont l-Artikolu 19 għandha ssir qabel meta jkun intenzjonat li l-miżura tidħol fis-seħħ.

4. Awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tirċievi notifika skont dan l-Artikolu tista' tieħu miżuri skont l-Artikoli 16 sa 19 f'dak l-Istat Membru fejn tkun sodisfatta li l-miżura tkun neċessarja sabiex tgħin lill-awtorità kompetenti l-oħra. L-awtorità kompetenti għandha tagħti wkoll notifika skont il-paragrafi 1 sa 3 fejn hi tkun qed tipproponi li jittieħdu l-miżuri.

Taqsima 2 Setgħat tal-AETS

Artikolu 23 Koordinazzjoni mill-AETS

1. L-AETS għandha teżerċita rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni b’rabta mal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont it-Taqsima 1. Partikolarment l-AETS għandha tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-miżuri skont it-Taqsima 1 speċjalment dwar meta jkun meħtieġ li jintużaw setgħat ta' intervent skont it-Taqsima 1, in-natura tal-miżuri imposti u l-bidu u d-durata ta' kwalunkwe miżura.

2. Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 22 dwar kwalunkwe miżuria li għandha tiġi imposta jew mġedda skont l-Artikolu 16, 17 jew 18, l-AETS għandha fi żmien 24 siegħa toħroġ opinjoni dwar jekk tqisx li l-miżura jew il-miżura proposta tkunx neċessarja biex tiġi indirizzata s-sitwassjoni eċċezzjonali. L-opinjoni għandha tiddikjara jekk l-AETS tikkunsidrax li jkunu nħolqu avvenimenti jew żviluppi avversi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fi Stat Membru wieħed jew aktar, jekk il-miżura jew il-miżura proposta tkunx xierqa u proporzjonati sabiex tiġi indirizzata t-theddida u jekk id-durata proposta tal-miżuri tkunx ġustifikata. Jekk tqis li dik il-miżura minn awtoritajiet kompenti oħra tkun neċessarja biex tiġi indirizzata t-theddida, l-AETS għandha tiddikjara wkoll dan fl-opinjoni tagħha. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-internet tal-AETS.

3. Fejn tipproponi li tieħu jew tieħu miżuri kontrarji għal opinjoni tal-AETS imsemmija fil-paragrafu 2 jew li kontra opinjoni tal-AETS skont dak il-paragrafu tonqos li tieħu l-miżuri, awtorità kompetenti għandha tippubblika immedjatament fuq is-sit tal-internet tagħha avviż li jispjega fid-dettal ir-raġunijiet tagħha għal dan.

Artikolu 24 Setgħat ta’ intervent tal-AETS

1. Skont l-Artikolu [6a(5)] tar-Regolament (UE) Nru …/…. [ir-Regolament AETS], l-AETS għandha, fejn il-kundizzjonijiet kollha tal-paragrafu 2 ikunu ssodisfati, tieħu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) tirrikjedi li persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom pożizzjonijiet bin-nieqes netti fir-rigward ta’ strument finanzjarju speċifiku jew klassi ta’ strumenti finanzjarji jinnotifikaw awtorità kompetenti jew jiddivulgaw lill-pubbliku d-dettalji ta’ kwalunkwe tali pożizzjoni;

(b) tipprjobixxi jew timponi kundizzjonijiet relatati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jidħlu f’bejgħa bin-nieqes jew tranżazzjoni li toħloq, jew tirrelata, strumet finanzjarju u l-effet jew wieħed mill-effetti tat-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika fil-każ ta' tnaqqis fil-prezz jew il-valur ta' strument finanzjarju ieħor;

(c) tillimita persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jidħlu għal tranżazzjonijiet ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu relatati ma’ obbligu ta’ Stat Membru jew l-Unjoni jew tillimita l-valur ta' pożizzjonijiet skoperti ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu li persuna fiżika jew ġuridika tista’ tidħol għalihom relatati ma’ obbligu ta' Stat Membru jew l-Unjoni;

(d) tipprojbixxi persuna fiżika jew ġuridika milli tidħol fi tranżazzjonijiet relatati ma’ strumenti finanzjarji jew li tillimita l-valur tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju li dik il-persuna tista’ tidħol fihom.

Miżura tista’ tapplika f’ċirkostanzi jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti rilevant. Eċċezzjonijiet jistgħu partikolarment ikunu speċifikati biex japplikaw għall-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tas-suq u l-attivitajiet tas-suq primarju.

2. L-AETS għandha tieħu biss deċiżjoni skont il-paragrafu 1 jekk il-kundizzjonijiet kollha segwenti jiġu ssodisfati:

(a) il-miżuri elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 jindirizzaw theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni u jkun hemm implikazzjonijiet transfruntieri;

(b) awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu miżuri biex jindirizzaw it-theddida jew il-miżuri li jkunu ttieħdu ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw it-theddida.

3. Meta jittieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis sa fejn il-miżuri:

(a) ser jindirizzaw sinifikament it-theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni jew itejbu sinifikament il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw it-theddida;

(b) mhux ser joħolqu riskju ta’ arbitraġġ regolatorju;

(c) mhux ser ikollhom effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji, inkluż it-tnaqqis tal-likwidità f’dawk is-swieq jew il-ħolqien ta’ inċertezza għall-parteċipanti fis-suq, li jkun sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tal-miżura.

Fejn awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri skont l-Artikolu 16, 17 jew 18, l-AETS tista’ tieħu kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 23.

4. Qabel ma tiddieċiedi li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tikkonsulta, fejn xieraq, lill-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku u awtoritajiet rilevanti oħra.

5. Qabel ma tiddieċiedi li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-miżura li tipproponi. In-notifika għandha tinkludi dettalji tal-miżuri proposti, il-klassi ta’ strumenti finanzjarji u t-tranżazzjonijiet li għalihom se japplikaw, l-evidenza li tappoġġja dawk ir-raġunijiet u meta jkun intenzjonat li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.

6. In-notifika għandha ssir mhux inqas minn 24 siegħa qabel ma jkun intenzjonat li l-miżura tidħol fis-seħħ jew tiġġedded. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-AETS tista’ tagħmel in-notifika inqas minn 24 siegħa qabel ma jkun intenzjonat li l-miżura tidħol fis-seħħ fejn ma jkunx possibbli li jingħata avviż ta’ 24 siegħa.

7. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit tal-internet tagħha avviż ta’ kwalunkwe deċiżjoni li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1. L-avviż għandu jispeċifika tal-anqas id-dettalji li ġejjin:

(a) il-miżuri imposti inkluż l-istrumenti u l-klassi ta’ tranżazzjonijiet li għalihom japplikaw u d-durata tal-miżuri;

(b) ir-raġunijiet għaliex l-AETS taħseb li jkun meħtieġ li jiġu imposti l-miżuri inkluża l-evidenza li tappoġġja r-raġunijiet.

8. Miżura għandha tidħol fis-seħħ meta l-avviż jiġi ppubblikat jew f’ħin speċifikat fl-avviż jiġifieri wara l-pubblikazzjoni tiegħu u għandha tapplika biss fir-rigward ta' tranżazzjoni li titwettaq wara li l-miżura tkun daħlet fis-seħħ.

9. L-AETS għandha teżamina l-miżuri tagħha msemmija fil-paragrafu (1) wara intervalli xierqa u tal-anqas kull tliet xhur. Jekk miżura ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, din għandha awtomatikament tiskadi. Il-paragrafi 2 sa 8 għandhom ikunu applikabbli għat-tiġdid tal-miżuri.

10. Miżura adottata mill-AETS skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe miżura oħra preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti skont it-Taqsima 1.

Artikolu 25 Aktar speċifikazzjoni tal-avvenimenti u l-iżviluppi avversi

Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti delegali skont l-Artikolu 36 u bla ħsara għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 37 u 38, miżuri li jispeċifikaw kriterji u fatturi li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti u l-AETS sabiex jiġi ddeterminat jekk jinħolqux l-avvenimenti jew l-iżviluppi avversi msemmija fl-Artikoli 16, 17, 18 u 23 u t-theddidiet immsemmija fl-Artikolu 24(2)(a).

KAPITOLU VIIR-RWOL TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 26 Awtoritajiet kompetenti

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar dan.

Artikolu 27 Setgħat ta’ awtoritajiet kompetenti

1. Sabiex iwettq u d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat kollha superviżorji u investigatorji li jkunu meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom fi kwalunkwe mod segwenti:

(a) direttament;

(b) f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;

(c) billi jirrikoru għand l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2. Sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom, b’konformità mal-liġi nazzjonali, is-setgħat li ġejjin:

(a) ikollhom aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe forma u li jirċievu kopja tiegħu;

(b) jitolbu informazzjoni minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u jekk ikun meħtieġ isejħu u jinterrogaw persuna fiżika jew ġuridika bil-ħsieb li jiksbu informazzjoni;

(c) iwettqu spezzjonijiet fuq il-post imħabbra jew għal għarrieda;

(d) jirrikjedu rekords telefoniċi eżistenti u tat-traffiku tad-dejta eżistenti;

(e) jirrikjedu l-waqfien ta’ kwalunkwe prattika li tmur kontra d-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament;

(f) jitolbu l-iffriżar u/jew is-sekwestru tal-assi.

3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom, mingħajr ma jillimitaw il-paragrafi 2(a) u (b) is-setgħa f’każijiet individwali sabiex jirrikjedu li persuna fiżika jew ġuridika li tidħol għal tranżazzjoni ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu tipprovdi l-elementi kollha segwenti:

(a) spjegazzjoni dwar il-fini tat-tranżazzjoni u jekk hijiex għall-finijiet ta’ ħħeġġjar kontra riskju jew mod ieħor;

(b) informazzjoni li tivverifika r-riskju sottostanti fejn it-tranżazzjoni tkun għall-finijiet ta’ ħħeġġjar.

Artikolu 28 Inkjesti mill-AETS

L-AETS tista’, fuq talba ta' awtorità kompetenti waħda jew iżjed, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, twettaq inkjesta dwar kwistjoni jew prattika partikolari li jkollha x’taqsam mal-bejgħ bin-nieqes jew l-użu ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu sabiex tivvaluta jekk dik il-kwistjoni jew prattika tippreżentax kwalunkwe theddida potenzjali għall-istabilità finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fl-Unjoni.

L-AETS għandha tippubblika rapport bis-sejbiet tagħha u kwalunkwe rakkomandazzjoni li jkollha x'taqsam mal-kwistjoni jew il-prattika.

Artikolu 29 Segretezza professjonali

1. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kwalunkwe awtorità jew persuna fiżika jew ġuridika oħra li l-awtorità kompetenti tkun iddelegat xi kompiti lilha, inkluż awdituri u esperti li jkunu ngħataw kuntratt mill-awtorità kompetenti. L-informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali ma għandhiex tiġi ddivulgata lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew awtorità oħra għajr meta din id-divulgazzjoni tkun meħtieġa għal proċedimenti legali.

2. L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament għandha titqies kunfidenzjali, ħlief meta l-awtorità kompetenti jew awtorità jew korp ieħor konċernat jiddikjaraw fil-ħin tal-komunikazzjoni li din l-informazzjoni tista’ tiġi ddivulgata jew meta din id-divulgazzjoni tkun meħtieġa għal proċedimenti legali.

Artikolu 30 Obbligu ta’ kooperazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw kull meta jkun meħtieġ jew meta jkun spedjenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jipprovdu lil xulxin b’informazzjoni li tkun rilevanti għall-finijiet li jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 31 Kooperazzjoni fil-każ ta’ talba għal spezzjonijiet fuq il-post jew investigazzjonijiet

1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed tista’ titlob l-għajnuna mingħand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward tal-ispezzjonijiet fuq il-post jew l-investigazzjonijiet.

L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-AETS b’kull talba msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fil-każ ta’ investigazzjoni jew spezzjoni b’effett transfruntier, l-AETS tista’ tikkoordina l-investigazzjoni jew l-ispezzjoni.

2. Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni, għandha:

(a) twettaq l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni hija stess;

(b) tippermetti lill-awtorità kompetenti li tkun issottomettiet it-talba biex tipparteċipa fl-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni;

(c) tippermetti lill-awtorità kompetenti li tkun issottomettiet it-talba biex twettaq l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni hija stess;

(d) taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni;

(e) taqsam kompiti speċifiċi dwar attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti oħrajn.

Artikolu 32 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi, l-infurzar ta' obbligi li jirriżultaw skont dan ir-Regolament f'pajjiż terzi u t-teħid ta' miżuri simili mill-awtorità kompetenti sabiex tikkumplimenta miżuri meħuda skont il-Kapitolu V.

Awtorità kompetenti għandha tinforma lill-AETS u awtoritajiet kompetenti oħra meta tipproponi li tidħol f'dan il-ftehim.

2. L-AETS għandha tikkoordina l-iżvilupp ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi. Għal dak il-għan, l-AETS għandha tħejji mudell ta' ftehim li jista' jintuża mill-awtoritajiet kompetenti.

L-AETS għandha tikkoordina wkoll l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ informazzjoni miksuba minn awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi li jista’ jkun rilevanti għat-teħid ta’ miżuri skont il-Kapitolu V.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi biss meta l-informazzjoni ddivulgata tiġi soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk stabiliti fl-Artikolu 29. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni jrid ikun intenzjonat għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 33 Trasferiment u żamma ta’ dejta personali

Fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta personali bejn Stati Membri jew l-Istati Membri u pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE. Fir-rigward tat-trasferiment tad-data personali mill-AETS lill-Istati Membri jew pajjiż terz, l-AETS għandha tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Id-dejta għandha tinżamm sa massimu ta’ 5 snin.

Artikolu 34 Divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-pajjiżi terzi

L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tittrasferixxi d-dejta ta' pajjiż terz u l-analiżi tad-dejta meta l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25 jew 26 tad-Direttiva 95/46/KE jkunu ssodisfati u abbażi ta’ każ każ biss. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tkun sodisfatta li t-trasferiment ikun neċessarju għall-fini ta’ dan ir-Regolament. Il-pajjiż terz ma għandux jittrasferixxi d-dejta lil pajjiż terz ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni espressa bil-miktub tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tiddivulga biss l-informazzjoni li rċeviet mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor lil-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tkun kisbet il-ftehim espliċitu tal-awtorità kompetenti li tkun trażmettiet l-informazzjoni u, fejn applikabbli, l-informazzjoni tkun iddivulgata biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità kompetenti tkun tat il-kunsens tagħha.

Artikolu 35 Penali

L-Istati Membri għandhom jistabilixxu regoli dwar miżuri amministrattivi, sanzjonijiet u penali finanzjarji applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-miżuri, sanzjonijiet u penali pprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-[1 ta’ Lulju 2012] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

KAPITOLU VIIATTI DELEGATI

Artikolu 36 Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħat ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(2), 3(7), 4(2), 5(3), 7(3), 8(3), 9(5), 14(3), 19(4), 19(5) u 25 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3. Is-setgħat biex tadotta atti delegati qed jingħataw lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabiliti fl-Artikoli 38 u 39.

Artikolu 37 Revoka tad-delega

1. Is-setgħat ta’ delega msemmija fl-Artikoli 2(2), 3(7), 4(2), 5(3), 7(3), 8(3), 9(5), 14(3), 19(4), 19(5) u 25 jistgħu jiġu rrevokati fi kwalunkwe waqti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna għad-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi rrevokata d-delega ta’ setgħat għandha timpenja ruħha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed deċiżjoni finali, b’indikazzjoni tas-setgħat delegati li jistgħu jiġu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal dan.

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 38 Oġġezzjoni għall-atti delegati

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

2. Jekk, meta jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

L-atti delegati jistgħu jiġu ppubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħlu fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3. Meta l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat.

Artikolu 39 Proċedura ta’ kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE [23].

2. Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stipulat għal tliet xhur.

KAPITOLU VIIIDISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 40 Eżami u rapport

Sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl ta’ diskussjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti u l-AETS, tirrapporta lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar:

(a) l-adegwatezza tal-livelli limitu tar-rapportar u d-divulgazzjoni pubblika provvduti skont l-Artikoli 5, 7 u 8;

(b) l-operazzjoni tar-restrizzjonijiet u r-rekwiżiti fil-Kapitolu II;

(c) jekk kwalunkwe restrizzjoni jew kondizzjoni oħra fuq il-bejgħ bin-nieqes jew is-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu tkunx xierqa.

Artikolu 41 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Miżuri eżistenti li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, fis-seħħ qabel il-15 ta’ Settembru 2010, jistgħu jibqgħu applikabbli sal-[1 ta’ Lulju 2013] sakemm dawn ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 42 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Għandu japplika mill-[1 ta’ Lulju 2012].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President[pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq, ĠU L 96, 12.4.2003, p.16

[2] Il-Komunikazzjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku Soċjali Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew., COM (2010) 301, p. 7.

[3] http://ec.europa.eu/internal_market/securities/docs/esme/report_20090319_en.pdf

[4] Sejħa għal evidenza, Eżami tad-Direttiva 2003/6/KE dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (id-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq). Għat-test tas-sejħa għal evidenza, ara:http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/docs/2009/market_abuse/call_for_evidence.pdf

[5] Id-Direttiva 2003/6/KE fl-Artikolu 1 tagħha tiddefinixxi informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq, li flimkien jikkostitwixxu abbuż tas-suq .

[6] CESR/10-088 , "Model for a Pan-European Short Selling Disclosure Regime" (Mudell għal Reġim ta’ Divulgazzjoni ta’ Bejgħ bin-Nieqes Pan-Ewropew).

[7] CESR/10-453, "Technical details of the pan-European short selling disclosure regime" (Dettalji tekniċi tar-reġim ta’ divulgazzjoni ta’ bejgħ bin-nieqes pan-Ewropew).

[8] Lista ta’ konsultazzjonijiet formali u informali hija inkluża fil-Valutazzjoni tal-Impatt li takkompanja din il-proposta.

[9] http://ec.europa.eu/internal_market/securities/short_selling_en.htm

[10] Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE, (ĠU L 390, 31.12.2004, p.38).

[11] Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, (ĠU L 145, 30.4.2004, p.1).

[12] CESR/10-088 u CESR/10-453. Il-KRTE ħares biss lejn regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ ishma filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni tkopri t-tipi kollha ta’ strumenti finanzjarji.

[13] ĠU C […], […], p. […].

[14] ĠU C […], […], p. […].

[15] ĠU L […], […], p. […].

[16] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[17] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[18] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[19] ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

[20] ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

[21] ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

[22] ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33.

[23] ĠU L 191, 13.7.2001, p.45.