Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill, fl-ewwel qari, dwar l-adozzjoni ta’ proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-qafas għall-isfruttar ta’ Sistemi tat-Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ mezzi oħrajn tat-trasport (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) /* KUMM/2010/0251 finali - COD 2008/0263 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 18.5.2010 KUMM(2010)251 finali 2008/0263 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEWskont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropeadwar il-pożizzjoni tal-Kunsill, fl-ewwel qari, dwar l-adozzjoni ta’ proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-qafas għall-isfruttar ta’ Sistemi tat-Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ mezzi oħrajn tat-trasport (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2008/0263 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill, fl-ewwel qari, dwar l-adozzjoni ta’ proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-qafas għall-isfruttar ta’ Sistemi tat-Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ mezzi oħrajn tat-trasport 1. IL-KUNTEST Id-data ta’ meta l-proposta ntbagħtet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill COM(2008)0887 - 2008/0263(COD) | Is-16 ta’ Diċembru 2008 | Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | It-13 ta’ Mejju 2009 | Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew wara l-ewwel qari: | It-23 ta’ April 2009 | Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: | L-10 ta’ Mejju 2010 | 2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI Is-sistemi tat-trasport intelliġenti (minn hawn ’il quddiem imsejħin is-STI) qed jiġu sfruttati fil-qasam tat-trasport bit-triq b’pass ħafna iktar bil-mod milli fil-mezzi l-oħrajn tat-trasport, u s-servizzi tas-STI ħafna drabi qed jiġu sfruttati b’mod frammentat. Il-ftehimiet volontarji u l-istandardizzar ma wasslux għal progress sinifikanti f’termini tal-isfruttar u tal-użu tat-tali sistemi. Għalhekk, il-Kummissjoni ressqet pjan ta’ azzjoni u proposta għal direttiva ta’ qafas dwar l-isfruttar tas-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ mezzi oħrajn tat-trasport. Filwaqt li l-pjan ta’ azzjoni jidentifika sitt oqsma ta’ prijorità u l-miżuri marbutin magħhom sabiex jitħaffu l-isfruttar u l-interoperabbiltà tas-STI fit-trasport bit-triq madwar l-Unjoni Ewropea kollha, id-Direttiva tipprovdi l-qafas legali għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet meħtieġa sabiex is-STI jiġu sfruttati u jintużaw b’mod effettiv u kkoordinat. Fil-kuntest ta’ dan il-qafas, il-proposta tipprevedi d-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni sabiex din tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati meħtieġa sabiex ikunu żgurati l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità tal-isfruttar tas-STI u tal-użu operattiv tagħhom. 3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL Il-pożizzjoni tal-Kunsill bidlet xi ftit il-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Filwaqt li qieset l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew, hija ċċarat l-ambitu tad-Direttiva billi speċifikat l-oqsma ta’ prijorità u billi ffukat, l-ewwel u qabel kollox, fuq sitt azzjonijiet ta’ prijorità biex jiġu żviluppati u użati l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Il-pożizzjoni tal-Kunsill saħqet mill-ġdid fuq l-importanza, fil-kuntest tal-isfruttar tas-STI, li titħares id-dejta personali u fuq l-importanza tal-kwistjonijiet ta’ responsabbiltà, kif enfasizzaw l-Parlament Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fl-opinjoni tiegħu. Bl-emendi ż-żgħar li saru meta mqabbla mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tirrifletti l-qbil li ntlaħaq bejn l-istituzzjonijiet u li kien ikkonfermat permezz ta’ skambju tal-ittri bejn il-president tal-Kumitat tal-COREPER I u l-president tal-Kumitat dwar it-Trasport u t-Turiżmu tal-Parlament Ewropew f’Marzu 2010. Il-Kummissjoni tqis li dan il-ftehim jikkonforma bis-sħiħ mal-għan tal-proposta tagħha, u għalhekk, hija tista’ tappoġġah. Il-ftehim jipprevedi tliet stqarrijiet min-naħa tal-Kummissjoni u stqarrija mit-tliet istituzzjonijiet, li huma mogħtija fl-Anness għal din il-Komunikazzjoni u li se jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali flimkien mal-att leġiżlattiv. ANNESS IL-istqarrijiet tal-Kummissjoni Stqarrija tal-Kummissjoni dwar l-isfruttament tal-azzjonijiet ta’ prijorità dwar is-STI 1. L-Artikolu 6(2) tat-test tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari jgħid dan li ġej: “1a. Il-Kummissjoni għandha timmira li tadotta speċifikazzjonijiet għal azzjoni waħda jew iktar mill-azzjonijiet ta’ prijorità sal-...[1]. Sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar minn meta jiġu adottati l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għal azzjoni ta’ prijorità, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq u wara li tkun wettqet valutazzjoni tal-impatt li tinkludi analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-isfruttament ta’ din l-azzjoni ta’ prijorità skont l-Artikolu 294 tat-TFUE. " 2. Abbażi tat-tagħrif li huwa disponibbli bħalissa, il-Kummissjoni hija tal-fehma li sabiex jiġu adottati l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għall-azzjonijiet ta’ prijorità msemmijin fl-Artikolu 3, tista’ tkun prevista l-iskeda indikattiva li ġejja: Speċifikazzjonijiet għal: | Sa mhux aktar tard minn tmiem is-sena: | il-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni multimodali dwar l-ivvjaġġar madwar l-UE kollha, kif stipulat fl-Artikolu 3(a) | 2014 | il-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali madwar l-UE kollha, kif stipulat fl-Artikolu 3(b) | 2013 | id-dejta u l-proċeduri, fejn possibbli, għall-forniment b’xejn ta’ informazzjoni minima universali lill-utenti dwar it-traffiku b’rabta mas-sikurezza fit-toroq, kif stipulat fl-Artikolu 3(c) | 2012 | il-forniment armonizzat tas-servizz interoperabbli ta’ telefonati tal-emerġenza msejjaħ “eCall” madwar l-UE kollha, kif stipulat fl-Artikolu 3(d) | 2012 | il-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar postijiet sikuri u mingħajr periklu fejn wieħed jista’ jipparkja t-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali, kif stipulat fl-Artikolu 3(e) | 2012 | il-forniment ta’ servizzi li jirriżervaw postijiet sikuri u mingħajr periklu fejn wieħed jista’ jipparkja t-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali, kif stipulat fl-Artikolu 3(f) | 2013 | It-tabella nru 1: Skeda indikattiva għall-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-azzjonijiet ta’ prijorità Din l-iskeda indikattiva hija msejsa fuq is-suppożizzjoni li jintlaħaq ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar id-Direttiva dwar is-STI kmieni fit-tieni qari fil-bidu tal-2010.” Stqarrija tal-Kummissjoni dwar ir-responsabbiltà “L-isfruttar u l-użu tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi tas-STI jistgħu jqajmu għadd ta’ kwistjonijiet ta’ responsabbiltà li jistgħu jkunu ta’ xkiel ewlieni għall-penetrazzjoni ta’ xi servizzi tas-STI b’mod ġenerali fis-suq. Waħda mill-azzjonjiet ta’ prijorità li ressqet il-Kummissjoni fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar is-STI hija li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati. Billi tqis il-leġiżlazzjoni eżistenti kemm nazzjonali u kif ukoll tal-Komunità dwar ir-responsabbiltà, u b’mod partikulari d-Direttiva 1999/34/KE, il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib l-iżviluppi li jseħħu fl-Istati Membri dwar l-isfruttar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-STI. Jekk ikun meħtieġ u xieraq, il-Kummissjoni se telabora l-linji gwida dwar ir-responsabbiltà, u tiddeskrivi b’mod partikulari l-obbligi tal-partijiet interessati b’rabta mal-implimentazzjoni u mal-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-STI.” Stqarrija tal-Kummissjoni dwar in-notifika dwar l-atti ddelegati “Il-Kummissjoni Ewropea tinnota li, għajr fil-każijiet meta l-att leġiżlattiv ikun jipprevedi l-użu ta’ proċedura ta’ urġenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jikkunsidraw li fin-notifika tal-atti ddelegati għandhom jitqiesu l-perjodi tal-vaganzi tal-istituzzjonijiet (fix-xitwa, fis-sajf u waqt l-elezzjonijiet Ewropej), biex jiġi żgurat li huma jkunu jistgħu jużaw il-prerogattivi tagħhom fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-atti leġiżlattivi rilevanti, u hija lesta taġixxi skont dan.” ANNESS II Stqarrija istituzzjonali Stqarrija tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 290 tat-TFUE “Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għal kwalunkwe pożizzjoni li l-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu fil-ġejjieni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-TFUE jew ta’ atti leġiżlattivi individwali li jkun fihom dispożizzjonijiet ta’ dan it-tip.” [1] Jekk joġħġbok daħħal id-data: 30 xahar wara li tidħol fis-seħħ din id-Direttiva.