Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill rigward proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament indaqs bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE /* KUMM/2010/0347 finali - COD 2008/0192 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 23.6.2010 KUMM(2010)347 finali 2008/0192 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill rigward proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament indaqs bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE 2008/0192 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill rigward proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament indaqs bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE 1. Daħla L-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Kummissjoni għandha twassal opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-opinjoni tagħha hawn taħt rigward is-17-il emenda proposta mill-Parlament. 2. Sfond Fit-3 ta' Ottubru 2008 il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha għal Direttiva[1] u għaddietha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess jum għall-adozzjoni permezz tal-proċedura tal-kodeċiżjoni kif stipulat fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fl-24 ta’ Marzu 2009. Fis-6 ta' Mejju 2009, il-Parlament Ewropew adotta, fl-ewwel qari, riżoluzzjoni leġiżlativa li tapprova l-proposta tal-Kummissjoni bi 28 emenda[2]. Il-Kummissjoni ħabbret fis-Sessjoni Plenarja tal-Parlament Ewropew li kienet tista' taċċetta l-parti l-kbira tal-emendi, b'mod integrali jew fis-sustanza. Il-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE, laħaq ftehim politiku dwar il-proposta fit-30 ta' Novembru 2009 u adotta formalment il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fit-8 ta' Marzu 2010[3]. Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fit-22 ta' Marzu 2010[4]. 3. L-għan tal-proposta L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li temenda l-qafas legali tal-Komunità dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi tagħhom. Hija tintroduċi emendi sostanzjali għad-Direttiva attwali datata mill-1986. L-ewwel u qabel kollox, hija testendi l-kunċett ta' 'konjuġi', biex tinkludi s-sħab għall-ħajja, fejn dawn huma rikonoxxuti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. It-tieni, il-proposta tistipula li l-konjuġi li jgħinu lill-persuni li jaħdmu għal rashom bħala parti mill-kontribut tagħhom għan-negozju tal-familja, għandhom, b'talba tagħhom, ikunu intitolati li jibbenefikaw mill-protezzjoni soċjali. Fl-aħħar, il-proposta tistipula li ħaddiema nisa għal rashom u l-konjuġi li jgħinuhom għandhom jingħataw, fuq talba tagħhom, benefiċċju tal-maternità li jippermettilhom li jinterrompu l-attivitajiet professjonali tagħhom għal perjodu ta' mill-inqas 14-il ġimgħa. 4. Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, il-Kummissjoni f'bosta punti ewlenin, mal-proposta tagħha oriġinali, l-uniku mod biex il-proċedura titħalla timxi 'l quddiem kien billi tappoġġja l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. Il-Parlament Ewropew għamel għadd limitat ta' emendi lill-pożizzjoni tal-Kunsill u l-għan tiegħu prinċipali hu li jiċċara t-test, aktar milli jbiddel l-ambitu tiegħu. L-emendi vvotati mill-Parlament Ewropew ġew diskussi u maqbula matul id-diskussjonijiet bejn iż-żewġ ko-leġiżlaturi, appoġġjati mill-Kummissjoni Ewropea. 4.1. Emendi aċċettati mill-Kummissjoni Il-Kummissjoni taċċetta l-emendi kollha vvotati mill-Parlament Ewropew, billi huma f'konformità mal-għan ġenerali tal-proposta. 5. Konklużjoni Skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha skont l-emendi vvotati mill-Parlament Ewropew fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010. [1] COM(2008) 636. [2] A6-0258/2009. [3] Il-Pożizzjoni (UE) Nru 8/2010, ĠU C 123, 12.5.2010, p. 5. [4] COM(2010)99.