52010PC0433

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji /* COM (2010) 0433 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 16.8.2010

KUMM(2010) 433 finali

2010/0232 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji

SEG(2010) 981 SEG(2010) 979

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

Madwar 20 sena ilu, bdew jiżviluppaw gruppi finanzjarji b’mudelli ta' negozju li jgħaqqdu l-forniment ta’ servizzi u prodotti f’setturi differenti tas-swieq finanzjarji. Dawn saru magħrufa bħala konglomerati finanzjarji. Dawn il-konglomerati jistgħu jinkludu banek, impriżi tal-assigurazzjoni, ditti tal-investiment, u possibbilment kumpaniji tal-immaniġjar tal-assi. Għal bosta snin, gruppi ta’ esperti differenti f’livell internazzjonali u Ewropew iddiskutew kif għandhom jiġi superviżati b’mod xieraq dawn il-konglomerati. Dan irriżulta biex fl-1999 il-Forum Konġunt[1] adotta l-'Prinċipji għas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji'[2]. F’dan l-isfond, id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002[3] ('FICOD') introduċiet superviżjoni supplimentari għall-gruppi fl-intier tagħhom. L-għan ta’ din is-superviżjoni supplimentari kien il-kontroll tar-riskji potenzjali li jinħolqu mill-adulterazzjoni kapitali (jiġifieri l-użu multipliku tal-kapital) u l-hekk imsejħa riskji tal-grupp, jiġifieri r-riskji ta’ kontaġju, il-kumplessità tal-immaniġjar, il-konċentrazzjoni u l-kunflitti ta' interess, li jistgħu jinħolqu meta jiġu kkombinati diversi liċenzji għal servizzi finanzjarji differenti.

Filwaqt li d-direttivi dwar is-servizzi bankarji u l-assigurazzjoni għandhom l-għan li jikkalkulaw bafers kapitali suffiċjenti għall-ħarsien tal-klijenti u t-titolari tal-poloz, il-FICOD tirregola s-superviżjoni supplimentari tar-riskji tal-grupp. Dan jimplika li entitajiet finanzjarji li jkollhom relazzjoni reċiproka li taffettwa l-profili tar-riskju tat-tnejn li huma jridu jiġu inklużi fl-ambitu superviżorju. B’dan il-mod, il-FICOD tissupplimenta ż-żewġ direttivi settorjali, id-Direttiva dwar is-Servizzi Bankarji 2006/48/KE[4] ('DRK') u diversi direttivi dwar l-assigurazzjoni, li kollha jistgħu jiġu applikati fuq livell individwali, għal kull entità liċenzjata, u fuq livell konsolidat, fejn jinġabru flimkien l-entitajiet legali liċenzjati kollha soġġetti għall-istess direttiva.

Kien previst eżami tal-FICOD ftit tas-snin wara l-implimentazzjoni tiegħu. L-eżami tal-Ftehim ta’ Basel tal-1988 fl-2004, l-implimentazzjoni Ewropea fid-DRK fl-2006, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ sett komprenżiv ta’ regoli ġodda għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni f’Solvenza II[5] jirriflettu żviluppi riċenti, sakemm l-entitajiet legali ta’ grupp ikunu attivi fl-istess settur, bankarju jew tal-assigurazzjoni. Sakemm tiġi implimentata Solvenza II, il-FICOD tissupplimenta d-direttivi dwar l-assigurazzjoni attwalment fis-seħħ, speċjalment id-Direttiva dwar il-Gruppi tal-Assigurazzjoni[6] ('DGA')).

Il-Kummissjoni beħsiebha tipproċedi f’żewġ stadji. Bil-proposta preżenti, qed jiġu indirizzati l-aktar kwistjonijiet tekniċi urġenti identifikati waqt l-eżami, kif analizzati mill-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji[7] ('KKKF'), fosthom il-kwistjonijiet tekniċi li nstabu fl-eżerċizzji preċedenti ta’ eżami. Inħarġu sejħiet għal pariri u konsultazzjoni sabiex jiġi vvalutat l-impatt ta’ dawn il-bidliet potenzjali[8]. Aktar tard fl-2010, ser isir dibattitu aktar importanti fil-kuntest tal-iżviluppi fil-G20 fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari. Dan id-dibattitu x'aktarx li ser jiffoka fuq l-ambitu tas-superviżjoni u kwistjonijiet relatati mal-kapital.

RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-eżami tal-FICOD fil-fatt beda fl-2008 u fforma l-bażi ta’ din il-proposta leġiżlattiva. Xi kwistjonijiet iddaħħlu fil-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva Omnibus[9] f’Ottubru 2009, li takkumpanja r-Regolamenti li jistabbilixxu tal-Awtoritajiet Superviżuri Ewropej il-ġodda.

Matul il-kriżi finanzjarja, l-hekk imsejħa riskji tal-grupp mmaterjalizzaw ruħhom fis-settur finanzjarju kollu, xi ħaġa li enfasizzat l-importanza tas-superviżjoni supplimentari tal-interkonnessjonijiet fi ħdan gruppi finanzjarji u bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji. Inizjattivi simili għall-eżami attwali u bbażati fuq il-prinċipji tal-Forum Konġunt ittieħdu fl-Istati Uniti u fl-Awstralja[10].

L-għan ta' din il-proposta leġiżlattiva huwa li temendat d-DGA, il-FICOD u d-DKR sabiex telimina l-konsegwenzi mhux intenzjonati u n-nuqqasijiet tekniċi fid-direttivi settorjali kif ukoll sabiex tiżgura li l-għanijiet tal-FICOD jintlaħqu b’mod effettiv.

Riżultati tal-Konsultazzjonijiet

Sejħiet għal Parir lill-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji 'KKKF'

Il-KKKF ippreżenta s-sejbiet b'risposta għat-Tielet Sejħa għall-Pariri tal-Kummissjoni lill-Ministeri tal-Finanzi rappreżentati fil-Kumitat Ewropew tal-Konglomerati Finanzjarji (KEKF) f’Jannar 2009. Il-kwistjonijiet prinċipali identifikati jirrigwardaw is-superviżjoni fl-ogħla livell, l-identifikazzjoni bbażata fuq ir-riskju, l-inklużjoni ċara fl-ambitu tad-direttiva u fl-identifikazzjoni tal-konglomerati, u trattament superviżorju ċar tal-parteċipazzjonijiet.

Laqgħat tal-grupp ta’ ħidma tal-Kummissjoni u s-smigħ pubbliku tal-KKKF

Fit-18 ta’ Ġunju u 23 ta’ Novembru 2009, u fil-21 ta’ Jannar 2010 saru laqgħat mal-Istati Membri tal-grupp ta’ ħidma tal-Kummissjoni. Fit-8 ta’ Lulju 2009 kienet organizzata seduta ta’ smigħ pubbliku mill-KKKF. Dawn id-diskussjonijiet mal-partijiet interessati kkonfermaw ir-rilevanza il-kwistjonijiet identifikati u żvelaw li superviżjoni effettiva tal-konglomerati tista’ tkun teħtieġ li jiġu diskussi saħansitra aktar kwistjonijiet, eż. id-differenzi fil-kapital eliġibbli fis-setturi, kif ukoll id-distorzjonijiet potenzjali tal-użu ta’ metodi differenti għall-kalkolu tal-kapital. Barra minn hekk, l-inizjattivi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi taw lok għal mistoqsijiet dwar l-inklużjoni mhux biss tal-kumpaniji tal-immaniġjar tal-assi iżda wkoll ta’ impriżi oħra relatati fl-ambitu tas-superviżjoni supplimentari tar-riskji tal-grupp ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar u kumplessi.

Konsultazzjoni Mmirata dwar ir-reviżjoni tal-FICOD

Ir-risposti għall-konsultazzjoni mmirata mnedija f’Novembru 2009 kienu jinkludu l-opinjoni ta’ 18-il konglomerat, awtorità waħda, żewġ assoċjazzjonijiet, unjoni waħda, u ċentru wieħed tar-riċerka[11] f'konformità mal-għadd limitat tal-gruppi fil-mira prinċipali tagħha, u n-natura teknika tal-mistoqsijiet. L-inizjattiva kienet milqugħa sew, u r-rispondenti għarfu l-problemi prinċipali, kif elenkati hawn taħt, kif ukoll is-suġġerimenti tas-Servizzi tal-Kummissjoni sabiex isolvuhom:

- l-applikabilità tad-dispożizzjonijiet settorjali tal-ogħla livell tad-direttivi dwar is-servizzi bankarji u l-assigurazzjoni fil-livell ta’ Kumpaniji b'Partiċipazzjoni Finanzjarja Mħallta (KPFM);

- iċ-ċarezza dwar l-inklużjoni tal-kumpaniji tal-immaniġjar tal-assi fl-ambitu tas-superviżjoni supplimentari;

- li tkun tista’ ssir identifikazzjoni tal-konglomerati bbażata aktar fuq ir-riskji,

- iċ-ċarezza dwar it-trattament tal-parteċipanti f’superviżjoni supplimentari.

Madankollu, ġew espressi opinjonijiet diverġenti fir-rigward tal-allinjament transsettorjali fid-definizzjoni tal-kapital, li ilu jitqies sa mill-Parir dwar il-Kapital mogħti mill-KKKF f’April 2008. L-Istati Membri li pparteċipaw fl-KEKF indikaw preferenza għal differiment ta' dawn il-proposti sakemm jitlestew id-dibattiti settorjali dwar il-kwistjonijiet bankarji u tal-assigurazzjoni. Ir-rispondenti semmgħu wkoll id-diffikultajiet biex isiru aktar distinzjonijiet bejn il-kummerċ proprjetarju u l-kummerċ nonproprjetarju tal-kumpaniji li jimmaniġjaw l-assi fi ħdan konglomerati finanzjarji. Finalment, il-konsultazzjoni kkonfermat li t-trattament tal-parteċipazzjonijiet fis-superviżjoni supplimentari ma kinetx problema li kien jeħtiġielha tissolva totalment f'dan l-istadju.

Fir-rigward ta' kwistjonijiet li jistgħu jiġu soġġetti għal eżami fil-futur, ir-risposti rrifjutaw b’mod ġenerali ll-idea li jikkunsidraw il-politiki ta’ rinumerazzjoni b’mod transsettorjali[12] iżda appoġġjaw inizjattivi fl-oqsma tal-kapital, jiġifieri l-konsistenza tad-dispożizzjonijiet tal-eliġibilità, kif ukoll il-konsiderazzjoni tal-entitajiet mhux regolati li jaffettwaw il-profili tar-riskju tal-gruppi finanzjarji.

Riżultat tal-Valutazzjoni tal-Impatt

Fil-Valutazzjoni tal-Impatt, ġew żviluppati, ivvalutati u pparagunati 17-il alternattiva ta’ politika bil-għan li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fl-analiżi. Din is-sezzjoni tiddeskrivi l-impatti mistennija tal-miżuri ta’ politika preferiti f’kull qasam.

Superviżjoni supplimentari f’livell tal-kumpanija b'parteċipazzjoni u l-koordinazzjoni superviżorja

Sabiex jiġu allinjati s-setgħat superviżorji fl-ogħla livell ta’ konglomerat, sabiex jiġi evitat it-telf ta’ setgħat meta tinbidel l-istruttura ta’ grupp kif ukoll id-duplikazzjoni tas-superviżjoni fil-livell ta’ konglomerat, u sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni mill-iżjed superviżuri rilevanti, l-emendi li ġejjin ġew ivvalutati b’mod pożittiv:

- tinkludi l-kumpaniji b'parteċipazzjoni tal-ogħla livell ta’ grupp bankarju jew tal-assigurazzjoni li huma kklassifikati bħala KPFM, sabiex id-dispożizzjonijiet u s-setgħat li huma applikati għall-Kumpanija b'Parteċipazzjoni Finanzjarja (KPF) jew għall-Kumpanija b'Parteċipazzjoni tal-Assigurazzjoni (KPA) preċedenti ma jispiċċawx meta l-klassifikazzjoni ta’ grupp u tal-kumpanija b'parteċipazzjoni tiegħu tinbidel b’riżultat ta’ akkwist fis-settur l-ieħor;

- tiġi llimitata d-definizzjoni ta’ 'awtorità kompetenti rilevanti' sabiex tinkludi biss is-superviżuri tal-entitajiet prinċipali finali fi ħdan setturi individwali u awtoritajiet kompetenti oħra li s-superviżuri tal-entitajiet prinċipali finali jqisu bħala rilevanti.

Identifikazzjoni tal-konglomerati finanzjarji

- L-inklużjoni fiċ-ċirkustanzi kollha tal-kumpaniji li jimmaniġjaw l-assi fl-ambitu tas-superviżjoni supplimentari kkumplimentata bi gwida dwar l-indikaturi għal din inklużjoni kienet ikkunsidrata utli.

- Sabiex tiġi indirizzata l-ambigwità fir-rigward tal-parametri u n-nuqqas tal-identifikazzjoni tal-konglomerati abbażi tar-riskju, il-linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-'alternattiva ta’ rinunzja' eżistenti għal gruppi akbar fl-Artikolu 3(3) tal-FICOD kienu vvalutati pożittivament. Dan għandu jkun flimkien ma’ alternattiva sabiex tiġi rrinunzjata s-superviżjoni supplimentari għal gruppi fejn l-assi miżmuma mill-iżgħar settur ikunu taħt il-limitu assolut ta’ EUR 6 biljuni.

Parteċipazzjonijiet

Il-problema tat-trattament ordinarju tal-parteċipazzjonijiet taħt superviżjoni supplimentari, li hija aggravata mill-fatt li l-liġi tal-kumpaniji tista’ tipprojbixxi sid minoritarju milli jaċċessa informazzjoni li ma tkunx aċċessibbli għal azzjonisti oħra, għandha tiġi indirizzata permezz ta' linji gwida dwar it-trattament tal-parteċipazzjonijiet f’diversi sitwazzjonijiet.

Impatt tal-alternattivi ta’ politika preferuti

Il-bidliet ta’ politika valutati pożittivament kienu mistennija li jirrendu l-qafas tas-superviżjoni supplimentari aktar robust u jwasslu għal inċentivi u prassi iżjed effettivi tal-mmaniġjar tar-riskji. Dan għandu jkun ta' benefiċċju għall-pożizzjoni tal-kompetittiva internazzjonali tal-gruppi finanzjarji mill-UE. Dawn l-alternattivi għandhom jikkontribwixxu pożittivament biex jiġu kkontenuti r-riskji għall-istabilità finanzjarja u tal-kostijiet possibbli għas-soċjetà. Fir-rigward tal-gruppi individwali tal-partijiet interessati u l-preokkupazzjonijiet sistemiċi, l-impatti mistennija ġew evalwati kif ġej:

- Ċerti gruppi finanzjarji iżgħar mill-UE bi struttura sempliċi u b'mhux aktar minn ftit liċenzji fiż-żewġ setturi jistgħu jkunu esklużi mis-superviżjoni supplimentari u għalhekk jibbenefikaw minn anqas kostijiet tal-konformità. Dan jista’ jkun disponibbli għal madwar għaxar gruppi finanzjarji iżgħar b’assi kombinati ta’ madwar EUR 69 biljun. Min-naħa l-oħra, il-kostijiet tal-konformità għall-gruppi akbar li għandhom aktar minn mitt liċenzja u huma attivi fiż-żewġ setturi għandhom jiżdiedu billi dawn il-gruppi, li jirrappreżentaw sa EUR 9 triljun f'assi fis-settur finanzjarju, jistgħu jiġu inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni supplimentari. Iż-żieda fil-kostijiet tal-konformità jistgħu jġarrbuha wkoll dawk il-gruppi finanzjarji li l-istruttura tagħhom tinkludi negozju tal-immaniġjar tal-assi u li se jiġu identifikati bħala konglomerati finanzjarji wara l-bidliet proposti fil-proċess tal-identifikazzjoni tal-konglomerati. Il-kostijiet tal-konformità għall-gruppi finanzjarji li ser jiġu inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni supplimentari ma għandhomx, minħabba d-daqs kumplessiv tagħhom, ikunu sustanzjali.

- Fi kwalunkwe każ, il-kostijiet tal-konformità huma mistennija li jiġu bbilanċjati mill-benefiċċji li ser jinħolqu mill-prassi aktar effettivi tal-immaniġjar tar-riskji. Impatt pożittiv ieħor jista’ jkun mistenni minn viżibilità u fiduċja akbar fis-swieq li għandhom jirriżultaw mill-identifikazzjoni bħala konglomerat. Dawn il-benefiċċji għandhom itejbu l-kompetittiva internazzjonali tal-gruppi kbar mill-UE.

- Il-bidliet valutati pożittivament fil-proċess tal-identifikazzjoni tal-konglomerati ser irendu l-ambitu tas-superviżjoni supplimentari aktar xieraq u għandhom ikabbru l-effettività tal-monitoraġġ, min-naħa tas-superviżuri, tar-riskji li jkunu esposti għalihom il-gruppi finanzjarji. Flimkien ma’ superviżjoni iżjed effiċjenti fl-ogħla livell tal-konglomerati u strumenti superviżorji aħjar għas-sejbien ta’ kontaġju, konċentrazzjoni, kwistjonijiet ta’ kumplessità u kunflitti ta' interessi f’ditti konnessi ma’ konglomerat permezz ta’ parteċipazzjonijiet, dan għandu jkun ta' kontribut pożittiv għall-istabilità finanzjarja.

- It-titjib fiċ-ċarezza tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-inklużjoni ta’ kumpaniji tal-immaniġjar tal-assi fl-identifikazzjoni u s-superviżjoni supplimentari għandhom jipprovdu kundizzjonijiet ekwi f’dan il-qasam.

- Rigward il-klijenti tal-gruppi finanzjarji konċernati, l-impatt tal-kost huwa mistenni li jkun negliġibbli minħabba l-livell ġenerali baxx ta’ materjalità tal-effett inkrimentali nett tal-alternattivi identifikati.

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Direttiva li temenda hija l-iżjed strument xieraq minħabba li l-bidliet meħtieġa jeħtiġilhom jiddaħħlu f’diversi Direttivi eżistenti. Din id-Direttiva li temenda għandu jkollha l-istess bażi legali bħad-Direttivi li ser jiġu emendati. Għalhekk, il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 53(1) tat-TFUE, li huwa bażi legali xierqa għall-armonizzazzjoni tar-regoli marbuta mal-istituzzjonijiet finanzjarji u l-konglomerati finanzjarji. F'konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-TUE, l-għanijiet tal-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jintlaħqu aħjar mill-Unjoni Ewropea. Leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea biss tista’ tiżgura li l-konglomerati finanzjarji li joperaw f’iżjed minn Stat Membru wieħed ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti u superviżjoni, f’dan il-każ billi tiżgura li d-dispożizzjonijiet jiġu ċċarati u jingħalqu l-lakuni superviżorji maħluqa involuntarjament minn emendi preċedenti tad-Direttivi settorjali. Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-proposta ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa.

IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni Ewropea[13].

SPJEGAZZJONI DETTALJATA TAL-PROPOSTA

Superviżjoni tal-ogħla livell L-Artikoli 1 (DGA) u 3 (DRK) ta’ din il-PropostaL-Artikoli 1, 2(2), 3(1), 4(2), 10(2) u diversi istanzi tal-Anness I u II DGAL-Artikoli 4, 71, 72, 84, 105, 125, 126, 127, 129, 141, 142 u 143 DRK

Il-qofol u l-għan primarju ta’ din il-proposta huwa li tiġi żgurta superviżjoni supplimentari xierqa, jiġifieri li ssewwi l-lakuni mhux intenzjonati li żviluppaw fis-superviżjoni supplimentari minħabba definizzjonijiet fid-direttivi settorjali, jiġifieri l-DRK u d-direttivi dwar l-assigurazzjoni. Minħabba li s-superviżjoni konsolidata/ta’ grupp fid-direttivi settorjali hija applikata biss għal kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja/tal-assigurazzjoni u d-dispożizzjonijiet settorjali ma għamlux referenza għal kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja/tal-assigurazzjoni li tibdel l-istruttura u ssir kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, tkun soġġetta biss għas-superviżjoni supplimentari skont il-FICOD u tintilef is-superviżjoni konsolidata/ta’ grupp fil-livell prinċipali finali. Għaldaqstant, l-awtoritajiet superviżorji jkollhom jagħżlu (jekk japplikawx – jew le - rinunzja meta jiddeterminaw jekk grupp huwiex konglomerat finanzjarju) jekk iridu jkomplu jikklassifikaw il-kumpaniji bħala kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja/tal-assigurazzjoni sabiex iżommu superviżjoni konsolidata/tal-grupp, jew jekk iridux japplikaw 'biss' is-superviżjoni supplimentari skont il-FICOD. iż-żamma tas-superviżjoni konsolidata/tal-grupp tfisser li r-riskju addizzjonali li jirriżulta mill-kombinazzjoni ma’ settur ieħor ma setax jiġi kopert; Madankollu, is-superviżjoni supplimentari timplika li jintilfu l-indikazzjonijiet superviżorji kollha li jirriżultaw mis-superviżjoni konsolidata/tal-grupp. Konsegwenzjalment, il-kontinwazzjoni tal-applikazzjoni tas-superviżjoni settorjali tista’ ma tindirizzax adegwatament ir-riskji prudenzjali addizzjonali li jirriżultaw mit-tkabbir fid-daqs u fil-kumplessità tal-grupp. Is-sistema attwali tista’ tirriżulta wkoll f’differenzi fit-trattament superviżorju (ibbażat fuq l-istruttura pjuttost milli fuq il-profil tar-riskju) tal-konglomerati.

Sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiġu applikati l-istrumenti superviżorji meħtieġa kollha, din il-proposta ddaħħal it-terminu 'kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta' fid-dispożizzjonijiet rilevanti għas-superviżjoni konsolidata/tal-grupp fid-direttivi settorjali.

L-Artikoli 3 u 30 tal-FICOD - Identifikazzjoni ta’ konglomerat

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-identifikazzjoni tal-konglomerati finanzjarji joħolqu tliet sottoproblemi.

- L-ewwel, id-direttiva ma teħtieġx l-inklużjoni tal-'kumpaniji tal-immaniġjar tal-assi' fit-testijiet tal-limiti. Il-kumpaniji tal-immaniġjar tal-assi huma l-maniġers ta’ UCITS (impriżi għal investimenti kollettivi f’titoli trasferibbli), kif regolati mid-Direttiva tal-UCITS[14]. Il-UCITS u l-maniġers tagħhom attwalment mhumiex koperti bis-superviżjoni prudenzjali settorjali fil-FICOD, għalkemm il-FICOD fiha l-possibbiltà li l-kumpaniji tal-immaniġjar tal-assi jiġu inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni supplimentari (l-Artikolu 30).

- It-tieni, it-testijiet tal-limiti jistgħu jiġu bbażati fuq parametri differenti skont ir-rekwiżiti tal-assi u dawk kapitali. Id-dispożizzjonijiet huma ambigwi fir-rigward tal-kalkolu tat-testijiet li jinħolqu minn, pereżempju, trattamenti differenti tal-kontabilità tal-assi (ara l-punt (i) fl-Artikolu 3(5) aktar 'l isfel).

- It-tielet, il-kundizzjonijiet tal-limitu, minħabba l-ammonti fissi tagħhom, mhumiex ibbażati fuq ir-riskju, u l-kunċett tar-riskji mistennija tal-grupp mhuwiex indirizzat mit-test tal-limitu. Dan jimplika li gruppi żgħar ħafna bi ftit liċenzji f’kull settur huma soġġetti għal superviżjoni supplimentari, filwaqt li l-akbar u l-iżjed gruppi kumplessi jistgħu teknikament jiġu identifikati bħala li mhumiex konglomerat. Minħabba f’hekk, id-dispożizzjonijiet attwali dwar l-identifikazzjoni jistgħu jimminaw il-kisba effettiva tal-għanijiet sottostanti tad-direttiva.

Sabiex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet, din il-proposta tintroduċi l-bidliet li ġejjin:

(i) Il-kumpaniji tal-immaniġjar tal-assi huma inklużi fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 30 il-punt (c); 'assi totali mmaniġjati' hija introdotta l-bħala indikatur alternattiv fl-Artikolu 3(5); u hija introdotta l-possibbiltà li jiġu adottati linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 3(2) u 3(5).

(ii) Hija introdotta rinunzja għall-gruppi iżgħar fl-Artikolu 3(3a) il-ġdid, li tippermetti linji gwida għall-applikazzjoni tar-rinunzja għall-gruppi iżgħar.

(iii) L-Artikolu 3(3) huwa fformulat mill-ġdid sabiex jiddistingwi sewwa l-kundizzjonijiet applikabbli għal gruppi taħt u ’l fuq mil-limitu ta’ EUR 6 biljuni u jżid rekwiżiti dwar il-linji gwida possibbli għall-applikazzjoni tar-rinunzja għal gruppi akbar u b’hekk jiżgura kundizzjonijiet ekwi.

L-Artikolu3(4) tal-FICOD - Trattament tal-parteċipazzjonijiet

It-trattament konsistenti tal-parteċipazzjonijiet fis-superviżjoni supplimentari ordinarja huwa mxekkel min-nuqqas ta’ informazzjoni rilevanti sabiex jiġu vvalutati sewwa r-riskji tal-grupp. Pereżempju, jekk ma tkunx tista’ tinkiseb informazzjoni dwar ir-riskji fir-rigward ta’ parteċipazzjonijiet f’kumpaniji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni mingħand konglomerati mmexxija minn bank, dawn ma jistgħux jipprovdu lis-superviżuri tagħhom b'evidenza ta’ livell sodisfaċenti ta’ integrazzjoni tal-immaniġjar u l-kontroll intern ma’ dawn l-entitajiet li huma neċessarji għal konsolidament. F’dak il-każ, il-grupp jeħtieġlu jnaqqas tali parteċipazzjonijiet mill-kapital tiegħu.

Filwaqt li l-kwistjoni tal-informazzjoni dwar il-parteċipazzjonijiet minoritarji għadha mhix eżaminata kompletament, pass inizjali kontenut f’din il-proposta huwa l-introduzzjoni ta’ rinunzja jekk parteċipazzjoni tkun l-uniku kawża għall-identifikazzjoni (l-Artikolu 3(5) il-punt ġdid (c)). Sakemm id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali dwar il-kumpaniji jistgħu jxekklu t-twettiq tar-rekwiżiti, l-Artikoli 7 u 8 jippermettu trattament speċifiku, li jista’ jkun speċifikat permezz ta’ linji gwida, minħabba l-konċentrazzjoni tar-riskju u r-rekwiżiti tat-transazzjonijiet fi ħdan il-grupp. Il-linji gwida jistgħu jsostnu wkoll l-applikazzjoni konsistenti tal-proċessi tal-eżami superviżorju, fosthom it-trattament speċifiku tal-parteċipazzjonijiet, kif ipprovdut fl-Artikolu 9 tal-FICOD, l-Artikolu 124 tad-DRK u l-Artikolu 36 tas-Solvenza II.

Kwistjonijiet oħra

L-Artikoli 1 u 2 tal-FICOD - Aġġornar tad-definizzjonijiet

L-Artikoli 1 u 2 għandhom jiġu aġġornati fid-dawl tad-direttivi mħassra u riformulati. Madankollu, billi b’mod partikolari r-riformulazzjoni tad-direttiva dwar l-assigurazzjoni (Solvenza II) tħassar id-direttivi preċedenti b’effett biss mill-1 ta’ Novembru 2012, inżammu r-referenzi għad-direttivi inizjali dwar l-assigurazzjoni – li għalhekk għadhom fis-seħħ.

L-Artikolu 2(17) tal-FICOD - Emenda tad-definizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti u l-koordinazzjoni superviżorja

Il-FICOD tissupplimenta l-DRK u d-direttivi dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tas-superviżjoni addizzjonali fl-ogħla livell ta’ grupp. Għal dak il-għan, hija tinkludi wkoll dispożizzjonijiet għall-koordinazzjoni bejn superviżuri differenti ta’ grupp. Il-FICOD tiddefinixxi l-awtorità kompetenti rilevanti u teħtieġ li l-koordinatur (is-superviżur tal-ogħla livell) jikkonsulta ma' din l-awtorità dwar ċerti kwistjonijiet superviżorji. Madankollu, id-dispożizzjonijiet attwali jħallu spazju għal interpretazzjonijiet differenti fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Interpretazzjoni estenżiva tirriżulta f'għadd kbir ta' awtoritajiet li jridu jiġu kkonsultati mill-koordinatur fil-livell ta' konglomerat finanzjarju. Dan jista' jhedded il-koordinazzjoni effettiva u effiċjenti tax-xogħol li għandu jitwettaq mill-"kulleġġ" ta' koordinatur u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

L-Artikolu 6(4) u l-Anness I għall-FICOD - Tneħħija tat-tielet metodu ta’ kalkolu,

Il-Parti II tal-Anness I għall-FICOD telenka tliet metodi għall-kalkolu tal-kapital fil-livell ta’ konglomerat. Analiżi mill-KKKF fl-2008 uriet li t-tielet metodu ta’ kalkolu tal-kapital eliġibbli dejjem wassal għal riżultati li huma sinifikattivament differenti mill-metodi 1 (konsolidazzjoni) u 2 (tnaqqis u aggregazzjoni). Għaldaqstant, it-tielet metodu għandu jitneħħa. Bil-limitazzjoni tal-metodi eliġibbli ta’ kalkolu għall-metodi tal-konsolidazzjoni u tat-tnaqqis u l-aggregazzjoni, il-FICOD hija wkoll allinjata mad-direttivi settorjali li tissupplimenta.

L-Artikolu 2 tal-FICOD - Inklużjoni tal-impriżi tar-riassigurazzjoni,

Bl-introduzzjoni tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-impriżi ta’ riassigurazzjoni fid-Direttiva 2005/68/KE, l-impriżi ta’ riassigurazzjoni daħlu fl-ambitu tal-entitajiet regolati li jistgħu jkunu parti minn konglomerat finanzjarju. Konsegwentament, il-FICOD iddaħħlet referenza għall-impriżi tar-riassigurazzjoni. Referenzi huma miżjuda fl-Artikoli 2(4), 2(7), 2(8), 2(14) u 2(16).

L-Artikoli 3(8), 7(5), 8(5), 9(6), 11(4) u 11(5) tal-FICOD - Introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar linji gwida f’ċerti oqsma

Sabiex tkun permessa aktar konverġenza tal-prassi superviżorja ddaħħlet possibbiltà li l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol joħorġu linji gwida f'konformità mal-Kapitolu IV tat-Taqsima 2 tar-Regolament li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea[15] u mal-Kapitolui IV tat-Taqsima 2 tar-Regolament li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol[16] ("il-Kumitat Konġunt Ewropew tal-Awtoritajiet Superviżorji").

Dawn il-linji gwida għandhom jirriflettu n-natura supplimentari ta' din id-Direttiva. Bħala eżempju, meta ssir valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju fuq bażi ta’ grupp sħiħ, li tirrigwarda diversi tipi ta' riskji li jistgħu jimmaterjalizzaw ruħhom fil-grupp (riskju tar-rata tal-interess, riskju tas-suq, eċċ), din il-valutazzjoni għandha tikkumplimenta s-superviżjoni speċifika, pereżempju ta’ esponimenti kbar kif ipprovdut fid-DRK. Il-linji gwida jistgħu jsostnu wkoll l-applikazzjoni konsistenti tal-proċessi tal-eżami superviżorju differenti, fosthom it-trattament speċifiku tal-parteċipazzjonijiet, kif ipprovdut fl-Artikolu 9 tal-FICOD, l-Artikolu 124 tad-DRK u l-Artikolu 36 tas-Solvenza II.

Aġġornament tar-referenzi f’diversi Artikoli

L-Artikoli 1, 2, 6(3), 6(4), 19, 21(2) tal-FICOD, u l-Artikolu 143(3) tad-DKR ġew emendati bil-għan li jiġu aġġornati r-referenzi u l-formulazzjoni.

2010/0232 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[17],

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

1. Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju tagħti lill-awtoritajiet kompetenti fis-settur finanzjarju setgħat u strumenti supplimentari għas-superviżjoni ta’ gruppi ta’ bosta entitajiet regolati, li huma attivi f’setturi differenti tas-swieq finanzjarji. Dawn il-gruppi, imsejħa konglomerati finanzjarji, għalhekk huma esposti għal riskji relatati mal-kontroll ta’ grupp, imsejħa riskji tal-grupp, u li jinkludu r-riskji ta’ kontaġju, li jinvolvi t-tixrid tar-riskji tul il-grupp kollu, il-konċentrazzjoni tar-riskji, fejn l-istess tip ta’ riskju jimmaterjalizza f’diversi partijiet tal-grupp fl-istess ħin, il-kumplessità tal-immaniġjar ta’ bosta entitajiet legali differenti, u l-kunflitti potenzjali ta' interessi, kif ukoll l-isfida tal-allokazzjoni tal-kapital regolatorju lill-entitajiet regolati kollha tiegħu, sabiex jiġi evitat l-użu multiplu tal-kapital. Is-superviżjoni supplimentari għandha tiġi applikata għall-konglomerati apparti mis-superviżjoni fuq bażi individwali, konsolidata jew fuq bażi ta’ grupp, mingħajr ma tidduplika jew taffettwa lill-grupp, u irrispettivament mill-istruttura legali tal-grupp.

2. Huwa xieraq li tiġi żgurata l-konsistenza mal-għan tad-Direttiva 2002/87/KE u d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18], sabiex tippermetti s-superviżjoni tal-gruppi tal-assigurazzjoni kif ukoll superviżjoni supplimentari xierqa tal-entitajiet tal-assigurazzjoni u oħrajn fi ħdan struttura b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni u ta’ grupp ta’ assugurazzjoni[19] għandha tiġi emendata sabiex tiddefinixxi u tinkludi l-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. Sabiex tkun żgurta superviżjoni koerenti f’waqtha, id-Direttiva 98/78/KE għandha tiġi emendata, minkejja l-applikazzjoni imminenti tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (riformulazzjoni)[20].

3. Huwa neċessarju li l-konglomerati finanzjarji jiġu identifikati fl-Unjoni Ewropea kollha skont kemm ikunu esposti għar-riskji tal-grupp, fuq il-bażi ta’ linji gwida komuni maħruġa mill-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropej tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea[21] u l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. li jistabbixxi Awtorità Ewropej tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol[22], wara kooperazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Huwa importanti wkoll li r-rekwiżiti fir-rigward tar-rinunzja tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari jiġu applikati b’mod ibbażat fuq ir-riskju skont dawn il-linji gwida. Dan huwa partikolarment importanti fil-każ tal-konglomerati akbar, li joperaw internazzjonalment.

4. Il-monitoraġġ komprensiv u adegwat tar-riskji ta’ grupp f’konglomerati kbar, kumplessi u li joperaw internazzjonalment, kif ukoll is-superviżjoni tal-politiki kapitali għall-grupp kollu ta’ dawn il-gruppi, huma possibbli biss meta l-awtoritajiet kompetenti jiġbru informazzjoni superviżorja u jippjanaw miżuri superviżorji lil hinn mill-ambitu nazzjonali tal-mandat tagħhom. Għalhekk huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw is-superviżjoni supplimentari tal-konglomerati internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti li huma kkunsidrati l-iżjed rilevanti għas-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerat. Il-kulleġġ tal-awtoritajiet rilevanti kompetenti ta’ konglomerat finanzjarju għandu jirrifletti n-natura supplimentari ta’ din id-Direttiva, u bħala tali għandu jżid il-valur għall-kulleġġi eżistenti għas-sottogrupp bankarju u s-sottogrupp tal-assigurazzjoni fil-konglomerat, mingħajr ma jirreplikahom, jidduplikahom jew jissostitwihom.

5. Is-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerati kbar, kumplessi, li joperaw internazzjonalment, teħtieġ koordinazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea kollha, sabiex tikkontribwixxi għall-istabilità tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jridu jaqblu dwar l-approċċi superviżorji applikati għal dawn il-konglomerati. L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. li jistabbilixxi l-Awtorità Bankarja Ewropea[23] u l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol[24], wara kooperazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, linji gwida komuni għal dawn l-approċċi komuni, b'hekk jiżguraw qafas prudenzjali komprenżiv tal-istrumenti u s-setgħat superviżorji disponibbli fid-direttivi dwar is-servizzi bankarji, l-assigurazzjoni u l-konglomerati finanzjarji. Il-linji gwida li ser jinħarġu kif previst f'din id-Direttiva għandhom jirriflettu n-natura supplimentari ta' din id-Direttiva u jikkumplimentaw is-superviżjoni speċifika għas-settur kif previst fid-Direttivi 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE, 93/22/KEE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2004/39/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/138/KE.

6. Hemm bżonn ġenwin li jiġu mmonitorjati u kkontrollati r-riskji potenzjali tal-grupp, li jiffaċċja l-konglomerat u li jiġu minn parteċipazzjonijiet f’kumpaniji oħra. Għal dawk il-każijiet fejn is-setgħat superviżorji speċifiċi previsti f'din id-Direttiva jidhru li mhumiex suffiċjenti, il-komunità superviżorja għandha tiżviluppa metodi alternattivi sabiex tindirizza u tikkunsidra b’mod xieraq dawn ir-riskji, preferibbilment permezz ta’ ħidma mwettqa mill-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol fil-forum tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Jekk parteċipazzjoni tkun l-unika element għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, is-superviżuri għandhom ikunu permessi jivvalutaw jekk il-grupp huwiex espost għal riskji tal-grupp u jekk ikun xieraq jeżentaw lill-grupp mis-superviżjoni supplimentari.

7. Fir-rigward ta' ċerti strutturi tal-grupp, is-superviżuri tħallew bla setgħat fil-kriżi attwali peress li l-kombinazzjoni tad-direttivi ġegħlithom jagħżlu bejn is-superviżjoni ispeċifika skont is-settur jew is-superviżjoni supplimentari. Filwaqt li għandu jsir eżami komplut tad-Direttiva fil-kuntest tax-xogħol tal-G20 fuq il-konglomerati, is-setgħat superviżorji neċessarji għandhom jiġi rrestawrati mill-aktar fis.

8. Huwa xieraq li tiġi żgurata l-konsistenza mal-għan tad-Direttiva 2002/87/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) [Traduzzjoni mhux uffiċjali][25]. Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2006/48/KE għandha tiġi emendata sabiex tiddefinixxi u tinkludi l-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta.

9. Skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Tarttat dwar l-Unjoni Ewropea, l-għanijiet tal-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri t-titjib tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f'konglomerat finanzjarju, jistgħu jintlaħqu biss fil-livell tal-Unjoni. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

10. Id-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE għalhekk għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi fid-Direttiva 98/78/KE

Id-Direttiva 98/78/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

11. Għandu jiżdied il-punt li ġej mal-Artikolu 1:

“(m) kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta kif definit fl-Artikolu 2 (15) tad-Direttiva 2002/87/KE;”

12. L-Artikolu 2(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2. Kull impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li l-impriża prinċipali tagħha tkun kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża ta’ riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru għandha tkun soġġetta għal superviżjoni supplimentari bil-mod preskritt fl-Artikoli 5(2), u l-Artikoli 6, 8 u 10.”

13. L-Artikolu 3(1) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1. L-eżerċizzju tas-superviżjoni supplimentari skont l-Artikolu 2 ma għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol superviżorju fir-rigward ta' impriżi tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, ta' impriżi tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, ta' kumpaniji b'paretċipazzjoni tal-assigurazzjoni, ta' kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jew ta' kumpaniji b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni b'attività mħallta meqjusa individwalment.”

14. L-Artikolu 4(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2. Meta impriżi tal-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom bħala l-impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jew kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni b'attività mħallta, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati jistgħu jilħqu ftehim fuq min minnhom għandu jkun responsabbli sabiex jeżerċita s-superviżjoni supplimentari.”

15. L-Artikolu 10(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-kalkolu għandu jinkludi l-impriżi relatati kollha tal-kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, l-impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew l-impriża tar-riassigurazjoni minn pajjiż mhux membru, bil-mod previst fl-Anness II."

16. L-Annessi I u II għandhom jiġu emendati skont l-Anness I għal din id-Direttiva

17. Artikolu 2

Emendi fid-Direttiva 2002/87/KE

Id-Direttiva 2002/87/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

18. L-Artikoli 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“ Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għas-superviżjoni supplimentari ta’ entitajiet regolati li jkunu kisbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 79/267/KEE, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[26], l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[27] jew l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[28] u li huma parti minn konglomerat finanzjarju.

Din id-Direttiva temenda wkoll ir-regoli settorjali rilevanti li japplikaw għall-entitajiet regolati minn dawn id-Direttivi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(1) ‘istituzzjoni tal-kreditu’ tfisser istituzzjoni tal- kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(2) ‘impriża tal-assigurazzjoni’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(3) ‘kumpanija tal-investiment’ tfisser kumpanija tal-investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, inklużi l-impriżi msemmija fl-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 2006/49/KE;

(4) ‘entità regolata’ tfisser istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, kumpanija tal-investiment jew impriża tar-riassigurazzjoni;

(5) ‘kumpanija li timmaniġja l-assi’ tfisser kumpanija tal-immaniġjar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE, kif ukoll impriża li l-uffiċċju reġistrat tagħha jkun barra l-Unjoni Ewropea u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni kieku kellha l-uffiċċju tagħha reġistrat fl-Unjoni Ewropea;

(6) ‘impriża tar-riassigurazzjoni’ tfisser impriża tar-riassigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(4) u (5) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(7) ‘regoli settorjali’ tfisser leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirrigwarda s-superviżjoni prudenzjali tal-entitajiet regolati, b’mod partikolari dawk stabbiliti fid-Direttivi 2004/39/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/138/KE;

(8) ‘settur finanzjarju’ tfisser settur kompost minn waħda jew aktar mill-entitajiet li ġejjin:

(a) istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), (5) u (21) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(b) impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 13(1) u (2), 13(4) u (5) u 212(1)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c) kumpanija tal-investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/49/KE;

(9) ‘impriża prinċipali’ tfisser impriża prinċipali kif definita fl-Artikolu 1 tas-seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati[29] u kwalunkwe impriża li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, teżerċita effettivament influwenza dominanti fuq impriża oħra;

(10) ‘impriża sussidjarja’ tfisser impriża sussidjarja kif definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE u kwalunkwe impriża li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, impriża prinċipali effettivament teżerċita fuqha influwenza dominanti; is-sussidjarji kollha ta’ impriżi sussidjarji għandhom ukoll jitqiesu bħala sussidjarji tal-impriża prinċipali oriġinali tagħhom;

(11) ‘parteċipazzjoni’ tfisser parteċipazzjoni skont it-tifsira tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji[30], jew il-proprjetà diretta jew indiretta ta’ 20% jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;

(12) ‘grupp’ tfisser grupp ta’ impriżi li jikkonsisti minn impriża prinċipali, is-sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-impriża prinċipali jew is-sussidjarji tagħha jkollhom parteċipazzjoni, kif ukoll impriżi marbuta flimkien permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE, u jinkludi kwalunkwe sottogrupp tiegħu;

(13) ‘rabtiet mill-qrib’ tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni naturali jew legali jew aktar jkunu relatati permezz ta’ parteċipazzjoni jew kontroll (li tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u impriża sussidjarja kif stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna naturali jew legali u impriża), jew il-fatt li t-tnejn li huma jew kollha jkunu marbuta b’mod permanenti mal-istess persuna, permezz ta’ relazzjoni ta’ kontroll;

(14) ‘konglomerat finanzjarju’ tfisser grupp jew sottogrupp skont it-tifsira tal-punt (12), li soġġett għall-Artikolu 3, jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) entità regolata skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tkun tmexxi l-grupp jew tal-anqas waħda mis-sussidjarji fil-grupp tkun entità regolata skont it-tifsira tal-Artikolu 1;

(b) fejn ikun hemm entità regolata skont it-tifsira tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva li tmexxi l-grupp, din tkun jew impriża prinċipali ta’ entità fis-settur finanzjarju, entità li jkollha parteċipazzjoni f’entità fis-settur finanzjarju, jew entità marbuta ma’ entità fis-settur finanzjarju permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(c) fejn ma jkunx hemm entità regolata skont it-tifsira tal-Artikolu 1 li tmexxi l-grupp, l-attivitajiet tal-grupp iseħħu prinċipalment fis-settur finanzjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1);

(d) mill-anqas waħda mill-entitajiet fil-grupp tkun fis-settur tal-assigurazzjoni u mill-anqas waħda tkun fis-settur bankarju jew dak tas-servizzi tal-investiment;

(e) l-attivitajiet konsolidati u/jew aggregati tal-entitajiet fil-grupp fis-settur tal-assigurazzjoni u tal-entitajiet fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment ikunu t-tnejn sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) jew (3);

(15) ‘kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta’ tfisser impriża prinċipali, barra minn entità regolata, li flimkien mas-sussidjarji tagħha, li mill-anqas waħda minnhom tkun entità regolata li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni Ewropea, u entitajiet oħra, tikkostitwixxi konglomerat finanzjarju;

(16) ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom is-setgħa bil-liġi jew regolamentazzjoni sabiex jissorveljaw istituzzjonijiet tal-kreditu, jew impriżi tal-assigurazzjoni, jew impriżi tar-riassigurazzjoni, jew ditti tal-investiment sew fuq bażi individwali jew ta’ grupp;

(17) ‘awtoritajiet rilevanti kompetenti’ tfisser:

(a) l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għas-superviżjoni settorjali tal-grupp kollu ta' kwalunkwe entità regolata f’konglomerat finanzjarju, b’mod partikolari tal-impriża prinċipali finali ta’ settur;

(b) il-koordinatur maħtur skont l-Artikolu 10 jekk differenti mill-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a);

(c) awtoritajiet kompetenti oħra konċernati, fejn rilevanti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b);

(18) ‘transazzjonijiet fi ħdan il-grupp’ tfisser it-transazzjonijiet kollha li bihom entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju jiddependu direttament jew indirettament fuq impriżi oħra fi ħdan l-istess grupp jew fuq kwalunkwe persuna naturali jew legali marbuta mal-impriżi fi ħdan dak il-grupp permezz ta’ rabtiet mill-qrib, għat-twettiq ta’ obbligu, sew jekk kuntrattwali kif ukoll jekk le, u kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk le;

(19) ‘konċentrazzjoni tar-riskju’ tfisser l-esponimenti kollha għal riskji b’potenzjal ta’ telf li jkun kbir biżżejjed biex jhedded is-solvenza jew il-pożizzjoni finanzjarja b’mod ġenerali tal-entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju; tali esponimenti jistgħu jiġu kkawżati minn riskju tal-kontroparti/riskju tal-kreditu, riskju tal-investiment, riskju tal-assigurazzjoni, riskju tas-suq, riskji oħra, jew b’kombinazzjoni jew interazzjoni ta’ dawn ir-riskji.”

19. L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) It-tielet subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 2:

“Il-kumpaniji li jimmaniġjaw l-assi skont it-tifsira tal-Artikolu 30 jiġu miżjuda mas-settur li jagħmlu parti minnu fi ħdan il-grupp; jekk ma jagħmlux parti esklussiva minn settur wieħed fi ħdan il-grupp, huma jiġu miżjuda mal-iżgħar settur finanzjarju.”

(b) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. L-attivitajiet transsettorjali għandhom ukoll jiġu preżunti li huma sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14)(e) jekk it-total tal-karta tal-bilanċ tal-iżgħar settur finanzjarju fil-grupp jaqbeż EUR 6 biljuni.

Jekk il-grupp ma jilħaqx il-limitu msemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu jiddeċiedu bi ftehim komuni li ma jqisux il-grupp bħala konglomerat finanzjarju. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 8, jew 9, jekk ikunu tal-opinjoni li l-inklużjoni tal-grupp fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jew l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ma tkunx meħtieġa jew ma tkunx xierqa jew inkella tiżgwida fir-rigward tal-għanijiet tas-superviżjoni supplimentari.

Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati.”

(c) Il-paragrafu 3a li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 3:

“3.a Jekk il-grupp jilħaq il-limitu msemmi fil-paragrafu 2, iżda l-iżgħar settur ma jaqbiżx EUR 6 biljuni, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu jiddeċiedu bi ftehim komuni li ma jqisux il-grupp bħala konglomerat finanzjarju. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 8, jew 9, jekk ikunu tal-opinjoni li l-inklużjoni tal-grupp fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jew l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ma tkunx meħtieġa jew ma tkunx xierqa jew inkella tiżgwida fir-rigward tal-għanijiet tas-superviżjoni supplimentari.

Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati. ”

(d) Il-punt (c) li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 4:

“(c) jeskludu parteċipazzjoni minoritarja fl-iżgħar settur jekk tali parteċipazzjoni tkun l-uniku element għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju.”

(e) Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5. Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali u bi ftehim komuni, jissostitwixxu l-kriterju bbażat fuq it-total tal-karta tal-bilanċ b’parametru wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin jew iżidu parametru jew aktar minnhom, jekk ikunu tal-opinjoni li dawn il-parametri jkunu ta’ rilevanza partikolari għall-iskop tas-superviżjoni supplimentari skont din id-Direttiva: struttura tad-dħul, attivitajiet li ma jidħlux fil-karta tal-bilanċ, assi mmaniġjati.”

(f) Huwa miżjud il-paragrafu 8 li ġej:

“8. L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3, 3a, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu".

20. L-Artikoli 6(3) u (4) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“3. Għall-għanijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-adegwatezza tal-kapital imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni supplimentari bil-mod u safejn definit fl-Anness I:

(a) istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari;

(b) impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew impriża b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni;

(c) kumpanija tal-investiment;

(d) kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta.

4. Meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti tal-adegwatezza tal-kapital supplimentari fir-rigward ta’ konglomerat finanzjarju bl-applikazzjoni tal-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-kontabilità) imsemmi fl-Anness I għal din id-Direttiva, il-fondi proprji u r-rekwiżiti ta’ solvenza tal-entitajiet fil-grupp għandhom jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni tar-regoli settorjali korrispondenti għall-forma u l-livell ta’ konsolidazzjoni kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikoli 133 u 134 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 221 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Meta jiġi applikat il-metodu 2 (Tnaqqis u aggregazzjoni) imsemmi fl-Anness I, il-kalkolu għandu jikkunsidra s-sehem proporzjonali miżmum mill-impriża prinċipali jew impriża li jkollha parteċipazzjoni f’entità oħra tal-grupp. ‘Sehem proporzjonali’ tfisser il-proporzjon tal-kapital sottoskritt li jkun miżmum direttament jew indirettament minn dik l-impriża.”

21. Il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 7:

“5. L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-konċentrazzjoni tar-riskji kif previst fil-paragrafi 1 sa 4. Huma għandu joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpaniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2).”

22. Il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 8:

“5. L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tat-tranżazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp kif previst fil-paragrafi 1 sa 4. Huma għandu joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpaniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2).”

23. Il-paragrafu 6 li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 9:

“6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jallinjaw l-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif previst f’dan l-Artikolu mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif previst fl-Artikolu 124 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/138/KE. Għal dan il-għan, l-awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni għall-konverġenza tal-prassi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif ipprovdut f’dan l-Artikolu, kif ukoll dwar il-konsistenza mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif ipprovdut bl-Artikolu 124 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/138/KE. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju, f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpaniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2).”

24. Il-paragrafi 4 u 5 li ġejjin huma miżjuda mal-Artikolu 11:

“4. Il-koordinatur għandu jistabbilixxi kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jiffaċilita l-kooperazzjoni meħtieġa skont din is-sezzjoni u t-twettiq tal-kompiti elenkati fil-paragrafi 1, 2 u 3 u l-Artikolu 12 u soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u l-kompatibilità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajiżi terzi fejn ikun xieraq.

L-istabbiliment u l-funzjonament ta’ dak il-kulleġġ għandu jkun ibbażat fuq arranġament bil-kitba tal-koordinazzjoni skont it-tifsira tal-paragrafu 1. Il-koordinatur għandu jiddeċiedi liema awtorità kompetenti oħra tipparteċipa f’laqgħa jew fi kwalunkwe attività ta’ dak il-kulleġġ.

5. L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konsistenza tal-arranġamenti tal-koordinazzjoni superviżorja skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248(4) tad-Direttiva 2009/138/KE.”

25. L-Artikolu 19 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“ Artikolu 19

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi

1. L-Artikolu 39(1) u (2) tad-Direttiva 2006/48/KE, l-Artikolu 10a tad-Direttiva 98/78/KE u l-Artikolu 264 tad-Direttiva 2009/138/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis għan-negozjar ta’ ftehimiet ma’ pajjiż terz jew aktar fir-rigward tal-mezzi tal-eżerċitar tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju.

2. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri pprovduti fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha, bil-għajnuna tal-Kumitat Bankarju Ewropew, il-Kumitat Ewropew tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Kumitat tal-Konglomerati Finanzjarji, teżamina l-eżitu tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.”

26. It-titolu tal-Kapitolu III huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"SETGĦAT MOGĦTIJA LILL-KUMMISSJONI, PROĊEDURA TA' KUMITAT U ADOZZJONI TA' LINJI GWIDA KOMUNI"

27. Għandu jiżdied l-Artikolu 21b li ġej:

"Artikolu 21b

Linji Gwida Komuni

L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu l-linji gwida komuni msemmija fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(6) u l-Artikolu 11(5) skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. li jistabbilixxi l-Awtorità Bankarja Ewropea u fl-Artikoli 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u wara kooperazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej."

28. Il-punt (c) li ġej għandu jiżdied mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 30:

“(c) fil-proċess tal-identifikazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2).”

29. L-Anness I huwa emendat skont l-Anness II għal din id-Direttiva.

Artikolu 3

Emendi fid-Direttiva 2006/48/KE

Id-Direttiva 2006/48/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

30. Il-punt (49) li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 4:

“(49) 'kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta' tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju[31];”

31. L-Artikolu 71(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 68, 69 u 70, l-istituzzjonijiet tal-kreditu kontrollati minn kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, safejn u bil-mod preskritt fl-Artikolu 133, mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 75, 120, 123 u s-Sezzjoni 5 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata ta’ dik il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta.”

32. L-Artikolu 72(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2. L-istituzzjonijiet tal-kreditu kontrollati minn kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu 5 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata ta’ dik il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta.

Is-sussidjarji sinifikanti ta’ kumpaniji prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew kumpaniji prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XII, il-Parti 1, il-punt 5, fuq bażi individwali jew subkonsolidata.”

33. L-Artikolu 84(6) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6. Meta l-Approċċ IRB ikun maħsub sabiex jintuża mill-istituzzjoni prinċipali tal-kreditu mill-UE u s-sussidjarji tagħha, jew mill-kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE u s-sussidjarji tagħha, jew il-kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE u s-sussidjarji tagħha, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet legali differenti għandhom jikkooperaw mill-qrib kif ipprovdut fl-Artikoli 129 sa 132.”

34. L-Artikoli 105(3) u (4) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“3. Meta Approċċ ta’ Kejl Avanzat ikun maħsub sabiex jintuża minn istituzzjoni prinċipali tal-kreditu mill-UE u s-sussidjarji tagħha jew mis-sussidjarji ta’ kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni mħallta mill-UE, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet legali differenti għandhom jikkooperaw mill-qrib kif ipprovdut fl-Artikoli 129 sa 132. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness X, il-Parti 3.

4. Fejn istituzzjoni prinċipali tal-kreditu mill-UE u s-sussidjarji tagħha jew is-sussidjarji ta’ kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE jużaw Approċċ ta’ Kejl Avanzat fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-kriterji ta’ kwalifika stipulati fl-Anness X, il-Parti 3 jintlaħqu mill-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha kkunsidrati flimkien.”

35. L-Artikolu 125(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2. Fejn il-kumpanija prinċipali ta’ istituzzjoni tal-kreditu tkun kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE, l-awtoritajiet kompetenti li awtorizzaw dik l-istituzzjoni tal-kreditu skont l-Artikolu 6 għandhom jeżerċitaw is-superviżjoni fuq bażi konsolidata.”

36. L-Artikolu 126 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“ Artikolu 126

1. Meta istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom bħala l-kumpanija prinċipali tagħhom l-istess kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru jew l-istess kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew l-istess kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata fl-Istat Membru li fih tkun twaqqfet il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta.

Meta l-kumpaniji prinċipali ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikunu jinkludu iżjed minn kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja waħda bl-uffiċċji prinċipali fi Stati Membri differenti u jkun hemm istituzzjoni tal-kreditu f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ.

2. Meta iżjed minn istituzzjoni tal-kreditu waħda awtorizzata fl-Unjoni Ewropea jkollhom bħala l-kumpanija prinċipali tagħhom l-istess kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew l-istess kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta u l-ebda waħda minn dawn l-istituzzjonijiet tal-kreditu ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih tkun twaqqfet il-kumpanija b'paretċipazzjoni finanzjarja jew il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-istituzzjoni ta’ kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, li għandha titqies, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, bħala l-istituzzjoni tal-kreditu kontrollata minn kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew minn kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE.

3. F’każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu bi ftehim komuni jirrinunzjaw l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jekk l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx xierqa, filwaqt li jqisu l-istituzzjonijiet tal-kreditu u l-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom f’pajjiżi differenti, u jaħtru awtorità kompetenti differenti sabiex teżerċita superviżjoni fuq bażi konsolidata. F’dawn il-każijiet, qabel ma jieħdu d-deċiżjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-istituzzjoni tal-kreditu prinċipali mill-UE, jew lill-kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE, jew lill-kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE, jew lill-istituzzjoni tal-kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, kif ikun xieraq, l-opportunità li tagħti l-opinjoni tagħha dwar dik id-deċiżjoni.

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim skont il-paragrafu 3.”

37. L-Artikolu 127 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-Paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1. L-Istati Membri għandhom jadottaw kwalunkwe miżura neċessarja, fejn ikun xieraq, sabiex jinkludu l-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja jew il-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fis-superviżjoni konsolidata. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 135, il-konsolidament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew tal-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta ma għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol superviżorju fir-rigward tal-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja fuq bażi individwali.”

(b) Il-Paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata jistgħu jitolbu lis-sussidjarji ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, li ma jkunux inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 137. F’każ bħal dan, għandhom japplikaw il-proċeduri għat-trażmissjoni u l-verifika tal-informazzjoni stipulati f’dak l-Artikolu.”

38. L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Minbarra l-obbligi imposti bid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta’ istituzzjonijiet prinċipali tal-kreditu mill-UE u istituzzjonijiet tal-kreditu kontrollati minn kumpaniji prinċipali b'parteċipazzjoni mill-UE jew kumpaniji prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE, għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:”

39. L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Fil-każ ta’ applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikoli 84(1), 87(9) u 105 u fl-Anness III, il-Parti 6, rispettivament, ippreżentati minn istituzzjoni prinċipali tal-kreditu mill-UE u s-sussidjarji tagħha, jew b’mod konġunt mis-sussidjarji ta’ kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħdmu flimkien, f’konsultazzjoni sħiħa, sabiex jiddeċiedu jekk għandhomx jagħtu jew le l-permess mitlub u sabiex jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, li għandu jkun soġġett għalihom tali permess.”

40. L-Artikolu 141 u 142 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“ Artikolu 141

Fejn, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu jixtiequ f’każijiet speċifiċi jivverifikaw l-informazzjoni dwar istituzzjoni tal-kreditu, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta’ servizzi anċillari, kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, sussidjarja tat-tip kopert fl-Artikolu 137 jew sussidjarja tat-tip kopert fl-Artikolu 127(3), li tinsab fi Stat Membru ieħor, huma għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor sabiex iwettqu dik il-verifika. L-awtoritajiet li jirċievu talba bħal din għandhom, fil-qafas tal-kompetenza tagħhom, jaġixxu dwarha jew billi jwettqu l-verifika huma stess, billi jħallu lill-awtoritajiet li għamlu t-talba jwettquha huma, jew billi jħallu awditur jew espert iwettaqha. L-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba tista’, jekk tkun tixtieq, tipparteċipa fil-verifika meta ma twettaqx il-verifika hija stess.

Artikolu 142

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu imposti penalitajiet u miżuri mmirati sabiex itemmu l-ksur osservat jew il-kawżi ta’ tali ksur, fuq kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja, kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta u kumpaniji b'parteċipazzjoni b'attività mħallta jew fuq il-maniġers effettivi tagħhom, li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ppromulgati sabiex jimplimentaw l-Artikoli 124 sa 141 u dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li dawk il-penalitajiet jew miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa, speċjalment meta l-amministrazzjoni ċentrali jew l-istabbiliment prinċipali ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jew kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta ma jkunux jinsabu fl-uffiċċju prinċipali tagħha.”

41. L-Artikolu 143(1) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1. Meta istituzzjoni tal-kreditu, li l-impriża prinċipali tagħha tkun istituzzjoni tal-kreditu jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja, jew kumpanija b'paretċipazzjoni finanzjarja mħallta, li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’pajjiż terz, ma tkunx soġġetta għas-superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tal-kreditu hix soġġetta għas-superviżjoni konsolidata minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz li tkun ekwivalenti għal waħda regolata mill-prinċipji stabbiliti f’din id-Direttiva.

Il-verifika għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tkun responsabbli għas-superviżjoni konsolidata kieku kellu japplika l-paragrafu 3, fuq talba tal-impriża prinċipali jew ta’ xi waħda mill-entitajiet regolati awtorizzati fl-Unjoni Ewropea jew fuq inizjattiva tagħha stess. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti.”

42. L-Anness X huwa emendat skont l-Anness III għal din id-Direttiva.

Artikolu 4 Traspożizzjoni

43. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa [it-30 ta' April 2011] l-aktar tard il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-[1 ta’ Lulju 2011].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

44. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-[20] jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

L-Annessi I u II għad-Direttiva 98/78/KE huma emendati kif ġej:

A. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

45. Sezzjoni 2.1. hija emendata kif ġej:

(a) it-tieni inċiż huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“- jekk l-impriża tal-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni tkun impriża relatata ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-istess Stat Membru bħall-impriża tal-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni, u kemm il-kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta u l-impriża relatata tal-assigurazzjoni jew l-impriża relatata tar-riassigurazzjoni jiġu kkunsidrati fil-kalkolazzjoni mwettqa.”

(b) il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw ukoll il-kalkolu tas-solvenza aġġustata ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ta’ impriża tar-riassigurazzjoni jekk din tkun impriża tal-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata ta’ impriża oħra tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor, u jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernat ikunu qablu li jagħtu l-eżerċizzju tas-superviżjoni supplimentari lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-aħħar.”

46. Sezzjoni 2.2. hija ssostitwita b’dan li ġej:

“2.2 Kumpaniji b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni intermedjarji

Meta tiġi kkalkolata s-solvenza aġġustata ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ta' impriża tar-riassigurazzjoni li jkollha parteċipazzjoni f’impriża relatata tal-assigurazzjoni, impriża relatata tar-riassigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, permezz ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni tal-kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni intermedjarja jew tal-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta intermedjarja. Għall-iskop biss ta’ dan il-kalkolu, li għandu jitwettaq skont il-prinċipji ġenerali u l-metodi deskritti f’dan l-Anness, din il-kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta għandha tiġi ttrattata daqs li kieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għar-rekwiżit ta’ solvenza ta’ żero u kienet soġġetta għall-istess kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 73/239/KEE, fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[32] jew fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[33] fir-rigward tal-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ solvenza.”

B. L-Anness II huwa emendat kif ġej:

47. It-titolu tal-Anness II għandu jiġi ssostitwit bi:

“SUPERVIŻJONI SUPPLIMENTARI GĦAL IMPRIŻI TAL-ASSIGURAZZJONI U TAR-RIASSIGURAZZJONI LI HUMA SUSSIDJARJI TA’ KUMPANIJA B'PARTEĊIPAZZJONI TAL-ASSIGURAZZJONI, KUMPANIJA B'PARTEĊIPAZZJONI FINANZJARJA MĦALLTA, IMPRIŻA TAL-ASSIGURAZZJONI MINN PAJJIŻ MHUX MEMBRU JEW IMPRIŻA TAR-RIASSIGURAZZJONI MINN PAJJIŻ MHUX MEMBRU”

48. L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1. Fil-każ ta’ żewġ impriżi jew aktar tal-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) li jkunu s-sussidjarji ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru u li jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-metodu deskritt f’dan l-Anness jiġi applikat b’mod konsistenti.”

49. It-tieni u t-tielet inċiżi u s-subparagrafu ta’ wara t-tielet inċiż huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“- jekk dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni u impriża oħra jew aktar tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzati fl-istess Stat Membru jkollhom bħala l-impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpanija b'partiċipazzjoni tal-assigurazzjoni, kumpanija b'partiċipazzjoni finanzjarja mħallta, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, u l-impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni tiġi kkunsidrata fil-kalkolu previst f’dan l-Anness imwettaq għal waħda minn dawn l-impriżi l-oħra,

- jekk dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni u waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni l-oħra jew aktar jew impriżi tar-riassigurazzjoni awtorizzati fi Stat Membru ieħor ikollhom bħala l-impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, u jkun ġie konkluż ftehim skont l-Artikolu (4)(2) li jagħti l-eżerċizzju tas-superviżjoni supplimentari koperta b’dan l-Anness lill-awtorità superviżorja ta’ Stat Membru ieħor.

Meta kumpaniji b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni oħra jew impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jkollhom parteċipazzjonijiet suċċessivi fl-impriża b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew fl-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kalkoli previsti f’dan l-Anness fil-livell biss tal-impriża prinċipali finali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tkun kumpanija b'partiċipazzjoni tal-assigurazzjoni, kumpanija b'partiċipazzjoni finanzjarja mħallta, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru.”

50. Il-Paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kalkoli analogi għal dawk deskritti fl-Anness I jitwettqu fil-livell tal-kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, jew il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta.

L-analoġija għandha tikkonsisti fl-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali u l-metodi deskritti fl-Anness I fil-livell tal-kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru.

Għall-iskop biss ta’ dan il-kalkolu, l-impriża prinċipali għandha tiġi ttrattata daqs li kieku kienet impriża tal-assigurazzjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

- rekweżit żero ta’ solvenza meta tkun kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta,

- rekweżit ta’ solvenza stabbilit skont il-prinċipji tas-sezzjoni 2.3 tal-Anness I, meta tkun impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru,

- l-istess kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 73/239/KEE jew fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 79/267/KEE fir-rigward tal-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ solvenza.”

ANNESS II

Fl-Annss I għad-Direttiva 2002/87/KE, taħt 'II. Metodi Tekniċi tal-Kalkolu', il-Metodu 3 u l-Metodu 4 għandhom jiġu ssostitwiti b’dan li ġej:

“Metodu 3: ‘Metodu ta’ kombinazzjoni’

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu kombinazzjoni tal-metodu 1 u l-metodu 2.”

ANNESS III

Fid-Direttiva 2006/48/KE, il-paragrafu 30 tas-sezzjoni 3 tal-parti 3 tal-Anness X huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“30. Meta Approċċ ta’ Kejl Avanzat ikun maħsub sabiex jintuża mill-istituzzjoni tal-kreditu prinċipali mill-UE u mis-sussidjarji tagħha, jew mis-sussidjarji ta’ kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE, l-applikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-metodoloġija użata sabiex jiġi allokat il-kapital operazjonali tar-riskju bejn l-entitajiet differenti tal-grupp.” [pic][pic][pic]

[1] Il-Kumitat Konġunt G10 tal-Kumitat ta’ Basel tas-Superviżuri Bankarji, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni, u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli.

[2] Superviżjoni tal-Konglomerati Finanzjarji, 19 ta’ Frar 1999, ara http://www.bis.org/publ/bcbs47.pdf?noframes=1.

[3] OJ L 35, 11.2.2003, p. 1.

[4] Id-DRK tikkonsisti minn żewġ direttivi: id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) [traduzzjoni mhux uffiċjali], ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1 u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tad-ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) [traduzzjoni mhux uffiċjali], ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

[5] Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (riformulazzjoni), ĠU L 335, 17.12.2009, p.1.

[6] Id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27.10.1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni u ta’ grupp ta’ assugurazzjoni, ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1.

[7] KKKF huwa l-kumitat ta’ livell 3 għall-konglomerati finanzjarji fi ħdan l-hekk imsejħa struttura 'Lamfalussy'; filwaqt li l-Kumitat Ewropew dwar il-Konglomerati Finanzjarj (KEKF) huwa l-kumitat (tal-livell 2) skont il-FICOD.

[8] Għal aktar dettalji ara l-websajt dwar il-Konglomerati, http://ec.europa.eu/internal_market/financial-conglomerates/supervision_en.htm.

[9] COM(2009) 576 finali, proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 1998/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

[10] L-Awtorità Awstraljana dwar ir-Regolazzjoni Prudenzjali qiegħda tikkunsidra kif tissorvelja u tikkontrolla l-kontaġju potenzjali li jiġi minn entitajiet ta’ gruppi finanzjarji mhux regolati; ara http://www.apra.gov.au/media-releases/10_06.cfm.

[11] Ir-risposti (mhux kunfidenzjali) tal-partijiet interessati huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2009/fcd_review_en.htm

[12] Il-politiki ta’ rinumerazzjoni fis-settur bankarju ġew trattati mill-Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni (COM/2009/362). Proposta simili hija prevista fir-rigward tal-politiki ta’ rinumerazzjoni fis-settur tal-assigurazzjoni.

[13] Il-kompiti assenjati lill-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej fir-rigward tal-linji gwida huma koperti mill-mandat propost tiegħu u ma jwasslu għall-ebda implikazzjoni baġitarja speċifika jew addizzjonali.

[14] Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS); ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3, revokata bid- Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

[15] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea {COM(2009) 499 finali} {COM(2009) 500 finali} {COM(2009) 502 finali} {COM(2009) 503 finali} {SEC(2009) 1233} {SEC(2009) 1234} {SEC(2009) 1235} /* COM/2009/0501 finali - COD 2009/0142 */

[16] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kumitat Ewropew tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol {COM(2009) 499 finali} {COM(2009) 500 finali} {COM(2009) 501 finali} {COM(2009) 503 finali} {SEC(2009) 1233} {SEC(2009) 1234} {SEC(2009) 1235} /* COM/2009/0502 finali - COD 2009/0143 */

[17] OJ C […]

[18] OJ L 35, 11.2.2003, p. 1.

[19] ĠU L 330, 5.12.1998, p.1.

[20] ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

[21] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea {COM(2009) 499 finali} {COM(2009) 500 finali} {COM(2009) 502 finali} {COM(2009) 503 finali} {SEC(2009) 1233} {SEC(2009) 1234} {SEC(2009) 1235} /* COM/2009/0501 finali - COD 2009/0142 */

[22] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kumitat Ewropew tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol {COM(2009) 499 finali} {COM(2009) 500 finali} {COM(2009) 501 finali} {COM(2009) 503 finali} {SEC(2009) 1233} {SEC(2009) 1234} {SEC(2009) 1235} /* COM/2009/0502 finali - COD 2009/0143 */

[23] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea {COM(2009) 499 finali} {COM(2009) 500 finali} {COM(2009) 502 finali} {COM(2009) 503 finali} {SEC(2009) 1233} {SEC(2009) 1234} {SEC(2009) 1235} /* COM/2009/0501 finali - COD 2009/0142 */

[24] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kumitat Ewropew tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol {COM(2009) 499 finali} {COM(2009) 500 finali} {COM(2009) 501 finali} {COM(2009) 503 finali} {SEC(2009) 1233} {SEC(2009) 1234} {SEC(2009) 1235} /* COM/2009/0502 finali - COD 2009/0143 */

[25] ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

[26] ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

[27] ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

[28] ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

[29] ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

[30] ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

[31] OJ L 35, 11.2.2003, p. 1.

[32] ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.

[33] ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1.