52010PC0388

/* COM (2010) 0388 final - COD 2008/0173 */ Proposta emendata għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 54 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti


[pic] | KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussell, 26.8.2010

COM(2010) 388 finali

2008/0173 (COD)

Proposta emendata għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 54 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti

(Kodifikazzjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fis-16 Settembru 2008, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkodifika t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru ta’ l-1976 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti[1].

2. F’ l-opinjoni tiegħu tas-16 ta’ Ottubru 2008, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali, imwaqqaf taħt il-Ftehim Interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' atti leġislattivi[2], iddikjara illi l-proposta fuq imsemmija tabilħaqq tillimita ruħha għas-sempliċi kodifikazzjoni, mingħajr ebda tibdiliet sostanzjali lill-atti li tkopri.

3. Filwaqt li kkunsidraw l-emendi adottati[3] f’dak li jirrigwarda l-proposta msemmija fil-punt 1 u fid-dawl tax-xogħol li diġà sar matul il-proċedura leġiżlattiva fuq din il-proposta msemmija fil-punt 1, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta – skond l-Artikolu 293(2) tat-TFUE – proposta emendata għall-kodifikazzjoni tad-Direttiva kkonċernata.

Din il-proposta emendata tqies ukoll l-emendi purament formali jew testwali proposti mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali fejn dawn huma kkunsidrati ġustifikati[4].

4. Meta mqabbla mal-proposta inizjali msemmija fil-punt 1, l-emendi magħmula f’din il-proposta huma dawn li ġejjin:

(1) Fil-Premessi 2 u 11, ir-referenzi għall-“Artikoli 44(2)(g) tat-Trattat” huma mibdula b’ referenzi għall-“Artikolu 50(2)(g) tat-Trattat”.

(2) Fil-Premessa 4, il-kelma “Komunita’” hi mibdula b’ »Unjoni ».

(3) FIl-Premessa 5, il-kliem “dispożizzjonijiet tal-Komunita’” huma mibdula bil-kliem “dispożizzjonijiet tal-Unjoni”.

(4) Fil-Premessa 8, ir-referenza għal “ Direttiva 68/151/KE ” hija sostitwita bir-referenza għal “ Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti ”.

(5) Fil-Premessa 9, il-kliem “ kumpannija oħra bħal dik imsemmija qabel ” huma sostitwiti b’ “ kumpannija oħra bħal dik imsemmija fil-premessa 7 ”.

(6) Fil-Premessa 10, il-kliem ta’ l-aħħar “ l-possibbiltà li jistgħu jiġu pperikolati l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ” huma sostitwiti bi “ l-possibbiltà li l-kisba ta’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jiġu pperikolati ”.

(7) Fl-Artikolu 1(2) u fil-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(7), ir-referenza għal “ Artikolu 4 tad-Direttiva 68/151/KEE ” hija sostitwita bir-referenza għal “ Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/101/KE ”.

(8) Fl-Artikolu 2(d), ir-referenza għal “ Artikolu 2(1)(e) tad-Direttiva 68/151/KEE ” hija sostitwita bir-referenza għal “ Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2009/101/KE ”.

(9) Fil-kliem tal-bidu tal-Artikolu 3, fl-Artikolu 10(3), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1), u (2), fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25(3), fl-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1), fl-Artikolu 29(1), fl-Artikolu 33(3) u (4), fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 34, fl-Artikolu 39(a), fl-Artikolu 40(1)(e) u fl-Artikolu 43(h), ir-referenza għal “ Direttiva 68/151/KEE ” hija sostitwita bir-referenza għal “ Direttiva 2009/101/KE ”.

(10) Fl-Artikolu 6(2), il-kelma “Komunita’” hi mibdula b’”Unjoni”.

(11) Fl-Artikolu 10, is-segwenti paragrafu huwa miżjud:

“5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu fil-każ li titfassal kumpannija ġdida permezz ta’ għaqda jew diviżjoni meta rapport minn espert jew esperti indipendenti huwa mfassal dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda jew tad-diviżjoni.

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw dan l-Artikolu fil-każijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, huma jistgħu jipprovdu li r-rapport taħt dan l-Artikolu u r-rapport ta’ esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda jew tad-diviżjoni jista’ jitfassal mill-istess espert jew esperti.”.

(12) Fl-Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu, il-kelma “ r-raba’' ” hija sostitwita bil-kelma “ ħames ”.

(13) Fl-Artikolu 28(3), (4) u (5), il-kliem tal-bidu “ L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw il-paragrafu 1 ” huwa sostitwiti bi “ L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 ”.

(14) Fl-Artikolu 31, tal-paragrafu 3 huwa sostitwit bis-segwenti:

“3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 2 fil-każ ta’ żieda fil-kapital sottoskritt magħmul sabiex tagħti effett lil xi għaqda, diviżjoni jew offerta pubblika għax-xiri jew l-iskambju ta’ ishma u biex jitħallsu l-azzjonisti tal-kumpannija li qiegħda tiġi assorbita jew diviża jew li hija s-suġġett tal-offerta pubblika għax-xiri jew l-iskambju ta’ ishma.

Fil-każ ta’ għaqda jew diviżjoni, madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-ewwel paragrafu biss fejn ikun tħejja rapport ta’ espert jew esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda jew tad-diviżjoni.

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw il-paragrafu 2 fil-każ ta’ għaqda jew diviżjoni, huma jistgħu jipprovdu li r-rapport taħt dan l-Artikolu u r-rapport ta’ l-espert jew esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda jew tad-diviżjoni, jitħejjew mill-istess espert jew esperti.”.

(15) Fl-Artikolu 39(b), fl-Artikolu 40(1)(d), fl-Artikolu 41(2) u fl-Artikolu 43(d) u (g), ir-referenza għal “ Artikolu 17(1) u 2 ” hija sostitwita għal “ Artikolu 17(1) sa (4) ”.

(16) Fl-Artikolu 40(1)(a), il-kliem “ is-sottoskrizzjoni ta’ ” huma mħassra.

(17) Fl-Artikolu 45(1), ir-referenza għal “ Artikolu 9(1) ” hija sostitwita bir-referenza għal “ mill-ewwel paragrafu ta` l-Artikolu 9 ”.

(18) Fl-Artikolu 47, il-paragrafu 2 huwa sostitwit bis-segwenti:

“2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi huma jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.”.

(19) Il-kliem fl-Artikolu 49 huwa sostitwit bis-segwenti:

“Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta` Lulju 2011.”.

(20) Fl-Anness I, l-inċiż relattiv għal Finlandja huwa sostitwit bis-segwenti:

“fil-Finlandja: julkinen osakeyhtiö/publikt aktiebolag; ”.

(21) Fl-Anness II, Parti A, is-segwenti indikazzjoni hija miżjuda:

“ Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 259, 20.10.2009, p. 14) / Artikolu 1 biss ”

(22) Fl-Anness II, Parti B, id-data ta’ 1 ta’ Jannar 1994 li tidher ħdejn l-indikazzjoni “ 92/101/KEE ” hija sostitwita bi 31 ta’ Diċembru 1993.

(23) Fl-Anness II, Parti B, is-segwenti linja hija miżjuda:

“ 2009/109/KE / 30 ta’ Ġunju 2011 ”.

5. Sabiex jiġi ffaċilitat il-qari u r-reviżjoni, it-test sħiħ tal-proposta emendata għall-kodifikazzjoni huwa hawnhekk mehmuż.

ê 77/91/KEE (adattat)

2008/0173 (COD)

Proposta Emendata għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu Ö 54 Õ tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti

(kodifikazzjoni)

(Test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 50(2) Õ (g) tiegħu;

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara trażmissjoni tal-proposta tal-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Mal-proċedura ordinarja leġiżlattiva,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

ê

1. It-tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti[6] ġiet emendata kemm-il darba[7] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 77/91/KEE Premessa 1 (adattat)

2. Il-koordinazzjoni prevista fl-Artikolu Ö 50(2) Õ (g) Ö tat-Trattat Õ u fil-Programm Ġenerali għat-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment, li nbdiet mill-ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta’ Marzu 1968 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità[8], hija speċjalment importanti dwar kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, għaliex l-attivitajiet tagħhom jippredominaw fl-ekonomija ta’ l-Istati Membri u jestendu ħafna drabi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom.

ê 77/91/KEE Premessa 2

3. Sabiex tiġi assigurata protezzjoni minima ekwivalenti kemm għal azzjonisti u kemm għal kredituri ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, l-koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jirreferu għall-formazzjoni tagħhom u għaż-żamma, żieda jew tnaqqis tal-kapital tagħhom hija partikolarment importanti.

ê 77/91/KEE Premessa 3 (adattat)

4. ÖFl-Unjoni-Õ, l-istatuti jew l-att ta’ inkorporazzjoni ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata għandhom jagħmluha possibbli għal kull persuna interessata li tkun taf id-dettalji bażiċi tal-kumpannija, inkluż l-kompożizzjoni eżatta tal-kapital tagħha.

ê 77/91/KEE Premessa 4 (adattat)

5. Dispożizzjonijiet Öfl-UnjoniÕ - Ö huma meħtieġa Õ biex jinżamm il-kapital, li jikkostitwixxi s-sigurtà tal-kredituri, b’mod partikolari billi ma jippermettux it-tnaqqis tiegħu bit-tqassim lill-azzjonisti meta dawn ta' l-aħħar ma għandhomx dritt għalih u billi jimponu limiti fuq id-dritt tal-kumpannija li takkwista l-azzjonijiet tagħha stess.

ê 92/101/KEE Premessa 2

6. Ir-restrizzjonijiet fuq il-kisba minn kumpannija ta’ l-ishma tagħha stess japplikaw mhux biss għall-kisbiet magħmula minn kumpannija nfisha iżda wkoll għal dawk magħmula minn kull persuna li taġixxi f’isimha stess imma f’isem il-kumpannija.

ê 92/101/KEE Premessa 3

7. Sabiex kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata ma titħalliex tuża kumpannija oħra li fiha żżomm il-maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot jew li fuqha tista’ teżerċita influwenza dominanti sabiex tagħmel dawn il-kisbiet mingħajr ma tħares ir-restrizzjonijiet imposti f’dan ir-rigward, l-arranġamenti li jirregolaw kisba minn kumpannija ta’ l-ishma tagħha stess għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru l-iktar każijiet importanti u frekwenti tal-kisba ta’ l-ishma minn kumpanniji oħra bħal dawn. Dawn l-arranġamenti għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru s-sottoskrizzjoni għall-ishma fil-kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata.

ê 92/101/KEE Premessa 4 (adattat)

8. Sabiex jiġi pprevenut il-ħrib Ö minn din id-Direttiva Õ, il-kumpanniji rregolati mid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti[9] u l-kumpanniji rregolati mil-liġijiet ta’ pajjiżi terzi u li għandhom forom legali paragunabbli għandhom jiġu koperti wkoll √ mill-arranġamenti msemmija fil-premessa 7 ∏.

ê 92/101/KEE Premessa 5

9. Meta r-relazzjoni bejn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata u kumpannija oħra bħal dik imsemmija fil-premessa 7 tkun indiretta biss, ikun jidher iġġustifikat li jiġu llaxkati d-dispożizzjonijiet li japplikaw meta din ir-relazzjoni tkun diretta billi jiġi pprovvdut għas-sospensjoni tal-jeddijiet tal-vot bħala miżura minima sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

ê 92/101/KEE Premessa 7 (adattat)

10. Barra minn hekk, ikun iġġustifikat li jiġu eżentati każijiet li fihom in-natura speċifika tar-regoli ta’ attività professjonali teskludi l-possibbiltà li Ö l-kisba ta’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jiġu pperikolati Õ.

ê 77/91/KEE Premessa 5 (adattat)

11. Huwa meħtieġ, wara li jiġu kkunsidrati l-għanijiet ta’ l-Artikolu Ö 50(2) Õ (g) Ö tat-Trattat Õ, li l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar iż-żieda jew tnaqqis ta’ kapital jassiguraw li l-prinċipji ta’ trattament indaqs ta’ azzjonisti fl-istess pożizzjoni u ta’ protezzjoni ta’ kredituri li t-talbiet tagħhom jeżistu qabel id-deċiżjoni dwar tnaqqis huma mħarsa u armonizzati.

ê 2006/68/KE Premessa 6

12. Sabiex itejbu l-protezzjoni standardizzata tal-kreditur fl-Istati Membri kollha, il-kredituri għandhom ikunu jistgħu jirreferu, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi fejn it-talbiet tagħhom huma fir-riskju bħala konsegwenza ta’ tnaqqis tal-kapital ta’ kumpannija pubblika b’responabbiltà limitata.

ê 2006/68/KE Premessa 7

13. Sabiex jiġi assigurat li jiġi evitat l-abbuż fis-suq, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, tad-dispożizzjonjiet tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)[10], tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi ta’ xiri lura u l-istabbilizzazzjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji[11] u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE tad-29 ta’ April 2004 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-prattiċi aċċettati tas-suq, id-definizzjoni ta’ l-informazzjoni interna b’relazzjoni mad-derivati dwar il-kommoditajiet, it-tħejjija ta’ listi ta’ persuni interni, in-notifika tat-tranżazzjonijiet ta' l-amministraturi u n-notifika ta' tranżazzjonijiet suspettużi[12].

ê

14. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

ê 77/91/KEE (adattat)

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti minn din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, regolamenti jew azzjonijiet amministrattivi fi Stati Membri dwar it-tipi ta’ kumpanniji Ö elenkati fl-Anness I Õ .

L-isem ta’ kull kumpannija tat-tipi Ö elenkati fl-Anness I Õ għandu jinkludi jew ikollu miegħu deskrizzjoni li hija distinta mid-deskrizzjoni meħtieġa għal tipi oħra ta’ kumpanniji.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva għal kumpanniji ta’ investiment b’kapital varjabbli u għal kooperattivi inkorporati bħala wħud mit-tipi ta’ kumpanniji elenkati Ö fl-Anness I Õ. Safejn il-liġijiet ta’ l-Istati Membri jagħmlu użu minn din l-għażla, huma għandhom jeħtieġu li dawk il-kumpanniji jinkludu l-kliem “kumpannija ta’ investiment b’kapital varjabbli” jew “kooperattiva” fid-dokumenti kollha indikati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/101/KE.

ê 77/91/KEE

L-espressjoni “kumpannija ta’ investiment b’kapital varjabbli”, fis-sens ta’ din id-Direttiva, tfisser dawk il-kumpanniji biss:

- li l-iskop esklussiv tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f’diversi azzjonijiet u ishma, artijiet jew a ieħor bil-għan uniku li jifirxu r-riskji ta’ l-investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati tat-tmexxija ta’ l- tagħhom,

- li joffru l-ishma tagħhom stess għal sottoskrizzjoni mill-pubbliku, u

- li l-istatuti tagħhom jiddisponu li, fil-limiti ta’ kapital minimu u massimu, huma jistgħu f’kull żmien joħorġu, jifdu jew jerġgħu jbiegħu l-ishma tagħhom.

Artikolu 2

L-istatuti jew l-atti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpannija għandhom għall-inqas dejjem jagħtu l-informazzjoni li ġejja:

(a) it-tip u l-isem tal-kumpannija;

(b) l-għanijiet tal-kumpannija;

(ċ) meta l-kumpannija ma għandhiex kapital awtorizzat, l-ammont tal-kapital sottoskritt,

(d) meta l-kumpannija għandha kapital awtorizzat, l-ammont tiegħu kif ukoll l-ammont tal-kapital sottoskritt fiż-żmien li l-kumpannija hija inkorporata jew hija awtorizzata biex tibda n-negozju, u fiż-żmien ta’ kull tibdil fil-kapital awtorizzat, bla ħsara għall-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2009/101/KE;

(e) safejn ma jkunux legalment stabbiliti, r-regoli li jirregolaw in-numru ta’, u l-proċedura għall-ħatra tal-membri tal-korpi responsabbli biex jirrappreżentaw il-kumpannija rigward partijiet terzi, amministrazzjoni, ġestjoni, sorveljanza jew kontroll tal-kumpannija u l-għoti ta’ setgħat fost dawn il-korpi;

(f) it-tul ta’ żmien tal-kumpannija, ħlief meta dan mhux definit.

Artikolu 3

L-informazzjoni li ġejja għandha mill-inqas tidher fl-istatuti jew fl-atti ta’ inkorporazzjoni jew f’dokument separat ippubblikat skond il-proċedura stabbilita fil-liġijiet ta’ kull Stat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE:

(a) l-uffiċċju reġistrat;

(b) il-valur nominali ta’ l-ishma sottoskritti u, għall-inqas darba fis-sena, in-numru tagħhom;

(ċ) in-numru ta’ ishma sottoskritti mingħajr dikjarazzjoni tal-valur nominali, meta dawk l-ishma jistgħu jinħarġu skond il-liġi nazzjonali;

(d) il-kondizzjonijiet speċjali, jekk hemm, li jillimitaw it-trasferiment ta’ ishma;

(e) meta hemm diversi klassijiet ta’ ishma, l-informazzjoni msemmija f’punti (b), (ċ) u (d) għal kull klassi u d-drittijiet assoċjati ma’ l-ishma ta’ kull klassi;

(f) jekk l-ishma huma rreġistrati jew għad-detentur, meta l-liġi nazzjonali tiddisponi għaż-żewġ tipi, u kull dispożizzjoni li tirreferixxi għall-konverżjoni ta’ dawk l-ishma kemm-il darba l-proċedura hija speċifikata bil-liġi;

(g) l-ammont tal-kapital sottoskritt imħallas fiż-żmien li l-kumpannija hija inkorporata jew hija awtorizzata biex tibda n-negozju;

(h) il-valur nominali ta’ l-ishma jew, meta ma hemmx valur nominali, in-numru ta’ ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni oħra għajr fi flus, flimkien max-xorta tal-konsiderazzjoni u l-isem tal-persuna li tagħti din il-konsiderazzjoni;

(i) l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew kumpanniji jew ditti li ffirmaw jew li ġew iffirmati f’isimhom l-istatuti jew l-atti ta’ inkorporazzjoni, jew meta l-kumpannija ma kenitx iffurmata fl-istess żmien, l-abbozzi ta’ dawn id-dokumenti;

(j) l-ammont totali, jew għall-inqas stima, ta’ l-ispejjeż kollha li għandhom jitħallsu mill-kumpannija jew li għandhom jitħallsu minnha minħabba l-formazzjoni tagħha u, meta xieraq, qabel il-kumpannija hija awtorizzata biex tibda n-negozju;

(k) kull vantaġġ speċjali mogħti, fiż-żmien li l-kumpannija hija ffurmata jew sa meta hija tirċievi awtorizzazzjoni biex tibda n-negozju, lil kull min ħa parti fil-formazzjoni tal-kumpannija jew fi transazzjonijet li jwasslu għall-għoti ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 4

1. Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jippreskrivu li kumpannija ma tistax tibda n-negozju mingħajr awtorizzazzjoni, huma għandhom jiddisponu wkoll għal responsabbilta' għal passivi inkorsi minn jew f’isem il-kumpannija matul il-perjodu qabel dik l-awtorizzazzjoni hija mogħtija jew rifjutata.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal passivi taħt kuntratti konklużi mill-kumpannija bil-kondizzjoni li hija tingħata awtorizzazzjoni li tibda n-negozju.

Artikolu 5

1. Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jeħtieġu li kumpannija tiġi ffurmata minn iktar minn membru wieħed, il-fatt li l-ishma kollha jinżammu minn persuna waħda jew li n-numru ta’ membri niżel taħt il-minimu legali wara l-inkorporazzjoni tal-kumpannija ma għandux iwassal għax-xoljiment awtomatiku tal-kumpannija.

2. Jekk fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-liġijiet ta’ Stat Membru jħallu l-kumpannija li tiġi stralċjata b’ordni tal-qorti, l-imħallef li għandu ġurisdizzjoni għandu jkun jista’ jagħti lill-kumpannija biżżejjed żmien biex tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha.

ê 77/91/KEE (adattat)

è1 Att ta’ l-Adezjoni ta' l-1994, Art. 29 u Anness I, p. 194

3. Meta ssir l-ordni ta’ stralċ Ö imsemmi fil-paragrafu 2 Õ il-kumpannija għandha tidħol f’likwidazzjoni.

Artikolu 6

1. Il-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, sabiex kumpannija tista’ tiġi inkorporata jew tikseb awtorizzazzjoni biex tibda n-negozju, kapital minimu għandu jiġi sottoskritt li l-ammont tiegħu għandu jkun mhux inqas minn è1 Ö EUR Õ ç 25 000.

2. Kull ħames snin il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jeżamina u, jekk ikun hemm bżonn, jirrevedi l-ammont espress Ö fil-paragrafu 1 Õ f’è1 Ö euro Õ ç fid-dawl ta’ tendenzi ekonomiċi u monetarji Ö fl-Unjon Õu tat-tendenza li jitħallew biss impriżi kbar jew ta’ daqs medju biex jagħżlu t-tipi ta’ kumpanniji elenkati fl-Ö Anness I Õ.

ê 77/91/KEE

Artikolu 7

Il-kapital sottoskritt jista’ jiġi ffurmat biss minn attiv li jista' jkun valutat ekonomikament. Iżda, impriża li tagħmel xogħol jew tipprovdi servizzi ma tistax tifforma parti minn dan l-attiv.

Artikolu 8

Ma jistgħux jinħarġu ishma bi prezz inqas mill-valur nominali tagħhom, jew, meta ma hemmx valur nominali, mill-parità kontabbli tagħhom.

Iżda, l-Istati Membri jistgħu jħallu lil dawk li jimpenjaw ruħhom biex jallokaw ishma fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom biex iħallsu inqas mill-prezz totali ta’ l-ishma li għalihom huma jissottoskrivu fil-kors ta’ din it-transazzjoni.

Artikolu 9

Ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni għandhom jitħallsu fiż-żmien li l-kumpannija hija inkorporata jew li tkun awtorizzata biex tibda n-negozju b’mhux inqas minn 25 % tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità kontabbli tagħhom.

Iżda, meta ishma jinħarġu għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus fiż-żmien li l-kumpannija hija inkorporata jew li tkun awtorizzata biex tibda n-negozju, il-konsiderazzjoni għandha tiġi trasferita kollha f’perjodu ta’ ħames snin minn dak iż-żmien.

Artikolu 10

1. Rapport dwar kull konsiderazzjoni li ma tkunx fi flus għandu jiġi mfassal qabel ma l-kumpannija tiġi inkorporata jew awtorizzata biex tibda n-negozju, minn espert indipendenti wieħed jew iżjed maħtura jew approvati minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja. Dawn l-esperti jistgħu jkunu persuni fiziċi kif ukoll persuni ġuridiċi u kumpanniji jew ditti skond il-liġijiet ta’ kull Stat Membru.

ê 77/91/KEE (adattat)

2. Ir-rapport ta’ l-esperti Ö msemmi fil-paragrafu 1 Õ għandu jkun fih għall-inqas deskrizzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-attiv inkluż fil-konsiderazzjoni kif ukoll tal-metodi ta’ valutazzjoni użati u għandu jiddikjara jekk il-valuri li jaslu għalihom bl-applikazzjoni ta’ dawn il-metodi jaqblux għall-inqas man-numru u valur nominali jew, meta ma hemmx valur nominali, għall-paritŕ kontabbli u, meta xieraq, għall -premium fuq l-ishma li għandhom jinħarġu għalihom.

ê 77/91/KEE

3. Ir-rapport ta’ l-esperti għandu jiġi ppubblikat bil-mod preskritt mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru, skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.

4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu meta 90 % tal-valur nominali, jew meta ma hemmx valur nominali, tal-parità kontabbli, ta’ l-ishma kollha jinħareġ lil kumpannija waħda jew iżjed għal xi konsiderazjoni għajr fi flus, u meta r-rekwiżiti li ġejjin huma mħarsa:

(a) rigward il-kumpannija li tirċievi dik il-konsiderazzjoni, il-persuni msemmija fl-Artikolu 3 (i) ikunu ftiehmu li ma jużawx ir-rapport ta’ l-esperti;

(b) dak il-ftehim ġie pubblikat kif previst fil-paragrafu 3;

(ċ) il-kumpanniji li jipprovdu dik il-konsiderazzjoni għandhom riservi li ma jistgħux jitqassmu skond il-liġi jew l-istatuti u li huma għall-inqas daqs il-valur nominali jew, meta ma hemmx valur nominali, l-parità kontabbli ta’ l-ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus;

(d) il-kumpanniji li jipprovdu din il-konsiderazzjoni jiggarantixxu, sa ammont daqs dak muri f’punt (ċ), id-djun tal-kumpannija li tirċievi li jsiru bejn iż-żmien meta l-ishma jinħarġu għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus u sena wara l-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali ta’ dik il-kumpannija għas-sena finanzjarja li matulha tkun ingħatat dik il-konsiderazzjoni; kull trasferiment ta’ dawn l-ishma huwa projbit f’dan il-perjodu;

(e) il-garanzija msemmija f’punt (d) ġiet ippubblikata kif previst fil-paragrafu 3;

(f) il-kumpanniji li jipprovdu din il-konsiderazzjoni bħal din għandhom iqiegħdu somma daqs dik murija f’punt (ċ) f’riserva li ma tistax tiġi mqassma sa tliet snin wara l-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali tal-kumpannija li tirċievi għas-sena finanzjarja li matulha din il-konsiderazzjoni tkun ingħatat jew, jekk meħtieġ, sa data aktar tard meta l-pretensjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-garanzija msemmija f’punt (d) li jingħataw matul dan il-perjodu jkunu ġew solvuti.

ê 2009/109/KE Art. 1 pt. 2 (adattat)

5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu fil-każ li titfassal kumpannija ġdida permezz ta’ għaqda jew diviżjoni meta rapport ta’ Ö espert jew esperti Õ indipendenti huwa mfassal dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda jew tad-diviżjoni.

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw dan l-Artikolu fil-każijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, huma jistgħu jipprovdu li r-rapport taħt dan l-Artikolu u r-rapport tal-Ö espert jew esperti Õ indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda jew tad-diviżjoni jista’ jitfassal mill-istess espert jew esperti.

ê 2006/68/KE Art. 1 pt. 2

Artikolu 11

1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, wara deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew il-korp tat-tmexxija, titoli trasferibbli kif definiti fil-punt 18 ta’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13] jew strumenti tas-suq tal-flus kif definiti fil-punt 19 ta’ l-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva, huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus, u dawk it-titoli jew strumenti tas-suq tal-flus huma valutati bil-prezz medju mwieżen li bih ġew negozjati f’suq wieħed jew aktar regolati kif definit fil-punt 14 ta’ l-Artikoli 4(1) ta’ dik id-Direttiva tul perjodu suffiċjenti, li għandu jiġi deċiż skond il-liġi nazzjonali, li jippreċedi d-data effettiva tal-kontribuzzjoni tal-konsiderazzjoni rispettiva għajr fi flus.

Madanakollu, fejn dak il-prezz ġie affettwat minn ċirkostanzi eċċezzjonali li jibdlu b’mod sinifikattiv il-valur ta’ l-attiv fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tagħha, inklużi sitwazzjonijiet fejn is-suq għat-tali titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus spiċċa b’nuqqas ta’ likwidità, għandha terġà ssir evalwazzjoni mill-ġdid fuq l-inizjattiva u taħt ir-responsabbiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija.

Għall-għanijiet ta’ din l-evalwazzjoni mill-ġdid, l-Artikoli 10(1), (2) u (3) għandhom japplikaw.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija, attiv, ħlief titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus li diġà kien suġġett għal opinjoni ta’ valur ġust minn espert rikonoxxut indipendenti u fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(a) il-valur ġust hu determinat sa mhux iżjed minn 6 xhur qabel id-data effettiva tal-kontribuzzjoni ta’ l-attiv;

(b) l-evalwazzjoni twettqet b’mod konformi ma’ l-istandards ta’ evalwazzjoni u l-prinċipji ġeneralment aċċettati fl-Istat Membru, li huma applikabbli għat-tip ta’ attiv li għandu jkun kontribwit.

Fil-każ ta’ ċirkustanzi ġodda kwalifikanti, li jbiddlu b’mod sinifikattiv il-valur ġust ta’ l-attiv fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tiegħu, għandha ssir evalwazzjoni mill-ġdid fuq l-inizjattiva u taħt ir-responsabbiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija.

Għall-għanijiet ta’ din l-evalwazzjoni mill-ġdid, l-Artikoli 10(1), (2) u (3) għandhom japplikaw.

Fin-nuqqas ta’ tali evalwazzjoni mill-ġdid, azzjonist wieħed jew aktar li jkollhom persentaġġ aggregat ta’ mill-anqas 5 % tal-kapital sottoskritt tal-kumpannija fil-ġurnata li fiha tittieħed id-deċiżjoni fuq iż-żieda tal-kapital jistgħu jitolbu evalwazzjoni minn espert indipendenti, f’liema każ l-Artikolu 10(1), (2) u (3) għandu japplika.

Tali azzjonist(i) jistgħu jissottomettu talba sad-data effettiva tal-kontribuzzjoni ta’ l-attiv, bil-kondizzjoni li, fid-data tat-talba, l-azzjonist(i) involut(i) ikun għad għandhom persentaġġ aggregat ta’ mill-inqas 5 % tal-kapital sottoskritt tal-kumpannija, kif kien fil-ġurnata meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar iż-żieda tal-kapital.

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija, attiv, ħlief titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus li l-valur ġust tagħhom hu derivat minn attiv individwali minn kontijiet statutorji tas-sena finanzjarja ta’ qabel sakemm il-kontijiet statutorji kienu soġġetti għal verifika b’mod konformi mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14].

It-tieni u ħames subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis .

Artikolu 12

ê 2006/68/KE Art. 1 pt. 2 (adattat)

1. Fejn konsiderazzjoni għajr fi flus kif imsemmija fl-Artikolu 11 sseħħ mingħajr ir-rapport ta’ l-Ö esperti Õ imsemmi fl-Artikolu 10(1), (2) u (3), barra mill-ħtiġijiet stabbiliti fil-punt(h) ta’ l-Artikolu 3 u sa xahar wara d-data effettiva tal-kontribuzzjoni ta’ l-attiv, għandha tiġi ppubblikata dikjarazzjoni li jkun fiha dan li ġej:

ê 2006/68/KE Art. 1 pt. 2

(a) deskrizzjoni tal-konsiderazzjoni għajr fi flus maħruġa;

(b) il-valur tagħha, is-sors ta’ din l-evalwazzjoni u, fejn ikun xieraq, il-metodu ta’ l-evalwazzjoni;

(ċ) stqarrija dwar jekk il-valur miksub jikkorrispondiex għall-inqas għan-numru, għall-valur nominali jew, fejn m’hemmx valur nominali, għall-parità kontabbli u, fejn hu xieraq, għall-primjum fuq l-ishma li għandhom jinħarġu għal tali konsiderazzjoni;

(d) stqarrija dwar il-fatt li ma seħħew l-ebda ċirkustanzi kwalifikanti ġodda li jaffetwaw il-valutazzjoni oriġinali.

Dik il-publikazzjoni għandha ssir bil-mod stipulat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.

ê 2006/68/KE Art. 1 pt. 2 (adattat)

2. Fejn konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti hija proposta li ssir mingħajr rapport ta’ l-Ö esperti Õ kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), (2) u (3) fir-rigward ta’ żieda fil-kapital proposta biex issir skond l-Artikolu 29(2), għandu jiġi ppubblikat avviż li jkun fih id-data ta’ meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar iż-żieda u l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, bil-mod stipulat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE, qabel ma l-kontribuzzjoni ta’ l-attiv bħala konsiderazzjoni għajr fi flustidħol fis-seħħ. F’dak il-każ, id-dikjarazzjoni skond il-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-istqarrija dwar il-fatt li ma seħħew l-ebda ċirkustanzi kwalifikanti ġodda minn meta l-avviż hawn fuq imsemmi ġie ppubblikat.

3. Kull Stat Membru għandu jipprovdi salvagwardji xierqa li jaċċertaw il-konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 u f’dan l-Artikolu fejn kontribuzzjoni għal konsiderazzjoni għajr fi flus issir mingħajr rapport ta’ l-Ö esperti Õ kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), (2) u (3).

ê 77/91/KEE

è1 2006/68/KE Art. 1 pt. 3(a)

è2 2006/68/KE Art. 1 pt. 3(b)

Artikolu 13

1. Jekk, qabel l-għeluq ta’ limitu ta’ żmien preskritt mil-liġi nazzjonali ta’ mill-inqas sentejn minn meta l-kumpannija tiġi inkorporata jew awtorizzata biex tibda n-negozju, l-kumpannija takkwista kwalunkwe wieħed mill-attiv li huwa ta’ persuna jew kumpannija jew ditta msemmija fl-Artikolu 3 (i) għal konsiderazzjoni ta’ mhux inqas minn wieħed f’għaxra tal-kapital sottoskritt, l-akkwist għandu jiġi eżaminat u dettalji tiegħu għandhom jiġu pubblikati bil-mod previst fl-è1 Artikolu 10(1), (2) u (3) ç u huwa għandu jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali.

è2 L-Artikoli 11 u 12 għandhom japplikaw mutatis mutandis. ç

L-Istati Membri jistgħu wkoll jeħtieġu li dawn id-dispożizzjonijet għandhom jiġu applikati meta l-attiv ikun ta’ xi azzjonista jew ta’ xi persuna oħra.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal akkwisti effettwati fil-kors normali tan-negozju tal-kumpannija, għal akkwisti effettwati fuq talba jew taħt is-sorveljanza ta’ awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja, jew għal akkwisti tal-borża.

Artikolu 14

Bla ħsara għad-dispożizzjonjijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tnaqqis ta’ kapital sottoskritt, l-azzjonisti ma’ jistgħux jinħelsu mill-obbligu li jħallsu l-kontribuzzjonijet tagħhom.

Artikolu 15

Sakemm ikun hemm il-koordinazzjoni tal-liġijiet nazzjonali f’xi data sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jeħtieġu dispożizzjoni ta’ għall-inqas l-istess salvagwardji kif huma preskritti fl-Artikoli 2 sa 14 fil-każ ta’ konverżjoni ta’ tip ieħor ta’ kumpannija f’kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata.

Artikolu 16

L-Artikoli 2 sa 15 ma għandhomx ikunu ta’ ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ Stati Membri dwar kompetenza u proċedura li għandhom x’jaqsmu mal-modifika ta’ l-istatuti jew l-att ta’ inkorporazzjoni.

Artikolu 17

1. Ħlief għal każijiet ta’ tnaqqis ta’ kapital sottoskritt, ma tista’ ssir ebda distribuzzjoni lil azzjonisti meta fid-data ta’ l-għeluq ta’ l-aħħar sena finanzjarja l-attiv nett kif stabbilit fil-kontijiet annwali tal-kumpannija huwa, jew wara dak it-tqassim jista’ jsir, inqas mill-ammont tal-kapital sottoskritt biż-żieda ta’ dawk ir-riservi li ma jistgħux jiġu mqassma skond il-liġi jew l-istatuti.

2. Meta l-parti mhux imsejħa tal-kapital sottoskritt m’hix inkluża fl-attiv muri fil-karta tal-bilanċ, dan l-ammont għandu jitnaqqas mill-ammont ta’ kapital sottoskritt imsemmi fil-paragrafu 1.

3. L-ammont ta’ tqassim lil azzjonisti ma jistax ikun iżjed mill-ammont tal-qliegħ fit-tmiem ta’ l-aħħar sena finanzjarja b’żieda ta’ kull qliegħ magħmul u somom meħuda minn riservi disponibbli għal dan il-għan, imnaqqas kull telf magħmul u somom imqiegħda f’riserva skond il-liġi jew l-istatuti.

4. L-espressjoni ‘tqassim’ użata f’paragrafi 1 u 3 (ċ) tinkludi b’mod partikolari l-ħlas ta’ dividendi u ta’ imgħax li għandhom x’jaqsmu ma’ ishma.

5. Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jippermettu l-ħlas ta’ dividendi interim, għandhom japplikaw għall-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) kontijiet interim għandhom jiġu mfassla biex juru li l-fondi disponibbli għal tqassim huma biżżejjed;

(b) l-ammont li għandu jitqassam ma jistax ikun iżjed mill-profitti totali magħmula mit-tmiem ta’ l-aħħar sena finanzjarja li għaliha ġew imfassla l-kontijiet annwali, b’zjieda ta’ kull qliegħ magħmul u somom meħuda minn riservi disponibbli għal dan l-iskop, imnaqqsin kull telf magħmul u somom li għandhom jitqiegħdu f’riserva skond ir-rekwiżiti tal-liġi jew ta’ l-istatuti.

ê 77/91/KEE (adattat)

6. Il-paragrafi 1 Ö sa 5 Õ ma għandhomx jaffettwaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar żidiet f’kapital sottoskritt b’ kapitalizzazzjoni ta’ riżervi.

ê 77/91/KEE

7. Il-liġijiet ta’ Stat Membru jistgħu jiddisponu għal deroga minn paragrafu 1 fil-każ ta’ kumpanniji ta’ investiment b’kapital fiss.

L-espressjoni “kumpannija ta’ investiment b’kapital fiss”, fis-sens ta’ dan il-paragrafu, tfisser dawk il-kumpanniji biss:

(a) li l-għan esklussiv tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f’diversi azzjonijiet u ishma, artijiet jew a , bl-uniku għan li jifirxu riskji ta’ l-investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-tagħhom, u

(b) li joffru l-ishma tagħhom stess għal sottoskrizzjoni mill-pubbliku.

Safejn il-liġijiet ta’ Stati Membri jagħmlu użu minn din l-għażla huma għandhom:

(a) jeħtieġu li dawk il-kumpanniji jinkludu l-espressjoni kumpannija ta’ investiment fid-dokumenti kollha murija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/101/KE;

(b) ma jħallux li xi kumpannija bħal dawn li l- nett tagħha jaqa’ taħt l-ammont speċifikat fil-paragrafu 1 tagħmel tqassim lil azzjonisti meta fid-data ta’ l-għeluq ta’ l-aħħar sena finanzjarja l- totali tal-kumpannija kif jidher fil-kontijiet annwali huwa, jew wara dak it-tqassim jista’ jsir, inqas minn wieħed u nofs l-ammont tal-passiv totali tal-kumpannija lil kredituri kif imniżżel fil-kontijiet annwali;

(ċ) jeħtieġu li xi kumpannija bħal dawn li tagħmel tqassim meta l-attiv nett tagħha jaqa’ taħt l-ammont speċifikat fil-paragrafu 1 tinkludi fil-kontijiet annwali tagħha nota b'dan l-effett.

Artikolu 18

Kull tqassim magħmul kuntrarju għall-Artikolu 17 għandu jintradd lura minn azzjonisti li irċevewh jekk il-kumpannija turi li dawn l-azzjonisti kienu jafu bl-irregolarità tat-tqassim magħmul lilhom, jew li minħabba ċ-ċirkostanzi ma setgħux ma kienux jafu bih.

Artikolu 19

1. Fi-każ ta’ telf serju tal-kapital sottoskrtitt, laqgħa ġenerali ta’ l-azzjonisti għandha tissejjaħ fil-perjodu speċifikat mil-liġijiet ta’ l-Istati Membri, biex jiġi kkunsidrat jekk il-kumpannija għandhiex tiġi stralċjata jew għandhomx jittieħdu xi miżuri oħra.

2. L-ammont ta’ telf meqjus serju fis-sens ta’ paragrafu 1 ma jistax jiġi stabbilit mil-liġijiet ta’ Stati Membri f’ċifra ogħla minn nofs il-kapital sottoskritt.

Artikolu 20

1. L-ishma ta’ kumpannija ma jistgħux jiġu sottoskritti mill-kumpannija nnifisha.

2. Jekk l-ishma ta’ kumpannija ġew sottoskritti minn persuna li qed taġixxi f’isimha stess, iżda fl-interess tal-kumpannija, dak li jissottoskrivi għandu jiġi meqjus li ssottoskriva għalihom akkont tiegħu stess.

3. Il-persuni jew kumpanniji jew ditti msemmija fl-Artikolu 3 (i) jew, f’każijiet ta’ żieda f’kapital sottoskritt, il-membri tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija għandu jkun responsabbli li jħallas għal ishma sottoskritti mhux skond dan l-Artikolu.

Iżda, l-liġijiet ta’ Stat Membru jistgħu jiddisponu li kull persuna bħal dik tista’ tinħeles mill-obbligu tagħha jekk hija turi li ebda ħtija ma hija attribwibbli għaliha personalment.

Artikolu 21

ê 2006/68/KE Art. 1 pt. 4

1. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ trattament l-istess ta’ l-azzjonisti kollha li jkunu fl-istess pożizzjoni, u għad-Direttiva 2003/6/KE, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li kumpannija takkwista l-ishma tagħha, hi stess jew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha iżda fl-interess tal-kumpannija. Sakemm l-akkwisti huma permessi, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dawn l-akkwisti suġġetti għall-kondizzjonjiet li ġejjin:

(a) l-awtorizazzjoni għandha tingħata permezz tal-laqgħa ġenerali, li għandha tiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ tali akkwisti, u b’mod partikolari n-numru massimu ta’ ishma li għandhom ikunu akkwistati, il-perjodu li għalih l-awtorizazzjoni hi mogħtija, li t-tul massimu tiegħu għandu jkun iddeterminat mil-liġi nazzjonali u li iżda ma jistax ikun iktar minn 5 snin, u, fil-każ ta’ akkwist għall-valur, il-konsiderazzjoni massima u minima; il-membri tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija jridu jissodisfaw lilhom infushom li, fiż-żmien meta jsir kull akkwist awtorizzat, il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (ċ) huma rispettati;

(b) l-akkwisti, inklużi ishma akkwistati qabel mill-kumpannija u miżmuma minnha, u ishma akkwistati minn persuna li taġixxi f’isimha iżda fl-interess tal-kumpannija, ma jistgħux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-attiv nett taħt l-ammont imsemmi fl-Artikolu 17(1) u (2);

(ċ) ishma mħallsa kompletament biss jistgħu jkunu inklużi fit-tranżazzjoni.

Minnbarra dan, l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu akkwisti fit-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu soġġetti għal xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) li l-valur nominali jew, fl-assenza ta’ dan, il-parità kontabbli ta’ l-ishma akkwistati, inklużi ishma akkwistati qabel mill-kumpannija u miżmuma minnha, u ishma akkwistati minn persuna li taġixxi f’isimha iżda fl-interess tal-kumpannija, ma tistax teċċedi l-limitu li għandu jkun iddeterminat mill-Istati Membri; dan il-limitu ma jistax ikun inqas minn 10 % tal-kapital sottoskritt;

(ii) li s-setgħa tal-kumpannija li takkwista l-ishma tagħha stess skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu, in-numru massimu ta’ ishma li jistgħu jiġu akkwistati, it-tul tal-perjodu li għalih hija mogħtija s-setgħa u l-konsiderazzjoni massima jew minima, ikunu stipulati fl-istatuti jew fl-istrument ta’ l-inkorporazzjoni tal-kumpannija;

(iii) li l-kumpannija tkun konformi mar-rekwiżiti xierqa ta’ rappurtar u ta’ notifika;

(iv) li ċerti kumpanniji, skond kif iddeterminat mill-Istati Membri, jistgħu jkunu mitluba li jħassru l-ishma akkwistati, sakemm ammont ugwali għall-valur nominali ta’ l-ishma kkanċellati jkun inkluż f’riserva li ma tistax titqassam lill-azzjonisti, ħlief f’każ ta’ tnaqqis fil-kapital sottoskritt; din ir-riserva tista’ tintuża biss biex jiġi miżjud il-kapital sottoskritt permezz tal-kapitalizzazzjoni tar-riservi;

(v) li l-akkwist ma jippreġudikax is-sodisfazzjoni tat-talbiet tal-kredituri.

ê 77/91/KEE

è1 2006/68/KE Art. 1 punt 5

2. Il-liġijiet ta’ Stat Membru jistgħu jiddisponu għal derogi mill-ewwel sentenza ta’ paragrafu 1 (a) meta l-akkwist ta’ l-ishma tal-kumpannija stess huwa meħtieġ biex tiġi evitata ħsara serja u imminenti lill-kumpannija. F’dak il-każ, il-laqgħa ġenerali ta’ wara għandha tiġi infurmata mill-korp amministrattiv jew tat-tmexxija bir-raġunijiet u xorta ta’ l-akkwisti magħmula, bin-numru u valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-parità kontabbli, ta’ l-ishma akkwistati, bil-proporzjon tal-kapital sottoksritt li huma jirrappreżentaw, u bil-konsiderazzjoni għal dawn l-ishma.

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċieidu li ma japplikawx l-ewwel sentenza ta’ paragrafu 1 (a) għal ishma akkwistati mill-kumpannija nifisha jew minn persuna li taġixxi f’isimha stess iżda fl-interess tal-kumpannija, għal tqassim lill-impjegati ta’ dik il-kumpannija jew lill-impjegati ta’ kumpannija assoċjata. Dawk l-ishma għandhom jitqassmu fi żmien 12-il xahar mill-akkwist tagħhom.

Artikolu 22

1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx l-Artikolu 21 għal:

(a) ishma akkwistati fit-twettiq ta’ deċiżjoni biex jitnaqqas il-kapital, jew fiċ-ċirkostanzi msemmiija fl-Artikolu 43;

(b) ishma akkwistati b’ riżultat ta’ trasferiment universali ta’ attiv;

(ċ) ishma mħallsa kollha akkwistati bla ħlas jew minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra bħala kummissjoni għal xiri;

(d) ishma akkwistati bis-saħħa ta’ obbligu legali jew li jirriżultaw minn deċiżjoni ta’ qorti għall-protezzjoni ta’ azzjonisti ta’ minoranza fil-każ, partikolarment, ta’ għaqda b'akkwist, bidla fil-għan jew forma tal-kumpannija, trasferiment ta’ l-uffiċċju reġistrat barra l-pajjiż, jew l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq it-trasferiment ta’ ishma;

(e) ishma akkwistati minn azzjonista fil-każ ta’ nuqqas li jħallas għalihom;

(f) ishma akkwistati sabiex jindennizzaw azzjonisti ta’ minoranza f’kumpanniji assoċjati;

(g) ishma mħallsa kollha u akkwistati minn bejgħ infurzat permezz ta' ordni tal-qorti għall-ħlas ta’ dejn dovut lill-kumpannija mis-sid ta’ l-ishma;

(h) ishma imħallsa kollha maħruġa minn kumpannija ta’ investiment b’kapital fiss, kif imfisser fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 17(7), u akkwistati fuq talba ta’ l-investitur minn dik il-kumpannija jew minn kumpannija assoċjata. Punt (a) ta' l-Artikolu 17 (7) għandu japplika. Dawn l-akkwisti ma jistgħux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-attiv nett għal inqas mill-ammont tal-kapital sottoskritt biż-żieda ta’ kull riserva li t-tqassim tagħha huwa projbit mil-liġi.

2. Ishma akkwistati fil-każijiet elenkati fil-paragrafu 1 (b) sa (g) għandhom, madankollu, jitneħħew fi żmien mhux iżjed minn tliet snin mill-akkwist tagħhom sakemm il-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-parità kontabbli ta’ l-ishma akkwistati, magħdudin ishma li l-kumpannija setgħet akkwistat permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess iżda fl-interess tal-kumpannija, ma jkunux iżjed minn 10 % tal-kapital sottoskritt.

3. Jekk l-ishma ma jitneħħewx fil-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2, huma għandhom jiġu kkanċellati. Il-liġijiet ta’ Stat Membru jistgħu jagħmlu dan it-tħassir suġġett għal tnaqqis korrispondenti fil-kapital sottoskritt. Dan it-tnaqqis għandu jiġi preskritt meta l-akkwist ta’ ishma li għandhom jiġu kkanċellati jirriżulta fl-attiv nett li jkun niżel għal inqas mill-ammont speċifikat è1 fl-Artikolu 17(1) u (2) ç.

Artikolu 23

Ishma akkwistati li jmorru kontra l-Artikoli 21 u 22 għandhom jiġu wżati fi żmien sena mill-akkwist tagħhom. Jekk ma jitneħħewx f’dak il-perjodu, l-Artikolu 22(3) għandu japplika.

Artikolu 24

1. Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jippermettu li kumpannija tixtri l-ishma tagħha stess, sew hija nifisha u sew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess iżda fl-interess tal-kumpannija, huma għandhom jagħmlu ż-żamma ta’ dawn l-ishma suġġetta f’kull ħin għall-inqas għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) fost id-drittijiet marbuta ma’ l-ishma, id-dritt għall-vot marbut ma’ l-ishma tal-kumpannija stess għandu f’kull każ jiġi sospiż;

(b) jekk l-ishma huma inklużi fost l-attiv muri fil-karta tal-bilanċ, riserva ta’ l-istess ammont, li mhuwiex disponibbli għal tqassim, għandha tiġi inkluża mal-passiv.

2. Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jippermettu li kumpannija takkwista l-ishma tagħha stess, sew hija innifisha u sew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess iżda fl-interess tal-kumpannija, huma għandhom jeħtieġu li r-rapport annwali jiddikjara għall-inqas:

(a) ir-raġunijiet għal akkwisti magħmula matul is-sena finanzjarja;

(b) in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-parità kontabbli ta’ l-ishma akkwistati u mneħħija matul is-sena finanzjarja u l-proporzjon tal-kapital sottoskritt li huma jirrappreżentaw;

(ċ) fil-każ ta’ akkwist jew tneħħija għal xi valur, il-konsiderazzjoni għall-ishma;

(d) in-numru u valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-parità kontabbli ta’ l-ishma kollha akkwistati u miżmuma mill-kumpannija u l-proporzjon tal-kapital sottoskritt li huma jirrappreżentaw.

Artikolu 25

ê 2006/68/KE Art. 1 pt. 6

1. Fejn l-Istati Membri jippermettu li kumpannija, b’mod dirett jew indirett, tavvanza fondi, tagħti self jew tipprovdi garanzija, bil-ħsieb li takkwista l-ishma tagħha minn parti terza, għandhom jissoġġettaw dawn it-tranżazzjonijiet għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5.

2. It-tranżazzjonijiet għandhom isiru taħt ir-responsabbiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija fil-kondizzjonijiet ġusti tas-suq, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-imgħax li tirċievi l-kumpannija u fir-rigward tal-garanzija pprovduta lill-kumpannija għas-self u l-avvanzi msemmija f'paragrafu 1.

L-istanding tal-kreditu tal-parti terza jew, f’każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ iktar minn parti waħda, ta’ kull kontraparti tagħha, għandu jkun investigat kif xieraq.

3. It-tranżazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi mill-korp amministrattiv jew tat-tmexxija lil-laqgħa ġenerali għal approvazzjoni minn qabel, li fiha l-laqgħa ġenerali għandha taġixxi b’mod konformi mar-regoli tal-kworum u l-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 44.

Il-korp amministrattiv jew ta’ tmexxija jrid jippreżenta rapport bil-miktub lil-laqgħa ġenerali, li fih jindika:

(a) ir-raġunijiet għat-tranżazzjoni,

(b) l-interess tal-kumpannija li tidħol f’tali tranżazzjoni,

(ċ) il-kondizzjonijiet li fuqhom daħlu fit-tranżazzjoni,

(d) ir-riskji involuti fit-tranżazzjoni għal-likwidità u s-solvenza tal-kumpannija, u

(e) il-prezz li biha l-parti terza għandha takkwista l-ishma.

Dan ir-rapport għandu jkun sottomess lir-reġistru għall-pubblikazzjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.

4. L-għajnuna finanzjarja aggregata mogħtija lill-partijiet terzi m’għandha fl-ebda ħin tirriżulta fi tnaqqis ta’ l-assi netti inqas mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 17(1) u (2), u għandha tqis ukoll kull tnaqqis ta’ l-attiv nett li seta’ jkun seħħ permezz ta’ l-akkwist, mill-kumpannija jew fl-interess tal-kumpannija, ta’ l-ishma tagħha stess skond l-Artikolu 21(1).

Il-kumpannija għandha tinkludi, fost il-passivi fil-karta tal-bilanċ, riserva, li ma tkunx disponibbli għat-tqassim, ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna finanzjarja aggregata.

5. Fejn ishma tal-kumpannija stess skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 21(1) huma akkwistati jew fejn ishma maħruġa fil-kors ta’ żieda fil-kapital sottoskritt ikunu sottoskritti minn parti terza permezz ta’ għajnuna finanzjarja minn kumpannija, dan l-akkwist jew sottoskrizzjoni għandu jsir bi prezz ġust.

ê 77/91/KEE

6. Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw għal transazzjonijiet konklużi minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra fil-kors normali tan-negozju, lanqas għal transazzjonijiet effettwati bil-għan li jiġu akkwistati ishma minn jew għall-impjegati tal-kumpannija jew l-impjegati ta’ kumpannija assoċjata.

Iżda dawn it-transazzjonijiet ma jistgħux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-attiv nett għal anqas mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 17(1).

7. Il-paragrafi 1 sa 5 m`għandhomx japplikaw għal transazzjonijet effettwati bil-għan li jiġu akkwistati ishma kif deskritt fl-Artikolu 22(1) (h).

ê 2006/68/KE Art. 1 pt. 7

Artikolu 26

Fil-każijiet fejn membri individwali tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpannija li tkun parti mit-transazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(1), jew membri individwali tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija ta’ intrapriża prinċipali skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE[15] jew tat-tali intrapriża prinċipali nfisha, jew individwi li jaġixxi taħt isimhom stess, iżda fl-interess tal-membri tat-tali korpi jew it-tali intrapriża, huma kontropartijiet mit-tali transazzjoni, l-Istati Membri għandhom jassiguraw permezz ta’ salvagwardji adegwati li tali transazzjoni ma’ tmurx kontra l-aħjar interessi tal-kumpannija.

ê 77/91/KEE

Artikolu 27

1. L-aċċettazzjoni ta’ l-ishma tal-kumpannija stess bħala garanzija, sew mill-kumpannija nnifisha u sew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess iżda fl-interess tal-kumpannija, għandha tiġi trattata bħala akkwist għall-iskop ta’ l-Artikoli 21, 22 (1), 24 u 25.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx il-paragrafu 1 għal transazzjonijiet konklużi minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra fil-kors normali tan-negozju.

ê 92/101/KEE Art. 1

Artikolu 28

1. Is-sottoskrizzjoni, l-akkwist jew iż-żamma ta’ l-ishma f’kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata minn kumpannija oħra skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE li fiha l-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata żżomm direttament jew indirettament il-maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot jew li fuqha hija tista’ teżerċita influwenza dominanti direttament jew indirettament, għandhom jitqiesu bħala li ġew effettwati mill-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata nfisha.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll meta l-kumpannija l-oħra tkun irregolata mil-liġi ta’ pajjiż terz u għandha forma legali li tista’ titqabbel ma’ dawk elenkati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE.

Madankollu, meta l-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata żżomm il-maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot indirettament jew tista’ teżerċita influwenza dominanti indirettament, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi jekk huma jipprovdu għas-sospensjoni tal-jeddijiet tal-vot mehmuża ma’ l-ishma fil-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata miżmuma mill-kumpannija l-oħra.

2. Fin-nuqqas tal-koordinament tal-leġislazzjoni nazzjonali fuq gruppi ta’ kumpanniji, l-Istati Membri jistgħu:

(a) jiddefinixxu l-każijiet li fihom kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata għandha titqies bħala li tkun tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq kumpannija oħra; jekk Stat Membru jeżerċita din l-għażla, il-liġi nazzjonali tiegħu għandha f’kull każ tipprovdi illi influwenza dominanti tista’ tiġi eżerċitata jekk kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata:

- ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri ta’ l-organu amministrattiv, ta’ l-organu tal-ġestjoni jew ta’ l-organu tas-sorveljanza, u hija fl-istess ħin azzjonista jew membru tal-kumpannija l-oħra jew

- hija azzjonista jew membru tal-kumpannija l-oħra u għandha l-kontroll waħdieni ta’ maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot ta’ l-azzjonisti jew tal-membri tagħha skond ftehim konkluż ma’ l-azzjonisti jew mal-membri l-oħra ta’ din il-kumpannija.

L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jagħmlu provvediment għall-ebda każ għajr dawk imsemmija fl-ewwel u t-tieni inċiżi;

(b) jiddefinixxu l-każijiet li fihom kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata għandha titqies bħala li żżomm indirettament il-jeddijiet tal-vot jew bħala li tista’ teżerċita indirettament influwenza dominanti;

(ċ) jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata għandha titqies bħala li żżomm il-jeddijiet tal-vot.

3. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 meta s-sottoskrizzjoni, l-akkwist jew iż-żamma huma effettwati f’isem persuna għajr il-persuna li tissottoskrivi, takkwista jew iżżomm l-ishma, kemm jekk mhix il-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata msemmija fil-paragrafu 1 u lanqas jekk kumpannija oħra li fiha l-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata żżomm direttament jew indirettament maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot jew li fuqha tista’ teżerċita direttament jew indirettament influwenza dominanti.

4. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 meta s-sottoskrizzjoni, l-akkwist jew iż-żamma huma effettwati mill-kumpannija l-oħra fil-kapaċità tagħha u fil-kuntest ta’ l-attivitajiet tagħha bħala negozjant professjonali tat-titoli, sakemm tkun membru ta’ borża li tinsab jew li taħdem ġewwa Stat Membru, jew hija approvata jew issorveljata minn awtorità ta’ Stat Membru kompetenti sabiex tissorvelja n-negozjanti professjonali tat-titoli li, skond it-tifsira ta’ din id-Direttiva, tista’ tinkludi istituzzjonijiet ta’ kreditu.

5. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 meta l-ishma f’kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata miżmuma minn kumpannija oħra jkunu ġew akkwistati qabel ir-relazzjoni bejn iż-żewġ kumpanniji tkun ikkorrispondiet mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1.

Madankollu, il-jeddijiet tal-vot mehmuża ma’ dawn l-ishma għandhom jiġu sospiżi u l-ishma għandhom jittieħdu f’ kunsiderazzjoni meta jiġi stabbilit jekk tkunx twettqet il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) ta' l-Artikolu 21(1) (b).

6. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-Artikolu 22(2) jew (3) jew l-Artikolu 23 meta l-ishma f’kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata jiġu akkwistati minn kumpannija oħra bil-kondizzjoni li huma jipprovdu:

(a) is-sopensjoni tal-jeddijiet tal-vot mehmuża ma’ l-ishma fil-kumpannija pubblika b’responsabbiltŕ limitata miżmuma mill-kumpannija l-oħra, u

(b) il-membri ta’ l-organu amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata jkunu obbligati li jixtru lura mill-kumpannija l-oħra l-ishma msemmija fl-Artikolu 22(2) u (3) u l-Artikolu 23 għall-prezz li bih kienet akkwistathom il-kumpannija l-oħra; din is-sanzjoni għandha tapplika biss meta l-membri ta’ l-organu amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata juru li din il-kumpannija ma ħadet l-ebda sehem fis-sottoskrizzjoni jew l-akkwist ta’ l-ishma fil-kwistjoni.

ê 77/91/KEE

Artikolu 29

1. Kull żieda fil-kapital għandha tiġi deċiża mil-laqgħa ġenerali. Kemm din id-deċiżjoni kif ukoll iż-żieda fil-kapital sottoskritt għandhom jiġu ppubblikati fil-mod speċifikat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru, skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.

2. Madankollu, l-istatuti jew atti ta’ inkorporazzjoni jew il-laqgħa ġenerali, li d-deċiżjoni tagħhom għandha tiġi ppubblikata skond ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1, jistgħu jawtorizzaw żieda fil-kapital sottoskritt sa ammont massimu li huma għandhom jistabbilixxu b’konsiderazzjoni xierqa għal kull ammont massimu previst mil-liġi. Meta xieraq, iż-żieda fil-kapital sottoskritt għandha tiġi deċiża fil-limiti ta’ l-ammont stabbilit mill-korp tal-kumpannija inkarigata li tagħmel hekk. Is-setgħa ta’ dan il-korp fir-rigward ta' dan għandha tkun għal perjodu massimu ta’ ħames snin u jista’ jiġi mġedded darba jew iżjed drabi mil-laqgħa ġenerali, kull darba għal perjodu li ma jkunx iżjed minn ħames snin.

3. Meta jkun hemm diversi klassijiet ta’ ishma, id-deċiżjoni mil-laqgħa ġenerali dwar iż-żieda fil-kapital imsemmi fil-paragrafu 1 jew l-awtorizzazzjoni biex jiżdied il-kapital imsemmi fil-paragrafu 2, għandha tkun suġġetta għal vot separat għall-inqas għal kull klassi ta’ azzjonisti li d-drittijiet tagħhom huma milquta mit-transazzjoni.

4. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-ħruġ tat-titoli kollha li jistgħu jinbidlu f’ishma jew li magħhom hemm id-dritt ta’ sottoskrizzjoni għal ishma, iżda mhux għal-konverżjoni ta’ dawn it-titoli, lanqas għall-eżerċizzju tad-dritt għal sottoskrizzjoni.

Artikolu 30

Ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni, fil-kors ta’ żieda fil-kapital sottoskritt, għandhom jitħallsu sa għall-inqas 25 % tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-parità kontabbli tagħhom. Meta ssir dispożizzjoni għal xi ħruġ ta’ premium , dan għandu jitħallas kollu.

Artikolu 31

1. Meta ishma jinħarġu għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus fil-kors ta’ żieda fil-kapital sottoskritt il-konsiderazzjoni għandha tiġi trasferita kollha f’perjodu ta’ ħames snin mid-deċiżjoni biex il-kapital sottoskritt jiżdied.

2. Il-konsiderazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun is-suġġett ta’ rapport imfassal qabel iż-żieda fil-kapital issir minn espert wieħed jew iktar li huma indipendenti mill-kumpannija u maħtura jew approvati minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja. Dawn l-esperti jistgħu jkunu persuni fiżiċi kif ukoll persuni ġuridiċi u kumpanniji u ditti skond il-liġijiet ta’ kull Stat Membru.

ê 2006/68/KE Art. 1 pt. 8

L-Artikolu 10(2) u (3) u l-Artikoli 11 u 12 għandhom japplikaw.

ê 2009/109/KE Art. 1 pt. 3

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 2 fil-każ ta’ żieda fil-kapital sottoskritt magħmul sabiex tagħti effett lil xi għaqda, diviżjoni jew offerta pubblika għax-xiri jew l-iskambju ta’ ishma u biex jitħallsu l-azzjonisti tal-kumpannija li qiegħda tiġi assorbita jew diviża jew li hija s-suġġett tal-offerta pubblika għax-xiri jew l-iskambju ta’ ishma.

ê 2009/109/KE Art. 1 pt. 3 (adattat)

Fil-każ ta’ għaqda jew diviżjoni, madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-ewwel paragrafu biss fejn ikun tħejja rapport ta’ Ö espert jew esperti Õ indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda jew tad-diviżjoni.

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw il-paragrafu 2 fil-każ ta’ għaqda jew diviżjoni, huma jistgħu jipprovdu li r-rapport taħt dan l-Artikolu u r-rapport tal-Ö espert jew esperti Õ indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda jew tad-diviżjoni, jitħejjew mill-istess espert jew esperti.

ê 77/91/KEE

4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 2 jekk l-ishma kollha maħruġa fil-kors ta’ żieda fil-kapital sottoskritt jinħarġu għal xi konsiderazzjoni li ma tkunx fi flus lil kumpannija waħda jew iżjed, bil-kondizzjoni li l-azzjonisti kollha fil-kumpannija li jirċievu l-konsiderazzjoni jkunu ftiehmu li ma jkollhomx rapport ta’ l-esperti u li r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 10(4) (b) sa (f) huma mħarsa.

Artikolu 32

Meta żieda fil-kapital ma tkunx sottoskritta kollha, il-kapital għandu jiżdied bl-ammont tas-sottoskrizzjonijiet li jkunu ġew irċevuti biss jekk il-kondizzjonijiet tal-ħruġ jiddisponu hekk.

Artikolu 33

1. Kull meta l-kapital jiżdied b’konsiderazzjoni ta’ flus, l-ishma għandhom jiġu offruti fuq bażi ta' prelazzjoni lill-azzjonisti fil-proporzjon tal-kapital rappreżentat mill-ishma tagħhom.

2. Il-liġijiet ta’ Stat Membru:

(a) m’għandhomx bżonn japplikaw il-paragrafu 1 għal ishma li magħhom hemm id-dritt limitat biex jipparteċipaw fi tqassim fis-sens ta’ l-Artikolu 17 u/jew fl-attiv tal-kumpannija fil-każ ta’ stralċ; jew

(b) jistgħu jippermettu, meta l-kapital sottoskritt ta’ kumpannija li għandha diversi klassijiet ta’ ishma li jkollhom jeddijiet differenti dwar votazzjoni, jew parteċipazzjoni fit-tqassim fis-sens ta’ l-Artikolu 17 jew f’attiv fil-każ ta’stralċ, jiżdied bil-ħruġ ta’ ishma ġodda f’waħda biss minn dawk il-klassijiet, waqt li l-jedd ta' prelazzjoni ta’ l-azzjonisti tal-klassijiet l-oħra għandu jkun eżerċitat biss wara li l-azzjonisti tal-klassi li fiha jkunu qed jinħarġu l-ishma l-ġodda jkunu eżerċitaw dan il-jedd.

ê 77/91/KEE

3. Kull offerta ta’ sottoskrizzjoni fuq bażi ta' prelazzjoni u l-perjodu li fih dan id-dritt għandu jkun eżerċitat għandhom jiġu ppubblikati fil-gazzetta nazzjonali nominata skond id-Direttiva 2009/101/KE. Iżda, il-liġijiet ta’ Stat Membru ma għandhomx bżonn jiddisponu għal dik il-pubblikazzjoni meta l-ishma kollha ta’ kumpannija huma rreġistrati. F’dak il-każ, l-azzjonisti kollha tal-kumpannija għandhom ikunu infurmati bil-miktub. Il-jedd ta' prelazzjoni għandu jkun eżerċitat f’perjodu li ma għandux ikun inqas minn 14-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-offerta jew mid-data minn meta jintbagħtu l-ittri lill-azzjonisti.

4. Il-jedd ta' prelazzjoni ma jistax ikun ristrett jew irtirat mill-istatuti jew atti ta’ inkorporazzjoni. Dan jista’, madankollu, jsir b’deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali. Il-korp amministrattiv jew tat-tmexxija għandu jkun meħtieġ li jippreżenta lil dik il-laqgħa rapport bil-miktub li juri r-raġunijiet għar-restrizzjoni jew irtirar tal-jedd ta' prelazzjoni, u li jiġġustifka l-prezz tal-ħruġ propost. Il-laqgħa ġenerali għandha taġixxi skond ir-regoli dwar quorum u maġġoranza speċifikati fl-Artikolu 44. Id-deċiżjoni tagħha għandha tiġi ppubblikata bil-mod preskritt fil-liġijiet ta’ kull Stat Membru, skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.

5. Il-liġijiet ta’ Stat Membru jistgħu jiddisponu li l-istatuti, l-atti ta’ inkorporazjoni jew il-laqgħa ġenerali, li jaġixxu skond ir-regoli dwar quorum , maġġoranza u pubblikazzjoni preskritti fil-paragrafu 4, jistgħu jagħtu s-setgħa ta’ restrizzjoni jew irtirar tal-jedd ta' prelazzjoni lill-korp tal-kumpannija li għandu s-setgħa li jiddeċiedi dwar żieda fil-kapital sottoskritt fil-limiti tal-kapital awtorizzat. Din is-setgħa ma tistax tingħata għal perjodu itwal mis-setgħa li għaliha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 29(2).

6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw għall-ħruġ tat-titoli kollha li jistgħu jinbidlu f’ishma jew li jkollhom il-jedd ta’ sottoskrizzjoni għal ishma, iżda mhux għall-konverżjoni ta’ dawn it-titoli, lanqas għall-eżerċizzju tal-jedd ta’ sottoskrizzjoni.

7. Il-jedd ta' prelazzjoni mhuwiex eskluż mill-iskop tal-paragrafi 4 u 5 meta, skond id-deċiżjoni biex jiżdied il-kapital sottoskritt, jinħarġu ishma lil banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra bl-iskop li dawn jiġu offruti lil azzjonisti tal-kumpannija skond il-paragrafi 1 u 3.

Artikolu 34

Kull tnaqqis fil-kapital sottoskritt, ħlief skond ordni tal-qorti, għandu jkun suġġett għall-inqas għal deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali li taġixxi skond ir-regoli dwar quorum u maġġoranza speċifikati fl-Artikolu 44 bla ħsara għall-Artikoli 40 u 41. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata bil-mod speċifikat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.

L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jispeċifika għall-inqas l-iskop għat-tnaqqis u l-mod li bih għandu jitwettaq.

Artikolu 35

Meta hemm diversi klassijiet ta’ ishma, id-deċiżjoni mil-laqgħa ġenerali dwar tnaqqis fil-kapital sottoskritt għandha tkun suġġetta għal vot separat, għall-inqas għal kull klassi ta’ azzjonisti li l-jeddijiet tagħhom jintlaqtu mit-transazzjoni.

Artikolu 36

ê 2006/68/KE Art. 1 pt. 9

1. Fil-każ ta’ tnaqqis fil-kapital sottoskritt, għall-inqas il-kredituri li t-talbiet tagħhom kienu saru qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni biex issir tnaqqis għandhom mill-inqas ikollhom id-dritt li jakkwistaw garanzija għat-talbiet li ma jkunux dovuti sad-data tal-pubblikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu ma jwarbux tali dritt sakemm il-kreditur ikollu salwagwardji adegwati, jew sakemm tali salvagwardji ma jkunux neċessarji meta jitqies l-attiv tal-kumpannija.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt imsemmi taħt l-ewwel subparagrafu. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kredituri huma awtorizzati li japplikaw lill-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja kompetenti għal salvagwardji adegwati sabiex huma jistgħu juru b’mod kredibli li minħabba t-tnaqqis fil-kapital sottoskritt is-sodisfazzjon tat-talbiet tagħhom huwa pperikolat u li l-kumpannija ma tagħhomx salvagwardji adegwati.

ê 77/91/KEE

2. Il-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom jistipulaw ukoll għall-anqas li t-tnaqqis għandu jkun null, jew li ma jista’ jsir ebda ħlas għall-benefiċċju ta’ l-azzjonisti, sakemm il-kredituri jkunu kisbu sodisfazzjon jew xi qorti ddeċidiet li l-applikazzjoni tagħhom ma għandhiex tiġi milqugħha.

3. Dan l-Artikolu għandu japplika meta t-tnaqqis fil-kapital sottoskritt iseħħ bir-rinunzja totali jew parzjali tal-ħlas tal-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet ta’ l-azzjonisti.

Artikolu 37

1. L-Istati Membri ma għandhomx bżonn japplikaw l-Artikolu 36 għal tnaqqis fil-kapital sottoskritt li l-iskop tiegħu huwa li jibbilanċja telf imġarrab jew li jinkludi somom ta’ flus f’riserva iżda li, wara din l-operazzjoni, l-ammont ta’ dik ir-riserva ma jkunx iżjed minn 10 % tal-kapital sottoskritt imnaqqas. Ħlief fil-każ ta’ tnaqqis fil-kapital sottoskritt, din ir-riserva ma tistax titqassam lill-azzjonisti; hija tista’ tintuża biss biex tibbilanċja telf imġarrab jew biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta’ dik ir-riserva, safejn l-Istati Membri jippermettu dik l-operazzjoni.

2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 il-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom għall-inqas jiddisponu għall-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-ammonti li ġejjin mit-tnaqqis tal-kapital sottoskritt ma jistgħux jintużaw biex isiru ħlasijiet jew tqassim lil azzjonisti jew biex jeħilsu azzjonisti mill-obbligu li jagħmlu l-kontribuzzjonijet tagħhom.

Artikolu 38

Il-kapital sottoskritt ma jistax jitnaqqas għal ammont inqas mill-kapital minimu speċifikat skond l-Artikolu 6.

Iżda, l-Istati Membri jistgħu jippermettu dak it-tnaqqis jekk huma jiddisponu wkoll li d-deċiżjoni li jitnaqqas il-kapital sottoskritt jista’ jkollha effett biss meta l-kapital sottoskritt jiżdied ma’ ammont għall-inqas daqs il-minimu preskritt.

Artikolu 39

Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jawtorizzaw fidwa totali jew parzjali tal-kapital sottoskritt mingħajr tnaqqis ta’ dan ta’ l-aħħar, huma għandhom għall-inqas jeħtieġu li jiġu mħarsa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) meta l-istatuti jew dokument ta’ inkorporazzjoni jipprovdu għal fidwa, din ta’ l-aħħar għandha tiġi deċiża mil-laqgħa ġenerali li tivvota għall-inqas taħt il-kondizzjonijiet normali dwar quorum u maġġoranza; meta l-istatuti jew atti ta’ inkorporazzjoni ma jiddisponux għal fidwa, din ta’ l-aħħar għandha tiġi deċiża mil-laqgħa ġenerali li taġixxi għall-inqas taħt il-kondizzjonijiet ta’ quorum u maġġoranza speċifikati fl-Artikolu 44; id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata bil-mod preskritt mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru, skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE;

(b) somom biss li huma disponibbli għal tqassim fis-sens ta’ l-Artikolu 17(1) sa (4) jistgħu jintużaw għal skopijiet ta’ fidwa;

(ċ) azzjonisti li l-ishma tagħhom jinfdew għandhom iżommu l-jeddijiet tagħhom fil-kumpannija, bl-eċċezzjoni tal-jeddijiet tagħhom għal ħlas lura ta’ l-investiment tagħhom u parteċipazzjoni fit-tqassim ta’ dividend tal-bidu fuq ishma mhux mifdija.

Artikolu 40

1. Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jistgħu jippermettu li kumpanniji jnaqqsu l-kapital sottoskritt tagħhom b’irtirar obbligatorju ta’ ishma, huma għandhom jeħtieġu li għall-inqas jiġu mħarsa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e):

ê 77/91/KEE (adattat)

(a) l-irtirar obbligatorju għandu jiġi preskritt jew awtorizzat mill-istatuti jew l-atti ta’ inkorporazzjoni qabel l-ishma li għandhom jiġu irtirati jkunu sottoskritti;

ê 77/91/KEE

(b) meta l-irtirar obbligatorju huwa sempliċiment awtorizzat mill-istatuti jew l-atti ta’ inkorporazzjoni, dan għandu jiġi deċiż mil-laqgħa ġenerali sakemm ma jkun gie approvat b’mod unanimu mill-azzjonisti kkonċernati;

(ċ) il-korp tal-kumpannija li jiddeċiedi fuq l-irtirar obbligatorju għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-mod tagħhom meta huma ma ġewx diġà stabbiliti mill-istatuti jew l-atti ta’ inkorporazzjoni;

(d) L-Artikolu 36 għandu japplika ħlief fil-każ ta’ ishma mħallsa kollha li jkunu disponibbli għall-kumpannija mingħajr ħlas jew huma rtirati bl-użu ta’ somom disponibbli għal tqassim skond l-Artikolu 17(1) sa (4); f’dawn il-każijiet, ammont daqs il-valur nominali jew, fin-nuqqas tiegħu, għall-parità kontabbli ta’ l-ishma kollha rtirati għandu jkun magħdud f’riserva; ħlief fil-każ ta’ tnaqqis fil-kapital sottoskritt din ir-riserva ma tistax titqassam lill-azzjonisti; hija tista’ tintuża biss biex tibbilanċja telf imġarrab jew biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta’ din ir-riserva, safejn l-Istati Membri jippermettu din l-operazzjoni;

(e) id-deċiżjoni dwar l-irtirar obbligatorju għandha tiġi ppubblikata bil-mod speċifikat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.

2. L-Artikoli 34(1), 35, 37 u 44 ma għandhomx japplikaw għal każijiet li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 41

1. Fil-każ ta’ tnaqqis mill-kapital sottoskritt bl-irtirar ta’ ishma akkwistati mill-kumpannija nnifisha jew minn persuna li taġixxi f’isimha stess iżda fl-interess tal-kumpannija, l-irtirar għandu jkun dejjem deċiż mil-laqgħa ġenerali.

2. L-Artikolu 36 għandu japplika sakemm l-ishma ma jkunux mħallsa kollha u akkwistati bla ħlas jew bl-użu ta’ somom disponibbli għal tqassim skond l-Artikolu 17(1) sa (4); f’dawn il-każijiet ammont daqs il-valur nominali jew, fin-nuqqas tiegħu, għall-parità kontabbli ta’ l-ishma kollha rtirati għandu jkun inkluż f’riserva. Ħlief fil-każ ta’ tnaqqis mil-kapital sottoskritt, din ir-riserva ma tistax titqassam lill-azzjonisti. Hija tista’ tintuża biss biex tibbilanċja telf imġarrab jew biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta’ dik ir-riserva, safejn l-Istati Membri jippermettu dik l-operazzjoni;

3. L-Artikoli 35, 37 u 44 ma għandhomx japplikaw għall-każijiet li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 42

Fil-każijiet koperti bl-Artikoli 39, 40(1)(b) u 41(1), meta hemm diversi klassijiet ta’ ishma, id-deċiżjoni mil-laqgħa ġenerali dwar fidwa tal-kapital sottoskritt jew it-tnaqqis tiegħu bl-irtirar ta’ ishma għandha tkun suġġetta għal vot separat, għall-inqas għal kull kategorija ta’ azzjonisti li d-drittijiet tagħhom jintlaqtu mit-transazzjoni.

Artikolu 43

Meta l-liġijiet ta’ Stat Membru jawtorizzaw lil kumpanniji biex joħorġu ishma li jkunu jistgħu jinfdew, huma għandhom jeħtieġu li l-kondizzjonijiet li ġejjin, għall-inqas, huma mħarsa għall-fidwa ta’ dawk l-ishma:

(a) il-fidwa għandha tiġi awtorizzata mill-istatuti tal-kumpannija jew mill-att ta’ inkorporazzjoni qabel l-ishma li jkunu jistgħu jinfdew huma sottoskritti;

(b) l-ishma għandhom jitħallsu kollha;

(ċ) il-kondizzjonjiet u l-mod tal-fidwa għandhom jiġu speċifikati fl-istatuti jew fl-atti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpannija;

(d) il-fidwa tista’ tiġi effettwata biss bl-użu ta’ somom li huma disponibbli għal tqassim skond l-Artikolu 17(1) sa (4) jew bid-dħul minn ħruġ ġdid li jsir bil-ħsieb li jwettaq dik il-fidwa;

(e) ammont daqs il-valur nominali jew, fin-nuqqas tiegħu, daqs il-parità kontabbli ta’ l-ishma mifdija kollha għandu jiġi inkluż f’riserva li ma tistax tiġi mqassma lill-azzjonisti, ħlief fil-każ ta’ tnaqqis mill-kapital sottoskritt; hija tista’ tintuża biss għall-iskop biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta’ riservi;

(f) il-punt (e) ma għandux japplika għal fidwa permezz ta’ l-użu mid-dħul ta’ ħruġ ġdid li jsir bil-ħsieb li jaffettwa dik il-fidwa;

(g) meta ssir dispożizzjoni għall-ħlas ta’ premium lill-azzjonisti minħabba fidwa, il -premium jista’ jitħallas biss minn somom disponibbli għal tqassim skond l--Artikolu 17(1) sa (4), jew minn riserva għajr dik imsemmija f’punt (e) ta' dan l-Artikolu li ma tistax tiġi mqassma lill-azzjonisti ħlief fil-każ ta’ tnaqqis mill-kapital sottoskritt; din ir-riserva tista’ tintuża biss sabiex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta’ riservi jew biex tkopri l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 3 (j) jew l-ispiża biex jinħarġu ishma jew ishma ta’ obbligazzjoni jew għall-ħlas ta’ premium lid-detenturi ta’ ishma li jkunu jistgħu jinfdew jew ta’ ishma ta’ obbligazzjoni;

(h) l-avviż tal-fidwa għandu jiġi ppubblikat bil-mod speċifikat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE.

Artikolu 44

Il-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom jiddisponu li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 33(4) u (5), 34, 35, 39 u 42 għandhom jittieħdu għall-inqas b’maġġoranza ta’ mhux inqas minn żewġ terzi tal-voti marbuta mat-titoli jew mal-kapital sottoskritt rappreżentat.

Il-liġijiet ta’ l-Istati Membri jistgħu, iżda, jispeċifikaw li maġġoranza sempliċi tal-voti speċifikata fl-ewwel paragrafu hija biżżejjed meta għall-inqas nofs il-kapital sottoskritt huwa rappreżentat.

Artikolu 45

ê 2006/68/KE Art. 1 pt. 10

1. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9, l-ewwel sentenza tal-punt (a) ta’ l-Artikolu 21(1) it-tieni subparagrafu, u mill-Artikoli 29, 30 u 33 sakemm dawn id-derogi huma neċessarji għall-adozzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imfassla biex iħeġġu l-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati, jew ta’ gruppi oħrajn ta’ persuni definiti mil-liġi nazzjonali, fil-kapital ta’ l-impriżi.

ê 77/91/KEE

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 21(1) punt (a), l-ewwel sentenza, u l-Artikoli 34, 35, 40, 41, 42 u 43 għal kumpanniji inkorporati taħt liġi speċjali li joħorġu kemm ishma ta’ kapital u kemm ishma ta’ ħaddiema, meta dawn ta’ l-aħħar jinħarġu lill-impjegati tal-kumpannija bħala korp, li huma rappreżentati f’laqgħat ġenerali tal-azzjonisti minn delegati li għandhom il-jedd li jivvutaw.

Artikolu 46

Għall-għanijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom jassiguraw trattament indaqs ta’ l-azzjonisti kollha li huma fl-istess pożizzjoni.

Artikolu 47

ê 77/91/KEE (adattat)

1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 3(g), (i), (j) u (k) għal kumpanniji li jeżistu diġà fid-data tad-dħul fis-seħħ Ö tal-liġijiet, ir-regolamenti u Õ tad-dispożizzjonijiet Ö amministrattivi Õ Ö li ġew adottati sabiex ikunu konformi mad-Direttiva 77/91/KEE Õ.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

ê

Artikolu 48

Id-Direttiva 77/91/KEE, kif emendata mill-Atti elenkati fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 49

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta` Lulju 2011.

ê 77/91/KEE

Artikolu 50

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi [...], […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

ê .

ANNESS I

Tipi ta' kumpanniji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1(1)

ê 77/91/KEE

- fil-Belġju:

société anonyme / naamloze vennootschap;

ê 2006/99/KE Art. 1 u Anness punt A(2)

- fil-Bulgarija:

акционерно дружество;

ê Att ta’ l-Adezjoni ta' l-2003 Art. 20 u Anness II p. 339

- fir-Repubblika Ċeka:

akciová společnost;

ê 77/91/KEE

- fid-Danimarka:

aktieselskab;

- fil-Ġermanja:

Aktiengesellschaft;

ê Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-2003 Art. 20 u Anness II p. 339

- fl-Estonja:

aktsiaselts;

ê 77/91/KEE

- fl-Irlanda :

public company limited by shares,

public company limited by guarantee and having a share capital;

ê Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-1979 Art. 21 u Anness I, p. 89

- fil-Greċja:

ανώνυμη εταιρία;

ê Att ta’ l-Adezjoni ta' l-1985 Art. 26 u Anness I, p. 157

- fi Spanja:

sociedad anonima;

ê 77/91/KEE

- fi Franza:

société anonyme;

- fl-Italja:

società per azioni;

ê Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-2003 Art. 20 u Anness II p. 339

- fiċ-Ċipru:

ημόσιεςε ταιρείεςπεριορισμένης ευθύνηςμε μετοχές, δημόσιες εταιρείες περιορισμένηςε υθύνης με εγγύηση που διαθέτουν μετοχικό κεφάλαιο;

- fil-Latvja:

akciju sabiedrība;

- fil-Litwanja:

akcinė bendrovė;

ê 77/91/KEE

- fil-Lussemburgu:

société anonyme;

ê 2006/68/KE Art. 1 pt. 1

- fl-Ungerija:

nyilvánosan működő részvénytársaság;

ê 2003 Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-2003 Art. 20 u Anness II p. 339

- f’Malta:

kumpannija pubblika ta' responsabbiltà limitata;

ê 77/91/KEE

- fl-Olanda:

naamloze vennootschap;

ê Att ta’ l-Adezjoni ta' l-1994 Art. 29 u Anness I, p. 194

- fl-Awstrija:

Aktiengesellschaft;

ê Att ta’ l-Adezjoni ta' l-2003 Art. 20 u Anness II p. 339

- fil-Polonja:

spółka akcyjna;

ê Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-1985 Art. 26 u Anness I, p. 157

- fil-Portugall:

sociedade anonima de responsabilidade limitada;

ê 2006/99/KE Art. 1 u Anness punt A(2)

- fir-Rumanija:

societate pe acţiuni;

ê Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-2003 Art. 20 u Anness II p. 339

- fis-Slovenja:

delniška družba;

- fis-Slovakkja:

akciová spoločnosť;

ê 2009/109/KE Art. 1 pt. 1

- fil-Finlandja:

julkinen osakeyhtiö/publikt aktiebolag

ê Att ta’ l-Adezjoni ta' l-1994 Art. 29 u Anness I, p. 194

- fl-Isvezja:

aktiebolag;

ê 77/91/KEE

- fir-Renju Unit:

public company limited by shares,

public company limited by guarantee and having a share capital.

_____________

é

ANNESS II

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 48)

Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE (ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1) |

Anness I, Punt III (Ċ) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-1979 (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 89) |

Anness I ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 157) |

Direttiva tal-Kunsill 92/101/KEE (ĠU L 347, 28.11.1992, p. 64) |

Anness I, Punt XI (A) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-1994 (ĠU Ċ 241, 29.8.1994, p. 194) |

Anness II, Punt 4 (A) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 338) |

Direttiva 2006/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 32) |

Direttiva tal-Kunsill 2006/99/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137) | Punt A(2) ta’ l-Anness biss |

Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 259, 20.10.2009, p. 14) | Artikolu 1 biss |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 48)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |

77/91/KEE | 17 ta’ Diċembru 1978 |

92/101/KEE | 31 ta’ Diċembru 1993 | 1 ta’ Jannar 1995 |

2006/68/KE | 15 ta’ April 2008 |

2006/99/KE | 1 ta’ Jannar 2007 |

2009/109/KE | 30 ta’ Ġunju 2011 |

___________

ANNESS III

TABELLA TA' KORELLAZZJONI

Direttiva 77/91/KEE | Din id-Direttiva |

Artikoli 1(1), l-ewwel subparagrafu, frażi tal-bidu | Artikoli 1(1) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sas-seba' u għoxrin inċiż | Anness I |

Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 1(2) | Artikolu 1(2) |

Artikolu 2, frażi tal-bidu | Artikolu 2, frażi tal-bidu |

Artikolu 2 (a) | Artikolu 2 (a) |

Artikolu 2 (b) | Artikolu 2 (b) |

Artikolu 2 (ċ) l-ewwel inċiż | Artikolu 2 (ċ) |

Artikolu 2 (ċ) it-tieni inċiż | Artikolu 2 (d) |

Artikolu 2 (d) | Artikolu 2 (e) |

Artikolu 2 (a) | Artikolu 2 (f) |

Artikoli 3 sa 5 | Artikoli 3 sa 5 |

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 6 (1) |

Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu | - |

Artikolu 6(2) | - |

Artikolu 6(3) | Artikolu 6(2) |

Artikoli 7 | Artikoli 7 |

Artikolu 8(1) | Artikolu 8, l-ewwel paragrafu |

Artikolu 8(2) | Artikolu 8, it-tieni paragrafu |

Artikolu 9(1) | Artikolu 9, l-ewwel paragrafu |

Artikolu 9(2) | Artikolu 9, it-tieni paragrafu |

Artikolu 10 | Artikolu 10 |

Artikolu 10a(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 10a(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza | Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 10a(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 11(1), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 10a(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 10a(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza | Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 10a(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 11(2), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 10a(2), it-tielet subparagrafu, l-ewwel sentenza | Artikolu 11(2), ir-raba' subparagrafu |

Artikolu 10a(2), it-tielet subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 11(2), il-ħames subparagrafu |

Artikolu 10a(2), ir-raba' subparagrafu | Artikolu 11(2), il-ħames subparagrafu |

Artikolu 10a(3) | Artikolu 11(3) |

Artikolu 10b | Artikolu 12 |

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza | Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 11(2) | Artikolu 13(2) |

Artikolu 12 | Artikolu 14 |

Artikolu 13 | Artikolu 15 |

Artikolu 14 | Artikolu 16 |

Artikolu 15(1)(a) | Artikolu 17(1) |

Artikolu 15(1)(b) | Artikolu 17(2) |

Artikolu 15(1)(ċ) | Artikolu 17(3) |

Artikolu 15(1)(d) | Artikolu 17(4) |

Artikolu 15(2) | Artikolu 17(5) |

Artikolu 15(3) | Artikolu 17(6) |

Artikolu 15(4), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 17(7), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 15(4), it-tieni subparagrafu | Artikolu 17(7), it-tieni subparagrafu, punt (a) |

Artikolu 15(4), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 17(7), it-tieni subparagrafu, punt (b) |

Artikolu 15(4), it-tielet subparagrafu | Artikolu 17(7), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 16 | Artikolu 18 |

Artikolu 17 | Artikolu 19 |

Artikolu 18 | Artikolu 20 |

Artikolu 19 | Artikolu 21 |

Artikolu 20 | Artikolu 22 |

Artikolu 21 | Artikolu 23 |

Artikolu 22 | Artikolu 24 |

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza | Artikolu 25(2), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 25(2), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 23(1), it-tielet subparagrafu, l-ewwel sentenza | Artikolu 25(3), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 23(1), it-tielet subparagrafu, l-ewwel parti tat-tieni sentenza | Artikolu 25(3), it-tieni subparagrafu, frażi tal-bidu |

Artikolu 23(1), it-tielet subparagrafu, il-parti li jibqa' tat-tieni sentenza | Artikolu 23(1), it-tielet subparagrafu, punti (a) sa (e) |

Artikolu 23(1), it-tielet subparagrafu, it-tielet sentenza | Artikolu 25(3), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 23(1), ir-raba' subparagrafu, l-ewwel sentenza | Artikolu 25(4), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 23(1), ir-raba' subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 25(4), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 23(1), il-ħames subparagrafu | Artikolu 25(5) |

Artikolu 23(2), l-ewwel sentenza | Artikolu 25(6), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 23(2), it-tieni sentenza | Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 23(3) | Artikolu 25(7) |

Artikolu 23a | Artikolu 26 |

Artikolu 24 | Artikolu 27 |

Artikolu 24a(1)(a) | Artikolu 28(1), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 24a(1)(b) | Artikolu 28(1), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 24a(2) | Artikolu 28(1), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 24a(3) | Artikolu 28(2) |

Artikolu 24a(4)(a) | Artikolu 28(3) |

Artikolu 24a(4)(b) | Artikolu 28(4) |

Artikolu 24a(5) | Artikolu 28(5) |

Artikolu 24a(6) | Artikolu 28(6) |

Artikolu 25 | Artikolu 29 |

Artikolu 26 | Artikolu 30 |

Artikolu 27 | Artikolu 31 |

Artikolu 28 | Artikolu 32 |

Artikolu 29 | Artikolu 33 |

Artikolu 30 | Artikolu 34 |

Artikolu 31 | Artikolu 35 |

Artikolu 32 | Artikolu 36 |

Artikolu 33 | Artikolu 37 |

Artikolu 34, l-ewwel sentenza | Artikolu 38, l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 34, it-tieni sentenza | Artikolu 38, it-tieni subparagrafu |

Artikolu 35 | Artikolu 39 |

Artikolu 36 | Artikolu 40 |

Artikolu 37 | Artikolu 41 |

Artikolu 38 | Artikolu 42 |

Artikolu 39 | Artikolu 43 |

Artikolu 40(1) | Artikolu 44, l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 40(2) | Artikolu 44, it-tieni subparagrafu |

Artikolu 41 | Artikolu 45 |

Artikolu 42 | Artikolu 46 |

Artikolu 43(1) | - |

Artikolu 43(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 47(1) |

Artikolu 43(2), it-tieni u t-tielet subparagrafu | - |

Artikolu 43(3) | Artikolu 47(2) |

- | Artikolu 48 |

- | Artikolu 49 |

Artikolu 44 | Artikolu 50 |

- | Anness I |

- | Anness II |

- | Anness III |

_____________

[1] COM(2008) 544 finali.

[2] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

[3] ĠU L 259, 2.10.2009, p. 14.

[4] Ara l-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tas-16.10.2008.

[5] ĠU C [...], [...] p. [...].

[6] ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1

[7] Ara l-Anness II, Parti A.

[8] ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8.

[9] ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11.

[10] ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

[11] ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33.

[12] ĠU L 162, 30.4.2004, p. 70.

[13] ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

[14] ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

[15] ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.