Proposta għal Regolament (KE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar u jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, l-importazzjoni u miżuri ta' transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon SEG(2010)663 SEG(2010)662 /* KUMM/2010/0273 finali - COD 2010/0147 */
[pic] | Il-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 31.5.2010 KUMM(2010)273 finali 2010/0147 (COD) Proposta għal REGOLAMENT (KE) Nru .../... TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar u jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, l-importazzjoni u miżuri ta' transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon SEG(2010)663 SEG(2010)662 MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA - Il-bażi tal-proposta u l-għanijiet tagħha B'mod partikolari, hija meħtieġa azzjoni mill-Unjoni biex jitlesta l-proċess ta' transpożizzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (qabel il-Komunità[1]) tad-dispożizzjonijiet tal-' Protokoll internazzjonali kontra l-Manifattura Illeċita u t-Traffikar fl-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti Tagħhom u Ammunizzjon [2] li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali ' , minn hawn 'il quddiem riferuta bħala 'Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar' jew 'UNPF'. Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' Lulju 2005 dwar miżuri biex jiżguraw iktar sigurtà fl-isplussivi, detonaturi, tagħmir ta' produzzjoni ta' bombi u armi tan-nar[3], il-Kummissjoni għamlet ċara l-ħtieġa u l-intenzjoni li jiġi implimentat l-Artikolu 10 tal-UNFP bħala parti mix-xogħol kollu ta' transpożizzjoni[4] li jippermetti lill-Kummissjoni twettaq l-obbligu tagħha li tagħmel proposta għall-konklużjoni tal-UNFP f'isem l-Unjoni, li jirrappreżenta wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-politika tal-Kummissjoni dwar l-armi tan-nar. Din il-proposta leġiżlattiva għandha l-għan li tiffinalizza dak ix-xogħol, billi tittrasponi d-dispożizzjonijiet relevanti tal-artikolu 10 tal-UNFP dwar 'Ħtiġiet ġenerali għas-sistemi liċenzjar jew awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-transitu . - Il-kuntest ġenerali Kif awtorizzata mill-Kunsill, il-Kummissjoni nnegożjat f'isem il-Komunità Ewropea l-artikoli tal-UNFP li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità u eventwalment ġie ffirmat fis-16 ta' Jannar 2002 f'isem il-Komunità Ewropea[5]. Il-Kunsill u l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni li jimplimenta l-Programm tal-Aja dwar it-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea[6] elenka fost l-azzjonijiet relevanti proposta dwar il-konklużjoni – f'isem il-Komunità Ewropea – tal-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar. Il-Programm ta' Stokkolma li ġie wara għal ' Ewropa miftuħa u sigura, li sservi u tipproteġi ċ-ċittadini '[7] jenfasizza t-traffikar tal-armi bħala waħda mill-attivitajiet illegali li jkomplu jisfidaw is-sigurtà interna tal-UE u jtenni l-affermazzjoni li l-Unjoni għandha tkompli tmexxi 'l quddiem ir-ratifika ta' Konvenzjonijiet internazzjonali (u l-Protokolli tagħhom), b'mod partikolari dawk żviluppati taħt l-awspiċju tan-Nazzjonijiet Uniti L-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)[8] jipprovdi l-bażi legali għall-proposta prevista. (politika kummerċjali komuni, kompetenza esklużiva tal-Unjoni skont l-Artikolu 3 tat-TFUE, li fi ħdanu jaqgħu d-dispożizzjoinjiet tal-Artikolu 10 tal-UNFP). Il-proposta tapplika biss għall-armi tan-nar, il-partiiet tagħhom u komponenti essenzjali u minizzjoni għall-użu privat u mhux għal armi tan-nar intiżi speċifikament għal skopijiet militari. Skont l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-politika kummerċjali komuni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi, fost l-oħrajn rigward l-esportazzjoni. Għalhekk għandhom ikunu stabbiliti regoli komuni għall-esportazzjoni mill-Unjoni. Din il-proposta tindirizza biss trade in/trasferimenti ta' armi tan-nar lil pajjiżi terzi u għaldaqstant ma tikkonċernax trasfermenti ta' armi, il-partijiet u komponenti essenzjali tagħhom u munizzjon intra-Komunità. - Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta M'hemmx dispożizzjonijiet eżistenti tal-UE fil-qasam tal-propota (politika kummerċjali komuni)[9]. - Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni Il-konklużjoni tal-UNFP mill-Unjoni Ewropea għadha pendenti u tirrappreżenta impenn internazzjonali għall-UE. L-azzjoni torbot mal-politiki kurrenti tal-UE dwar miżuri kontra reati transnazzjonali, it-tisħiħ tal-ġlieda kontra t-traffikar illegali tqal-armi tan-nar - inkluż il-kontroll tal-esportazzjoni u t-traċċar - u dwar miżuri immirati li jnaqqsu l-proliferazzjoni u t-tixrid ta' armi żgħar madwar id-dinja. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT - Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin immirati u l-profil ġenerali ta’ dawk li jwieġbu Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati permezz ta' kwestjonarji u stediniet għal laqgħat indirizzati lill-Istati Membri u partijiet privati interessati (rappreżentanti ta' assoċjazzjonijiet Ewropej ta' manifatturi tal-armi tan-nar u l-minizzjoni għal użu privat, dawk involuti fil-kummerċ ċivili ta' armi, kaċċaturi, kolletturi, NGOs, istituzzjonijiet tar-riċerka, eċċ.), il-ftuħ ta' indirizz e mail (JLS-FIREARMS@ec.europa.eu) għal konsultazzjoni permanenti u studju indipendenti b'appoġġ għat-tħejjija tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Barra minn hekk, twaqqaf grupp 'Inter-Servizz' fi ħdan il-Kummissjoni. Taqsira tar-reazzjonijiet, u kif tqiesu L-Istati Membri u l-NGOs ftehmu li l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 għandha tkun utili biex iżżomm l-armi fis-suq legali mill-jmorru fis-suq illegali. Il-partijiet privati argumentaw li l-Istati Membri diġà kellhom regoli iebsin li jkopru dan l-aspett u wrew taħssib dwar il-possibbiltà ta' konsegwenzi negattivi għal impriżi żgħar u ta' daqs medju. Diversi partijiet interessati privati wrew tħassib partikolari li l-miżuri dwar it-transitu u l-possibbiltà tan-nuqqas ta' kooperazzjoni minn Stat ta' transitu jistgħu jdewmu l-proċeduri kollha. Il-partijiet interessati kollha kienu tal-fehma li għandhom jintużaw proċeduri ssimplifikati għall-esportazzjoni jew importazzjoni temporanja tal-armi tan-nar. Ma kienx hemm qbil dwar l-attivitajiet li għandhom japplikaw għalihom il-proċeduri ssimplifikati. Skont uħud mill-Istati Membri u NGOs, il-proċeduti ssimplifikati għandhom ikunu limitati biss għall-kaċċaturi u dilettanti (filwaqt li l-UNFP jieħu wkoll kunsiderazzjoni għal attivitajiet oħra bħall-esibizzjonijiet jew tiswijiet). Awtoizzazzjonijiet għal konsenji bil-baħar multipli u perjodu massimu għall-ipproċessar tat-talbiet għal-liċenzji kienu kkun sidrati bħala vantaġġ mill-partijiet privati u l-NGOs. Il-Kummissjoni kkunsidrat l-opinjonijiet tal-pubbliku u tal-partijiet interessati privati. Din il-proposta hija mfassla biex iġġib livell ogħla ta' sigurtà/effettività u effikaċja. It-twaħħid taż-żewġ aspetti huwa bbażat ukoll fuq il-prestazzjonijiet tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati. - Ġbir u użu ta' għarfien espert Oqsma xjentifiċi/ta’ għarfien espert rilevanti L-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar jifforma parti minn strument internazzjonali li d-dispożizzjonijiet tiegħu kienu ġew approvati qabel mill-Komunità fi żmien in-negozjati u wara permezz tal-iffirmar tal-Protokoll. Il-metodoloġija użata Kwestjonarju lill-Istati Membri u partijiet interessati privati u NGOs, żewġ laqgħat separati ma' rappreżentanti ta' Stati Membri u partijiet interessati privati, kwestjonarji rigward studju indipendenti, il-ftuħ ta' indirizz email (JLS-FIREARMS@ec.europa.eu) għal konsultazzjoni permanenti. L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati Il-kwestjonarju u l-istediniet għal laqgħat intbagħtu lill-awtoritajiet nazzjonali relevanti, rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet Ewropej tal-manifatturi tal-armi tan-nar u l-minizzjonijiet għal użu ċivili, dawk involuti fil-kummerċ ċivili tal-armi, kaċċaturi, kolletturi, NGOs, istituzzjonijiet tar-riċerka u Assoċjazzjonijiet Ewropej oħrajn (Kmamar tal-Kummerċ; Industries; Artiġjanati, Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju). Taqsira tal-pariri mogħtija u użati Appati minn dak irrappurtat fit- 'Taqsira tarreazzjonijiet u kif tqiesu', huwa xieraq li jiġi speċifikat iktar dan li ġej. Soluzzjoni li tressqet matul il-konsultazzjoni kienet li jintuża l-kunsens taċitu għall-miżuri ta' transitu, li partijiet interessati privati kienu favurihom filwaqt li uħud mill-Istati Membri u Ngos ma kinux. Kien hemm essenzjalment qbil unanimu dwar il-fatt li l-piż biex tinkiseb l-informazzjoni (awtorizzazzjoni tal-importazzjoni u notifika ta' ebda oġġezzjoni għat-transitu) għandu jkun fuq il-partijiet privati. Ġiet suġġerita wkoll il-possibbiltà ta' kaċċaturi/dilettanti tal-isparar jutilizzaw il-Pass Ewropew tal-Armi tan-Nar u stedina uffiċjali għal avveniment barra mill-UE. Din il-proposta b'mod partikolari tikkunsidra il-ħtieġa għal miżuri ssimplifikati għal esportazzjoni temporanja, jittaffa l-impatt possibbilment negattiv tal-miżuri ta' transitu meħtieġa mill-Protokoll tal-Armi tan-Nar tan-NU billi jsir użu partikolari tal-kunsens taċitu taħt ċerti kundizzjonijiet, l-użu ta' awtorizzazzjonijiet multipli għal trasbordi multipli u ż-żmien massimu tal-proċess biex tingħata awtotizzazzjoni. Fl-istess waqt din il-proposta tikkunsidra l-prassi eżistenti fl-Istati Membri. Metodi użati biex il-pariri tal-esperti jkunu disponibbli pubblikament Il-valutazzjoni ta' impatt mehmuża ma’ dan id-dokument. - L-Istima tal-Impatt Il-Valutazzjoni tal-Impatt mehmuża ma’ dan id-dokument żviluppat erba' għażliet ta' politika. L-ewwel għazla ta' politika kienet li ma tittiħedx azzjoni mill-UE. Din kienet identifikata bħala għażla teoretika kemm minħabba l-obbligu internazzjonali legali li daħlet għalih il-Komunità (issa l-Unjoni) permezz tal-iffirmar tal-Protokoll kif ukoll minħabba n-nuqqas ta' prinċipji uniformi fi kwistjoni li taqa' taħt il-politika kummerċjali komuni, kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Il-tliet għażliet ta' politika l-oħrajn intgħażlu skont kemm kienu ffukati fuq is-sigurtà jew l-effiċjenza fejn l-effiċjenza tfisser safejn jistgħu jintlaħqu għanijiet għal livell mogħti ta' riżorsi jew bl-inqas spiża possibbli. F'dan il-każ, l-effiċjenza tfisser li piż jinżamm kemm jista' jkun minimu għall-partijiet privati u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali. L-għażla 2 tal-politika kienet intiża li jintlaħaq sa l-aħjar livell possibbli l-għan li jsir kontrubut għat-titjib tas-sigurtà rigward l-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-transitu ta' armi tan-nar għal użu ċivili u l-prevenzjoni li jkun hemm devjazzjoni mis-suq legali. L-għażla ta' politika 3 kienet timmira li tintlaħaq implimentazzjoni effiċjenti tal-Artikolu 10 tal-UNFP għal partijiet privati. L-għażla ta' politika 4 kienet iffukata fuq l-effiċjenza għall-amministrazzjonijiet nazzjonali. Kien hemm preferenza għal għażla 3 li hija riflessa f'din il-proposta. Din twettaq l-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 UNFP bl-iktar mod komprensiv u hija l-aħjar triq 'il quddiem biex jiġu integrati d-dispożizzjonijiet 'għandhom' (jiġifieri obbligatorji) – addattati għat-tip ta' prodotti (għal użu ċivili) – ma' dawk ‘jistgħu’ (jiġifieri volontarji), li jirrifletti l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet interessati. Dan iġib flimkien aspetti differenti tad-diversi għażliet ta' politika fuq il-bażi tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi ewlenin identifikati għal kull wieħed minnhom, sabiex jintlaħaq livell ogħla kemm ta' effettività kif ukoll ta' effiċjenza. Dan it-twaħħid ta' effettività/sigurtà u effiċjenza jidher li offra l-ogħla potenzjal għal benefiċċji sinifikattivi għall-gruppi interessati involuti u huwa – fost affarijiet oħra – ibbażat fuq riżultati tal-konsultazzjoni mal-partijiet interessati. Il-proċeduri ssimplifikata prevista għal esportazzjonijiet temporanji għal 'għanijiet legali verifikabbli' u b'mod partikolari l-miżuri ta' transitu proposti se jnaqqsu l-possibbiltà ta' piż amministrattiv għal dawk l-għanijiet legali elenkati mill-UNFP innifsu. Rigward il-ħruġ speċifiku tal-kunsens taċitu propost, dan ġie strutturat bil-għan li jibbilanċja l-interess li jitħaffef il-proċess (kummerċ) ma' dak li tiġi żgurata skadenza fattibbli li tippermetti lill-Istat ta' transitu jirreaġixxi (sigurtà). ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA - Sommarju tal-azzjoni proposta L-Artikolu 10 tal-UNFP dwal 'Il-Ħtiġiet ġenerali għal-liċenzjar ta' esportazzjoni, importazzjoni u transitu jew sistemi ta' awtorizzazzjoni ' teħtieġ li 'kull Stat li huwa parti għandu jistabbilixxi jew imantni sistema effettiva ta' liċenzjar jew awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u munizzjoni ', u għaldaqstant itejjeb l-iskrutinju tat-trasferimenti u jippermetti infurzar aħjar tal-liġijiet. L-Artikolu 10 tal-UNFP huwa bbażat fuq il-prinċipju li l-armi tan-nar u oġġetti relatati m'għandhomx jiġu ttrasferiti bejn Stati mingħajr l-għarfien u l-kunsens tal-Istati kollha involuti. L-armi tan-nar m'għandhomx jiġu esportati lejn jew minn pajjiżi li ma awtorizzawx it-trasferiment. Il-kontenut tad-dokumenti wżati għal esportazzjoni legali għandu jkun suffiċjenti biex jiżgura t-traċċar. Barra mid-dispożizzjonijiet 'Għandhom' imsemmija hawn fuq, l-Artikolu 10 UNFP jippermetti wkoll lill-partijiet jadottaw proċeduri ssimplifikati għal esportazzjoni, importazzjoni u transitu temporanji ta' għadd żgħir ta' armi tan-nar għal ' skopijiet legali u verifikabbli', bħal dawk rekreattivi, tiswija, wirja. Tal-aħħar huma riferuti msemmija bħala dispożizzjonijiet 'Jistgħu'. Il-Kapitolu I ta' din il-proposta jindirizza 'Suġġett, Definizzjoni u Ambitu'. Definizzjonijiet (Artikolu 2) jikkonsidra – fejn xieraq – id-dispożizzjonijiet paralleli tal-Protokoll tal-Armi tan-Nar tan-NU, iżda huma mfasslin biex jew direttament jinvokaw leġiżlazzjoni eżistenti oħra tal-UE, għall-fini ta' ċarezza: Pereżempju, id-definizzjonijiet ta' armi tan-nar, partijiet u komponenti essenzjali u munizzjon jirriflettu dawk tad-Direttiva 91/477 jew issir referenza diretta għall-Kodiċi Doganali tal-Komunità. L-Artikolu 3 jelenka l-eċċezzjonijiet speċifiċi li għalihom ir-Regolament ma japplikax. Il-Kapitolu II jittratta 'lawtorizzazzjoni tal-esportazzjoni, proċeduri u kontrolli'. L-artikoli relevanti jittrasponu l-kunċetti b'mod obbligatorju stabbilit mill-Artikolu 10 tal-UNFP. L-Artikolu 4 jistabbilixxi l-obbligu ġenerali għall-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni, jirreferi għal-lista ta' prodotti li tapplika għalihom il-proposta (fl-Anness ta' din il-proposta) u jipprovdi għal aġġornamenti. L-Artikolu 5 u 6 dwar il-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni jinkludu wkoll uħud mill-miżuri li jtaffu li jirriżultaw mill-parir mogħti mill-partijiet interessati matul il-konsultazzjoni, pereżempju: Perjodu massimu ta' pproċessar, użu possibbli ta' dokumenti elettroniċi u kunsens taċitu għal transitu. L-Artikoli 11 u 12 jindirizzaw rispettivament id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikolu 10(4) u (5) UNFP dwar il-verifika tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni. L-Artikolu 7 jikkonċerna l-proċeduri ssimplifikati għal għanijiet legali verifikabbli għal esportazzjonijiet temporanji, li jimplimentaw id-dispożizzjoni mhux vinkolanti tal-Artikolu 10(6) UNFP. Dan il-kapitolu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar kriterji ġenerali li jridu jiġu kkunsidrati minn Stati Mermbri meta jkun u qed jevalwaw talba għall-awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni (Artikoli 8 u 9) u dwar il-poteri tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (Artikolu 13), li huma simili għal dawk stabbiliti f'leġiżlazzjoni oħra ta' politika kummerċjali, jiġifieri r-Regolament tal-Użu Doppju[10]. L-Artikolu 10 jiffoka fuq il-ħtieġa taż-żamma tar-rekors. L-Artikolu 14 jirriproduċi formula standard dwar il-penali. Il-Kapitolu III, dwar 'proċeduri doganali' (Artikoli 15 u 16), u Kapitolu IV dwar 'koperazzjoni amministrattiva' (Artikolu 17), jinkludu dispożizzjonijiet standard komuni fi strument ta' politika kummerċjali. Il-Kapitolu V jirreferi għal 'disapożizzjonijiet ġenerali u finali'. Barra mit-twaqqif ta' Grupp ta' Kordinazzjoni (Artikolu 18), jinkludi wkoll b'mod partikolari klawżola ta' reviżjoni (Artikolu 19(3)), u dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (Artikolu 20). - Bażi legali L-Artikolu 207 tat-Trattat futur dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. - Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tagħmel parti mill-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà, għaldaqstant, ma japplikax. - Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja(in): Il-proporzjonalità hija żgurata permezz tal-limitazzjoni tal-kontenut tal-għażla proposta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 UNFP, li qabel kellhom l-approvazzjoni tal-UE matul in-negozjati dwar il-Protokoll. Kollox ma' kollox, din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan. Barra minn dispożizzjonijiet standard ta' natura dwar politika kummerċjali, sabiex tikkunsidra t-tħassib u l-kummenti tal-partijiet interessati privati, il-propsta timplimenta d-dispożizzjonijiet 'Jistgħu' tal-Artikolu 10 UNFP, kif ukoll oħrajn immirati biex jitnaqqas il-piż tar-regoli amministrattivi. b'mod partikolari dawk relatati mal-miżuri ta' transitu. - L-għażla tal-istrumenti Strument propost: Regolament. Mezzi oħra ma jkunux adegwati. Regolament huwa l-istrument leġiżlattiv previst mill-Artikolu 207(2) għal kwistjonijiet ta' politika kummerċjali. IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAĠIT Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. ELEMENTI MHUX OBBLIGATORJI - Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/terminazzjoni awtomatika Il-proposta tinkludi klawżola ta’ analiżi. 2010/0147 (COD) Proposta għal REGOLAMENT (KE) Nru .../... TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta’ […] li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar u jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, l-importazzjoni u miżuri ta' transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-proposta leġiżlattiva lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, Billi: 1. Konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/748/KE tas-16 ta' Ottubru 2001[11] dwar l-iffirmar f'isem il-Komunità Ewropea[12] tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-manifattura u t-traffikar illegali tal-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon, anness mal-Konvenzjoni tan-Nazzjoinjiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata transnazzjonali, il-Kummissjoni, f'isem il-Komunità, iffirmat il-Protokoll imsemmi (minn hawn 'il quddiem "il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar jew "UNFP") fis-16 ta' Jannar 2002. 2. Il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar – li għandu l-għan li jippromwovi, jiffaċilita u jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Partijiet bil-għan li jipprevjeni, jiġġieled u jeqred il-manifattura u t-traffiku illegali ta' l-armi tan-nar, il-partijiet, l-elementi u l-munizzjon tagħhom - daħal fis-seħħ fit-3 ta' Lulju 2005. 3. Sabiex ikun faċilitat l-ittraċċar tal-armi tan-nar u sabiex jiġu miġġielda b'mod effiċjenti t-traffikar illegali tal-armi tan-nar u tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom, jeħtieġ li jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri. 4. L-ipproċessar tad-data personali għandu jkun skont ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[13] u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ deja personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-dejta[14]. 5. Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar miżuri biex jiżguraw iktar sigurtà fl-isplussivi, detonaturi, apparat għall-produzzjoni tal-bombi u armi tan-nar[15], il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar bħala parti mill-miżuri li jeħtieġ jittieħdu sabiex l-Unjoni tkun fil-qagħda li tikkonkludi dak il-Protokoll. 6. Il-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar NU jeħtieġ li l-partijiet kollha b'mod partikolari jistabbilixxu jew itejbu l-proċeduri amminsitrattivi jew sistemi biex iħaddmu l-kontroll effettiv fuq il-manifattura, l-immarkar, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-armi tan-nar. 7. L-osservanza mal-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar teħtieġ ukoll li t-traffikar illegali fl-armi tan-nar, il-partijiet u komponenti jew munizzjon jiġu stabbiliti bħala reati kriminali u li jittieħdu miżuri li jawtorizzaw il-konfiska tagħhom. 8. Dan it-Regolament m'għandux japplika għal armi tan-nar, il-partijiet u komponenti essenzjali tagħhom jew munizzjon li huma intiżi speċifikament għal għanijiet militari. Il-bżonn li jintlaħqu l-ħtiġiet tal-Artikolu 10 tal-Protokoll tal-Armi tn-Nar tan-NU għandu jiġi adattat biex jipprovdi għal proċeduri ssimplifikati għal armi tan-nar għal użu ċivili. B'riżultat ta' dan, għandu jiġi żgurat l-iffaċilitar rigward l-awtorizzazzjoni għal vjeġġi multipli, miżuri ta' transitu u esportazzjonijiet temporanji għal għanijiet legali. 9. Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni tal-Artikolu 346 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jirreferi għal interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, u m'għandux impatt fuq il-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissimplifika t-termini u l-kundizzjonijiet ta' trasfermenti ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità[16]. Barra minn hekk, il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar u għaldaqstant dan ir-Regolament ma japplikax għal tranżazzjonijiet Stat-ma'-Stat jew għal trasferimenti ta' Stat f'każi fejn l-applikazzjoni tal-Protokoll tippreġudika d-dritt li Stat li huwa parti mill-jieħu azzjoni fl-interess tas-sigurtà nazzjonali konsistenti mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. 10. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess tal-armi[17] tindirizza t-trasferimenti ta' armi tan-nar għal użu ċivili fi ħdan it-territorju tal-Unjoni filwaqt li dan ir-Regolament jiffoka fuq miżuri rigward iċ-ċaqlieq mit-territorju tal-Unjoni Ewropea lejn jew minn pajjiżi terzi. 11. L-armi tan-nar, l-partijiet u l-komponenti essenzjali tagħhom u l-munizzjon meta jkunu importati minn pajjiżi terzi huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, b'mod partikolari, għar-rekwiżit tad-Direttiva 91/477/KEE. 12. Il-konsistenza rigward id-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma tar-rekords fis-seħħ taħt leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tiġi żgurata. 13. Sabiex ikun żgurat li dan ir-Regolament huwa applikat kif suppost, kull Stat Membru għandu jieħu miżuri li jagħtu setgħat adatti lill-awtoritajiet kompetenti. 14. Għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-Kummissjoni għandu jkollha s-saħħa li żżomm elenku ta' armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti essenzjali tagħhom u munizzjon li għalihom awtorizzazzjoni hija meħtieġa taħt dan ir-Regolament u li temendaha abbażi ta' kwalunkwe emenda sussegwenti għal Anness I tar-Regolament tal-kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni[18]. 15. L-Unjoni adottat korp ta' regoli doganali, inkorporati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità[19] u d-dispożizzjonijiet implimentattivi tiegħu kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2454/93[20]. Għandu jiġi kkunsidrat ukoll ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistipula l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Kodiċi Doganali Modernizzata)[21] li d-dispożizzjoinjiet tiegħu huma applikabbli f'fażijiet differenti skont l-Artikolu 188 tiegħu. M’hemm xejn f’dan ir-Regolament li jikkostrinġi kwalunkwe setgħa taħt u skont il-Kodiċi Doganali tal-Komunità u d-dispożizzjonijiet implimentattivi tiegħu. 16. L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. 17. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-iskema tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, intermedjazzjoni u transitu ta' prodotti għal użu doppju stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009[22]. 18. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u dwar informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar dan ir-Regolament. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I GĦAN, DEFINIZZJONIJIET U AMBITU Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar l-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni, u l-miżuri ta' importazzjoni u transitu ta' armi tan-nar, il-partijiet u kompoenti essenzjali tagħhom u munizzjon, bil-għan li jiġi implimentat l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Manifattura Illegali u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti Tagħhom u munizzjon, u jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Orgaizzata Transnazzjonali (minn hawn 'il quddiem "il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar"). Artikolu 2 Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament: 19. 'arma tan-nar' tfisser kull arma b'kanna portabbli li titfa' 'l barra, hija disinjata biex titfa' 'l barra jew tista' faċilment tiġi konvertita biex titfa' 'l barra sparatura, bullit jew projettili bl-azzjoni ta' splussiv. Oġġett għandu jitqies bħala kapaċi li jiġi konvertit biex jispara tir, balla jew projettili permezz ta’ l-azzjoni ta' propellant kombustibbli jekk: — ikollu l-apparenza ta’ arma tan-nar, u — bħala riżultat tal-kostruzzjoni tiegħu jew tal-materjal li jkun magħmul minnu jkun jista’ jiġi faċilment konvertit hekk; 20. 'partijiet u komponenti essenzjali' tfisser kwalunkwe element jew element ta' sostituzzjoni mfassal apposta għal arma tan-nar u li jkun essenzjali sabiex din taħdem, inklużi l-kanna, il-frame jew ir-receiver, is-slide jew iċ-ċilindru, il-bolt jew il-breech block, u kwalunkwe apparat imfassal jew adattat biex inaqqas il-ħoss ikkawżat mill-isparar ta' arma tan-nar. 'Komponent essenzjali' tfisser il-mekkaniżmu tal-għeluq, iċ-chamber u l-kanna ta' l-arma tan-nar, li filwaqt li huma separati, huma inklużi fil-kategorija ta' l-armi tan-nar fejn huma jew huma maħsuba li jiġu mmuntati; 21. 'munizzjon' tfisser ir-round sħiħ jew il-komponenti tiegħu, inklużi l-kaxxi ta' l-iskrataċ, il-kaps, il-porvli tal-propellant, il-balal jew il-projettili, li jintużaw f’arma tan-nar, sakemm dawk il-komponenti stess ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni fl-Istat Membru rilevanti; 22. 'armi tan-nar diżattivati' tfisser oġġetti li jikkorrispondu għad-definizzjoni ta' arma tan-nar li jkunu saru definittivament mhux tajba għall-użu permezz ta' diżattivazzjoni, li tiżgura li l-partijiet kollha essenzjali tal-arma tan-nar ikunu saru għal kollox mhux utilizzabbli u li ma jkunux jistgħu jiġu maqlugħa, sostitwiti jew mibdula bil-għan ta' kwalunkwe riattivazzjoni; 23. "esportazzjoni" tfisser: (i) proċedura ta' esportazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 161 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92) (ii) ri-esportazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 182 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 iżda ma tinkludix prodotti fi transitu; 24. 'esportatur' għandu jfisser kwalunkwe persuna legali jew naturali li għaliha dikjarazzjoni tal-esportazzjoni hija magħmula, jiġifieri l-persuna li, fil-ħin meta d-dikjarazzjoni hi aċċettata, żżomm il-kuntratt ma' min jirċievi l-kunsinja fil-pajjiż terz u għandu l-poter li jiddetermina l-kunsinja tal-oġġett barra t-territorju tal-Unjoni. Jekk ma kien konkluż l-ebda kuntratt ta’ esportazzjoni jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jaġixxix għan-nom tiegħu, l-esportatur għandha tfisser il-persuna li għandha s-setgħa li tiddetermina jekk l-oġġett jintbagħatx barra t-territorju doganali tal-Unjoni; Fejn il-benefiċċju ta’ dritt li tiddisponi minn oġġetti b’użu doppju jappartjeni lil persuna stabbilita barra l-Komunità skont il-kuntratt li fuqu hija bbażata l-esportazzjoni, l-esportatur għandu jkun ikkunsidrat bħala l-parti kontraenti stabbilita fl-Unjoni; 25. 'territorju doganali tal-Komunità' tfisser it-territorji msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92; 26. 'dikjarazzjoni tal-esportazzjoni' tfisser l-azzjoni li biha persuna tindikaq fil-forma u manjiera preskritta l-intenzjoni tagħha li tqiegħed l-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti essenzjali tagħhom, u l-munizzjon taħt proċedura tal-esportazzjoni; 27. 'esportazzjoni temporanja' tfisser iċ-ċaqlieq ta' armi tan-nar li jitilqu mit-territorju doganali tal-Unjoni u jkunu intiżi għall-importazzjoni mill-ġdid. 28. 'transitu' tfisser l-operazzjoni tat-trasport ta' oġġetti li jitilqu mit-territorju doganali tal-Unjoni u li jgħaddu mit-territorju ta' pajjiż terz jew aktar bid-destinazzjoni aħħarija f'pajjiż terz; 29. 'trasbord' tfisser transitu li jinvolvi l-operazzjoni fiżika tal-ħatt ta' merkanzija mill-mezz ta' trasport ta' importzzjoni li jkun segwit minn tagħbija mill-ġdid, ġeneralment fuq mezz ieħor ta' trasport; 30. 'awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni' tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku għal utent aħħari jew destinatarju wieħed f'pajjiż terz u tkopri arma tan-nar jew aktar, il-partijiet u komponenti tagħhom u l-munizzjon; 31. 'awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni multipla' tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku għal utent aħħari jew destinatarju wieħed f'pajjiż terz u tkopri arma tan-nar jew aktar, il-partijiet u komponenti tagħhom u l-munizzjon; 32. 'traffikar illegali' tfisser l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, il-konsenja, iċ-ċaqlieq jew trasferiment tal-armi tan-nar, il-partijiet u kompnenti essenzjali tagħhom jew il-munizzjon minn jew madwar it-territorju ta' Stat Membru lil dak il-pajjiż terz, jekk: (i) l-Istat Membru kkonċernat ma jawtorizzax dan skont it-termini ta' dan ir-Regolament, jew (ii) l-armi tan-nar ma jkunux immarkati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/477/KEE, jew (iii) l-armi tan-nar importati ma jkunux immarkati fiż-żmien tal-importazzjoni mill-inqas b'marka sempliċi li tippermetti l-identifikazzjoni tal-ewwel pajjiż tal-importazzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea, jew, fejn l-arma tan-nar ma jkollhiex tali marka, marka unika li tidentifika l-armi tan-nar importati; 33. 'traċċar' tfisser l-ittraċċar sistematiku tal-armi tan-nar u, fejn possibbli, tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom mill-manifattur sax-xerrej bil-għan li tingħata għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jiskopru, jinvestigaw u janalizzaw il-manifattura illeċita u t-traffikar illegali. Artikolu 3 34. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal: 35. Tranżazzjonijiet Stat ma' Stat jew trasferimenti tal-Istat; 36. armi tan-nar, il-partijiet u komponenti essenzjali tagħhom u munizzjon jew intiżi speċifikament għal użu militari u, f'kull każ, armi tan-nar li jisparaw b'mod kompletament awtomatiku; 37. armi tan-nar, il-partijiet u komponenti essenzjali tagħhom u munizzjon meta jkunu intiżi għall-fozi armati, il-pulizija, u l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri; 38. kolletturi u korpi kkonċernati mill-aspetti kulturali u storiċi tal-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti essenzjali tagħhom u munizzjon u rikonoxxuti bħala tali mill-Istat Membru fejn huma stabbiliti, sakemm ikunu żgurati miżuri ta' traċċar; 39. armi tan-nar deattivati; 40. armi tan-nar li huma antikità u r-repliki tagħhom kif definiti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, sakemm armi ta' nar li huma antikità ma jinkludux armi tan-nar manifatturati wara l-1899; 41. vjeġġi bil-baħar u minn ġo portijiet ta' pajjiżi terzi, sakemm ma jkunx hemm trasbordi jew tibdil fil-mezz ta' trasport. 42. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-korp ta' regoli doganali li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/1992 (il-Kodiċi Doganali tal-Komunità) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità) fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi "l-Kodiċi Doganali Modernizzati" u l-iskeda għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, trasferiment, intermedjazzjoni u transitu ta' prodotti għal użu doppju stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (Regolament dwar l-Użu Doppju). Il-KAPITOLU II AWTORIZZAZZJONI TAL-ESPORTAZZJONI, PROĊEDURI U KONTROLLI Artikolu 4 Awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni jew awtorizzazzjoni ta'l-esportazzjoni multipla għandha tkun meħtieġa għall-esportazzjoni ta' armi tan-nar, il-partijiet u komponenti essenzjali tagħhom u munizzjon elenkati fl-Anness I. Tali awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa stabbilit jew huwa residenti. Il-Kummissjoni (KE) għandha temenda l-Anness I fuq il-bażi tal-emendi għall-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni. Artikolu 5 43. Qabel ma joħroġ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni multipla għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u munizzjon, l-Istat Membru kkonċernat għandu jivverifika li: 44. il-pajjiż terz li jimporta jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni relevanti u, 45. il-pajjiżi terzi ta' transitu, jekk hemm, ikunu taw in-notifika bil-miktub – u qrib id-data tal-vjeġġ – li ma għandhom ebda oġġezzjoni għat-transitu. 46. Jekk ma jasluj ebda oġġezzjonijiet għat-transitu fi żmien għoxrin jum xogħol mill-jum tat-talba bil-miktub għall–approvazzjoni għat-transitu ippreżentata mill-esportatur, il-pajjiż terz ta' transitu kkonsultat għandu jiġi kkunsidrat li ma għandu ebda oġġezzjoni u li ta l-kunsens taċitu tiegħu għat-transitu. 47. L-esportatur għandu jissupplixxi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli biex joħroġ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla bid-dokumenti meħtieġa li jikkonfermaw li l-pajjiż terz li qed jimporta awtorizza l-importazzjoni u li t-tielet pajjiż ta' transitu ma għandu ebda oġġezzjoni jew ta il-kunsens taċitu tiegħu. 48. L-Istati Membri għandhom jipproċessaw it-talbiet għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla fi żmien perjodu determinat mill-liġi jew il-prattika tal-pajjiż, li f'kull każ ma għandhiex taqbeż id-disgħin jum xogħol. 49. Il-perjodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla għandha tiġi deċiża mill-Istati Membri, iżda ma għandux ikun inqas minn tnax-il xahar. 50. L-Istati Membri jidtgħu jiddeċiedu li jagħmlu użu minn dokumenti elettroniċi għall-għan ta' pproċessar tat-talbiet għall-awtoritzzazzjoni. Artikolu 6 51. Għall-fini ta' traċċar, l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla, u l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni u dokumentazzjoni mehmuża għandhom flimkien jinkludu informazzjoni li tinkludi: 52. Id-dati tal-ħruġ u l-iskadenza tal-awtorizzazzjonijiet; 53. il-post minn fejn ħarġu l-awtorizzazzjonijiet; 54. il-pajjiż esportatur; 55. il-pajjiż importatur; 56. fejn appikabbli, il-pajjiżi terzi ta' tranżitu; 57. id-destinatarju; 58. id-destinatarju aħħari, jekk magħruf fil-ħin tal-konsinja; 59. deskrizzjoni u l-kwantità ta' armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u minizzjon, inkluż il-marka applikat mal-armi tan-nar. 60. L-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1, jekk inkluża fl-awtorizzazzjoni, għandha tiġi pprovduta mill-esportatur bil-quddiem lill-pajjiżi terzi ta' transitu, l-aktar tard qabel jitlaq il-vjeġġ. Artikolu 7 61. Il-proċeduri ssimplifikati stipulati fil-paragrafi 2,3 u 4 għandhom japplikaw għall-esportazzjoni temporanja ta' armi tan-nar għal raġunijiet legali verifikabbli, li jinkludu l-kaċċa, sparar bħala sport, evalwazzjoni, wirjiet u tiswija. 62. Il-miżuri ta' transitu kif stabbiliti minn dan ir-Regolament ma japplikawx għal-esportazzjonijiet temporanji. 63. Meta jitilqu territorju doganali tal-Unjoni minn punt ta' qsim tal-fruntiera esterna tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom, għall-esportazzjoni temporanja ta' arma tan-nar jew aktar matuul vjaġġ f'pajjiż terz, il-kaċċaturi u dilettanti tal-isparar jistgħu jipproduċu pass Ewropew tal-armi tan-nar skont l-Artikoli 1 u 12 tad-Direttiva 91/477/KEE, permess nazzjonali għall-kaċċa, jew dokument nazzjonali validu ieħor maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom. 64. Meta jitilqu territorju doganali tal-Unjoni minn punt ta' qsim tal-fruntiera esterna tal-Istat Membru li mhuwiex dak tar-residenza tagħhom, għall-esportazzjoni temporanja ta' arma tan-nar jew aktar matuul vjaġġ f'pajjiż terz, il-kaċċaturi u dilettanti tal-isparar jistgħu jipproduċu pass Ewropew tal-armi tan-nar maħruġ skont l-Artikoli 1 u 12 tad-Direttiva 91/477/KEE mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom. 65. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih hemm il-punt tal-qsim tal-fruntiera esterna tal-Unjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza tal-kaċċatur jew dilettant tal-isparar li ħarġet il-pass Ewropew tal-Armi tan-Nar bid-data tal-esportazzjoni temporanja, il-kwantità ta' armi tan-nar li ġew esportati temporanjament u d-data ta' ritorn prospettiva, kid iddikjarata mill-kaċċatur jew mid-dilettant tal-isparar fil-mument tal-esportazzjoni temporanja. 66. Kaċċaturi u dilettanti tal-isparar li bi ħsiebhom jagħmlu użu mill-proċedura ssimplifikata imsemmija f'paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jissostanzjaw ir-raġunijiet għall-vjaġġ tagħhom, b'mod partikolari billi jipproduċu stedina jew prova oħra għall-attivitajiet tagħhom ta' kaċċa jew sparar fil-pajjiż terz ta' destinazzjoni. Artikolu 8 67. F'deċiżjoni ta' jekk għandhiex tingħata jew le awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni taħt dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha inklużi, fejn xieraq: 68. l-obbligi u l-impenji li kull wieħed minnhom aċċetta bħala membru tar-reġimi internazzjonali ta’ non-proliferazzjoni rilevanti u l-arranġamenti tal-kontroll tal-esportazzjoni, jew b’ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti; 69. l-obbligi tagħhom taħt sanzjonijiet imposti mid-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill jew minn deċiżjoni tal-Organizzazzjoni tas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) jew minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, f'mod partikolari fuq embargoes tal-armi; 70. kunsiderazzjonijiet ta' politika barranija u ta' sigurtà nazzjonali, inklużi dawk koperti mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill Nru. 2008/944/CFSP[23], 71. konsiderazzjonijiet dwar użu finali intenzjonat, id-destinatarju u r-riskju ta’ devjazzjoni. 72. Barra l-kriterji mniżżlin fil-paragrafu 1, meta tkun ivvalutata applikazzjoni għal awtorizzazzjoni globali għal esportazzjoni l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-applikazzjoni mill-esportatur ta’ mezzi u proċeduri proporzjonati u adegwati biex tkun żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u mat-termini u l-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. Artikolu 9 73. L-Istati Membri għandhom: 74. Jirrifjutaw li joħorġu awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni jew esportazzjoni multipla jekk il-persuna naturali jew legali li tkun qed għal tali awtorizzazzjoni jkollha rekords preċedenti kriminali rigward it-traffikar illegali ta' armi tan-nar, il-parijiet u komponenti essenzjali taghħom jew minizzjon, jew ta' reati serji oħra; 75. iħassru, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla jekk il-kundizzjonijiet biex din tingħata ma jibqgħux issodisfati. 76. Meta Stati Membri jirrifjutaw, iħassu, jissospendu jew jirrevokaw awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati u jaqsmu l-informazzjoni relevanti magħhom. Fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu ssospendew awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni, l-evalwazzjoni finali għandha tkun ikkomunikata lill-Istati Membri l-oħra fl-aħħar tal-perijodu ta’ sospensjoni. 77. Qabel mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru, li jaġixxu taħt dan ir-Regolament, joħorġu awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla għandhom jeżaminaw iċ-ċaħdiet taħt dan ir-Regolament li dwarhom ġew notifikati sabiex jiżguraw jekk awtorizzazzjoni kenitx miċħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jew Stati Membri oħra għal tranżazzjoni essenzjalment identika (jiġifieri oġġett essenzjalment bl-istess parametri jew karatteristiċi tekniċi għall-istess importatur jew destinatarju). Huma l-ewwel għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat jew Stati Membri li ħarġu ċaħda/ċaħdiet kif previst fil-paragrafi 1 u 2. Jekk wara konsultazzjoni bħal din l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jiddeċiedu li jagħtu awtorizzazzjoniż huma għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra billi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha biex jispjegaw id-deċiżjoni. 78. L-informazzjoni kollha skambjata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandha tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17, (2) rigward il-konfidenzjalità ta’ informazzjoni bħal din. Artikolu 10 Skont il-liġi nazzjonali jew il-prattika fis-seħħ tagħhom, l-Istati Membri għandhom iżommu – għal mhux inqas minn għoxrin sena – l-informazzjoni kollha rigward l-armi tan-nar u, fejn xieraq u fattibbli, il-partijiet u komponenti essenzjali tagħhom u l-munizzjon, li huwa neċessarju għat-traċċar u l-identifikazzjoni ta' dawk l-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti essenzjali tagħhom u l-munizzjoni, u għall-prevenzjoni u s-sejbien illegali ta' dawk il-prodotti. Tali informazzjoni għandha tinkludi l-post, id-data tal-ħruġ u d-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni; il-pajjiż esportatur; il-pajjiż importatur; fejn appikabbli, il-pajjiż terz ta' tranżitu; id-destinatarju; id-destinatarju aħħari, jekk magħruf fil-ħin tal-konsinja; U d-deskrizzjoni u l-kwantità tal-artikoli, inkluż il-marka applikata fuqhom. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal esportazzjonijiet temporanji li jagħmlu l-kaċċaturi u dilettanti tal-isparar imsemmija fl-Artikolu 7. Artikolu 11 79. Stati Membri jistgħu jitolbu lill-pajjiż terz importatur biex jikkonferma li l-kunsinja li tkun telqet ta' armi tan-nar, il-partijiet u l-kompenenti essenzjali tagħhom u l-munizzjoni tkun waslet. 80. Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pajjiż terz esportatur bil-wasla fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni tal-kunsinja tal-armi tan-nar, il-partijiet u komponenti essenzjali tagħhom jew munizzjon. Tali konferma għandha tiġi ppruvata fil-prinċipju billi jiġi pprovduti d-dokumenti tal-importazzjoni doganali relevanti. L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss jekk il-pajjiż terz esportatur li jagħmel it-talba jkun diġà Stat li hu Parti għall-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar fiż-żmien tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. 81. L-Istati Membri għandhom josservaw paragrafi 1 u 2 skont il-liġijiet u l-prattiku fis-seħħ f'pajjiżhom. B'mod partikolari, rigward l-esportazzjonijiet lejnpajjiżi terzi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista' tiddeċiedi jew li tindirizza lill-esportatur jew li tagħmel kuntatt dirett mal-pajjiż terz importatur. Artikolu 12 L-Istati Membri għandhom – safejn possibbli – jieħdu tali miżuri kif meħtieġ biex jiżguraw li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni jkunu siguri u li d-dokumenti ta' awtentiċità tal-awtorizzazzjoni jistgħu jkunu vverifikati jew ivvalidati. Il-verifika u l-validazzjoni jistgħu wkoll, fejn xieraq, jiġu żgurati permezz tal-mezzi diplomatiċi. Artikolu 13 Sabiex ikun assigurat li dan ir-Regolament huwa applikat kif suppost, kull Stat Membru għandu jieħu kwalunkwe miżura meħtieġa biex ikun permess lill-awtoritajiet kompetenti: 82. Li jiġbru informazzjoni dwar kwalunkwe ordni jew tranżazzjoni li tinvilvi l-armi tan-nar, il-partijiet u komponenti essenzjali tagħhom u munizzjon; 83. li jistabilixxu li l-miżuri ta' kontroll fuq l-esportazzjoni huma applikati kif suppost, li jista' jinkludi b'mod partikulari l-poter għad-dħul fil-postijiet ta' persuni b'interess f'tranżazzjoni ta' esportazzjoni. Artikolu 14 L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jassiguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. KAPITOLU III TAĦT PROĊEDURA DOGANALI Artikolu 15 84. Meta jikkompleta l-formalitajiet għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju fl-uffiċċju doganali responsabbli għall-immaniġġar tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, l-esportatur għandu jforni prova li kiseb kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni meħtieġa. 85. L-esportatur jista jintalab traduzzjoni ta' kwalunkwe dokumenti forniti bħala prova f'lingwa uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni hi ppreżentata. 86. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe setgħa mogħtija lilu taħt, u skont, ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92, Stat Membru jista’ għal perijodu li ma jeċċedix għaxartijiem xogħol jissospendi l-proċess ta’ esportazzjoni mit-territorju tiegħu, jew, jekk meħtieġ, b’mod ieħor jipprevjeni armi tan-nar, il-partijiet u komponenti essenzjali tagħhom jew munizzjon li huma koperti minn awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni valida milli joħorġu mill-Unjoni permezz tat-territorju tiegħu, fejn għandu raġunijiet biex jissuspetta li: 87. ma tteħidx kont ta’ informazzjoni rilevanti meta ngħatat l-awtorizzazzjoni, jew 88. iċ-ċirkustanzi nbidlu materjalment minn meta ngħatat l-awtorizzazzjoni. 89. Fil-perjodu imsemmi f'paragrafu 3, l-Istat Membru għandu jew jirrilaxxa l-armi tan-nar, il-partijiet u komponenti essenzjali tagħhom jew munizzjon jew jieħu azzjoni skont l-Artikolu 9(1)(b) ta' dan ir-Regolament. Artikolu 16 90. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-formalitajiet tad-dwana għall-esportazzjoni ta' l-oġġetti ta' użu doppju jistgħu jitkomplew biss f'uffiċji tad-dwana mogħtija s-setgħa għal dak il-għan aħħari. 91. L-Istati Membri li jużaw l-għażla mniżżla fil-paragrafu 1 għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-uffiċċji doganali debitament mogħtija s-setgħa. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fis-serje C tal- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . KAPITOLU IV KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA Artikolu 17 92. L-Istati Membri, b'koperazzjoni mal-kummissjoni, għandhom jieħdu l-miżuri kollha adatti biex ikunu stabbiliti kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effiċjenza tal-miżuri stabbiliti minn dan ir-Regolament. Informazzjoni bħal din tista’ tinkludi: 93. dettalji tal-esportaturi li l-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni ġiet rifjutata jew esportaturi li huma s-suġġett ta' deċiżjonijiet li jkunu ħadu Stati Membri skont l-Artikolu 9; 94. data dwar destinatarji jew atturi oħra involuti f’attivitajiet suspettużi, u, fejn disponibbli, ir-rotot użati. 95. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997[24], u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet f'dak ir-Regolament dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, għandhom japplikaw mutatis mutandis , mingħajr preġudizzju għal Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament. IL-KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI Artikolu 18 96. Għandu jitwaqqaf Grupp ta' Koordinazzjoni għall-Esportazzjoni tal-Armi tan-Nar ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant għal dan il-Grupp. Il-Grupp ta' Koordinazzjoni għall-Esportazzjoni tal-Armi tan-Nar għandu jeżamina kwalunkwe kwistjoni rigward l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li tista’ titqajjem jew mill-president jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru. Dan għandu jkun marbut bir-regoli tal-kunfidenzjalità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97. 97. Il-President tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Esportazzjoni tal-Armi tan-Nar jew il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu, kull meta jikkunsidra li huwa meħtieġ, jikkonsulta lill-partijiet interessati, ikkonċernati minn dan ir-Regolament. Artikolu 19 98. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati biex ikun implimentat dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 14. 99. Sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Istti Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5, 7, 9 u 15. Abbażi tal-informazzjoni mgħoddija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni u kull sena għandha tippubblika u taġġorna lista ta' dawn l-awtoritajiet kull sena fis-serje C tal- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 100. Kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tiegħu, li jista’ jinkludi proposti biex jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha adatta għat-tħejjija tar-rapport. Artikolu 20 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-mija u għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament għandu japplika mid-data li minnha l-Unjoni Ewropea ssir Parti tal-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar, wara li din tiġi konkluża skont l-Artikolu 218 tat-Trattat. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS [25] Lista tal-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti essenzjali tagħhom u l-munizzjon kif jirreferi g]alihom l-Artikolu 2(1) u (4): Kodiċi u Deskrizzjoni tan-Nomenklatur Magħquda Kodiċi NM | Deskrizzjoni | A: Armi tan-nar | 9302 00 00 | Rivolvers u pistoli, ħlief dawk tal-intestatura 9303 jew 9304 | 9303 | Armi tan-nar oħra inklużi snieter u azzarini tal-kaċċa. | 9303 20 | Snieter oħrajn tal-isports, għal kaċċa jew sparar għal targits, inklużi snieter-azzarini kombinati: | 9303 20 10 | B’kanna waħda, bit-toqba lixxa | 9303 20 95 | Oħrajn: | 9303 30 00 | Azzarini oħrajn tal-isports, għal kaċċa jew sparar għal targits | 9303 90 00 | Oħrajn. | 9304 00 00 | Armi oħrajn (pereżempju,snieter u pistoli fil-molla, bl-arja jew gass). | B: Partijiet u komponenti essenzjali | 9305 | Partijiet u aċċessorji tal-apparat tal-intestatura 9302 sa 9304 | 9305 10 00 | - Ta’ rivolvers jew pistoli | − Ta’ snieter jew azzarini ta’ intstaturi 9303: | 9305 21 00 | – – Kanen tas-snieter | 9305 29 00 | – – Oħrajn | 9305 99 00 | – – Tagħrif ieħor | C: Munizzjon | 9306 | Skrataċ u munizzjon u projettili oħrajn u munizzjon u partijiet tagħhom, inklużi tiri | – Skrataċ tas-snieter u partijiet tagħhom; | 9306 21 00 | – – Skrataċ | 9306 29 | – – Oħrajn: | 9306 29 40 | – – –Każi | 9306 29 70 | – – – Oħrajn | 9306 30 | − Skrataċ oħrajn u l-partijiet tagħhom: | 9306 30 10 | – – Għal rivolvers u pistoli tal-intestatura 9302 | – – – Oħrajn: | 9306 30 91 | – – – – Skrataċ jisparaw ċentru | 9306 30 93 | – – – – Skrataċ jisparaw fix-xfar | 9306 30 97 | – – – – Oħrajn | 9306 90 | – Oħrajn: | 9306 90 90 | – – Oħrajn | [1] Meta ssir referenza storika għall-'Komunità Ewropea' il-qarrej għandu jżomm f'moħħu li l-Unjoni Ewropea issostitwiet u segwiet il-Komunità Ewropea fid-data meta daħal fis-seħħ it-'Trattat ta' Liżbona' fl-1 ta' Diċembru 2009, skont l-Artikolu 1 paragrafu tlieta tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (ĠU C115 tad-9 ta' Mejju 2008, p. 13). [2] http://treaties.un.org/Pages/ViewDetails.aspx?src=TREATY&mtdsg_no=XVIII-12-c&chapter=18&lang=en [3] COM(2005) 329 finali. [4] Xogħol li kien jinkludi l-aġġornament tad-Direttiva 91/477/KEE dwar il-pussess u t-trasfermenti ta' armi tan-nar fi ħdan l-UE, kif emendata mid-Direttiva 2008/51/KE, li tindirizza partijiet oħra tal-UNFP minn perspettiva tas-suq intern. [5] Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/748/KE tas-16 ta' Ottubru 2001 (ĠU L 280, 24 ta' Ottubru 2001). [6] ĠU C 198, 12.8.2005, punt 4.2, Ordni legali Internazzjonali, (o), p.20. [7] Dokument tal-Kunsill tal-UE Nru. 17024/09, CO EUR-PREP 3 JAI 896 POLGEN 229 tat- 2 ta' Diċembru 2009. [8] ĠU, C115, tad-9 ta' Mejju 2008, p. 47. [9] Mill-perspettiva tas-Suq intern, id-Direttiva 91/477 hija applikabbli għal trasferimenti fi ħdan l-UE (ara wkoll nota tal-qiegħ 4). [10] ĠU L 134 tad-29.5.2009, p. 1. [11] ĠU L 280, 24.10.2001, p. 5. [12] L-Unjoni Ewropea issostitwiet u segwiet il-Komunità Ewropea fl-1 ta' Diċembru 2009, id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 1, it-tielet paragrafu tiegħu (ĠU C 115 tad-9 ta' Mejju 2008, p. 13). [13] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. [14] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1. [15] COM(2005) 329 finali. Il-Komunikazzjoni ħabbret ukoll il-modifika teknika tad-Direttiva 91/477 immirata biex tintegra d-dispożizzjonijiet xierqa meħtieġa mill-Protokoll tan-NU rigward trasferimenti ta' armi intra-Komunità kkunsidrati mid-Direttiva, fl-aħħar emdata mid-Direttiva 2008/51/KE ppubblikata fil-ĠU 179, 8.7.2008, p 5. [16] ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1. [17] ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51. [18] ĠU L 256, 7.9.1987, p.1. [19] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. [20] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. [21] ĠU L 145, 4.6.2008, p.1. [22] ĠU L 134, 29.5.2009, p.1. [23] ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99. [24] ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1. [25] Ibbażat fuq in-Nomenklatura Magħquda tal-oġġetti kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.