Proposta għal regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../.. li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti sistemi ta' skannjar tal-merkanzija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina /* KUMM/2010/0237 finali - NLE 2010/0127 */
[pic] | KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 18.5.2010 KUMM(2010)236 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Il-kuntest tal-proposta | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ("ir-Regolament bażiku") fil-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. | Il-kuntest ġenerali Din il-proposta saret fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hi r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Bir-Regolament (KE) Nru 1247/2009 l-Kummissjoni imponiet dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. | Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. | 2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u stima tal-impatt | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. | Ġbir u użu tal-kompetenzi | Ma kienx hemm bżonn ta’ kompetenza esterna. | Stima tal-impatt Din il-proposta hi r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima ġenerali tal-impatt iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu evalwati. | 3. Elementi ġuridiċi tal-proposta | Sommarju tal-azzjoni proposta Fit-8 ta' April 2009, il-Kummissjoni tat bidu għal proċediment tal-antidumping fir-rigward ta' ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. L-investigazzjoni sabet li l-prodott ikkonċernat kien l-oġġett ta' dumping, bi ħsara għall-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni sabet ukoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji ma kinitx kontra l-interess tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, ġew imposti miżuri provviżorji permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1247/2009. Il-proposta għal Regolament tal-Kunsill mehmuża hi msejsa fuq is-sejbiet definittivi dwar id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess Komunitarju; l-investigazzjoni li segwiet l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji ikkonfermat is-sejbiet provviżorji ewlenin. Għalhekk, ġie propost li l-Kunsill jadotta l-proposta għal Regolament mehmuża biex jiġu imposti miżuri definittivi. | Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma jgħoddx. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li l-forma tal-azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħalli l-ebda ambitu għal deċiżjonijiet nazzjonali. | L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa minimizzat u proporzjonat mal-għan tal-proposta, mhix applikabbli. | Għażla tal-istrumenti | L-istrument propost: Ir-Regolament tal-Kunsill. | Mezzi oħrajn ma jkunux xierqa minħabba li r-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi. | 4. Implikazzjoni għall-baġit | Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. | Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] (ir-‘Regolament bażiku’), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: 1. PROĊEDURA 1.1. Miżuri provviżorji (1) Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 1247/2009 ('ir-Regolament provviżorju')[2] imponiet dazju provviżorju ta' antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. ('ir-RPĊ' jew il-'pajjiż ikkonċernat'). (2) Il-proċediment inbeda wara li tressaq ilment mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli (EUROMETAUX) ("il-kwerelant") f’isem produttur li jirrappreżenta proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ ċerti wajers tal-molibdenu. (3) Kif stipulat fil-premessa 13 tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' April 2008 sal-31 ta' Marzu 2009 (‘il-perjodu ta’ investigazzjoni’ jew il-‘PI’). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu minn Marzu 2005 sa tmiem il-PI (il-"perjodu meqjus"). 1.2. Il-proċedura sussegwenti (4) Wara l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom kien deċiż li jkunu imposti miżuri provviżorji antidumping ('l-iżvelar provviżorju'), għadd ta' partijiet interessati ressqu preżentazzjonijiet bil-miktub biex juru l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li talbu li jinstemgħu, ingħataw l-opportunità. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew immodifikati skont dan. (5) Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju definittiv ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw fir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti miksuba permezz tad-dazju provviżorju ('żvelar finali'). Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu l-appelli wara li dan ġie żvelat. 2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI (6) Fin-nuqqas ta' xi kummenti dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-premessi (14) sa (17) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati. 3. DUMPING 3.1. Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (TES) – Trattament Individwali (TI) (7) Minħabba li ma kien hemm l-ebda kummenti dwar is-sejbiet tat-TES u t-TI, il-premessi (18) sa (23) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 3.2. Valur normali (8) Wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, il-produttur esportatur li kkoopera kkontesta l-użu tal-prezzijiet ta' esportazzjoni mill-Istati Uniti lil pajjiżi oħra (inkluża l-Unjoni) bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali għar-RPĊ. Minflok, ġie propost li jintuża l-prezz li propju tħallas jew huwa pagabbli lill-Unjoni għal prodott simili, għaliex tqies li l-valur normali ddeterminat fuq dan il-bażi jagħti marġini tad-dumping iktar baxx għar-RPĊ. (9) L-istess produttur talab li l-valur normali għandu jiġi aġġustat 'l isfel sabiex iqis l-effiċjenzi li jgawdi bħala l-produttur integrat vertikalment meta mqabbel mal-kwerelent jew mal-produttur tal-pajjiż analogu li m'għandhomx faċilitajiet ta' minjieri għall-materjal tal-materja prima ewlenija, il-mineral tal-molibdenu. (10) Fir-rigward tal-ewwel talba ġie nnutat li l-użu tal-prezzijiet mħallsa jew pagabbli fl-Unjoni huwa għażla prevista fl-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku li jrid jintuża biss meta l-għażliet l-oħra previsti fl-istess Artikolu ma jistgħux jiġu applikati. Minħabba li din il-kooperazzjoni fil-proċediment inkisbet minn produttur ta' pajjiż terz, u għalhekk kien possibbli li tintuża l-għażla ta' prezz mill-ekonomija tas-suq ta' pajjiż terz lejn pajjiżi oħra, mhemm ebda ġustifikazzjoni legali biex tapplika l-għażla residwa tal-Artikolu 2(7)(a). It-talba kienet għalhekk irrifjutata. (11) Dwar it-tieni talba ta' min jinnota li l-produttur li kkoopera ma pprovda ebda evidenza biex juri li l-livell ta' produtturi huwa fattur li jaffettwa l-prezzijiet u l-kompatibilità tal-prezzijiet. It-talba ġiet għalhekk irrifjutata. (12) Ċerti partijiet ikkuntestaw l-għażla tal-pajjiż produttur analogu minħabba l-fatt li din il-kumpanija fl-Istati Uniti hija kumpanija dipendenti tal-kwerelant. F'dan ir-rigward ta' min jinnota l-fatt li kumpanija fil-pajjiż analogu propost hija kumpanija relatata tal-kwerelant ma pprekludiex li l-informazzjoni miksuba kienet affidabbli u li tista' tiġi vverifikata. (13) Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-valur normali, li jbiddlu s-sejbiet provviżorji, il-premessi (24) sa (25) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati. 3.3. Prezz tal-esportazzjoni (14) Fin-nuqqas ta' kummenti rigward il-prodott simili, il-premessa (26) tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk ikkonfermata. 3.4. Tqabbil (15) Ġie nnutat li l-aġġustament tat-tassazzjoni indiretta msemmija fil-premessa (27) tar-Regolament provviżorju huwa ta' 5 % u jirrappreżenta d-differenza bejn il-VAT pagabbli fuq il-bejgħ domestiku u dak pagabbli fuq it-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tal-esportazzjoni waqt li titqies ir-rifużjoni tal-VAT fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni. Il-produttur esportatur li kkoopera kkuntesta l-mod kif dan l-aġġustament ġie applikat u ddikjara li jrid ikun ikkalkulat bħala fattur li jnaqqas il-prezz ta' esportazzjoni. (16) Fir-rigward ta' din it-talba, ġie nnutat li l-aġġustament kien ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku li jipprovdi għal aġġustament għall-valur normali għall-ħlasijiet fuq l-importazzjoni u t-taxxi indiretti – kategorija li tinkludi l-VAT. Fuq din il-bażi, l-asserzjoni ma ntlaqgħetx. (17) Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-paragun, li jbiddlu s-sejbiet provviżorji, il-premessa (27) tar-Regolament provviżorju hija b'dan ikkonfermata. 3.5. Il-marġini tad-dumping (18) Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-konklużjoni dwar id-dumping, kif stabbilita fil-premessi (28) sa (29) tar-Regolament provviżorju, b'68,4% mal-pajjiż kollu, hija b'dan ikkonfermata. 4. ĦSARA 4.1. Produzzjoni tal-Unjoni (19) Ta' min jiftakar li sabiex titħares l-informazzjoni kunfidenzjali tan-negozji ta’ dak il-produttur, iċ-ċifri kollha relatati ma’ dejta sensittiva mogħtija hawn taħt ġew indiċjati jew ingħataw f'firxa. (20) Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-produzzjoni tal-Unjoni, il-premessi minn (30) sa (31) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 4.2. Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni (21) Fin-nuqqas ta' kummenti u sejbiet ġodda fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-premessa (32) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata. (22) Fir-rigward tal-premessa (33) tar-Regolament provviżorju, ġie nnutat li abbażi tal-kummenti li waslu minn parti interessata instab żball klerikali. Is-sena fiskali ('FY') 2005 tal-produttur tal-Unjoni ikopri l-perjodu mill-1 ta' Marzu 2005 sat-28 ta' Frar 2006 u mhux il-perjodu mill-1 ta' Marzu 2004 sat-28 ta' Frar 2005 kif indikat f'dik il-premessa. Għalhekk, il-punt ta' bidu tal-valutazzjoni tad-dannu effettivament kien Marzu 2005. 4.3. Il-konsum fl-Unjoni (23) Huwa mfakkar li l-konsum tal-Unjoni kien stabbilit billi ngħaddew flimkien il-volum totali tal-bejgħ tal-produtturi fl-Unjoni u l-importazzjonijiet kollha minn pajjiżi terzi miġbura mill-Eurostat. Ta' min jiftakar ukoll li minħabba li l-kodiċi NM li taħtu l-prodott ikkonċernat huwa ddikjarat jinkludi wkoll prodotti oħra li jaqgħu barra l-ambitu ta' din l-investigazzjoni u minħabba li mhemmx statistiċi speċifiċi ta' importazzjoni disponibbli biss għall-prodott ikkonċernat, id-dejta tal-Eurostat ġiet aġġustata skont il-metodu ssuġġerit fl-ilment. Din il-metodoloġija hija bbażata fuq il-paragun tal-valuri tal-importazzjoni mir-RPĊ bil-valuri tal-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni. (24) Madankollu, fl-istadju provviżorju, id-dejta ta' importazzjoni użata kkorrispondiet għas-snin kalendarji filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-produtturi magħrufa kienu bbażati fuq is-snin fiskali. Parti waħda kkontestat din id-diskrepanza fil-perjodu użat għad-determinazzjoni tal-konsum u talbet li l-importazzjonijiet għandhom jiġu bbażati wkoll fuq is-snin fiskali. (25) It-talba tqieset li kienet waħda valida u, għalhekk, id-dejta tal-Eurostat ġiet aġġustata biex tikkorrispondi mal-istess perjodi, prinċipalment is-snin fiskali. B’riżultat ta’ dan, iċ-ċifri tal-konsum tal-Unjoni mogħtija fit-tabella 1 tar-Regolament provviżorju ġew aġġustati kif ġej: il-figuri ġodda kienu kif previst fit-Tabella 1 fit-tabella li ġejja: Tabella 1 Konsum tal-Unjoni | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | PI | Tunnellati | 403 | 396 | 430 | 396 | 358 | Indiċi 2005=100 | 100 | 98 | 107 | 98 | 89 | (26) Kollox ma' kollox, il-konsum tal-Unjoni tal-wajers tal-molibdenu naqsu bi 11 % tul il-perjodu kkunsidrat. Id-domanda naqset ftit bi 2 % fl-2006 u telgħet b'9 % fl-2007 u wara dan niżlet fl-2008 u fil-PI, minħabba l-impatt negattiv tal-kriżi ekonomika. 4.4. L-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea mir-RPĊ 4.4.1. Volum u sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (27) Wara li ġie aċċettat l-argument imsemmi fil-premessa (25) ta' hawn fuq, it-tabella hawn taħt turi l-volumi totali ta' importazzjoni, l-ishma tas-suq u l-prezzijiet tal-wajers tal-molibdenu fis-suq tal-Unjoni waqt il-perjodu meqjus. Ġie nnutat li din ir-reviżjoni ma affettwatx il-volumi ta' importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat fil-PI. Tabella 2 L-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | PI | Tunnellati | 42 | 56 | 87 | 100 | 97 | Indiċi 2005=100 | 100 | 133 | 207 | 238 | 231 | Sehem fis-suq Indiċi 2005=100 | 100 | 136 | 194 | 243 | 261 | Il-prezzijiet (EUR/tunnellata metrika) Indiċi | 53 202 100 | 62 198 117 | 56 046 105 | 51 512 97 | 50 892 96 | Sors: Eurostat u dejta tal-ilment. (28) Iċ-ċifri reveduti fit-Tabella 2 hawn fuq juru li kollox ma' kollox it-tendenzi tal-volumi ta' importazzjoni u l-ishma tas-suq mill-pajjiż ikkonċernat ippreżentati fit-tabella tal-premessa (36) tar-Regolament provviżorju baqgħu ma nbidlux. L-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdiedu b’mod sinifikanti minn 42 tunnellata metrika fl-2005 għal 100 tunnellata metrika fl-2008, jiġifieri b’aktar minn darbtejn. Wara l-livell massimu li ntlaħaq fl-2008, dawn l-importazzjonijet naqsu fil-PI b’mod konformi mal-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-sehem tal-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping żdiedu b'aktar mid-doppju fuq il-perjodu meqjus. (29) Iċ-ċifri rreveduti li jikkonċernaw il-prezzijiet ta' importazzjoni, madankollu issa juru tendenza ta' tnaqqis bejn l-2005 u l-PI. Instab li tul il-perjodu meqjus il-prezzijiet medji ta' importazzjoni mir-RPĊ naqsu b'4 %. 4.4.2. It-tqaċċit tal-prezzijiet (30) Fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar l-importaturi dwar it-tqaċċit tal-prezzijiet, il-premessi (39) u (40) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 4.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni (31) Ta' min jiftakar li, kif inhu msemmi fl-Artikolu (41) tar-Regolament provviżorju, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal evalwazzjoni tal-istat tal-industrija tal-Unjoni minn Marzu 2005 sal-aħħar tal-PI. (32) Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, il-konklużjonijiet provviżorji kif inhuma proposti fil-premessi (41) sa (43) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. (33) Sussegwentement għar-Regolament provviżorju u wara reviżjoni żgħira li saret lill-konsum tal-Unjoni fit-Tabella 1 hawn fuq, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni ġie irrevedut kif ġej, filwaqt li l-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet medji tal-bejgħ baqgħu ma nbidlux: Tabella 3 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | PI | Volum ta' bejgħ fl-Indiċi tas-suq tal-Unjoni | 100 | 99 | 92 | 75 | 68 | Sehem tas-suq Indiċi | 100 | 101 | 86 | 76 | 77 | Indiċi tal-prezzijiet medji tal-bejgħ | 100 | 86 | 96 | 95 | 92 | (34) Kif imsemmi fil-premessa (45) tar-Regolament provviżorju, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-konsumaturi indipendenti fis-suq tal-Unjoni naqas b'mod sinifikanti ta' 32 % tul il-perjodu meqjus. Dan it-tnaqqis sinifikanti qabeż it-tnaqqis fil-konsum li kif intwera' fit-tabella 2 hawn fuq naqas bi 11 % fuq l-istess perjodu. Dan irriżulta fi tnaqqis sinifikanti ta' 23 % fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni fl-istess perjodu. (35) Fl-assenza ta' ebda kummenti fir-rigward tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-bejgħ, l-istokkijiet, l-impieg, u l-indikaturi tal-andament finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet provviżorji kif imsemmi fil-premessi (46) sa (57) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati. (36) Il-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet danni materjali, kif spjegat fil-premessi (58) sa (61) tar-Regolament provviżorju, hija kkonfermata wkoll. 5. KAWŻALITÀ 5.1. L-effett tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping (37) Skont l-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, fl-istadju provviżorju ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping ikkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sa punt li jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. (38) Ta' min jiftakar li d-deterjorament fil-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni seħħ fl-istess żmien taż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping. Sussegwentement għall-miżuri provviżorji u wara r-reviżjonijiet għaċ-ċifri ta' importazzjoni ġejjin mir-RPĊ kif previst fil-premessa (25) hawn fuq, il-volum importat u s-sehem fis-suq tal-esportaturi Ċiniżi żdied b'iktar mid-doppju bejn l-2005 u l-PI. (39) B'riżultat tar-reviżjonijiet, il-prezzijiet ta' importazzjoni tal-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping naqsu b'4 % tul il-perjodu meqjus, filwaqt li baqgħu konsistentement taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, bi prezzijiet minn bejn it-30 % sal-35 % inqas waqt il-PI. B'konsegwenza ta' dan, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tiffaċċja pressjoni mill-esportaturi Ċiniżi fuq bażi kontinwa biex baqgħet kompetittiva fis-suq tal-Unjoni. (40) Parti interessata kkontestat l-eżistenza tar-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping mir-RPĊ u d-dannu materjali li batiet l-industrija tal-Unjoni. Hija affermat li mhemmx korrelazzjoni bejn il-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u l-qabża fl-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping. Hi saħqet li filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'mod sinifikanti fl-2007 f'relazzjoni mal-perjodi ta' qabel, l-industrija tal-Unjoni resqet minn qagħda ta' telf għal waħda ta' profitt f'dik is-sena. (41) F'dan ir-rigward, l-ewwel nett ġie innutat li, bejn l-2005 u l-PI, filwaqt li l-importazzjonijiet żdiedu b'iżjed mid-doppju, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'mod sinifikanti bi 32 % li wassal għal tnaqqis fis-sehem tas-suq bi 33 % tul l-istess perjodu. Fl-istess waqt, l-indikaturi l-oħra kollha tal-ħsara, bħall-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, il-profittabilità u l-fluss tal-flus kontanti wrew tendenzi ta' tnaqqis sinifikanti tul dak il-perjodu. It-tieni, l-investigazzjoni wriet li l-andament dgħajjef tal-industrija tal-Unjoni kien marbut mat-tnaqqis fil-prezzijiet fit-tentattiv li jinkisbu lura klijenti importanti li ntilfu lill-esportaturi Ċiniżi. Fir-rigward tal-2007, l-industrija tal-Unjoni kompliet tipprova tikseb lura l-konsumaturi tagħha bi sforzi ta' razzjonalizzazzjoni sabiex iżżomm il-prezzijiet tax-xiri baxxi u tibqa' kompetittiva mal-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping. Skont dan, huwa meqjus li l-konklużjonijiet li saru fil-premessi (63) sa (66) tar-Regolament provviżorju huma validi u għalhekk din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rrifjutata. (42) Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jista' għalhekk jiġi kkonfermat li l-importazzjonijiet bi prezz baxx li kienu oġġett ta' dumping mir-RPĊ kellhom impatt negattiv konsiderevoli fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI. 5.2. L-effett ta’ fatturi oħra (43) Ta' min jiftakar li l-fatturi l-oħra kienu eżaminati wkoll fl-analiżi ta' kawżalità, tipikament fl-iżvilupp tad-domanda, l-evoluzzjoni tal-ispejjeż tal-industrija tal-Unjoni, l-andament tal-esportazzjoni u finalment l-impatt possibbli tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra. (44) Parti interessata ddikjarat li d-dannu materjali li batiet l-industrija tal-Unjoni ġie kkawżat minn fatturi oħra barra l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping, prinċipalment minn i) it-tnaqqis fid-domanda minħabba l-kriżi ekonomika u minħabba l-bidliet fit-teknoloġija, u ii) l-andament tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. (45) Fir-rigward tat-tnaqqis tal-konsum ġie nnutat li l-volumi tal-bejgħ fl-industrija tal-Unjoni naqsu konsiderevolment iktar (-32%) mit-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni (-11%, li wassal għal tnaqqis fis-sehem tas-suq ta' 33 %. Fl-istess waqt, is-sehem tas-suq tal-esportaturi Ċiniżi żdied b'mod sinifikanti b'iktar minn darbtejn. Għaldaqstant, jitqies li l-konklużjoni li saret fil-premessa (69) tar-Regolament provviżorju tista' tiġi kkonfermata u għalhekk din d-dikjarazzjoni kellha tiġi miċħuda. (46) Fir-rigward tal-andament tal-esportazzjoni, tabilħaqq kien hemm tendenza ta' tnaqqis fil-bejgħ għall-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għar-raġunijiet previsti fil-premessa (72) tar-Regolament provviżorju (jiġifieri b'konformità mal-qagħda negattiva madwar id-dinja fis-settur tal-karozzi sa mill-2008). L-investigazzjoni wriet madankollu, li l-bejgħ ta' esportazzjoni ma kienx il-kummerċ ewlieni tal-industrija tal-Unjoni għax dak il-bejgħ qatt ma qabeż is-17 % tal-bejgħ tal-Unjoni tul il-perjodu meqjus. Ta' iktar importanza minn dan, madankollu, barra mill-premessi (71) u (72) tar-Regolament provviżorju, ġie nnutat li l-prezzijiet ta' esportazzjoni tagħha fis-suq ta' esportazzjoni baqgħu ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ ġewwa l-Unjoni. Għalhekk, kwalunkwe impatt negattiv ikkawżat mit-tnaqqis fil-volumi ta' bejgħ ta' esportazzjoni huwa meqjus limitat ħafna. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni kellha tiġi miċħuda. (47) Fid-dawl ta’ dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-premessi (67) sa (80) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati. 6. L-INTERESS TAL-UNJONI 6.1. L-Interess tal-industrija tal-Unjoni (48) Fin-nuqqas ta' kummenti oħra dwar l-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet provviżorji kif inhuma proposti fil-premessi (83) sa (86) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 6.2. L-interess tal-importaturi, il-kummerċjanti u l-utenti fl-Unjoni (49) Ta' min jiftakar li minkejja l-fatt li għadd ta' partijiet ġew ikkuntattjati, il-livell ta' kooperazzjoni mal-investigazzjoni fl-istadju provviżorju ta' importaturi, kummerċjanti u utenti kien baxx ħafna. . Ta' min jiftakar li kummerċjant wieħed biss, li jinsab fil-Ġermanja, u utent wieħed, li jinsab fl-Italja, ikkooperaw bis-sħiħ fl-istadju provviżorju. (50) L-utent li kkoopera saħaq li l-impatt negattiv tal-miżuri antidumping fuq n-negozju tiegħu ġie ssottovalutat fl-analiżi tal-interess tal-Unjoni li sar fl-istadju provviżorju, u ddikjara li fil-fatt jista' jsib diffikultàbiex jgħaddi ż-żieda fil-prezz lill-konsumaturi tiegħu. (51) Qed jitfakkar li s-sehem tan-negozju fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-kontijiet tal-attività ta' dan l-utent jammonta għal bejn il-15 sal-25 % tal-attività totali tan-negozju tiegħu. L-analiżi iktar fil-fond li saret wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji kkonfermat li l-impatt fuq il-profitt totali tal-kumpanija se jkun limitat. Dan l-utent għandu pożizzjoni b'saħħitha fis-settur tan-negozju li jinvolvi l-prodott ikkonċernat, b'mod partikolari f'termini ta' affidabilità u siġurtà ta' provvista lejn il-konsumaturi tiegħu. Dan l-element jindika li dan l-utent x'aktarx li jkun jista' jgħaddi għallinqas parti miż-żieda fil-prezz tax-xiri lill-konsumaturi tiegħu. Fuq il-bażi ta' dan, l-asserzjoni ma setgħetx tintlaqa'. (52) B'segwitu għall-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, iż-żewġ utenti u importatur wieħed ippreżentaw rwieħhom u ddikjaraw li l-attivitàjiet tagħhom se jiġu affettwati b'mod negattiv bl-impożizzjoni tad-dazju tal-antidumping. (53) Skont id-dejta sottomessa minn wieħed minn dawn iż-żewġ utenti, is-settur tan-negozju li jinkludi l-wajer tal-molibdenu jirrappreżenta bejn l-10 u l-20 % tal-attività totali tiegħu. Fuq il-bażi tal-elementi pprovduti, hemm indikazzjonijiet li, filwaqt li l-impożizzjoni tad-dazju tal-antidumping x'aktarx li jkollu impatt negattiv min-naħa tal-attività li tinkorpora l-wajer tal-molibdenu, dan l-utent għandu xorta waħda jagħmel profitt. Fir-rigward tal-utent l-ieħor, ma ingħatat l-ebda dejta li tista' ssostni d-dikjarazzjoni tiegħu. (54) Fir-rigward tal-importatur, huwa nnutat li huwa pprovda biss dejta bażika ġenerali skont liema deher li l-importazzjonijiet tal-wajer tal-molibdenu mir-RPĊ jammontaw għal bejn 10 u 20 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ waqt il-PI. F'termini tas-sehem mill-kummerċ tal-molibdenu f'relazzjoni mal-kummerċ totali tal-kumpanija – dan jammonta għal inqas minn 7 %. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli jista' għalhekk, jiġi konkluż li waqt li l-miżuri tal-antidumping jista' jkollhom impatt negattiv fuq is-settur tan-negozju li jinkludi l-wajer tal-molibdenu, l-impatt globali fuq in-negozju totali tal-kumpanija se jkun limitat. (55) Fid-dawl ta’ dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' xi kummenti oħra, il-premessi (93) sa (96) tas-sejbiet u l-konklużjoni tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati. 6.3. L-effetti li jfixklu l-kompetizzjoni u l-kummerċ (56) Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, xi partijiet ippreżentaw rwieħhom u ddikjaraw li l-miżuri ta' antidumping jistgħu jwasslu għal kompetizzjoni limitata fis-suq tal-Unjoni. (57) Fir-rigward ta' din id-dikjarazzjoni, għandu jerġa jinsaħaq li billi d-dazji tal-antidumping jistgħu jistabbilixxu mill-ġdid ambjent ekwu, l-importazzjonijiet Ċiniżi x'aktarx li jkomplu jidħlu fis-suq tal-Unjoni, għalkemm bi prezzijiet li ma jikkawżawx dannu. Barra minn hekk, ta' min jiftakar li jeżistu xi sorsi alternattivi ta' provvista. Ma ngħatat l-ebda evidenza sostanzjata li tinvalida din il-konklużjoni u għalhekk il-konklużjonijiet li saru fil-premessi (97) sa (99) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 6.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni (58) Skont dan ta' hawn fuq, wieħed jikkonferma li ma hemm ebda raġuni konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta' dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ wajer tal-molibdenu li joriġina fir-RPĊ fil-każ preżenti. 7. IL-MIŻURI DEFINITTIVI ANTIDUMPING 7.1. Il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara (59) Fin-nuqqas ta' kummenti ssostanzjati li jistgħu jibdlu l-konklużjoni dwar il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara, il-premessi minn (101) sa (104) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati. 7.2. Miżuri definittivi (60) Fid-dawl ta’ dan ta' hawn fuq u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju definittiv anti-dumping f'livell għoli biżżejjed biex titneħħa l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mingħajr ma jinqabeż il-marġini ta’ dumping misjub. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha għaldaqstant tkun stabbilita fuq il-livell tal-marġini tal-ħsara misjub, jiġifieri 64,3%. (61) Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien hemm ħsieb li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta' miżuri definittivi antidumping. Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu l-appelli wara li dan ġie żvelat. Il-kummenti mressqa mill-partijiet tqiesu sewwa, u fejn xieraq, is-sejbiet inbidlu skont dan. 7.3. Impenji (62) Il-produttur esportatur Ċiniż li kkoopera esprima r-rieda tiegħu li joffri impenn fuq il-prezzijiet skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. (63) Madankollu, din il-kumpanija ma ngħatatx la TES u lanqas IT, u hija b'mod ġenerali, il-prassi tal-Kummissjoni li ma taċċettax impenji f'każ bħal dan, minħabba li l-ebda determinazzjoni individwali tal-marġini tad-dazju ma setgħet tiġi stabbilita. Fuq il-bażi ta' dan, l-impenji tal-prezzijiet ma setgħux jitqiesu aktar. 7.4. Il-ġbir definittiv tad-dazji provviżorji (64) Minħabba l-kobor tal-marġini ta' dumping misjub u fid-dawl tal-ħsara kkważata lill-industrija tal-Unjoni, jitqies li hu meħtieġ li l-ammonti assigurati bis-saħħa tad-dazju antidumping provviżorju impost bir-Regolament provviżorju għandhom jinġabru definittivament. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazju definittiv antidumping huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta’ wajer tal-molibdenu b'mill-inqas 99.95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu, b’dimensjoni ta’ profil trasversali massimu li taqbeż il-1,35 mm imma ma taqbiżx l-4,0 mm, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fil-preżent ikklassifikat bil-kodiċi NM ex 8102 96 00 (il-kodiċi TARIC 8102 96 00 10). 2. Ir-rata tad-dazju definittiv antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandu jkun ta' 64.3 %. 3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana. Artikolu 2 L-ammonti assigurati mid-dazji provviżorji tal-antidumping skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1247/2009 fuq importazzjonijiet ta’ wajer tal-molibdenu, b'mill-inqas 99.95% tal-piż tiegħu jikkonsisti f’molibdenu, b’dimensjoni ta’ profil trasversali massimu li taqbeż il-1,35 mm iżda ma taqbiżx l-4,0 mm, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li fil-preżent huwa kklassifikati bil-kodiċi NM ex 8102 96 00 (il-kodiċi TARIC 8102 96 00 10) se jinġabru definittivament. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [2] ĠU L 336, 18.12.2009, p. 16.