/* COM/2010/0432 final - NLE 2010/0233 */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru .../... li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006 (li jimponi dazju defenittiv u kompensatorju ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene(PET) li joriġinaw fl-Indja, u li jippreserva l-estenzjoni ta' dawn id-dazji fuq l-importazzjonijiet ta' tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene(PET) li jintbagħtu minn, fost oħrajn, l-Iżrael), li tagħti eżenzjoni minn dawn il-miżuri lil esportatur Iżraeljan wieħed u li ttemm ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mingħand dan l-esportatur
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 16.8.2010 KUMM(2010) 432 finali 2010/0233 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru .../... li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006 (li jimponi dazju defenittiv u kompensatorju ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene(PET) li joriġinaw fl-Indja, u li jippreserva l-estenzjoni ta' dawn id-dazji fuq l-importazzjonijiet ta' tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene(PET) li jintbagħtu minn, fost oħrajn, l-Iżrael), li tagħti eżenzjoni minn dawn il-miżuri lil esportatur Iżraeljan wieħed u li ttemm ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mingħand dan l-esportatur MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ("ir-Regolament bażiku tal-antidumping) u Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea ("ir-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidji") fil-proċedura li tikkonċerna l-importazzjoni tat-tertuqa PET mibgħuta minn, fost oħrajn, l-Iżrael, wara reviżjoni ta' "esportaturi ġodda". | Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti bażiċi u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skont il-kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolamenti bażiċi. | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007 li jimponi dazju definittiv ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw fl-Indja, estiż għall-importazzjonijiet ta' tertuqa PET mibgħuta minn, fost oħrajn, l-Iżrael, u n-Nru 367/2006 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina fl-Indja, estiż għall-importazzjonijiet ta' tertuqa PET minn, fost oħrajn, l-Iżrael. | Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. | IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMA TAL-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | Il-partijiet interessati milquta mill-procedura kellhom diġà l-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti bażiċi. | Ġbir u użu tal-kompetenzi | Ma kenitx meħtieġa kompetenza esperta esterna. | L-istima tal-impatt Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti bażiċi. Ir-Regolamenti bażiċi ma jipprevedux stima tal-impatt ġenerali iżda fihom lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. | L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | Sommarju tal-azzjoni proposta Fis-6 ta' Jannar 2010, fuq talba ta' esportatur Iżraeljan, il-Kummissjoni tat bidu għal reviżjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1292/2007 li jimponi dazju definittiv ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw fl-Indja, estiż għall-importazzjonijiet ta' tertuqa PET mibgħuta minn, fost oħrajn, l-Iżrael, u n-Nru 367/2006 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina fl-Indja, estiż għall-importazzjonijiet ta' tertuqa PET minn, fost oħrajn, l-Iżrael. Il-proposta mehmuża għal Regolament tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejbiet definittivi li wrew li l-esportatur Iżraeljan ma esportax tertuqa PET lejn l-UE matul il-perijodu oriġinali ta' investigazzjoni (2003). Instabet ħidma ta' manifattura sħiħa għall-produzzjoni tat-tertuqa PET u mbagħad it-trasformazzjoni ta' din it-tertuqa f'imballaġġ għall-ikel u oġġetti oħra. Ma nstabet ebda prova ta' rbit ma' kumpaniji fl-Indja li jimmanifatturaw it-tertuqa PET. Għalhekk huwa propost li l-Kunsill jadotta l-proposta għal Regolament mehmuża biex tingħata eżenzjoni lill-esportatur Iżraeljan mid-dazji antidumping u kumpensatorji li japplikaw għall-importazzjonijiet ta' tertuqa PET li jintbagħtu mill-Iżrael. | Il-bażi legali Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u n-Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma jgħoddx. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | L-azzjoni hija deskritta fir-Regolamenti bażiċi msemmija hawn fuq u ma tħalli ebda wisa' għal deċiżjoni nazzjonali. | Mhijiex applikabbli indikazzjoni ta' kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq l-Unjoni, fuq il-gvernijiet nazzjonali, fuq l-awtoritajiet reġjonali u lokali, fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq iċ-ċittadini jiġi minimizzat u jitrenda proporzjonali mal-għan tal-proposta. | L-għażla ta’ strumenti | L-istrument propost: Regolament. | Mezzi oħrajn ma jixirqux għar-raġuni li ġejja: Mezzi oħra m'humiex xierqa għaliex ir-Regolamenti bażiċi ma jipprevedux għażliet alternattivi. | IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAĠIT Din il-proposta ma għandhiex implikazzjoni sinifikanti għall-baġit tal-Unjoni. | 1. 2010/0233 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru .../... li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006 (li jimponi dazju defenittiv u kompensatorju ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene(PET) li joriġinaw fl-Indja, u li jippreserva l-estenzjoni ta' dawn id-dazji fuq l-importazzjonijiet ta' tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene(PET) li jintbagħtu minn, fost oħrajn, l-Iżrael), li tagħti eżenzjoni minn dawn il-miżuri lil esportatur Iżraeljan wieħed u li ttemm ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mingħand dan l-esportatur IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] ("ir-Regolament bażiku") u b'mod partikolari l-Artikoli 11(4) u 13(4) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[2] ("ir-Regolament bażiku kontra s-sussidji") u b'mod partikolari l-Artikoli 20, 23(5) u (6) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea ("il-Kummissjoni") wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ 2. Il-Kunsill, bir-Regolamenti (KE) Nru 1676/2001[3] u Nru 2597/1999[4] impona miżuri tal-antidumping u ta' kontra s-sussidju rispettivament fuq it-tertuqa tal-PET li toriġina, fost oħrajn, mill-Indja (‘il-miżuri oriġinali’). Bir-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004[5] u Nru 1976/2004[6], il-Kunsill estenda dawn il-miżuri għat-tertuqa tal-PET mibgħuta mill-Iżrael u mill-Brażil (‘il-miżuri estiżi’) ħlief għall-importazzjonijiet prodotti minn kumpanija Brażiljana waħda, Terphane Ltd, u kumpanija Iżraeljana waħda, Jolybar Ltd, imsemmija speċifikament f’kull wieħed min dawk ir-Regolamenti. 3. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 101/2006[7] il-Kunsill emenda r-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 u (KE) Nru 1976/2004 biex jeżenta kumpanija waħda oħra, il-Hanita Coatings Rural Cooperative Association Ltd, mill-miżuri estiżi. 4. Wara reviżjoni dwar l-iskadenza tal-miżuri tal-antidumping, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007[8] ("ir-Regolament (KE) Nru 1292/2007") impona dazju tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw mill-Indja u żamm l-estenzjoni tad-dazju fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott mibgħuta mill-Brażil u mill-Iżrael, sew jekk ikunx iddikjarat li oriġinaw mill-Brażil jew l-Iżrael sew jekk ma jkunx, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti produtturi speċifikati fl-Artikoli 2(4) ta’ dak ir-Regolament ("il-miżuri antidumping fis-seħħ"). 5. Wara reviżjoni dwar l-iskadenza tal-miżuri kompensatorji, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 367/2006[9] ("ir-Regolament (KE) Nru 367/2006") impona dazju kompensatorju fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw mill-Indja u żamm l-estenzjoni ta' dak id-dazju fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott mibgħuta mill-Brażil u mill-Iżrael, sew jekk ikunx iddikjarat li oriġinaw mill-Brażil jew l-Iżrael sew jekk ma jkunx, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti produtturi speċifikati fl-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-Regolament ("il-miżuri kompensatorji fis-seħħ"). Il-miżuri antidumping fis-seħħ u l-miżuri kompensatorji fis-seħħ minn hawn 'il quddiem se jissemmew flimkien "il-miżuri tal-antidumping u dawk kompensatorji fis-seħħ". 6. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006 ġew emendati l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 15/2009[10]. B. L-INVESTIGAZZJONI KURRENTI 1. Talba għal reviżjoni 7. Il-Kummissjoni wara rċeviet talba għall-eżenzjoni mill-miżuri estiżi skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku tal-antidumping u l-Artikoli 20, 23(5) u 23(6) tar-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidji. L-applikazzjoni tressqet minn S.Z.P. Plastic Packaging Products Ltd. ("SZP") produttur fl-Iżrael ("il-pajjiż ikkonċernat"). 2. Il-bidu tar-reviżjoni 8. Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza ppreżentata mill-SZP u kienet tal-fehma li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku tal-antidumping u l-Artikoli 20, 23(5) u 23(6) tar-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidji bil-għan li tiddetermina l-possibbiltà li teżenta lill-SZP mill-miżuri estiżi. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, u wara li l-industrija tal-Unjoni kkonċernata ngħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (UE) Nru 6/2010[11] ("ir-Regolament ta' bidu"), bdiet revizjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006 fir-rigward tal-SZP. 9. Ir-Regolament li ta bidu għar-reviżjoni ħassar id-dazju antidumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1292/2007 fir-rigward tal-importazjoni tal-prodott taħt l-investigazzjoni mibgħut mill-Iżrael mill-SZP. Fl-istess ħin, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku tal-antidumping, l-awtoritajiet doganali kienu ordnati jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw dawn l-importazzjonijiet. 3. Il-prodott ikkonċernat 10. Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak iddefinit fir-regolamenti li imponew il-miżuri oriġinali, tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) oriġinat mill-Indja, normalment iddikjarata taħt il-kodiċi NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 (‘il-prodott ikkonċernat’). 11. Hija l-fehma li t-tertuqa tal-PET mibgħuta mill-Iżrael għall-Unjoni taħt il-kodiċi NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 (‘il-prodott fir-reviżjoni’) għandu l-istess karatteristiċi tekniċi, fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użu bħall-prodott ikkonċernat. Għalhekk, huma meqjusa bħala prodotti simili fil-kuntest tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku tal-antidumping u l-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. 4. L-investigazzjoni 12. Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-SZP u lir-rappreżentanti tal-pajiż ikkonċernat bil-bidu tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom u kienu mgħarrfa bil-possibbiltà li jitolbu laqgħa biex jinstemgħu. Madankollu, din it-talba ma saritx. 13. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-SZP u rċeviet tweġiba fil-limitu taż-żmien stipulat. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għall-iskop tar-reviżjoni. Saret żjara ta' verifika fil-bini tal-SZP. 5. Il-perijodu ta’ investigazzjoni 14. L-investigazzjoni kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 (‘il-PI’). Id-dejta nġabret mill-2006 sal-aħħar tal-PI biex tkun investigata kull bidla fix-xejra tal-kummerċ. C. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI 15. L-investigazzjoni kkonfermat li l-SZP ma kinitx esportat il-prodott taħt reviżjoni lill-Unjoni matul il-perijodu tal-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi, i.e. l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2003. L-ewwel esportazzjoni tal-prodott taħt ir-reviżjoni mill-SZP saret wara l-estensjoni tal-miżuri għal, fost oħrajn, l-Iżrael. 16. Barra dan, skont l-evidenza dokumentata ppreżentata, l-SZP kienet kapaċi turi b’mod sodisfaċenti illi hija ma kellha ebda rabta diretta jew indiretta ma’ xi wieħed mill-produtturi esportaturi Indjani jew ma’ kumpaniji Iżraeljani soġġetti għall-miżuri tal-antidumping u dawk kumpensatorji li hemm fis-seħħ. 17. Kif issemma diġà fil-premessa (14), l-SZP ma esportatx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni sa wara li ntemm il-perijodu ta' investigazzjoni li wassal għall-miżuri estiżi. L-SZP timmanifattura t-tertuqa PET u tbiegħha jew tużaha biex tipproduċi sensiela ta' prodotti tal-imballaġġ. 18. Fost affarijiet oħrajn, jintuża l-materjal prim ta' oriġini Indjana mill-SZP biex timmanifattura t-tertuqa tal-PET li tesporta lejn l-Unjoni, iżda dan ma kienx meqjus bħala proċess li involva l-evażjoni tal-liġi. Il-materjal prim Indjan kien biss parti żgħira tal-materjal prim mixtri bil-prezz tas-suq mill-SZP u kien imħallat ma' materjali primi oħrajn li fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu mixtrijin minn pajjiż il-kumpanija. Il-produttur Indjan tal-materjal prim hija kumpanija li ilha żmien twil tissupplixxi lill-SZP. 19. Barra minn hekk, ma nstabet ebda prova li l-SZP kienet qiegħda tixtri t-tertuqa PET lesta mill-Indja biex terġa' tbiegħha jew tittrasbordaha għall-Unjoni Ewropea. D. EMENDA GĦALL-MIŻURI TAĦT REVIŻJONI 20. B'konformità mas-sejbiet imsemmija hawn fuq, li l-SZP ma kenitx qed tipprattika l-evażjoni, il-kumpanija għandha tiġi eżentata mill-miżuri tal-antidumping u dawk kumpensatorji fis-seħħ. 21. Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ tertuqa tal-PET mibgħut mill-Iżrael min-naħa tal-SZP, kif imposta mir-Regolament tal-bidu, għandha tintemm. Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku tal-antidumping, li jistipula illi għandhom ikunu applikati miżuri kontra l-importazzjoni rreġistrata mid-data tar-reġistrazzjoni, u minħabba l-eżenzjoni tal-kumpanija mill-miżuri, m’għandu jinġabar ebda dazju tal-antidumping fuq l-importazzjoni ta’ tertuqa tal-PET mibgħuta mill-Iżrael min-naħa tal-SZP li daħlet fl-Unjoni taħt ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tal-bidu. 22. Fir-rigward tal-miżuri kompensatorji, billi nstab li l-kumpanija ma kenitx qed tevita il-miżuri fis-seħħ, l-eżenzjoni għandha tibda tgħodd mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2010 skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidji. Ir-rimborż jew l-eżenzjoni jridu jintalbu mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. 23. L-eżenzjoni mill-miżuri estiżi maħruġa fuq it-tertuqa tal-PET maħdum mill-SZP għandha, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku tal-antidumping u l-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidji, tibqa’ valida bil-kundizzjoni li l-fatti aċċertati jiġġustifikaw l-eżenzjoni u li ma jkunx stabbilit, pereżempju, illi l-eżenzjoni kienet ingħatat abbażi ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa ppreżentata mill-kumpanija kkonċernata. Jekk l-evidenza prima facie turi mod ieħor, jista’ jingħata bidu għal investigazzjoni mill-Kummissjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar jekk ikunx iġġustifikat li l-eżenzjoni tiġi rtirata. 24. L-eżenzjoni mill-miżuri estiżi fuq l-importazzjoni ta’ tertuqa tal-PET mingħand l-SZP ġiet stabbilita abbażi tad-deċiżjonijiet tar-reviżjoni attwali. Din l-eżenzjoni għalhekk tapplika esklussivament għall-importazzjoni ta’ tertuqa tal-PET mibgħuta mill-Iżrael u maħduma minn dik l-entità ġuridika speċifika. It-tertuqa tal-PET importata li tinħadem jew tintbagħat minn kwalunkwe kumpanija mhux imsemmija b’mod speċifiku fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007 u l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 367/2006 b’isimha u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet konnessi ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju residwali kif imposta minn dawn ir-Regolamenti. E. IL-PROĊEDURA 25. L-SZP u l-partijiet interessati l-oħrajn kollha ġew mgħarrfin bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tingħata eżenzjoni lill-SZP mill-miżuri estiżi. Ma ntbagħat ebda kumment. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007 għandu jinbidel biż-żieda tal-kumpanija li ġejja mal-lista ta' kumpaniji li jipproduċu t-tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene fil-Brażil u fl-Iżrael u li l-importazzjonijiet tagħhom tat-tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene huma eżentati mill-applikazzjoni tad-dazju reżidwali definittiv tal-antidumping estiż: S.Z.P. Plastic Packaging Products Ltd, PO Box 53, Shavei Zion, 22086 Israel (Kodiċi addizzjonali TARIC A964). 2. L-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 367/2006 għandu jinbidel biż-żieda tal-kumpanija li ġejja mal-lista ta' kumpaniji li jipproduċu t-tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene fil-Brażil u fl-Iżrael u li l-importazzjonijiet tagħhom tat-tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene huma eżentati mill-applikazzjoni tad-dazju definittiv kompensatorju estiż: S.Z.P. Plastic Packaging Products Ltd, PO Box 53, Shavei Zion, 22086 Israel (Kodiċi addizzjonali TARIC A964). Din l-eżenzjoni għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2010, jiġifieri fis-7 ta' Jannar 2010. Id-dazji kompensatorji li jkunu nġabru minn dik id-data 'l quddiem jintraddu lill-importatur jew l-importaturi kkonċernati. Għandhom jintalbu mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali r-rimborż jew l-eżenzjoni skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. Artikolu 2 L-awtoritajiet tad-dwana permezz ta’ dan huma mitluba jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2010. Ma għandu jinġabar ebda dazju tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet irreġistrati b'dan il-mod. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] [1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [2] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93. [3] ĠU L 227, 23.8.2001, p. 1. [4] ĠU L 316, 10.12.1999, p. 1. [5] ĠU L 342, 18.11.2004, p. 1. [6] ĠU L 342, 18.11.2004, p. 8. [7] ĠU L 17, 21.1.2006, p. 1. [8] ĠU L 288, 6.11.2007, p. 1. [9] ĠU L 68, 8.3.2006, p. 15. [10] ĠU L 6, 10.1. 2009, p. 1. [11] ĠU L 2, 6.1.2010, p. 5.