52010PC0470

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku /* KUMM/2010/0470 finali - NLE 2010/0247 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 14.9.2010

KUMM(2010) 470 finali

2010/0247 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

110

- Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd], il-PKS tfittex li tiżgura sfruttar tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin f’kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. Għodda importanti f’dan ir-rigward hija l-istabbiliment annwali tal-opportunitajiet tas-sajd fl-għamla ta’ qabdiet totali permissibbli (TACs), kwoti u limiti tal-isforzi tas-sajd.

L-għan ta’ din il-proposta huwa li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 fir-rigward tal-iktar stokkijiet kummerċjalment importanti fil-Baħar Baltiku għall-Istati Membri.

- Il-kuntest ġenerali

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-konsultazzjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 (COM(2010)241 finali), tagħti dehra ġenerali tal-isfond tal-proposta Bil-għan li jiġu ssimplifikati u ċċarati d-deċiżjonijiet annwali dwar it-TAC u l-kwoti, l-opportunitajiet fil-Baħar Baltiku ilhom jiġu stabbiliti permezz ta' Regolament separat mill-2006 ’l hawn: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 52/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2005 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet [stokkijiet] ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2006.

Il-parir xjentifiku dwar l-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku fl-2011 ingħata mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) f’Mejju 2010 u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) f’Ġunju 2010.

Il-proposta fiha żewġ taqsimiet ta’ importanza għall-ġestjoni tas-sajd fil-Baltiku fl-2011: taqsima minnhom tiffissa t-TACs u l-kwoti u t-taqsima l-oħra tillimita l-isforz tas-sajd.

- 130 Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

L-opportunitajiet tas-sajd u l-mod li bih huma allokati lill-Istati Membri jiġu rregolati kull sena. L-aħħar wieħed huwa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2010.

Ta’ rilevanza għall-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar Baltiku huwa wkoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97, jagħti ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ta’ kontroll u monitoraġġ biex jerġgħu jinbnew l-istokkijiet ikkonċernati. Jistabbilixxi wkoll ir-regoli għall-istabbiliment tat-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz tal-Lvant u tal-Punent u l-limiti tal-isforzi tas-sajd assoċjati magħhom.

- Il-konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-UE

Il-miżuri proposti huma konformi mal-għanijiet u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

- Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi

Organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati

L-organizzazzjonijiet xjentifiċi kkonsultati kienu l-Kunsill Internazzjonali dwar l-Esplorazzjoni tal-Ibħra (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (STECF).

Kull sena, il-Komunità titlob lill-ICES u lill-STECF għal parir xjentifiku dwar il-qagħda ta’ stokkijiet importanti ta’ ħut. Il-parir li tirċievi jkopri l-istokkijiet kollha tal-Baltiku li għalihom huma proposti t-TACs ħlief għall-barbun tat-tbajja' u l-aringi fis-Subdiviżjoni 31, li għalihom l-ebda parir ma ngħata din is-sena minħabba li l-informazzjoni disponibbli ma kinitx adegwata biex ikunu evalwati x-xejriet tal-istokk.

- Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

L-RAC tal-baħar Baltiku (BSRAC) ġie kkonsultat fil-laqgħa tal-Grupp Konġunt ta’ Ħidma dwar is-sajd Demersali, tas-Salamun u dak Pelaġiku f’Ġunju 2010 abbażi tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-Konsultazzjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011. L-ICES u l-STECF ipprovdew il-bażi xjentifika għall-proposta. Id-DĠ MARE ppreżenta r-regoli li kien se jsegwi għall-istabbiliment tat-TACs u l-kwoti għall-2011 abbażi tal-istqarrija ta' politika. L-opinjonijiet preliminari espressi matul din il-laqgħa u r-rakkomandazzjonijiet bil-miktub li ġew wara dwar l-istokkijiet kollha tal-ħut ikkonċernati kienu kkunsidrati u tqiesu kemm jista' jkun fil-proposta mingħajr ma nħolqot kontradizzjoni mal-politiki eżistenti jew ħolqu deterjorament fl-istat tar-riżorzi vulnerabbli.

Il-BSRAC jappoġġa l-applikazzjoni ta' pjan multiannwali għall-merluzz fir-rigward tal-istabbiliment tat-TACs iżda ma jaqbilx mal-aġġustament gradwali tal-isforz tas-sajd li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-pjan. Barra minn hekk ma jaqbilx mal-aġġustament tat-TACs lejn livelli sostenibbli fuq żmien twil fejn, skont l-opinjoni tal-BSRAC, l-istatus tal-istokk huwa stabbli u l-parir xjentifiku ma jkunx biżżejjed biex jiġġustifika tnaqqis ta' kwota partikolari.

- Il-valutazzjoni tal-impatt

Jekk ikunu implimentati, il-miżuri proposti se jwasslu għal tnaqqis globali ta' madwar 17% f’termini tal-volumi tal-qabdiet mill-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet kollha kkunsidrati mill-bastimenti tal-UE fil-Baħar Baltiku. Għal diversi stokkijiet tal-aringi u l-laċċa kaħla, it-tnaqqis huwa bbażat fuq il-fatt li l-mortalità fis-sajd qiegħda ogħla mir-rendiment massimu sostenibbli jew il-livelli tal-approċċ ta’ prekawzjoni u t-tnaqqis fir-reklutaġġ għall-istokkijiet. It-tnaqqis li għandu l-akbar impatt ekonomiku sinifikanti huwa t-TAC għal-laċċa l-kaħla li huwa dovut għall-fatt li qed ikun hemm sajd ogħla mill-livelli ta' prekawzjoni għall-istokk. It-TACs għall-merluzz tal-Punent u tal-Lvant tal-Baltiku żdiedu skont il-pjan multiannwali.

Il-proposta ma tirriflettix biss tħassib għall-futur qrib iżda hi wkoll parti minn strateġija aktar fit-tul fejn il-livell tas-sajd jitnaqqas gradwalment għal livelli ta’ sostenibbiltà fit-tul.

Għaldaqstant, fuq żmien medju sa dak twil, l-approċċ meħud fil-proposta se jwassal għal tnaqqis fl-isforz tas-sajd filwaqt li fuq żmien twil mistenni jwassal għal kwoti stabbli jew ogħla. Il-konsegwenzi fit-tul tal-approċċ huma mistennija li jkunu: impatt imnaqqas fuq l-ambjent b’riżultat tat-tnaqqis fl-isforz tas-sajd, tnaqqis fis-settur tal-qbid f’termini tal-għadd ta’ bastimenti u/jew l-isforz medju tas-sajd għal kull bastiment, u l-istess ammont ta’ qabdiet jew iktar. Is-sostenibbiltà tal-attivitajiet tas-sajd se tiżdied fuq żmien twil.

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

- Is-sinteżi tal-azzjoni proposta

Il-proposta tistabbilixxi l-limiti tal-qbid u tal-isforz li huma applikabbli għas-sajd tal-UE, u għas-sajd internazzjonali li fih jieħdu sehem bastimenti tal-UE, sabiex jintlaħaq l-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd li jiġi żgurat sajd f’livelli li huma bijoloġikament, ekonomikament u soċjalment sostenibbli.

- Il-bażi legali

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

- Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma jgħoddx.

- Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja.

Il-Politika Komuni tas-Sajd hija politika komuni. Skont l-Artikolu 43(3) tat-TFUE huwa f'idejn il-Kunsill biex jadotta l-miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

Ir-Regolament tal-Kunsill inkwistjoni jalloka l-opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri. B’kunsiderazzjoni għall-Artikolu 20(3) tar-Regolament 2371/2002 l-Istati Membri huma liberi biex jallokaw opportunitajiet bħal dawn bejn ir-reġjuni jew l-operaturi kif iħossu li jkun xieraq. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom spazju kemm iridu biex jimmanuvraw dwar deċiżjonijiet relatati mal-mudell soċjali/ekonomiku tal-għażla tagħhom biex jisfruttaw l-opportunitajiet tas-sajd allokati lilhom.

Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji ġodda għall-Istati Membri. Dan ir-Regolament jiġi adottat mill-Kunsill kull sena, u l-mezzi pubbliċi u privati għall-implimentazzjoni tiegħu diġà jeżistu.

- L-għażla tal-istrumenti

L-istrumenti proposti: Regolament.

Din hija proposta għall-ġestjoni tas-sajd abbażi tal-Artikolu 43(3) tat-TFUE u skont l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002.

L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet fuq il-baġit tal-UE.

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

- Is-simplifikazzjoni

Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (tal-UE jew nazzjonali), partikolarment fir-rigward ta' rekwiżiti marbuta mal-ġestjoni tal-isforzi.

- Il-klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/terminazzjoni

Il-proposta tirrigwarda Regolament annwali għas-sena 2011 u għalhekk ma tinkludix klawżola ta' reviżjoni.

- Spjegazzjoni Dettaljata

Il-proposta tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut għall-Istati Membri li jistadu fil-Baħar Baltiku.

Iċ-ċifri proposti jirriflettu l-parir xjentifiku, il-konsultazzjoni mal-BSRAC u l-qafas għall-istabbiliment tat-TACs u l-kwoti li jinsabu fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Konsultazzjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011.

Peress li l-intenzjoni tal-Kummissjoni hija li tiżgura l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd f’konformità mal-politika u l-impenji internazzjonali tal-UE filwaqt li l-opportunitajiet tas-sajd jinżammu stabbli, il-varjazzjonijiet annwali fit-TACs huma limitati sa fejn huwa prattiku filwaqt li jitqies l-istatus ta’ stokk partikolari.

It-TACs u l-kwoti allokati lill-Istati Membri huma mogħtija fl-Anness I u l-limiti tal-isforz tas-sajd huma stipulati fl-Anness II.

Għall-istokkijiet tal-merluzz, it-TACs u l-limiti tal-isforz proposti jirriflettu l-approċċ gradwali applikat fil-pjan multiannwali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. L-element ċentrali tal-pjan huwa tnaqqis gradwali tal-mortalità tas-sajd għal livelli sostenibbli fit-tul li jiżguraw l-irkupru tal-istokkijiet u li jrendu ħafna u b'mod stabbli.

Fir-rigward tal-istokkijiet tas-salamun fil-Baħar Baltiku, huma meħtieġa miżuri ta' ġestjoni addizzjonali fl-ibħra u l-ilmijiet interni biex jiġi ffaċilitat l-irkupru effiċjenti tal-istokkijiet, fejn ikun meħtieġ. Attwalment qiegħed jitħejja pjan ta’ ġestjoni għas-salamun.

2010/0247 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

1. Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.

2. Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd][1] jitlob li l-Kunsill jadotta l-miżuri meħtieġa li jiżguraw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-insegwiment sostenibbli ta’ attivitajiet ta’ sajd abbażi tal-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli u, b’mod partikolari, tar-rapport imħejji mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

3. Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qabdiet totali permessibbli (TAC) għal kull tip ta' sajd jew grupp ta' sajd. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu distribwiti fost l-Istati Membri b'tali mod li f'kull Stat Membru tiġi żgurata stabbilta' relattiva ta' attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew sajd u b'kunsiderazzjoni għall-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Barra minn hekk, sabiex l-opportunitajiet tas-sajd ikunu ottimali u japplikaw b'mod effettiv, għandhom jiġu stabbiliti ċerti kundizzjonijiet essenzjali għalihom u li jkunu funzjonalment marbuta magħhom.

4. It-TACs għandhom ikunu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli u b'kunsiderazzjoni għall-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiżguraw trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd. F’dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jitqiesu l-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, b’mod partikolari fil-laqgħat mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati.

5. Għall-istokkijiet suġġetti għal pjanijiet multiannwali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu stabbiliti f'konformità mar-regoli stipulati f'dawk il-pjanijiet. Konsegwentement, il-limiti tal-qbid u l-limiti tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet[2].

6. L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stipulati f’dan ir-Regolament huwa suġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd[3] u b’mod partikolai għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu dwar ir-rappurtar tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd.

7. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti[4], huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għad-diversi miżuri msemmija fih.

8. Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-UE, huwa importanti li dawn iż-żoni tas-sajd jinfetħu fl-1 ta’ Jannar 2011.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I Ambitu u definizzjonijiet

Artikolu 1 Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 2 L-ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għal bastimenti tas-sajd tal-UE li joperaw fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 3 Id-definizzjonijiet

Flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2187/2005;

(b) “Baħar Baltiku” tfisser is-Subdiviżjonijiet tal-ICES 22 sa 32;

(c) “Bastiment tal-UE” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(d) “qabda totali permissibli (TAC)” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(e) “kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz.

(f) "jum nieqes mill-port" tfisser kwalunkwe perjodu kontinwu ta' 24 siegħa jew parti minnu li fih il-bastiment ikun nieqes mill-port.

KAPITOLU IIOpportunitajiet tas-sajd

Artikolu 4 Il-limiti tal-qbid u l-allokazzjonijiet

Il-limiti tal-qbid, l-allokazzjoni ta’ tali limiti fost l-Istati Membri, u l-kundizzjonijiet addizzjonali skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 5 Id-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

1. L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri kif stipulati fl-Anness I għandha tkun bla preġudizzju għal:

(a) skambji magħmula f'konformità mal-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b) riallokazzjonjiet magħmula f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c) ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d) kwantitajiet miżmuma f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e) tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 37, 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2. Għajr fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għal stokkijiet suġġetti għal TAC ta’ prekawzjoni u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għal stokkijiet suġġetti għal TAC analitiku.

Artikolu 6 Il-kundizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali

Ħut minn stokkijiet li għalihom huma stabbiliti l-limiti tal-qbid għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk:

(a) il-qabdiet saru minn bastimenti ta' Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma ġietx eżawrita; jew

(b) il-qabdiet jikkonsistu f'parti minn sehem ta' kwota tal-Unjoni li ma kinitx ġiet allokata permezz ta' kwota bejn l-Istati Membri, u dik il-kwota ma ġietx eżawrita.

Artikolu 7 Il-limiti tal-isforz tas-sajd

1. Il-limiti tal-isforz tas-sajd huma stipulati fl-Anness II.

2. Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għas-Subdiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-Subdiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

3. Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għas-Subdiviżjoni tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni għadha ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-Subdiviżjoni.

KAPITOLU IIIDispożizzjonijiet finali

Artikolu 8 It-trasmissjoni tad-dejta

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu dejta lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta' stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet imniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 9 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f ’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

Il-limiti tal-qbid applikabbli għall-bastimenti tal-UE f’żoni fejn jeżistu l-limiti tal-qbid skont l-ispeċi u ż-żona

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) abbażi tal-istokk u tal-kundizzjonijiet assoċjati għall-ġestjoni tal-kwoti minn sena għal sena.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

F'kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetiku li ġej tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. It-tabella ta' ekwivalenza ta' ismijiet komuni ma' ismijiet bil-Latin tidher hawn taħt għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

Isem xjentifiku | Kodiċi Alpha-3 | Isem Komuni |

Clupea harengus | HER | Aringi |

Gadus morhua | COD | Merluzz |

Platichthys flesus | FLE | Barbun |

Pleuronectes platessa | PLE | Barbun tat-tbajja’ |

Psetta maxima | TUR | Barbun imperjali |

Salmo salar | SAL | Salamun tal-Atlantiku |

Sprattus sprattus | SPR | Laċċa kaħla |

Speċi: | Aringi | Żona: | Is-subdiviżjonijiet 30-31 |

Clupea harengus | HER/3D30.; HER/3D31. |

Il-Finlandja | 74 607 | (1) | TAC Analitiku |

L-Isvezja | 16 393 | (2) |

L-UE | 91 000 | (3) |

TAC | 91 000 |

(1) Il-qabdiet f’SD 31 huma limitati għal 2 460t (2) Il-qabdiet f’SD 31 huma limitati għal 540t (3) Il-qabdiet f’SD 31 huma limitati għal 3 000t |

Speċi: | Aringi | Żona: | Is-subdiviżjonijiet 22-24 |

Clupea harengus | HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24. |

Id-Danimarka | 2 227 | TAC Analitiku L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |

Il-Ġermanja | 8 763 |

Il-Finlandja | 1 |

Il-Polonja | 2 067 |

L-Isvezja | 2 826 |

L-UE | 15 884 |

TAC | 15 884 |

Speċi: | Aringi | Żona: | L-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 |

Clupea harengus | HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32. |

Id-Danimarka | 2 016 | TAC Analitiku L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |

Il-Ġermanja | 535 |

L-Estonja | 10 295 |

Il-Finlandja | 20 097 |

Il-Latvja | 2 541 |

Il-Litwanja | 2 675 |

Il-Polonja | 22 831 |

L-Isvezja | 30 650 |

L-UE | 91 640 |

TAC | Mhux rilevanti |

Speċi: | Aringi | Żona: | Is-subdiviżjoni 28.1 |

Clupea harengus | HER/03D.RG |

L-Estonja | 15 082 | TAC Analitiku |

Il-Latvja | 17 578 |

L-UE | 32 660 |

TAC | 32 660 |

Speċi | Merluzz | Żona: | L-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 25-32 |

Gadus morhua | COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32. |

Id-Danimarka | 13 544 | TAC Analitiku |

Il-Ġermanja | 5 388 |

L-Estonja | 1 320 |

Il-Finlandja | 1 036 |

Il-Latvja | 5 036 |

Il-Litwanja | 3 318 |

Il-Polonja | 15 595 |

L-Isvezja | 13 721 |

L-UE | 58 957 |

TAC | Mhux rilevanti |

Speċi: | Merluzz | Żona: | L-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-24 |

Gadus morhua | COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24. |

Id-Danimarka | 8 206 | TAC Analitiku L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |

Il-Ġermanja | 4 012 |

L-Estonja | 182 |

Il-Finlandja | 161 |

Il-Latvja | 679 |

Il-Litwanja | 440 |

Il-Polonja | 2 196 |

L-Isvezja | 2 924 |

L-UE | 18 800 |

TAC | 18 800 |

Speċi: | Barbun tat-tbajja’ | Żona: | L-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-32 |

Pleuronectes platessa | PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32. |

Id-Danimarka | 2 179 | TAC Prekawzjonali L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |

Il-Ġermanja | 242 |

Il-Polonja | 456 |

L-Isvezja | 164 |

L-UE | 3 041 |

TAC | 3 041 |

Speċi: | Salamun tal-Atlantiku | Żona: | L-lmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-31 |

Salmo salar | SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31. |

Id-Danimarka | 51 829 | (1) | TAC Analitiku L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |

Il-Ġermanja | 5 767 | (1) |

L-Estonja | 5 267 | (1) |

Il-Finlandja | 64 627 | (1) |

Il-Latvja | 32 965 | (1) |

Il-Litwanja | 3 875 | (1) |

Il-Polonja | 15 723 | (1) |

L-Isvezja | 70 056 | (1) |

L-UE | 250 109 | (1) |

TAC | Mhux rilevanti |

__________ |

(1) Espress fl-għadd ta’ ħut individwali. |

Speċi: | Salamun tal-Atlantiku | Żona: | L-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjoni 32 |

Salmo salar | SAL/3D32. |

L-Estonja | 1 581 | (1) | TAC Analitiku L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |

Il-Finlandja | 13 838 | (1) |

L-UE | 15 419 | (1) |

TAC | Mhux rilevanti |

_________ |

(1) Espress fl-għadd ta’ ħut individwali. |

Speċi: | Laċċa kaħla | Żona: | Ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-32 |

Sprattus sprattus | SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32. |

Id-Danimarka | 26 236 | TAC Analitiku L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |

Il-Ġermanja | 16 621 |

L-Estonja | 30 466 |

Il-Finlandja | 13 734 |

Il-Latvja | 36 796 |

Il-Litwanja | 13 310 |

Il-Polonja | 78 087 |

L-Isvezja | 50 719 |

L-UE | 265 969 |

TAC | Mhux rilevanti |

ANNESS II

Limiti tal-isforz tas-sajd

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, li jistadu bix-xbieki tat-tkarkir, b'tartaruni Daniżi jew b'irkaptu simili b'malji ta' 90 mm jew akbar, li jistadu b'għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil jew pariti li għandhom malji ta' 90 mm jew akbar, jew li jistadu bil-konzijiet tal-qiegħ, konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix għandhom ikunu permessi għal għadd massimu ta'

(a) 163 jum neqsin mill-port fis-Subdiviżjonijiet 22-24 bl-eċċezzjoni tal-perjodu mill-1 sat-30 ta' April meta japplika l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007, u

(b) 160 jum neqsin mill-port fis-Subdiviżjonijiet 25-28 bl-eċċezzjoni tal-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

2. L-għadd massimu ta’ jiem neqsin mill-port kull sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żewġ żoni definiti fil-punt 1(a) u (b) u jistad bl-irkaptu msemmi fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla mill-għadd massimu ta’ jiem allokati għal waħda miż-żewġ żoni.

[1] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

[2] ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

[3] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

[4] ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.