52010PC0342

Proposta għal regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../... dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b'kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi /* KUMM/2010/0342 finali - NLE 2010/0189 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 29.6.2010

KUMM(2010)342 finali

2010/0189 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru .../...

dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b'kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 3019/87 tal-5 ta’ Ottubru 1987, ir-Regolamenti tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ġew emendati biż-żieda tal-Anness X li jipprovdi dispożizzjonijiet partikolari u derogatorji applikabbli għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi.

B'mod partikolari, iddaħħlet sistema ta' remunerazzjoni speċifika. Fil-fatt, l-Artikoli 11, 12 u 13 tal-Anness X jittrattaw ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali li jaħdmu fil-pajjiżi terzi. Skont din is-sistema, ir-remunerazzjoni titħallas f’EUR fil-Belġju, iżda tista’ titħallas ukoll - kollha kemm hi jew parzjalment - fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol. F’dan il-każ, jiġi applikat koeffiċjent korrettiv fuq dik il-parti tar-remunerazzjoni mħallsa fil-munita lokali.

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-imsemmi Anness, il-Kunsill hu mitlub li kull sitt xhur jistabbilixxi l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fil-pajjiżi terzi.

Bir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2175/88 tat-18 ta’ Lulju 1988, il-Kunsill iddeċieda l-koeffiċjenti korrettivi inizjali applikabbli mill-10 ta’ Ottubru 1987.

Minn meta daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti l-ġodda tal-Persunal fl-1 ta’ Mejju 2004 (ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004), din is-sistema ta’ remunerazzjoni bdiet tapplika wkoll għall-aġenti b'kuntratt.

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X ta' dawn ir-Regolamenti l-ġodda tal-Persunal, il-Kunsill hu mitlub li kull sena jistabbilixxi l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fil-pajjiżi terzi.

L-aħħar koeffiċjenti korrettivi ġew iffissati mill-Kunsill permezz tar-Regolament (KE) Nru 613/2009, tas-6 ta’ Lulju 2009, b'effett mill-1 ta' Lulju 2008.

Din il-proposta tikkonċerna l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b'kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi.

L-impatt tal-baġit huwa baxx ħafna : zieda ta' EUR 85.283,51, li tirrappreżenta differenza biss ta' + 0,0483 % b'paragun mas-sitwazzjoni preċedenti. Ara d-" Dikjarazzjoni Finanzjarja " pprovduta.

Is-sistema tar-remunerazzjonijiet barra l-Unjoni hija bbażata fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-kapaċità tal-akkwist bejn ir-remunerazzjonijiet imħallsa fil-munita lokali b’referenza għal Brussell, skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal.

L-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju teħtieġ il-kalkolu tal-paritajiet ekonomiċi mwettaq mill-Eurostat. Il- koeffiċjent korrettiv hu l-fattur li jirriżulta meta l-valur tal- parità ekonomika jiġi diviż bir- rata tal-kambju . L-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi għalhekk jikkonsisti l-aktar fil-kalkolu tal-paritajiet ekonomiċi permezz ta’ paragun bejn il-postijiet tax-xogħol differenti u Brussell.

Ir-rati tal-kambju użati huma stabbiliti skont ir-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu għad-data ta’ applikazzjoni tal-koeffiċjenti korrettivi.

It-tabella " Anness " tindika, għall-postijiet kollha tax-xogħol u għax-xahar ta' Lulju 2009, il-koeffiċjenti korrettivi li jirriżultaw mill-paritajiet ikkomunikati mill-Eurostat.

2010/0189 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru .../...

dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b'kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 336 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[1], u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tal-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi barra l-Unjoni u li għalhekk jiġu ffissati l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, għar-remunerazzjonijiet imħallsa fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol tagħhom, għall-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b'kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi.

(2) Il-koeffiċjenti korrettivi li kienu suġġetti għal ħlas fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 613/2009 tal-Kunsill ([2]) jistgħu jwasslu għall-aġġustamenti pożittivi jew negattivi għar-remunerazzjonijiet, b’effett retroattiv.

(3) Għandu jsir provvediment għall-ħlas ta’ arretrati fil-każ ta’ żidiet fir-rimunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda.

(4) Jeħtieġ li jiġi previst ħlas lura ta' pagamenti żejda fil-kaz ta' tnaqqis tar-remunerazzonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(5) Jeħtieġ li jiġi previst li l-ħlas lura eventwali jkun jista’ jsir biss fuq perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u li l-effetti tiegħu jkunu jistgħu jitqassmu fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar minn din id-data, b’analoġija ma’ dak li hu previst għall-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fil-Komunità għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-ewwel Artikolu

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b'kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi mħallsa fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol, huma dawk indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' dawn ir-remunerazzjonijiet huma stabbiliti skont ir-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 2

1. L-istituzzjonijiet għandhom iħallsu arretrati fil-każ ta’ żieda tar-remunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi stipulati fl-Anness.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti retroattivi negattivi tar-remunerazzjonijiet fl-eventwalità ta' tnaqqis tar-remunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi stipulati fl-Anness, għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2009 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-aġġustamenti retroattivi li jinvolvu ħlas lura ta' pagamenti żejda għandhom ikunu limitati għal perjodu ta’ sitt xhur qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-ħlas lura jitqassam fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax il-xahar mill-istess data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fi

Għall-Kunsill

Il-President

Anness

POST TAX-XOGĦOL | Koeffiċjenti Korrettivi Lulju 2009 |

L-Afganistan (***) | 0 |

L-Afrika t’Isfel | 57,5 |

L-Albanija | 73,9 |

L-Alġerija | 76,5 |

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | 68,1 |

L-Angola | 115,8 |

L-Arabja Sawdija | 85,2 |

L-Arġentina | 57,1 |

L-Armenja | 68,7 |

L-Awstralja | 102,3 |

L-Azerbajġan | 93,7 |

Il-Bangladexx | 50,8 |

Barbados | 111 |

Il-Belarus | 61,5 |

Il-Beliże | 65,9 |

Benin | 93,1 |

Il-Bolivja | 58,4 |

Il-Bosnja u Ħerzegovina (Banja Luka) | 62,5 |

Il-Bosnja-Ħerzegovina (Sarajevo) | 73,2 |

Il-Botswana | 53,2 |

Il-Brażil | 87,4 |

Burkina Faso | 95,8 |

Il-Burundi (***) | 0 |

Il-Kambodja | 71,5 |

Il-Kamerun | 95,6 |

Il-Kanada | 74,6 |

Il-Kap Verde | 73,1 |

Iċ-Ċilì | 61,9 |

Iċ-Ċina | 85,6 |

Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża | 100,7 |

Il-Kolombja | 76 |

Il-Kongo (Brazzaville) | 118,2 |

Il-Korea t' Isfel | 82,8 |

Il-Kosta Rika | 75,1 |

Il-Côte d'Ivoire | 99,5 |

Il-Kroazja | 92,3 |

Kuba | 83,2 |

Id-Djibouti | 97,1 |

L-Eġittu | 39,2 |

El Salvador | 70,2 |

L-Ekwador | 70,3 |

L-Eritrea | 50,1 |

L-Istati Uniti (New York) | 92 |

L-Istati Uniti (Washington) | 87,4 |

L-Etjopja | 83,8 |

Il-Gabon | 104,4 |

Il-Gambja | 60,7 |

Il-Ġeorġja | 86,5 |

Il-Gana | 53,1 |

Il-Gwatemala | 75,5 |

Il-Ginea (Conakry) | 63,5 |

Il-Ginea Bissaw | 107,7 |

Il-Gujana | 59,3 |

Ħaiti | 107,4 |

Il-Ħonduras | 70,2 |

Ħong Kong | 95 |

Il-Gżejjer Fiġi | 61,9 |

Il-Gżejjer Solomon | 90,3 |

L-Indja | 54,5 |

L-Indoneżja (Jakarta) | 74,3 |

L-Indoneżja (Banda Aceh) | 51,2 |

L-Iraq (***) | 0 |

L-Iżrael (Tel-Aviv) | 102,5 |

Il-Ġamajka | 84,8 |

Il-Ġappun (Tokyo) | 126,3 |

Il-Ġordan | 81,5 |

Il-Kazakistan (Almaty) | 76,3 |

Il-Kazakistan (Astana) | 68,1 |

Il-Kenja | 75,1 |

Il-Kirgiżistan | 85,9 |

Il-Kosovo (Pristina) | 54,6 |

Il-Laos | 85,7 |

Il-Lesotho | 57,3 |

Il-Libanu | 81,9 |

Il-Liberja | 90,8 |

Il-Madagaskar | 83,9 |

Il-Malasja | 70,1 |

Il-Malawi | 76 |

Il-Mali | 84,9 |

Il-Marokk | 76,1 |

Il-Mawrizju | 69,7 |

Il-Mawritanja | 61,1 |

Il-Messiku | 65,1 |

Ir-Repubblika tal-Moldova | 64,3 |

Il-Montenegro | 68,1 |

Il-Możambik | 73,4 |

In-Namibja | 71,2 |

In-Nepal | 77,7 |

In-Nikaragwa | 55,5 |

In-Niġer | 85,9 |

In-Niġerja | 87,5 |

In-Norveġja | 125,2 |

Il-Kaledonja Ġdida | 125,9 |

In-New Zealand | 86,4 |

L-Uganda | 63,4 |

L-Uzbekistan | 50,9 |

Il-Pakistan | 43,9 |

Il-Panama | 57,6 |

Il-Papwa Ginea Ġdida | 94,2 |

Il-Paragwaj | 66,5 |

Il-Perù | 75,1 |

Il-Filippini | 62,7 |

Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali | 106,7 |

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa) | 125,3 |

Ir-Repubblika Dominikana | 64,4 |

Ir-Russja | 97,1 |

Ir-Rwanda | 84,6 |

Samoa | 70,5 |

Is-Senegal | 90,3 |

Is-Serbja (Belgrad) | 66,5 |

Sjerra Leone | 75,1 |

Singapor | 97,3 |

Is-Sudan (Khartoum) | 52,5 |

Is-Sudan tan-Nofsinhar (Juba) | 91,6 |

Sri Lanka | 62,9 |

L-Isvizzera (Ġinevra) | 109,5 |

L-Isvizzera (Bern) | 109 |

Is-Surinam | 45,9 |

Is-Sważiland | 58,2 |

Is-Sirja | 77,1 |

It-Taġikistan | 56,9 |

It-Tajwan | 76,6 |

It-Tanżanija | 67,6 |

Iċ-Ċad | 122,8 |

It-Tajlandja | 55,6 |

Timor-Leste | 67,8 |

It-Togo | 87,9 |

Trinidad u Tobago | 74,6 |

It-Tuniżija | 68,7 |

It-Turkija | 76,6 |

L-Ukraina | 75,1 |

L-Urugwaj | 71,3 |

Il-Vanwatu | 102,2 |

Il-Venezwela | 92,4 |

Il-Vjetnam | 47,4 |

Il-Jemen | 66,6 |

Iż-Żambja | 49,2 |

Iż-Żimbabwe (***) | 0 |

(***) Mhux disponibbli.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Il-proposta ta’ Regolament tal-Kunsill dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b'kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi.

2. LINJI TAL-BAĠIT :

XX-01.01.02-01 u XX-01.02.02-01

3. BAŻI LEGALI

L-Artikoli 12 u 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.

4. L-IMPATT FINANZJARJU

4.1 Ammont stmat tal-infiq realigħall-2010 (1) 176.567.000 € (1)

4.2 Stima tal-impatt tal-koeffiċjentikorretturi minn Lulju 2009 sa' Ġunju 2009 (inkluż): + 85.283,51 € (2)

4.3 Impatt b'paragun mal-ammont stmattal-infiq reali [(2): (1)] + 0,048300623 %

[1] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 160/2009 (ĠU L 55, 27.2.2009, p. 1).

[2] ĠU L 181 14.7.2009, p. 1.