52010PC0309

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra ta' dawn il-Komunitajiet /* KUMM/2010/0309 finali - COD 2010/0171 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 9.6.2010

KUMM(2010) 309 finali

2010/0171 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra ta' dawn il-Komunitajiet

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

It-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, ħoloq l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni. Skont it-Trattat, ir-Rappreżentant Għoli u Viċi-President għandu jiġi assistit mis-Servizz Ewropew għal Azzjoni Esterna (SEAE). L-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li s-SEAE għandu jaħdem flimkien mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri u għandu jinkludi uffiċjali mid-dipartimenti rilevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll persunal issekondat mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri. Bħalma hu l-każ għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni, il-politika ta' reklutaġġ u persunal se taħdem fi ħdan il-qafas stabbilit mir-Regolament tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg tal-Impjegati l-Oħra ta' dawk il-Komunitajiet. Sabiex is-SEAE ikun jista' jaħdem kif stipulat fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u skont il-linji gwida pprovduti fir-Rapport tal-Presidenza approvat mill-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Ottubru 2009, huma meħtieġa ċerti emendi għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg. Minbarra l-adattamenti għat-terminoloġija li rriżultat mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-emendi proposti huma limitati għal dak li hu meħtieġ għat-twaqqif u l-funzjonament tas-SEAE. Din il-proposta hija waħda ta' miżuri leġiżlattivi li għandhom jiġu adottati f'dan il-kuntest. L-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill, kif stipulat fl-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament Finanzjarju wkoll għandu jiġi adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi tas-SEAE. |

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT |

L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal skont il-proċeduri xierqa. Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. |

L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

Sommarju tal-azzjoni proposta Sabiex ikun operazzjonali sa mill-bidu nett, is-SEAE għandu jkollu persunal ikkwalifikat għad-dispożizzjoni tiegħu. Ir-Regolament jikkonferma li – fejn huwa stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi s-SEAE li entità mill-Kunsill jew mill-organigramma tal-Kummissjoni tiġi trasferita għas-SEAE – l-uffiċjali u l-persunal temporanju li jokkupaw il-postijiet f'dik l-entità u persunal ieħor assenjat lil dik l-entità jiġu trasferiti mill-istituzzjonijiet rispettivi tagħhom għas-SEAE. Aspett fundamentali tas-SEAE huwa l-ugwaljanza tat-trattament bejn is-sorsi tal-persunal tas-SEAE. Proċeduri ta' selezzjoni għall-postijiet għalhekk ikunu miftuħa fuq bażi indaqs (il-kuntrarju tas-sitwazzjoni attwali, fejn i l-kandidati interni, segwiti minn kandidati interistituzzjonali, għandhom il-prijorità). Għalhekk, l-Awtorità għall-Ħatra tikkunsidra applikazzjonijiet għal postijiet vakanti fis-SEAE minn kategoriji differenti ta' persunal – persunal minn servizzi diplomatiċi nazzjonali, uffiċjali mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mis-SEAE, kif ukoll persunal temporanju tas-SEAE minn servizzi diplomatiċi nazzjonali, mingħajr ebda prijorità. Wara l-fażi tal-bidu, iżda mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 2013, dan l-aċċess iffaċilitat għall-postijiet vakanti fis-SEAE jiġi estiż għall-uffiċjali ta' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni. Sabiex tiġi garantita r-rappreżentazzjoni xierqa tal-persunal mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali fis-SEAE, għandu jkun possibbli, sat-30 ta' Ġunju 2013, li tingħata prijorità lill-kandidati mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri għal postijiet AD f'każ ta' kwalifiki sostanzjalment indaqs. Persunal mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali jiġu impjegati mis-SEAE bħala kategorija speċifika ta' persunal temporanju. Għal din il-kategorija partikolari ta' persunal temporanju, ċerti regoli (età ta' rtirar, possibbiltà ta' ssekondar, u liv għal raġunijiet personali) huma konformi ma' dawk applikabbli għall-uffiċjali. Dawn il-membri tal-persunal b'hekk jibbenefikaw mill-istess kundizzjonijiet ta' impjieg bħall-uffiċjali. L-uffiċjali tas-SEAE li kienu uffiċjali jew tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni qabel ma jidħlu fil-kariga tagħhom fi ħdan is-SEAE ikunu jistgħu japplikaw għal postijiet vakanti fl-istituzzjonijiet ta' oriġini tagħhom fuq l-istess bażi ta' uffiċjali f'dawk l-istituzzjonijiet. Għalhekk l-applikazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati bħala applikazzjonijiet minn kandidati interni. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, trasferiment fl-interessi tas-servizz, jiġifieri mingħajr pubblikazzjoni tal-post minn qabel, mis-SEAE għall-Kunsill jew għall-Kummissjoni u viċe versa, ikun possibbli. Is-SEAE ikun meqjus bħala istituzzjoni għall-iskopijiet tar-Regolamenti tal-Persunal. Ir-Rappreżentant Għoli u Viċi President ikun l-Awtorità għall-Ħatra tal-persunal tas-SEAE (bil-possibbiltà li membri tal-persunal tas-SEAE jingħataw dawn is-setgħat). Arranġamenti speċjali huma previsti għal każijiet fejn il-persunal tas-SEAE ikollu jwettaq dmirijiet f'isem il-Kummissjoni. F'dan ir-rigward ikollhom jieħdu istruzzjonijiet mill-Kummmissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tkun involuta fir-reklutaġġ u l-evalwazzjoni ta' dawn il-membri tal-persunal, kif ukoll f'kwistjonijiet dixxiplinarji. B'żieda ma' dan, jittieħed ukoll kont tas-sitwazzjoni tal-uffiċjali tal-Kummissjoni li jaħdmu fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom jieħdu istruzzjonijiet f'ċerti oqsma mill-Kap tad-Delegazzjoni (li jkun uffiċjal jew aġent temporanju tas-SEAE). Emendi oħra, iktar tekniċi, jikkonċernaw l-Anness X għar-Regolamenti tal-Persunal (applikabbli għal persunal assenjat f'pajjiżi terżi), persunal kuntrattwali u persunal lokali. Għandhom itejjbu l-funzjonament tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni. L-Anness X kollu kemm hu (u mhux biss ċerti dispożizzjonijiet) japplikaw għal persunal kuntrattwali li jservi f'pajjiżi terzi, inkluż il-persunal tal-Kummissjoni. Persunal kuntrattwali impjegat biex iwettaq xogħol fid-delegazzjonijiet ikun jista' jieħu sehem fir-rotazzjoni bejn id-delegazzjonijiet u l-Kwartieri Ġenerali. Sabiex ikun hemm bilanċ aħjar bejn is-sessi fid-delegazzjonijiet, il-persunal li jservi f'pajjżi terzi jkun jista' jieħu liv tal-ġenituri filwaqt li jkompli jibbenefika minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness X (akkomodazzjoni pprovduta mill-istituzzjoni jew rimbors tal-kera, assigurazzjoni addizzjonali tal-mard u allowance għall-edukazzjoni) għal perjodu ta' żmien limitat. L-emendi li jikkonċernaw lill-persunal lokali huma mmirati biex itejjbu l-protezzjoni tas-sigurtà soċjali tagħhom. Bħalissa, il-persunal lokali li jaħdem f'pajjiżi mingħajr ebda, jew b'ammont insuffiċjenti, ta' sistemi ta' sigurtà soċjali huma mitluba jikkontribwixxu għal skema stabbilita mill-UE, filwaqt li l-Kummissjoni tħallas il-kontribut ta' min jimpjega. Għandha tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika fil-Kundizzjonijiet ta' Impjieg, minħabba li din l-iskema tipprovdi garanziji soċjali minimi, li mhumiex assigurati mil-liġi nazzjonali. |

Bażi legali L-emendi għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg għandhom jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, konformi mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra kkonċernati. |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

L-IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT |

Il-proposta hija fil-parti l-kbira tagħha newtrali fir-rigward tal-baġit, għalkemm xi dispożizzjonijiet għandhom impatt baġitarju żgħir. L-applikazzjoni tal-Artikolu 9a tal-Anness X għar-Regolamenti tal-Persunal jirriżulta f'ekonomija ta' madwar EUR 189 000 fis-sena (tnaqqis fin-nefqa). Dan minħabba l-fatt li uffiċjali fuq liv tal-ġenituri jirċievu allowance, li hija inqas mis-salarju tagħhom. In-numru ta' każijiet ta' liv tal-ġenituri huwa mistenni li jikber. L-Artikolu 18 tal-Anness X jagħmel proviżjoni għar-rimbors tal-ispejjeż tal-lukanda meta l-akkomodazzjoni li hemm proviżjoni għaliha fl-Artikolu 5 ta' dak l-Anness għad ma tistax tiġi allokata. Huwa mistenni li jkun hemm madwar 24 każ jekk dan l-Artikolu 18 jiġi applikat għall-persunal kuntrattwali. L-impatt annwali jkun ta' EUR 130 000 (żieda fin-nefqa). L-emenda għall-Artikolu 3a tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg li tippermetti rotazzjoni bejn id-delegazzjonijiet u l-Kwartieri Ġenerali għall-persunal kuntrattwali impjegat fid-delegazzjonijiet mhijiex meqjusa li għandha impatt baġitarju. Mhux se jkun hemm spejjeż addizzjonali kkawżati mill-modifika tal-Artikolu 121 tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra, minħabba li l-iskema hija diġà mwaqqfa u l-ammonti neċessarji huma inklużi mill-awtorità baġitarja fil-baġits annwali tal-Unjoni Ewropea. |

2010/0171 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra ta' dawn il-Komunitajiet

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 336 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta tal–Kummissjoni Ewropea, li ġiet ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal[1],

Wara t-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlamenti nazzjonali,

B'aġir skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

1. Skont l-Artikolu 27 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jiġi assistit minn Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna (SEAE). Dan is-servizz għandu jaħdem f'kooperazzjoni mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri u għandu jinkludi uffiċjali mid-dipartimenti rilevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll persunal issekondat mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri.

2. Fid-dawl tal-kompiti speċifiċi tiegħu, is-SEAE għandu jingħata awtonomija fi ħdan il-qafas tar-Regolamenti tal-Persunal. Għalhekk, għall-iskopijiet tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg, is-SEAE għandu jiġi meqjus bħala istituzzjoni tal-Unjoni.

3. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni għandhom jaġixxu bħala l-Awtorità għall-Ħatra u l-Awtorità għall-Iffirmar tal-Kuntratti għall-persunal tas-SEAE, bil-possibbiltà li din il-kariga tingħata lis-SEAE b'dan is-setgħat. Minħabba li ċerti membri tal-persunal SEAE, inkluż il-Kapijiet tad-Delegazzjoni, ikollhom iwettqu dmirijiet għall-Kummissjoni bħala parti mill-karigi normali tagħhom, għandha ssir dispożizzjoni għall-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni f'deċiżjonijiet li jikkonċernaw lil dawn il-membri tal-persunal.

4. Huwa xieraq li jiġi kkjarifikat li l-persunal tas-SEAE li jwettaq dmirijiet għall-Kummissjoni bħala parti mid-dmirijiet tagħhom għandhom isegwu istruzzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni. Bl-istess mod, uffiċjali tal-Kummissjoni li jaħdmu fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom għandhom isegwu istruzzjonijiet mill-Kap tad-Delegazzjoni, b'mod partikolari fuq kwistjonijiet organizzazzjonali u amministrattivi u dwar implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

5. Sabiex jiġi evitat id-dubju, għandu jiġi kkonfermat li uffiċjali u persunal temporanju li jokkupa post f'entità organizzazzjonali li hija ttrasferita mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni għas-SEAE skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huma meqjusa trasferiti mal-post tagħhom. Dan għandu japplika wkoll għal persunal kuntrattwali u lokali assenjat għal din l-entità organizzazzjonali. Għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi biex jiġi żgurat li l-persunal kollu kkonċernat mit-trasferiment jingħata l-pariri u l-assistenza xierqa għall-karriera.

6. Uffiċjali mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni li jkunu qed jaħdmu mas-SEAE għandhom ikunu jistgħu japplikaw għal postijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjoni ta' oriġini tagħhom jew fuq bażi indaqs mal-kandidati interni ta' dawk l-istituzzjonijiet.

7. Sabiex jiġu kkunsidrati s-sitwazzjonijiet speċifiċi b'mod flessibbli (pereżempju ħtieġa urġenti li jimtela post jew trasferimenti futuri ta' karigi ta' appoġġ mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni għas-SEAE), trasferiment ta' uffiċjali fl-interessi tas-servizz, jiġifieri mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tal-post vakanti, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni għas-SEAE għandhom ikunu possibbli f'każijiet eċċezzjonali. Bl-istess mod, għandu jkun possibbli li uffiċjali jiġu trasferiti fl-interess tas-servizz mis-SEAE għall-Kunsill jew għall-Kummissjoni.

8. Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-persunal mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali, kandidati mill-Kunsill u mill-Kummissjoni kif ukoll kandidati interni jkunu jistgħu japplikaw għal postijiet fis-SEAE fuq bażi indaqs. Mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 2013 dan għandu japplika wkoll għall-uffiċjali minn istituzzjonijiet oħra. Madankollu, sabiex tiġi garantita rappreżentanza xierqa tal-persunal mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali fis-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Viċi President tal-Kummissjoni għandhom ikunu f'pożizzjoni li jiddeċiedu li, għal postijiet fil-grupp ta' funzjoni AD, sat-30 ta' Ġunju 2013, tista' tingħata prijorità lil kandidati mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri f'każ ta' kwalifiki sostanzjalment indaqs.

9. Kandidati magħżula minn servizzi diplimatiċi nazzjonali li huma ssekondati mill-Istati Membri tagħhom għandhom ikunu impjegati bħala aġenti temporanji u b'hekk ikunu fuq bażi indaqs tal-uffiċjali. Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati mis-SEAE għandhom jiggarantixxu l-prospettivi tal-karriera għall-aġenti temporanju li huma ekwivalenti għal dawk tal-uffiċjali.

10. Sabiex jiġu evitati restrizzjonijiet mhux neċessarji dwar l-impjieg fis-SEAE tal-persunal minn servizzi diplomatiċi nazzjonali, regoli speċifiċi dwar it-tul tal-kuntratti għandhom jiġu adottati. Għal din il-kategorija partikolari ta' persunal temporanju, ir-regoli dwar l-issekondar, liv fuq raġunijiet personali, u l-età massima ta' rtirar għandhom jiġu allinjati ma' dawk applikabbli għall-uffiċjali.

11. Dawn ir-regoli speċifiċi għandhom ikunu applikabbli wkoll, fuq talba tal-persuni kkonċernati, għall-aġenti temporanji minn servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri li huma impjegati mid-dipartimenti relevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni qabel ma twaqqaf is-SEAE, iżda wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

12. Sabiex jittaffa l-piż amministrattiv tas-SEAE, il-Bord ta' Dixxiplina stabbilit fil-Kummissjoni għandu jservi wkoll bħala l-Bord ta' Dixxiplina għas-SEAE, sakemm ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjon għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Viċi President tal-Kummissjoni ma jiddeċidux li jistabbilixxu Bord ta' Dixxiplina għas-SEAE.

13. Sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni koerenti tal-persunal tal-Kummissjoni u tas-SEAE fid-delegazzjonijiet, għandu jkun hemm dispożizzjoni li l-Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni jirrappreżenta wkoll lill-persunal tas-SEAE, li jkun intitolat jivvota u jkun kandidat fl-elezzjonijiet tiegħu.

14. Minħabba li d-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-Anness X għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali li jservu f'pajjiżi terzi mhumiex applikabbli matul il-liv parentali jew il-liv tal-familja, fil-prattika hija diffiċli għall-uffiċjali li jkunu qed jaħdmu fid-delegazzjonijiet li jieħdu dan it-tip ta' liv. Dan imur kontra l-għan ġenerali ta' konċiljazzjoni aħjar bejn il-ħajja privata u dik professjonali u b'mod partikolari tikkostitwixxi ostaklu għal dawk in-nisa li jistgħu jkunu interessati jieħdu kariga f'delegazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet tal-Anness X għandhom ikomplu japplikaw, sa ċertu limitu, matul il-liv tal-ġenituri u l-liv tal-familja.

15. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-2004, jidher li m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex tinżamm il-limitazzjoni eżistenti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal għall-persunal kuntrattwali. Dan ifisser b'mod partikolari li l-persunal kuntrattwali għandu jieħu sehem bis-sħiħ fil-proċedura ta' mobilità skont l-Artikoli 2 u 3 tal-Anness X. Għal dan il-għan, huwa neċessarju li jiġi pprovdut li l-persunal kuntrattwali impjegat fid-delegazzjonijiet, li għalihom japplika l-Artikolu 3a tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg, jista' jiġi assenjat b'mod temporanju għall-kwartieri tal-istituzzjoni.

16. Fir-rigward tas-sigurtà soċjali għall-persunal lokali, l-Artikolu 121 tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg jirreferi għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali taħt ir-regolamenti kurrenti fil-post fejn l-impjegat jaqdi dmirijietu. Minħabba li s-sistemi ta' sigurtà soċjali huma ineżistenti jew insuffiċjenti f'ċerti pajjiżi, bażi statutorja għandha tinħoloq għat-twaqqif ta' sistema awtonoma jew kumplimentari ta' sigurtà soċjali.

17. Biex jiġu ffaċilitati l-affarijiet għall-persunal li jivvjaġġa barra mill-Unjoni Ewropea biex iwettaq dimirijietu, għandu jkun possibbli li jinħarġu laissez-passer meta jkun meħtieġ fl-interess tas-servizz, u konsulenti speċjali għandhom ikunu koperti minn din il-possibbiltà.

18. It-termini użati fir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg għandhom jiġu adattati għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009.

19. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, minħabba li l-emendi proposti għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg huma kundizzjoni neċessarja għall-funzjonament tajjeb tas-SEAE.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jiġu emendati kif ġej:

20. It-titolu għandu jiġi ssostitwit b'Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea'.

21. Ħlief fl-Artikolu 66a(1), il-kelmiet 'Komunitajiet Ewropej' għandhom jiġu sostitwiti bil-kelmiet 'Unjoni Ewropea'.

Bl-eċċezzjoni tar-referenzi għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, il-Komunità Ekonomika Ewropea jew il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fl-Artikoli 68 u 83, il-kelmiet 'Komunità' u 'Komunnitajiet' għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma 'Unjoni' u għandhom isiru wkoll kwalunkwe tibdiliet grammatikali neċessarji.

Il-kelmiet 'it-tliet Komunitajiet Ewropej' u 'waħda mit-tliet Komunitajiet Ewropej' għandhom jiġu ssostitwiti bil-kelmiet 'l-Unjoni Ewropea'.

22. Fl-Artikolu 64(2), u fl-Artikolu 65(3), il-kelmiet 'fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikoli 148(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u 118(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika' għandha tiġi sostitwita minn 'fl-Artikolu 16(4) u (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea'. Fl-Artikolu 13(1), it-tieni frażi, tal-Anness X, il-kelmiet 'fl-ewwel eventwalità stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikoli 148(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Artikolu 118 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika' għandhom jiġu sostitwiti minn 'fl-Artikolu 16(4) u (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea'.

Fl-Artikolu 83a(5), l-Artikolu 14(2) tal-Anness XII u fl-Artikolu 22(3) tal-Anness XIII, il-kelmiet 'fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 205(2) tat-Trattat tal-KE' għandhom jiġu sostitwiti minn 'fl-Artikolu 16(4) u (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea'. Fl-Artikolu 13(3) tal-Anness VII, il-kelmiet 'fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 205(2) tat-Trattat tal-KE' għandhom jiġu sostitwiti minn 'fl-Artikolu 16(4) u (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea'.

Fl-Artikolu 45(2), il-kelmiet 'L-Artikolu 314 tat-Trattat tal-KE' għandhom jiġu sostitwiti minn 'L-Artikolu 55 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea'.

23. Fl-Artikolu 7(1) tal-Anness III il-kelmiet 'l-Uffiċċju Komunitarju għall-Għażla tal-Persunal' għandhom jiġu sostitwiti minn 'l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal'.

Fl-Artikolu 7(3) tal-Anness VII il-kelmiet 'fl-Anness IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea' għandhom jiġu sostitwiti bil-kelmiet 'l-Anness II għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea'.

Fl-Artikolu 40 tal-Anness VIII il-kelmiet 'Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej' għandhom jiġu sostitwiti bil-kelmiet 'Il-Kummissjoni Ewropea'.

24. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

'Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu skont l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea'.

Fl-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII u fl-Artikolu 15(2) tal-Anness XI, il-kelmiet 'l-Artikolu 283 tat-Trattat tal-KE' għandhom jiġu sostitwiti minn 'l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea'.

Fl-Artikolu 10 tal-Anness XI il-kelmiet 'il-Kunsill għandu jaġixxi skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 283 tat-Trattat tal-KE' għandhom jiġu sostitwiti minn 'il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu skont l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea'.

25. L-Artikolu 1b għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Għandu jiġi miżjud il-punt (a) li ġej:

'(a) is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem s-SEAE),';

(b) Il-punti attwali (a) sa (d) għandhom isiru l-punti (b) sa (e).

26. Fl-Artikolu 23, it-tielet paragrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

'Il-laissez-passer li hemm dispożizzjoni dwaru fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu jingħata lill-kapijiet ta' unità, lill-uffiċjali ta' grad AD12 sa AD16, lill-uffiċjali li qed iservu barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea u lill-uffiċjali l-oħra li għalihom dan huwa meħtieġ fl-interess tas-servizz.'

27. Fl-Artikolu 77, it-tielet paragrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

'Madankollu, f'każ ta' uffiċjali li kienu qed jassistu persuna li għandha kariga li dwarha hemm dispożizzjoni fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President elett ta' waħda mill-istituzzjonijiet jew organi tal-Unjoni jew il-President elett ta' wieħed mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, l-intitolament għall-pensjonijiet jikkorrispondu għas-snin ta' servizz pensjonabbli miksub matul il-ħidma f'dik il-kariga għandha tiġi kkalkolata b'referenza għas-salarju bażiku finali mirċievi matul dak iż-żmien jekk is-salarju bażiku mirċievi jaqbeż dak meħud bħala referenza għall-iskop tat-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu.'

28. It-Titolu VIIIa għandu jsir it-Titolu VIIIb. It-Titolu VIIIa l-ġdid għandu jiżdied wara t-Titolu VIII:

"TITOLU VIIIa

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI APPLIKABBLI GĦAS-SEAE

Artikolu 95

1. Is-setgħat mogħtija minn dawn ir-Regolament tal-Persunal lill-Awtorità għall-Ħatra għandhom jiġu eżerċitati mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni fir-rigward ta' persunal tas-SEAE. Dan jista' jiddetermina min, fi ħdan is-SEAE, għandu jeżerċita dawn is-setgħat. L-Artikolu 2(2) għandu japplika.

2. Madankollu, fir-rigward tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet, is-setgħat li jikkonċernaw il-ħatriet għandhom ikunu eżerċitati abbażi ta' lista' ta' kandidati li fuqhom tkun qablet il-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tas-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati. Dan għandu japplika mutatis mutandis għal trasferimenti fl-interessi tas-servizz.

3. Fir-rigward ta' uffiċjali SEAE li għandhom iwettqu dmirijiethom għall-Kummissjoni bħala parti mid-doveri tagħhom, l-Awtorità li taħtar għandha tibda inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinarji kif imsemmi fl-Artikoli 22 u 86 tal-Anness IX jekk il-Kummissjoni titlob dan.

Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-Artikolu 43 il-Kummissjoni fdata għandha tiġi kkonsultata.

Artikolu 96

Minkejja l-Artikolu 11, uffiċjal tal-Kummissjoni li jaħdem f'delegazzjoni tal-Unjoni għandu jieħu istruzzjonijiet mill-Kap ta' Delegazzjoni, b'mod partikolari dwar kwistjonijiet organizzazzjonali u amministrattivi u, f'konformità mal-atti legali adottati skont l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

Uffiċjal tas-SEAE li għandu jwettaq dmirijietu għall-Kummissjoni bħala parti mid-dmirijiet tiegħu jista' jkun obbligat jitlob u jieħu istruzzjonijiet mill-Kummissjoni fir-rigward ta' dawn id-dmirijiet.

Il-modalitajiet ta' implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu miftehma bejn il-Kummissjoni u s-SEAE.

Artikolu 97

Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1), u minkejja l-Artikoli 4 u 29, l-Awtorità għall-Ħatra tal-Istituzzjonijiet ikkonċernati jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, billi jaġixxu bi qbil komuni u biss fl-interessi tas-servizz, wara li jkunu semgħu lill-uffiċjal ikkonċernat, jitrasferixxu uffiċjal mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni għas-SEAE mingħajr avviż ta' post vakanti lill-persunal. Uffiċjal SEAE jista' jiġi trasferit għall-Kunsill jew għall-Kummissjoni taħt l-istess kundizzjonijiet.

Artikolu 98

1. Għall-iskopijiet tal-Artikolu 29(1)(a) u bla ħsara għall-Artikolu 97, meta jkun qed jimtela post vakanti fis-SEAE, l-Awtorità għall-Ħatra għandha tikkunsidra l-applikazzjonijiet ta' uffiċjali tal-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE, ta' persunal temporanju li għalihom japplika l-Artikolu 2(e) tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra u ta' persunal minn servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri mingħajr ma tingħata prijorità lill kwalunkwe minn dawn il-kategoriji.

Minn data stabbilita mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni, iżda mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 2013, l-Awtorità għall-Ħatra għandha tikkunsidra wkoll l-applikazzjonijiet ta' uffiċjali minn istituzzjonijiet oħra mingħajr ma tingħata prijorità lil kwalunkwe minn dawn il-kategoriji.

2. Għall-iskopijiet tal-Arikolu 29(1)(a) u bla ħsara għall-Artikolu 97, l-Awtorità għall-Ħatra għandha, meta tkun qed timla post vakanti fil-Kunsill jew fil-Kummissjoni, tikkunsidra applikazzjonijiet ta' kandidati interni u uffiċjali tas-SEAE li kienu uffiċjali tal-istituzzjoni kkonċernata sakemm saru uffiċjali tas-SEAE mingħajr ma tingħata prijorità lil kwalunkwe minn dawn il-kategoriji.

Artikolu 99

1. Sakemm ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni jiddeċiedi li jistabbilixxu Bord ta' Dixxiplina għas-SEAE, il-Bord ta' Dixxiplina tal-Kummissjoni għandu jservi wkoll bħala Bord ta' Dixxiplina għas-SEAE.

F'dan il-każ iż-żewġ membri addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5(2) tal-Anness IX għandhom jinħatru minn fost l-uffiċjali SEAE. L-Awtorità għall-Ħatra u l-Kumitat tal-Persunal imsemmi fl-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 6(4) tal-Anness IX għandhom ikunu dawk tas-SEAE.

2. B'deroga mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(1)(a), il-Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni għandu jirrappreżenta wkoll uffiċjali u impjegati oħra tas-SEAE.'

29. Fil-Kapitolu 3 tal-Anness X, l-Artikolu 9a li ġej għandu jiżdied:

'Artikolu 9a

Matul liv tal-ġenituri u tal-familja kif hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 42a u 42b tar-Regolament tal-Persunal, l-Artikoli 5, 23 u 24 ta' dan l-Anness għandhom ikomplu japplikaw għal perjodu massimu kumulattiv ta' sitt xhur matul kull perjodu ta' sentejn ta' assenjazzjoni għal pajjiż terz, u l-Artikolu 15 ta' dan l-Anness għandu jkompli japplika għal perjodu massimu kumulattiv ta' disa' xhur matul kull perjodu ta' sentejn ta' assenjazzjoni għal pajjiż terz.'

Artikolu 2

Il-Kundizzjonijiet tal-Impieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej huma hawnhekk emendati kif ġej:

30. It-titolu għandu jiġi ssostitwit b''Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea'.

31. Ħlief fl-Artikolu 28a(8), il-kliem 'Il-Komunitajiet Ewropej' għandhom jiġu ssostitwiti bi 'Unjoni Ewropea', il-kliem 'Komunità' u ‘Komunitajiet’ għandhom jiġu ssostitwiti b' ‘Unjoni’ u għandu jsir kwalunkwe tibdil grammatikali neċessarju.

32. Fl-Artikolu 12(3) u l-Artikolu 82(5) il-kelmiet 'l-Uffiċċju Komunitarju għall-Għażla tal-Persunal' għandhom jiġu sostitwiti minn 'l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal'.

33. Fl-Artikolu 39(1), il-kelmiet 'L-Artikolu 283 tat-Trattat tal-KE' għandhom jiġu sostitwiti minn 'L-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea'.

34. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-punt (c) il-kliem 'it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet jew it-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Waħdieni u Kummissjoni Waħdanija tal-Komunitajiet Ewropej, jew il-President elett ta' waħda mill-istituzzjonijiet jew organi tal-Komunitajiet' għandhom jiġu ssostitwiti minn 'it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew il-President elett ta' waħda mill-istituzzjonijiet jew organi tal-Unjoni'.

(b) il-punt (e) li ġej għandu jiżdied:

'(e) persunal issekondat mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri impjegat biex jimla temporanjament post permanenti fis-SEAE.'

35. Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3a, is-subparagrafu segwenti jiġi miżjud:

'Persunal impjetat għat-twettiq ta' karigi full-time jew part-time f'delegazzjonijiet tal-Unjoni jista' jiġi assenjat temporanjament għall-kwartieri ġenerali tal-istituzzjoni skont il-proċedura ta' mobilità stilupata fl-Artikoli 2 u 3 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.'

36. Fl-Artikolu 3b, it-tieni paragrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

'Ħlief fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3a(1), l-użu tal-persunal kuntrattwali għal xogħlijiet awżiljarji huwa eskluż fejn japplika l-Artikolu 3a.'

37. L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) l-erba' paragrafi eżistenti għandhom jiġu nnumerati;

(b) l-aħħar sentenza tal-paragrafu 4 għandha titħassar;

(c) Għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

'5. L-Artikoli 95, 96 u 99 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija għall-persunal temporanju. It-Titolu VIIIb tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija għall-persunal temporanju li jservu f'pajjiż terz.

38. Fl-Artikolu 47, punt (a) għandu jkun ssostitwit b'dan li ġej:

'(a) fl-aħħar tax-xahar li fih l-impjegat jilħaq l-età ta' 65 sena jew, fejn applikabbli, fid-data stabbilta skont l-Artikoli 50c(3); jew'

39. Il-Kapitolu 10 li ġej 'Dispożizzjonijiet speċjali għall-membri ta' persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(e)' għandu jiżdied mat-Titolu II:

'KAPITOLU 10

Dispożizzjonijiet speċjali għall-membri ta' persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(e)

Artikolu 50b

1. Persunal mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri li kienu ntgħażlu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 98(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u li huma ssekondati mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali tagħhom għandhom ikunu impjegati bħala persunal temporanju skont l-Artikolu 2(e).

2. Għandhom ikunu impjegati għal perjodu massimu ta' erba' snin. Il-kuntratti jistgħu jiġġeddu iktar minn darba għal perjodu massimu ta' erba' snin għal kull tiġdid. Tiġdid jingħata fuq il-kundizzjoni li s-sekondar mis-servizz diplomatiku nazzjonali jiġi estiż għall-perjodu ta' tiġdid.

Artikolu 50c

1. L-Artikoli 37, 38 u 39 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija. Is-sekondar m'għandux ikun itwal mill-iskadenza tal-kuntratt.

2. L-Artikolu 40 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija. Liv fuq raġunijiet personali m'għandux ikun itwal mill-iskadenza tal-kuntratt. l-Artikolu 17 tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra ma japplikax.

3. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(b) tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija.'

40. Il-paragrafu 5 li ġej għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 80:

'5. L-Artikoli 95, 96 u 99 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija.'

41. l-Artikolu 118 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

'Artikolu 118

L-Anness X għar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija għall-persunal kuntrattwali li jservu f'pajjiżi terzi. Madankollu, l-Artikolu 21 ta' dak l-Anness għandu japplika biss jekk il-kuntratt huwa għal mhux inqas minn sena.'

42. l-Artikolu 121 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

'Artikolu 121

Fir-rigward tas-sigurtà soċjali, l-istituzzjoni għandha tkun responsabbli min-naħa ta' min iħaddem mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali taħt ir-regolamenti kurrenti fil-post fejn l-impjegati lokali għandhom jaqdu dmirijiethom, sakemm il-ftehim tal-post ma jipprevedix mod ieħor. L-istituzzjoni tista' twaqqaf sistema awtonoma jew kumplimentari ta' sigurtà soċjali għall-pajjiżi fejn il-kopertura mis-sistema lokali jew ma teżistix jew mhijiex biżżejjed.'

43. Fl-Artikolu 124, il-kliem 'l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 23' għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem 'Artikolu 23'.

Artikolu 3

1. Uffiċjali u persunal temporanju li jokkupa post f'entità organizzazzjonali li hija trasferita mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni għas-Servizz Ewropew għal Azzjoni Esterna (SEAE) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu jkun meqjus trasferit għas-SEAE mill-istituzzjonijiet relevanti fid-data stabbilita f'dik id-Deċiżjoni. Dan għandu japplika wkoll għal persunal kuntrattwali u persunal lokali assenjat għal din it-tip ta' entità organizzazzjonali, li għalihom il-kundizzjonijiet tal-kuntratt jibqgħu ma jinbidlux.

Fejn parti ta' entità organizzazzjonali hija trasferita u l-uffiċjali u l-impjegati oħra assenjati għal dik il-parti tal-entità ma jistgħux jiġu awtomatikament identifikati, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, skont il-każ, għandhom jieħdu deċiżjoni dwar it-trasferimne tal-persunal bi qbil mar-Rappreżentant Għoli u wara s-smigħ tal-uffiċjali u l-impjegati oħra li huma potenzjalment ikkonċernati.

2. Fuq talba tal-persuni kkonċernati, il-kuntratti tal-persunal temporanju minn servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri li kienu impjegati wara t-30 ta' Novembru 2009 u li jokkupaw post f'entità organizzazzjonali li hija trasferita mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jew il-Kummissjoni għas-SEAE skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu jinbidel, mingħajr proċedura ta' għażla ġdida, għal kuntratti skont l-Artikolu 2(e) tal-Kundizzjonijiet ta' Impjiet ta' Impjegati Oħra. Għall-bqija, il-kundizzjonijiet tal-kuntratt għandhom jibqgħu l-istess. It-talba għandha ssir fi żmien sena wara d-data ta' trasferiment kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

3. Sabiex tiġi garantita rappreżentanza xierqa tal-persunal mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali fis-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni jista' jiddeċiedi li, permezz ta' deroga mill-Artikolu 98(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, sat-30 ta' Ġunju 2013, tista' tingħata prijorità għal ċerti postijiet fil-grupp ta' funzjoni AD fis-SEAE lil kandidati mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri f'każ ta' kwalifiki sostanzjalment indaqs.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra ta' dawn il-Komunitajiet

2. QAFAS ABM / ABB

Il-Qasam/L-Oqsma tal-Politika konċernat/i u l-Attività/Attivitajiet assoċjati: Relazzjonijiet Esterni – Nefqa Amministrattiva tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

3. LINJI BAĠITARJI

3.1. Linji baġitarji (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (eż- linji BA) inklużi l-intestaturi:

XX 01 01 02 01: Rimunerazzjoni u Allowances

XX 01 02 02 01: Rimunerazzjoni u Persunal Ieħor

XX 01 02 02 03: Spekkeż ta' persunal ieħor u ħlas għal servizzi oħra

04.010413: Strument għal-Qabel l-Adeżjoni (IPA) – Komponent tar-riżorsi umani – Nefqa fuq tmexxija amministrattiva.

08.010501: Nefqa konnessa mal-istaff li jwettaq ir-riċerka

08.010502: Persunal Estern għar-riċerka

11.010404: Ftehim internazzjonali tas-sajd - Nefqa għal tmexxija amministrattiva

13.010402: Strument għal Qabel l-Adeżjoni (IPA) – Komponent żvilupp reġjonali – Nefqa fuq tmexxija amministrattiva

19.010401: Strument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) Nefqa fuq Tmexxija Amministrattiva

19.010402: Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (SEVS) – Nefqiet għall-ġestjoni amministrattiva

19.010407: Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) - Nefqa fuq tmexxija amministrattiva

21.010401: Strument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) Nefqa fuq Tmexxija Amministrattiva

21.010405: Faċilità għar-rispons rapidu tal-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw - Nefqa fuq tmexxija amministrattiva

21.010410: EDF Kontribuzzjoni għan-nefqa komuni ta' appoġġ amministrattiv

22.010401: Għajnuna qabel l-Adeżjoni – Nefqa fuq tmexxija amministrattiva

24.0106: Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) - Nefqa fuq tmexxija amministrattiva

N.B. Linji baġitarji oħra taħt l-Intestatura 5 li jkopru s-servizz Estern huma affetwati wkoll iżda mhumiex imsemmija minħabba li l-ammonti huma żgħar wisq biex jiġu espressi b'mod relevanti f'dan il-kuntest.

3.2. It-tul ta' żmien tal-ħidma u tal-impatt finanzjarju:

Il-proposta tikkonċerna l-kundizzjonijiet ta' impjieg tal-aġenti kuntrattwali u l-persunal lokali fid-delegazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea u hija għal perjodu mhux limitat. Hija prevista b'mod partikolari:

- Biex ikun possibbli għall-uffiċjali u l-aġenti kuntrattwali li jservu fid-delegazzjonijiet biex jibbenefikaw minn liv tal-ġenituri u liv tal-familja mingħajr ma jitilfu ċerti benefiċċji pprovduti minn Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal. Minħabba li s-salarju li mfaddal/ li ma jintnefaqx minn persuna li tieħu liv tal-ġenituri/tal-familja huwa iktar mill-ispejjeż tal-benefiċċji tal-Anness X li issa hija proposta li tipprovdi, huwa meqjus li din il-miżura tista' tirriżulta f'ekonomiji ta' EUR 189 000 fis-sena mqassmin bejn il-linji baġitarji kollha msemmija fil-punt 3.3 t'hawn taħt (ara l-kalkolu dettaljat fl-Anness I).

- Biex jiġu applikati bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal għall-aġenti kuntrattwali. Dan ifisser li fil-futur, meta l-akkomodazzjoni li hemm proviżjoni dwarha fl-Artikolu 5 ma tkunx tista' tingħata, aġent kuntrattwali, bil-kuntrarju tal-lum, ikun intitolat għal rimbors tal-ispejjeż ta' akkomodazzjoni temporanja. L-istima tal-ispejjeż ta' din il-miżura, EUR 130 000, hija inferjuri għall-ekonomiji relatati mal-liv tal-ġenituri u tal-familja. Din l-ispiża hija mqassma bejn il-linji baġitarji kollha msemmija fil-punt 3.3 t'hawn taħt bl-eċċezzjoni ta' dawk li jirreferu biss għall-uffiċjali (08.010501 u XX01010201) (ara l-kalkoli dettaljati fl-Anness I).

- Biex isiur dispożizzjonijiet statutorji għar-rotazzjoni tal-aġenti kuntrattwali. Bħalissa, dawn l-aġenti, meta jinsabu fi tmiem il-kuntratt tagħhom, jirritornaw lura għall-post ta' oriġini tagħhom u l-esperjenza tagħhom tintilef għas-Servizz Estern. Ikun ideali jekk titwaqqaf sistema ta' rotazzjoni simili għal dik li teżisti għall-uffiċjali. Minħabba li l-baġit attwali jipprovdi għal fatturat annwali ta' 25% tal-aġenti kuntrattwali din il-miżura mhijiex ikkunsidrata li għandha impatt finanzjarju.

- Biex tiġi pprovduta bażi statutorja għall-iskemi tal-Provident Fund u Assigurazzjoni Medika li huma operati f'isem il-persunal lokali. Bi ftehim mal-persunal lokali u r-rappreżentanti tagħhom, u abbażi tar-regoli qafas li jistipulaw il-kundizzjonijiet ta' impjieg tal-persunal lokali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li jservu f'pajjiżi li mhumiex membri, il-Kummissjoni u l-persunal lokali jikkontribwixxu b'mod konġunt għall-fond supplemenarti Provident Fund u fond supplementari tal-Assigurazzjoni tal-Mard għall-aġenti lokali. Dawn l-iskemi jipprovdu għal somma sħiħa ta' darba meta jintemm l-impjieg u r-rimbors tal-ispejjeż mediċi (suġġett għal kundizzjonijiet) għall-aġent u d-dipendenti intitolati tiegħu/tagħha matul il-perjodu tal-impjieg. L-ispiża ta' dawn il-miżuri għall-Kummissjoni, li ġiet inkluża fil-baġits annwali amministrattivi tad-delegazzjonijiet, hija ta' 5% u 3.22% rispettivament tas-salarju bażiku. L-ispiża annwali hija stabbilita taħt il-punt 4.1.1 t'hawn taħt (ara l-kalkoli dettaljati fl-Anness I). Madankollu huwa enfasiżżat li din mhijiex spiża addizzjonali minħabba li ġiet inkluża fil-baġit annwali għal bosta snin.

Bħalissa, hemm madwar 2870 aġenti lokali li jagħmlu parti mill-Provident Fund u madwar 2840 (flimkien mad-dipendenti intitolati tagħhom, mal-assigurazzjoni tal-Mard. Fl-aħħar tal-2009 il-Provident Fund kellu bilanċ ta' EUR 38.5 M u l-fond ta' Assigurazzjoni għall-Mard kellu bilanċ ta' EUR 11 M.

Huwa meqjus li l-eżistenza ta' dawn l-iskemi għandha tiġi fformaliżżata fil-Kundizzjonijiet ta' Impjieg tal-Impjegati Oħra.

3.3. Karatteristiċi tal-baġit

Il-linja tal-baġit | Tip ta’ nfiq | Ġdida | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

XX 01 01 02 01 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 5 |

XX 01 02 02 01 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 5 |

XX 01 02 02 03 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 5 |

04.010413 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

08.010501 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 1a |

08.010502 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 1a |

11.010404 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

13.010402 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

19.010401 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

19.010402 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

19.010407 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

21.010401 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

21.010405 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

21.010410 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

22.010401 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

24.01600 | Mhux diff | LE | LE | LE | Nru 5 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas (AĦ)

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ nfiq | Nru tat-Taqsima | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u aktar tard | Total |

Spiża operattiva[2] |

Approprjazzjonijiet ta' Impenn (AI) | 8.1. | a |

Approprjazzjonijiet ta' Ħlas (AĦ) | b |

Nefqa amministrattiva fl-ambitu tal-ammont ta' referenza[3] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) |

04.010413 | 8.2.4. | c | 0.043 | 0.043 | 0.043 | 0.043 | 0.043 | 0.043 | 0.258 |

08.010501 | 8.2.4 | c | -0.001 | -0.001 | -0.001 | -0.001 | -0.001 | -0.001 | -0.006 |

08.010502 | 8.2.4. | c | 0.040 | 0.040 | 0.040 | 0.040 | 0.040 | 0.040 | 0.240 |

11.010404 | 8.2.4. | c | 0.002 | 0.002 | 0.002 | 0.002 | 0.002 | 0.002 | 0.012 |

13.010402 | 8.2.4. | c | 0.085 | 0.085 | 0.085 | 0.085 | 0.085 | 0.085 | 0.510 |

19.010401 | 8.2.4. | c | 0.824 | 0.824 | 0.824 | 0.824 | 0.824 | 0.824 | 4.944 |

19.010402 | 8.2.4. | c | 0.706 | 0.706 | 0.706 | 0.706 | 0.706 | 0.706 | 4.560 |

19.010407 | 8.2.4. | c | 0.114 | 0.114 | 0.114 | 0.114 | 0.114 | 0.114 | 0.684 |

21.010401 | 8.2.4. | c | 0.392 | 0.392 | 0.392 | 0.392 | 0.392 | 0.392 | 2.352 |

21.010405 | 8.2.4. | c | 0.030 | 0.030 | 0.030 | 0.030 | 0.030 | 0.030 | 0.180 |

21.010410 | 8.2.4. | c | 1.033 | 1.033 | 1.033 | 1.033 | 1.033 | 1.033 | 6.198 |

22.010401 | 8.2.4. | c | 1.031 | 1.031 | 1.031 | 1.031 | 1.031 | 1.031 | 6.186 |

24.010600 | 8.2.4. | c | 0.006 | 0.006 | 0.006 | 0.006 | 0.006 | 0.006 | 0.036 |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 4.296 | 4.296 | 4.296 | 4.296 | 4.296 | 4.296 | 25.776 |

L-approprjazzjonijiet tal-ħlas | b+c | 4.296 | 4.296 | 4.296 | 4.296 | 4.296 | 4.296 | 25.776 |

L-infieq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta' referenza[4] |

Riżorsi umani u nfiq assoċjat (NDA) XX01010201 XX01020201 XX 01020203 | 8.2.5 8.2.5 8.2.5. | d d d | -0.096 0.006 2.191 | -0.096 0.006 2.191 | -0.096 0.006 2.191 | -0.096 0.006 2.191 | -0.096 0.006 2.191 | -0.096 0.006 2.191 | -0.576 0.036 13.146 |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e |

It-total indikattiv tal-ispejjeż finanzjarji għall-intervent |

It-TOTAL tal-AI, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 6.397 | 6.397 | 6.397 | 6.397 | 6.397 | 6.397 | 38.382 |

TOTAL AĦ inkluża n-nefqa għal riżorsi umani | b+c+d+e | 6.397 | 6.397 | 6.397 | 6.397 | 6.397 | 6.397 | 38.382 |

Din mhijiex spiża addizzjonali iżda l-baġit annwali attwali.

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

( Il-proposta hija kumpatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tkun teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Din il-proposta tista’ tkun teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[5] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji)

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

4.2. Ir-Riżorsi Umani tal-FTE (inklużi l-uffiċjali, u l-persunal temporanju u estern) – ara d-dettalji fil-punt 8.2.1.

L-ebda

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Jeħtieġu li jiġu ssodisfati fuq perjodu ta’ żmien qasir jew fit-tul

Ara l-punt 3.2 aktar ‘il fuq. Il-proposta tipprevedi d-dispożizzjoni ta' bażi statutorja għall-Iskemi eżistenti ta' Provident Fund u Assigurazzjoni Medika, li tippermetti lill-persunal ta' delegazzjonijiet li jieħdu liv tal-ġenituri jew liv għall-familja biex jibbenefikaw minn ċerti kundizzjonijiet tal-Anness X, tagħmel proviżjoni għar-rotazzjoni tal-aġenti kuntrattwali u testendi bis-sħiħ l-applikazzjoni tal-Anness X għall-aġenti kuntrattwali li jservu fid-delegazzjonijiet.

5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Mhux applikabbli

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-għan huwa li jiġu pprovduti kundizzjoni ta' impjieg paragunabbli bejn l-aġenti kuntrattwali u l-uffiċjali fid-delegazzjonijiet, biex tiġi pprovduta bażi formali għar-rotazzjoni tal-aġenti kuntrattwali sabiex titwaqqaf bażi legali għall-aġenti lokali għal Skemi ta' Assigurazzjoni Mediċi u għall-Kontinġenza.

5.4. Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv)

( Ġestjoni ċċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil:

( korpi tal-Aġenziji Eżekuttivi

( (korpi stabbiliti mill-Komunitajiet skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

( Amministrazzjoni maqsuma jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ Pajjiżi Terzi

( Amministrazzjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti relevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' monitoraġġ

6.2. Valutazzjoni

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tal-kost finanzjarju tagħhom

L-għan huwa li jiġu pprovduti kundizzjoni ta' impjieg paragunabbli bejn l-aġenti kuntrattwali u l-uffiċjali fid-delegazzjonijiet, biex tiġi pprovduta bażi formali għar-rotazzjoni tal-aġenti kuntrattwali sabiex titwaqqaf bażi legali għall-aġenti lokali għal Skemi ta' Assigurazzjoni Mediċi u għall-Kontinġenza.

8.2. Nefqa Amministrattiva

8.2.1. In-numru u t-tip ta’ riżorsi umani:

Il-proposta ma tipprevedi l-ebda riżorsi umani addizzjonali.

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li ġejjin mill-azzjoni

8.2.3. Sorsi ta' riżorsi umani (statutorji) - L-ebda

( Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu ssostitwiti jew estiżi

( Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( (Il-karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ amministrazzjoni (tqassim intern mill-ġdid)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva)

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Il-linja tal-baġit (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTALI |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Assistenza teknika u amministrattiva totali | 4.296 | 4.296 | 4.296 | 4.296 | 4.296 | 4.296 | 25.776 |

8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTALI |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) Persunal iffinanzjat bl-Art. | -0.096 | -0.096 | -0.096 | -0.096 | -0.096 | -0.096 | -0.576 |

Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) XX01020201 XX 01020203 | 0.006 2.191 | 0.006 2.191 | 0.006 2.191 | 0.006 2.191 | 0.006 2.191 | 0.006 2.191 | 0.036 13.146 |

Spiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 2.101 | 2.101 | 2.101 | 2.101 | 2.101 | 2.101 | 12.606 |

8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra li mhux inkluża fl-ammont ta' referenza miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTALI |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[7] |

XX 01 02 11 04 – Studji u Konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' Tagħrif |

2 It-Total ta’ Nfiq Ieħor tal-Ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi referenza għal-linja baġitarja) |

Nefqa amministrattiva totali, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inkluża fl-ammont ta’ referenza) |

[1] ĠU C , , p. .

[2] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx kkonċernat.

[3] In-nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[4] In-nefqa fi ħdan il-Kapitolu xx 01 għajr għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[5] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[6] Għandha ssir referenza għall-istqarrija finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[7] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.