Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/014 ES/Comunidad Valenciana). /* KUMM/2010/0216 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 6.5.2010 KUMM(2010)216 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/014 ES/Comunidad Valenciana). MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[1] jippermetti li jiġi mmobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF), sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun lil hinn mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju. Ir-regoli applikabbli għall-għotjiet mill-EGF huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[2]. Fit-2 ta' Settembru 2009, Spanja bagħtet l-applikazzjoni EGF/2009/014 ES/Comunidad Valenciana għal kontribut finanzjarju mill-EGF, wara li sfaw qiegħda 2 425 ruħ minn 181 intrapriża fis-settur NACE Reviżjoni 2 taqsima 23 ("Manifattura ta' prodotti minerali mhux metalliċi oħrajn") fir-reġjun NUTS II tal-Comunidad Valenciana (ES52) fi Spanja. Wara eżaminazzjoni bir-reqqa ta' din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet bi qbil mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament. TAQSIRA TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI Dejta ewlenija: | Nru ta’ referenza tal-EGF | EGF/2009/14 | Stat Membru | Spanja | Id-data tal-applikazzjoni | 2 ta’ Settembru 2009 | Artikolu 2 | b | Ir-reġjun NUTS II | Comunidad Valenciana [ES52] | Taqsima NACE (reviżjoni 2)[3] | Taqsima 23 ("Manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħrajn") | Perjodu ta’ referenza | 25.09.2008 – 24.06.2009 | L-intrapriżi affettwati | 181 | Sensji matul il-perjodu ta' referenza, li minnhom: | 2 425 | ikkalkulati permezz ta' avviż individwali | 0 | ikkalkulati permezz ta' temmija fattwali tal-kuntratt | 509 | ikkalkulati permezz tan-notifika tas-sensji kollettivi ppjanati lill-awtorità pubblika | 1 916 | Ħaddiema li sfaw qiegħda fil-mira tal-appoġġ | 1 600 | Data tal-bidu għas-servizzi personalizzati | 15 ta’ Settembru 2009 | Servizzi personalizzati: baġit f'EUR | 9 691 900 | Nefqa amministrattiva: baġit f'EUR | 460 000 | % nefqa amministrattiva | 4.5 | Baġit totali f'EUR | 10 151 900 | Kontribut tal-EGF f'EUR (65%): | 6 598 735 | 1. L-applikazzjoni tressqet quddiem il-Kummissjoni fit-2 ta’ Settembru 2009 u kienet supplimentata minn tagħrif addizzjonali sat-22 ta’ Frar 2010. 2. L-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet biex jitnieda l-EGF kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u tressqet fil-limitu ta' żmien ta' 10 ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. Ir-rabta bejn is-sensji u t-tibdiliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni jew il-qagħda finanzjarja u ekonomika globali 3. Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, Spanja saħqet li s-settur tal-kostruzzjoni ntlaqgħet severament mill-kriżi. Il-kollass tas-suq tal-ipoteki subprime fl-Istati Uniti, b'konsegwenzi avversi maġġuri għall-banek u s-swieq finanzjarji madwar id-dinja, kellhom bħala riżultat dirett it-tnaqqis tal-bażi ta' kapital tal-istituzzjonijiet finanzjarji, li ħalla lil ħafna minnhom b'inqas kapaċità ta' tislif u iktar kawti. Għalhekk self lis-settur tal-kostruzzjoni jew lil individwi naqas drastikament u d-domanda għal djar ġodda naqset minħabba tnaqqis fil-kunfidenza tal-konsumatur u n-nuqqas ta' flus kontanti. Pereżempju, fi Spanja l-għadd ta' ipoteki naqas minn medja ta' kull xahar ta' 140 000 għal 180 000 (bidu tal-2006 sa nofs l-2007) għal medja ta' kull xahar ta' 80 000 (f'nofs l-2009). 4. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet fil-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku[4] li d-domanda tal-industrija tal-kostruzzjoni fl-UE ħadet tisbita sew minħabba l-kriżi. Id-domanda għall-prodotti taċ-ċeramika u l-madum ta' mal-ħajt u ta' mal-art huma marbuta mill-qrib mad-domanda tas-settur tal-kostruzzjoni, li huwa influwenzat mill-għadd ta' binjiet ġodda u d-domanda għar-rinnovazzonijiet u titjib. L-għadd ta' permessi tal-bini mogħtija fi Spanja naqas bi 15 % fl-2007 u b'57 % fl-2008. Dan it-tnaqqis fid-domanda kellu impatt negattiv qawwi fuq l-impjiegi fis-settur tal-kostruzzjoni u l-industriji anċillari bħall-injam għal ġewwa, il-materjali tal-bini (inklużi prodotti taċ-ċeramika), għamara, eċċ. Turija tal-għadd ta’ sensji u konfomità mal-kriterji tal-Artikolu 2(b) 5. Spanja ressqet din l-applikazzjoni skont il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li jitlob li jkun hemm mill-anqas 500 sensja fuq perjodu ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess taqsima NACE Revision 2 f'reġjun wieħed jew żewġ reġjuni kontigwi fil-livell NUTS II fi Stat Membru. 6. L-applikazzjoni ssemmi 2 425 sensja f'181 intrapriża kklassifikati fl-istess taqsima NACE Reviżjoni 2 tul il-perjodu ta' referenza ta' disa' xhur mill-25 Settembru 2008 sal-24 Ġunju 2009, li jinsabu kollha f'reġjun wieħed fil-livell NUTS II, il-Comunidad Valenciana. 509 minn dawn is-sensji f'120 intrapriża ġew ikkalkolati skont it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Kien hemm 1 916-il sensja f'64 intrapriża u ġew ikkalkulati skont it-tielet inċiż tal-istess paragrafu[5]. Il-Kummissjoni rċeviet il-konferma meħtieġa skont it-tielet inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(2) li dan huwa n-numru reali ta' sensji milquta. Minn total ta' 2 425 ħaddiem, 1 600 ġew identifikati għall-għajnuna. Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista ta’ dawk is-sensji 7. L-awtoritajiet Spanjoli jisħqu li l-kriżi finanzjarja u ekonomika wasslet għall-kollass f’daqqa waħda tal-ekonomija dinjija b’impatt enormi fuq ħafna setturi. Is-sitwazzjoni ekonomika mill-2008 ’l hawn ma baqgħetx ssegwi ix-xejriet tas-snin ta’ qabel. Dan ma kienx tnaqqis ekonomiku gradwali, li l-kumpaniji setgħu iħejju għalih. 8. Studju li sar dwar id-distrett taċ-Ċeramika ta' Castellón[6] mill-Università Jaume I fil-kuntest tal-Pjan ta' Kompetittività tas-Settur taċ-Ċeramika 2005-2007 rrapporta l-possibilità ta' tnaqqis f'daqqa fl-attività tal-kostruzzjoni fil-livell nazzjonali Spanjol b'madwar 15 %. Meta seħħet il-waqgħa fil-bejgħ, hija qabżet il-previżjonijiet bi tliet darbiet. Fil-Pjan ta' Kompetittività, l-isforzi kollha kienu ffukati fuq l-innovazzjoni, it-tqegħid fis-suq, it-taħriġ u l-kooperazzjoni, peress li t-tnaqqis possibbli fil-bejgħ ma tqiesx bħala riskju ewlieni. 9. Qabel il-kriżi, is-settur taċ-ċeramika Spanjol għamel investimenti sinifikanti sabiex tiżdied il-kapaċità ta' produzzjoni (impjanti ġodda ta' produzzjoni u makkinarji ġodda) kif ukoll żviluppa prodotti ġodda b'valur miżjud ogħla. Fl-2007 s-settur taċ-ċeramika investa d-doppju tal-livell ta' investiment medju Spanjol fir-riċerka u l-iżvilupp[7]. L-Istitut Teknoloġiku taċ-Ċeramika ħoloq osservatorju fl-2007 biex jipprovdi lill-industrija tal-madum taċ-ċeramika bit-tagħrif għat-tisħiħ tal-kompetittività tagħhom fis-swieq internazzjonali. Bosta mill-kumpaniji elenkati hawn taħt ikkontribwew finanzjarjament u pparteċipaw attivament fix-xogħol imwettaq mill-osservatorju. 10. L-istrateġija ta' żvilupp ta' prodotti ta' valur miżjud għoli u investimenti relatati kienu jitħallew għal iktar tard li kieku l-kumpanija setgħet tipprevedi l-kriżi. Identifikazzjoni tal-intrapriżi li taw is-sensji u l-ħaddiema fil-mira tal-għajnuna 11. L-applikazzjoni tikkonċerna 2 425 ruħ li sfaw qiegħda (li minnhom 1 600 qegħdin fil-mira tal-għajnuna) fil-181 intrapriża li ġejjin: Intrapriżi u għadd ta' sensji | 4bm Cerámicas Comunidad Valenciana 2008, S.L. | 92 | Halcón Cerámicas, S.A. | 76 | Abad Ceramistas, S.L. | 6 | Hatz Spain, S.A. | 20 | Absolut Keramica, S.L. | 1 | Herarbo 2, S.L. | 1 | Adobe Cerámicas, S.L. | 15 | Hidrapren, S.A. | 2 | Alfa Cerámico y Porcelánico, S.A. | 10 | Hijos de Francisco Gaya Fores, S.L | 1 | Alundum, S.A. | 2 | Hispanoazul, S.A. | 1 | Apavisa Porcelánico, S.L. | 2 | Hormigones del Este, S.A. | 1 | Arce Cerámicas, S.L. | 70 | Iberoalcorense, S.L. | 32 | Arcillas Atomizadas S.A. | 2 | Industria Cooperadora del Azulejo, S.L. (Incoazul) | 7 | Aresmat, S.L.U. | 1 | Industrias Alcorenses Confederadas (Inalco) | 12 | Argenta Cerámica, S.A. | 1 | Inoxpro, S.L. | 2 | Arrandis Cerámicas, S.L. | 15 | Iruba Ceramic, S.L. | 1 | Arte y Diseño Cerámico, S.A. | 1 | Itaca, S.A. | 2 | Artisticos del Levante, S.A. | 22 | Juan Jose Limo Casals, S.L. | 21 | Azteca Cerámica S.L. | 1 | Kaleydos Design S.L. | 18 | Azteca Products & Services, S.L. | 8 | Kerabén, S.A. | 48 | Azteca Sergrup, S.L. | 10 | Keramapol Sl | 1 | Azulejera Técnica, S.A. | 61 | Keramarmol S.L. | 8 | Azulejo Español, S.L. | 2 | Keramia Cerámicas, S.L. | 18 | Azulejos Mallol, S.A. | 16 | Keratrim, S.A. | 5 | Azulejos Mijares, S.L. | 3 | Keren Marmoles, S.L. | 1 | Azulejos Sanchis, S.L. | 41 | Kerlux, S.A. | 69 | Azulev S.A. | 5 | Keros Cerámica, S.A. | 3 | Azuliber 1, S.L. | 24 | Land Porcelánico, S.L. | 1 | Azuvi, S.A. | 70 | Levitile Ibérica, S.A. | 13 | Ballesmar, S.L. | 32 | Lucena Cerámicas | 23 | Barro Diseño y Arte, S.L. | 1 | Mª Soledad Pascual Conde | 1 | Batimat Mediterraneo, S.L. | 7 | Mantenimiento y Montajes Ceramicos Man, S.L. | 1 | Batimat, S.A. | 1 | Marazzi Iberia | 4 | Biselglass, S.L. | 9 | Marmoles Portoles, S.L. | 1 | Cales de La Plana, S.A. | 1 | Mecacer, S.L. | 2 | Candida Conde Gomez, S.L.U. | 2 | Mercury Cerámica, S.L. | 1 | Cartonajes La Plana, S.L. | 1 | Metropol Cerámica, S.L. | 1 | Cerámica Artia, S.L. | 1 | Miura Cerámicas, S.L. | 1 | Cerámica Bechinense, S.A. | 43 | Molcer, S.A. | 6 | Cerámica Da Vinci, S.L. | 10 | Moldeados Ceramicos, S.L. | 1 | Cerámica Kersa, S.L. | 43 | Navarti Cerámica, S.L. | 29 | Cerámica Latina, S.L. | 1 | Nexo Iberica, S.L. | 1 | Cerámica Montgo, S.L. | 12 | Nomazul, S.A. | 2 | Cerámica Nulense, S.A. | 1 | Nuevos Productos Cerámicos, S.A. | 2 | Cerámica Saloni, S.A. | 82 | Ondabaño | 17 | Cerámica Tres Estilos, S.L. | 14 | Palo Rosa Cerámicas y Parquet, S.L. | 2 | Cerámicas Artísticas Ondenses, S.L. | 1 | Pamesa Cerámica, S.L. | 21 | Cerámicas Belcaire, S.A. | 1 | Pavimentos Bechi, S.L. | 1 | Cerámicas Fanal, S.A. | 1 | Pavires Azulejos del Sur S.L. | 1 | Cerámicas Peñarroya, S.A. | 11 | Piedras Bernad, S.L | 1 | Cerámicas Triconten, S.L. | 1 | Pinceram, S.L. | 5 | Cerámicas Vives, S.A. | 4 | Planagrup, S.L. | 1 | Ceraworld Produccion, S.A. | 30 | Planomyr, S.A. | 31 | Cerbarro, S.L. | 1 | Porcelanicos HDC, S.A. | 2 | Cergrup Cerámicas, S.L. | 17 | Porcelanite, S.L | 3 | Cerpa, S.L. | 10 | Porcelanosa Cerámica, S.A. | 11 | Cerrajeria Mecanica Vila-Real, S.A. | 1 | Prefabricados Pavi, S.L. | 1 | Cifre Cerámica, S.L. | 1 | Promosanit, S.A. | 2 | Colorificio Cerámico Bonet, S.A. | 43 | R.Hervas S.A. | 13 | Colorker, S.A. | 1 | Real Cerámica, S.A.U. | 50 | Comayco Vidrio La Plana, S.L. | 12 | Realonda, S.A. | 22 | Comercial Coinge, S.L. | 1 | Repuestos Cerámicos Almazora, S.L. | 1 | Comercial Nou Colors, S.L. | 1 | Revestimientos Ceramicos Castellon, S.A. | 34 | Compacglass, S.L. | 1 | Roig Cerámica, S.A. (Rocersa) | 55 | Composiciones Artísticas de Cerámica, S.L. | 17 | S.A. Minero Catalana Aragonesa | 2 | Corintia Esmaltes Ceramicos, S.L | 4 | Sanycces, S.L. | 2 | Cottocer, S.L. | 4 | Seriman, S.A. | 57 | Cristal Cerámicas, S.A. | 1 | Serviquimia, S.L. | 1 | Deciver 21, S.L. | 2 | Sesoca, S.L. | 5 | Deltaker, S.A. | 1 | Sichar Cerámica, S.A. | 4 | Disfrimur, S.L. | 1 | Silvano Lassi, S.L. | 25 | Egeum 2000, S.L. | 15 | Sociedad Tecnológica Industrial Levantina de Cerámicas, S.L. | 42 | Endeka Ceramics, S.A. | 4 | Superceramica, S.A. | 39 | Equipe Cerámica, S.L. | 55 | System-Pool, S.A. | 8 | Esmalglass, S.A. | 61 | Talleres Boyma, S.L. | 1 | Esmaltes, S.A. | 3 | Taullel S.A. | 37 | Estudio Cerámico, S.L. | 52 | Tecnofoc Design, S.L. | 55 | Eurodema, S.L. | 2 | Tecnologia de Limpieza Ambiental, S.L. | 2 | Exagres, S.A. | 17 | Tendencias Cerámicas, S.L. | 24 | Experiencia Cerámica, S.A. "Expersa" | 21 | Terracota Pavimento de Gres, S.A. | 1 | Expo-Rotul, S.L. | 1 | Terracuita S.A. | 6 | Fabricacion Española Sanitaria, S.A. (Fabresa) | 1 | Todagres, S.A. | 46 | Ferraes Cerámica, S.A. | 1 | Torrecid, S.A. | 4 | Ferro Spain Sa | 1 | Tot Encofrat, S.L. | 1 | Forjados Amo, S.L. | 14 | Tottall Ceramic, S.L. | 2 | Gama-Decor, S.A. | 3 | Trazos Ceramicos, S.L. | 2 | Garogres, S.A. | 29 | Tres F., S.L. | 36 | Gocare, S.L. | 1 | Tres Terminos Arregui, S.A. | 2 | Gres Blanc | 1 | Undefasa, S.A. | 11 | Gres Cid, S.L. | 5 | Universal Cerámica, S.L. (Unicer) | 3 | Gres de Valls, S.A. | 11 | Utiles Ceramicos, S.L. | 1 | Gres Rústico Extrusionado, S.A. | 40 | Venis, S.A. | 17 | Grespania, S.A. | 10 | Vicente Enrique Bort Martinez | 1 | Grupo Serviclean 3000, S.L. | 2 | Vidrepur, S.A. | 1 | Guillamon Bou, S.A. | 13 | Għadd totali ta' Intrapriżi 181 | Għadd totali ta' sensji: 2 425 | 12. It-tqassim tal-ħaddiema fil-mira huwa kif ġej: Kategorija | Għadd | Perċentwali | Irġiel | 1 137 | 71,1 | Nisa | 463 | 28,9 | Ċittadini tal-UE | 1 556 | 97,3 | Ċittadini minn barra l-UE | 44 | 2,7 | Età bejn 15 u 24 sena | 58 | 3,6 | Età bejn 25 u 54 sena | 1 398 | 87,4 | Età bejn 55 u 64 sena | 143 | 8,9 | Età 'l fuq minn 65 sena | 1 | 0,1 | 13. 23 mill-ħaddiema fil-mira għandhom diżabilità. 14. F'termini ta' kategoriji professjonali[8] jitqassmu kif ġej: Kategorija | Għadd | Perċentwali | Maniġers | 26 | 1,63 | Professjonisti | 36 | 2,25 | Tekniċi u professjonisti assoċjati | 200 | 12,50 | Skrivana | 132 | 8,25 | Ħaddiema fl-artiġjanat u snajja' relatati | 307 | 19,19 | Operaturi tal-impjant u tal-magni | 663 | 41,44 | Xogħlijiet elementari | 215 | 13,44 | Oħrajn | 21 | 1,31 | 15. F'termini ta' livell edukattiv[9] jitqassmu kif ġej: Livell edukattiv | Għadd | Perċentwali | Edukazzjoni bażika (sa tmiem l-edukazzjoni obbligatorja) | 528 | 33,00 | Edukazzjoni sekondarja ogħla | 158 | 9,87 | Edukazzjoni terzjarja | 90 | 5,63 | Oħrajn (edukazzjoni mhux formali) | 104 | 6,50 | Nies bla edukazzjoni jew li telqu mill-iskola kmieni | 720 | 45,00 | 16. Jistgħu jinstabu perċentwali simili meta jitqiesu l-2 425 ħaddiem li sfaw qiegħda b'eċċezzjoni waħda: il-ħaddiema bla edukazzjoni jirrappreżentaw 37% tal-ħaddiema li tkeċċew imma 45% tal-ħaddiema fil-mira tal-għajnuna. 17. Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, Spanja kkonfermat li ġiet applikata u se titkompla politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll ta' nondiskriminazzjoni matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-EGF u, b'mod partikolari, għall-aċċess fl-EGF. Deskrizzjoni tat-territorju kkonċernat u l-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu: 18. It-territorju milqut mis-sensji jinsab fi ħdan ir-reġjun NUTS II tal-Comunidad Valenciana, u huwa kkonċentrat fi tliet comarcas (li qishom kontej) fil-provinċja NUTS III ta' Castellón: Alcalatén, La Plana Alta u La Plana Baixa. Din iż-żona ta' madwar 30 km madwar il-belt ewlenija tal-provinċja, Castellón de la Plana, hija magħrufa bħala "d-distrett industrijali taċ-ċeramika" peress li kważi l-produzzjoni Spanjola kollha taċ-ċeramika ġejja minn hawn. 19. Il-partijiet interessati ewlenin huma l-Generalitat Valenciana (il-gvern awtonomu tal-Comunidad Valenciana), Diputación de Castellón (l-awtorità lokali tal-provinċja rilevanti), it-trejdjunjins: UGT-PV, CCOO-PV, MCA-UGT-PV u FECOMA-CCOO-PV[10], il-Konfederazzjoni tal-Għaqdiet tan-Negozju tar-Reġjun Awtonomu ta' Valencia (CIERVAL) u l-Assoċjazzjoni Spanjola tal-Manifatturi tal-Madum taċ-Ċeramika (ASCER). Dawn il-partijiet interessati kienu f'kuntatt u f'konsultazzjonijiet ma' xulxin f'bosta okkażjonijiet, u ffurmaw konsorzju b'appoġġ għall-miżuri tal-EGF u r-riżultati tagħhom. L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali 20. Fil-Comunidad Valenciana, matul l-aħħar 24 xahar, l-għadd ta' ħaddiema qiegħda ttripplika, meta tela' minn 19 100 fit-tieni kwart tal-2007 għal 67 400 fl-ewwel kwart tal-2009. L-indusrtija taċ-ċeramika tirrappreżenta 2,2 % tal-intrapriżi, 8,7 % tax-xogħlijiet u 7,1 % tal-fatturat nett fir-reġjun ta' Valencia. 21. 75 % tal-popolazzjoni totali tal-provinċja ta' Castellón toqgħod f'żona magħrufa bħala "d-distrett industrijali taċ-ċeramika" fejn l-industrija taċ-ċeramika tirrappreżenta medja ta' 20 % tax-xogħlijiet totali, filwaqt li f'xi muniċipalitajiet din il-perċentwali titla' għal 80 %. 22. Spanja ssostni li fid-"distrett industrijali taċ-ċeramika" l-għadd ta' ħaddiema qiegħda fl-industrija taċ-ċeramika żdied bi kważi 500 % tul l-aħħar sentejn u nofs (Jannar 2007 - Ġunju 2009). Minħabba l-konċentrazzjoni tas-settur f'għadd żgħir ta' żoni (85 % tal-impjiegi fl-industrija taċ-ċeramika jinsabu f'seba' muniċipalitajiet) l-impatt lokali huwa terġa' iktar sinifikanti milli juru dawn iċ-ċifri. Pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li jridu jiġu ffinanzjati u analiżi tal-ispejjeż stmati, inkluża l-komplementarjetà tiegħu mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali 23. Il-miżuri kollha li ġejjin flimkien jiffurmaw pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati maħsuba biex jerġgħu jintegraw lill-ħaddiema fis-suq tax-xogħol. 24. Appoġġ individwali għat-tfittxija ta' xogħol : Din il-miżura għandha l-mira li tipprovdi lill-ħaddiema kollha fil-mira bil-mezzi materjali u t-tħarriġ individwali tul l-attivitajiet ta' tfittxija ta' impjieg. Se jingħata appoġġ addizzjonali lit-23 ex-ħaddiem b'diżabilità, bħal li jiġu akkumpanjati għal intervisti għal xogħol jew biex japplikaw għal xogħol f'ċentru tal-impjiegi speċjali (intrapriżi li l-forza tax-xogħol tagħhom jinkludu ħaddiema b'diżabilità), li jiġu infurmati l-impjegaturi potenzjali bil-benefiċċji fiskali meta jiġu ingaġġati dawn il-ħaddiema jew li jiġu organizzati skemi ta' taħriġ dwar metodi ta' tfittxija tax-xogħol. 25. Monitoraġġ u Gwida Okkupazzjonali : L-ewwel miżura pprovduta lill-1 600 parteċipant tikkonċerna l-ġbir tal-profili tal-ħaddiema. Il-gwida pprovduta tinkludi tagħrif dwar ix-xogħlijiet disponibbli, dwar ħiliet u taħriġ meħtieġa, dwar programmi ta' taħriġ disponibbli u skemi ta' appoġġ għall-apprendistat, dwar programmi ta' taħriġ disponibbli u skemi ta' appoġġ għall-apprendistat, kif ukoll għotjiet ta' mobilità, inċentivi ta' inserzjoni u ta' parteċipazzjoni. 26. Għajnuna għar-rikollokament : Dan jinvolvi t-tfassil, l-implimentazzjoni u s-segwitu ta' appoġġ personalizzat, inkluż mentoring. Il-ħaddiema se jirċievu taħlita ta' miżuri fil-pakketti rispettivi tagħhom skont il-bżonnijiet speċifiċi tagħhom. Il-proċess ta' mentoring, tul l-implimentazzjoni tal-EGF, se jiżgura li l-pakketti jkunu jistgħu jiġu aġġustati jekk ikun hemm bżonn. Il-pakkett personalizzat tal-miżuri se jinkludi għajnuna intensiva fit-tfittxija għal xogħol, il-parteċipazzjoni f'waħda mill-ħames meded ta' taħriġ proposti (il-promozzjoni ta' intraprenditorjat, taħriġ għal titjib tal-kwalifiki/ħiliet professjonali b'fokus fuq is-settur taċ-ċeramika, taħriġ għal kwalifiki professjonali f'setturi oħra mhux relatati mas-settur taċ-ċeramika, taħriġ fl-ekonomija soċjali u taħriġ bl-għan ta' mobilità) u l-ħlas ta' inċentiv ta' parteċipazzjoni lill-ħaddiema (somma ta' darba) ta' EUR 350. 27. Għajnuna intensiva għat-tfittxija ta' xogħol : Dan jinvolvi tfittxija intensiva għal impjieg, inkluża riċerka attiva tal-opportunitajiet ta' xogħol lokali u reġjonali, taħriġ personalizzat qabel u matul il-proċess tal-għażla u tutoring wara r-riintegrazzjoni fix-xogħol. 28. Taħriġ u taħriġ mill-ġdid : Din il-miżura se tinkludi valutazzjoni tal-bżonnijiet ta' taħriġ tal-ħaddiema kkonċernati, u t-taħriġ tagħhom f'setturi fejn jeżistu jew jistgħu jinqalgħu l-opportunitajiet. Madwar 50 % tal-ħaddiema fil-mira se jipparteċipaw f'din il-miżura. 29. Taħriġ għal kwalifika professjonali / titjib tal-ħliet : Għal dawk il-ħaddiema li diġà għandhom ħiliet tekniċi, se jiġi organizzat taħriġ speċifiku biex jitjiebu l-kompetenzi professjonali tagħhom. It-taħriġ se jkun imfassal biex jaqdi l-bżonnijiet futuri tal-intrapriżi taċ-ċeramika. Madwar 12,5 % tal-ħaddiema fil-mira se jipparteċipaw f'din il-miżura. 30. Taħriġ fl-ekonomija soċjali . Fi Spanja, l-ekonomija soċjali hija settur ewlieni; hija tirrappreżenta 18 % tal-impjiegi kif ukoll 14 % tal-PGD. Kumpaniji fejn il-ħaddiema huma s-sidien jew kooperattivi u mutwalitajiet, organizzazzjonijiet volontarji u fundazzjonijiet huma fil-wisa' appoġġjati mill-amministrazzjoni nazzjonali u dik reġjonali permezz ta' inċentivi fiskali, għotjiet, eċċ. Dan it-taħriġ għandu l-mira li jsaħħaħ il-vijabilità ta' proġetti ta' min jaħdem għal rasu u l-promozzjoni tal-assoċjazzjoni ta' ex-kollegi. 31. Promozzjoni ta' intraprenditorjat : Se jiġu pprovduti attivitajiet ta' taħriġ speċifiċi għal dawk il-ħaddiema li jixtiequ jibdew in-negozju tagħhom. Dan se jkopri elementi bħall-ippjanar, it-twettiq ta' studji ta' fattibilità, preparazzjoni ta' pjanijiet ta' negozju u kif jinġiebu l-finanzjamenti. Madwar 2.5 % tal-ħaddiema fil-mira se jipparteċipaw f'din il-miżura. 32. Taħriġ għal mobilità . Waħda mill-karatteristiċi tal-industrija Spanjola hija l-konċentrazzjoni ġeografika ta' attivitajiet ekonomiċi (eż. il-produzzjoni ta' prodotti taċ-ċeramika fil-Comunidad Valenciana). Il-miżura hija intenzjonata għal dawk il-ħaddiema li sfaw qiegħda, li huma diġà predisposti biex jibdlu r-residenza tagħhom biex isibu xogħol f'settur ekonomiku differenti. Huma se jitħarrġu fil-ħiliet professjonali meħtieġa minn setturi oħra, li jinsabu barra minn Castellón jew il-Comunidad Valenciana, li qed ifittxu l-ħaddiema, jew f'aspetti essenzjali oħra li jiffaċilitaw il-mobilità (eż. il-lingwa lokali). Din il-miżura se tkun ipprovduta biss meta jkun hemm grad għoli ta' ċertezza li se jiġi offrut xogħol. 33. Workshops ta' taħriġ ikkombinati ma' apprendistat. Din il-miżura hija maħsuba għall-iżjed ħaddiema fil-mira żvantaġġati li, wara li tħarrġu f'ħiliet professjonali ġodda, se jingħataw l-opportunità li jieħdu ftit esperjenza permezz ta' kuntratt ta' 12-il xahar bħala apprendisti. Dawn l-apprendistati se jitħallsu 120 % tal-paga minima Spanjola flimkien ma' parti pro-rata tal-paga tat-13 u l-14-il xahar[11]. 34. Inċentiv ta' parteċipazzjoni . Biex jitħeġġew jipparteċipaw fil-miżuri, il-ħaddiema se jirċievu somma ta' darba ta' EUR 350 bil-kundizzjoni li jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' taħriġ tal-pakkett EGF. 35. Għoti ta' somma għall-mobilità Dawk il-ħaddiema li jipparteċipaw f'miżura li qed isseħħ 'il barra mill-provinċja ta' residenza tagħhom (Castellón) se jirċievu somma għall-mobilità ta' EUR 350 fix-xahar bħala kontribut għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar. 36. Inċentivi ta' rikollokament . Se jitħallas sussidju ta' paga ta' EUR 350 fix-xahar għal massimu ta' seba' xhur lill-ħaddiema li jmorru lura għax-xogħol bħala impjegati jew ħaddiema impjegati għal rashom. Is-sussidju huwa maħsub biex jinkoraġixxi r-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol u biex jistimula l-ħaddiema, partikolarment dawk li huma aktar avvanzati fiż-żmien, biex jibqgħu fis-suq tax-xogħol. 37. In-nefqa amministrattiva, li hija inkluża fl-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, tkopri l-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni u kontroll kif ukoll tagħrif u pubbliċità. 38. Is-servizzi personalizzati ppreżentati mill-awtoritajiet Spanjoli huma miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 L-awtoritajiet Spanjoli jistmaw li l-ispiża totali ta’ dawn is-servizzi hija ta’ EUR 9 691 900 waqt li l-ispiża amministrattiva hija ta' EUR 460 000 (= 4,5 % tal-ammont totali). Din il-perċentwali hija kemm kemm ogħla mis-soltu, minħabba l-inklużjoni ta' studju dwar il-qagħda ekonomika lokali u l-opportunitajiet ta' impjieg alternattiv fiż-żona affettwata bil-valur ta' EUR 60 000 fost il-miżuri preparatorji, bl-għan li jittieħdu miżuri biex it-taħriġ u t-tfittix ta' xogħol għall-ħaddiema li sfaw qiegħda jsiru iktar effettivi. Il-kontribut totali mitlub mill-EGF huwa ta’ EUR 6 598 735 (65 % tal-ispejjeż totali). Azzjonijiet | L-għadd stmat ta’ ħaddiema fil-mira | L-ispiża stmata għal kull ħaddiem fil-mira (f'EUR) | Spejjeż totali (l-EGF u l-kofinanzjament nazzjonali) (f’EUR) | Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) | 1. Appoġġ individwali għat-tfittxija ta' xogħol (Centro de apoyo) | 1 600 | 167,16 | 267 450[12] | 2. Gwida (Acogida y seguimiento) | 1 600 | 250,00 | 400 000 | 3. Għajnuna intensiva għat-tfittxija ta' xogħol u għar-rikollokament (Programa de apoyo a la recolocación -PAR-. Subprograma empleo) | 1 170 | 1 500,00 | 1 755 000 | 4. Taħriġ u taħriġ mill-ġdid (PAR subprograma Formación. Formación fuera del sector cerámico) | 850 | 2 400,00 | 2 040 000 | 5. Taħriġ għal kwalifiki professjonali (PAR subprograma Formación Formación dentro del sector cerámico) | 200 | 2 400,00 | 480 000 | 6. Taħriġ fl-ekonomija soċjali (PAR subprograma Formación. Formación en economía social) | 40 | 2 400,00 | 96 000 | 7. Promozzjoni ta' intraprenditorjat (PAR subprograma Formación. Formación para emprendedores) | 40 | 2 400,00 | 96 000 | 8. Taħriġ bil-ħsieb tal-mobilità (Programa de apoyo a la recolocación -PAR-, subprograma formación. Formación en movilidad) | 40 | 2 400,00 | 96 000 | 9. Workshops ta' taħriġ ikkombinati ma' apprendistat. (Talleres de empleo para el reciclaje profesional) | 210 | 15 000,00 | 3 150 000 | 10. Inċentivi ta' parteċipazzjoni. (Incentivos a la participación) | 1 170 | 350,00 | 409 500 | 11. Għoti ta' somma għall-mobilità (Incentivos a la movilidad geográfica) | 40 | 1 050,00 | 42 000 | 12. Inċentivi ta' rikollokament. (Incentivos a la recolocación) | 351 | 2 450,00 | 859 950 | Subtotal tas-servizzi personalizzati | 9 691 900 | Għajnuna teknika għall-implimentazzjoni tal-EGF (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) | Tħejjija | 60 000 | Ġestjoni | 137 000 | Informazzjoni u pubbliċità | 122 000 | Attivitajiet ta' kontroll | 141 000 | Subtotal tan-nefqa amministrattiva | 460 000 | Stima tal-ispejjez totali | 10 151 900 | Kontribut tal-EGF (65 % tal-ispejjeż totali) | 6 598 735 | 39. Fir-rigward tal-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, l-awtoritajiet Spanjoli jikkonfermaw li l-miżuri deskritti hawn fuq huma komplementari mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali. 40. L-għanijiet ewlenin tal-programmi operattivi tal-ESF 2007-2013 għall-Comunidad Valenciana qed jippromwovu t-tagħlim tul il-ħajja tal-ħaddiema u jnaqqsu r-riskju ta' żgħażagħ li jitilqu mill-iskola kmieni, b'fokus b'mod partikolari fuq l-iktar nies vulnerabbli jew in-nies fir-riskju ta' esklużjoni soċjali, l-iktar ħaddiema żgħażagħ, jew dawk ta' iktar minn 45 sena, nisa u persuni b'diżabilità. B'mod partikolari, b'relazzjoni mal-azzjonijiet kofinanzjati skont l-ESF, Spanja indikat li madwar 5 % tal-ħaddiema li sfaw qiegħda fl-industrija taċ-ċeramika, f'xi ħin jew ieħor fl-imgħoddi kienu bbenefikaw minn attivitajiet ta' taħriġ offruti skont il-programm ESF mal-pajjiż kollu "Taħriġ għall-Impjiegi". Is-segwitu kontinwu tal-azzjonijiet tal-ESF u l-EGF li għandhom l-istess finijiet u ħaddiema kkonċernati se jevita li l-miżuri tal-ESF u l-EGF jintrikbu. Id-data/i meta nbdew jew huwa maħsub li jinbdew servizzi personalizzati lill-ħaddiema affettwati 41. Is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati inklużi fil-pakkett ikkoordinat propost għal kofinanzjament permezz tal-EGF inbdew minn Spanja fil-15 Settembru 2009. Din id-data għalhekk tirrappreżenta l-bidu tal-perjodu ta' eliġibilità għal kull għajnuna li tista' tingħata mill-EGF. Il-proċeduri għall-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali 42. L-imsieħba soċjali kienu kkonsultati matul il-preparazzjoni tal-pakkett ikkoordinat tal-miżuri. L-applikazzjoni proposta kienet diskussa fil-laqgħat tat-2 Ġunju 2009 u s-7 Lulju 2009 mal-imsieħba soċjali: Generalitat Valenciana, Diputación de Comunidad Valenciana, l-għaqdiet ta' min iħaddem: CIERVAL u ASCER; u t-trejdjunjins prinċipali (UGT-PV, CCOO-PV, MCA-UGT-PV and FECOMA-CCOO-PV). Barra minn hekk, inħoloq konsorzju. Din l-entità organizzattiva se tkun inkarigata mill-istudju tal-qagħda ekonomika u l-opportunitajiet ta' impjiegi fiż-żona affettwata u se tiżgura l-kunsens u l-parteċipazzjoni tal-atturi involuti. Il-konsorzju huwa magħmul minn rappreżentanti mill-imsieħba soċjali msemmija. 43. L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li r-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni li jikkonċernaw is-sensji kollettivi ġew sodisfatti. Tagħrif dwar azzjonijiet li huma obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi 44. Fir-rigward tal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-awtoritajiet Spanjoli fl-applikazzjoni tagħhom: 45. ikkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-EGF ma tiħux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, 46. urew li l-azzjonijiet jipprovdu appoġġ għal ħaddiema individwali u m’għandhomx jintużaw għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi, 47. ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punti 23 sa 25 hawn fuq ma jirċevux għajnuna minn strumenti finanzjarji Komunitarji oħra. Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 48. Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kontribut finanzjarju se jkun ġestit u kkontrollat mill-istess entitajiet li jġestixxu u jikkontrollaw l-ESF. Id-Direttorat Ġenerali tal-Affarijiet Ekonomiċi tal-Ministeru Reġjonali tal-Finanzi u l-Impjiegi tal-Comunidad Valenciana se jkun l-entità intermedja għall-awtorità ta' ġestjoni. Finanzjament 49. Fuq il-bażi tal-applikazzjoni minn Spanja, il-kontribuzzjoni proposta mill-EGF għall-pakkett ikkoordinat tas-servizzi personalizzati hija ta' EUR 6 598 735, li tirrappreżenta 65 % tal-ispiża totali. L-allokazzjoni proposta tal-Kummissjoni minn dan il-Fond hija bbażata fuq l-informazzjoni li ngħatat minn Spanja. 50. Fid-dawl tal-ammont massimu possibbli ta' kontribut finanzjarju mill-EGF skont l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, kif ukoll tal-ambitu tar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li timmobilizza l-EGF għall-ammont totali msemmi hawn fuq, li għandu jiġi allokat taħt l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju. 51. Dan l-ammont propost ta' kontribut finanzjarju se jħalli iktar minn 25 % tal-ammont massimu annwali allokat għall-EGF disponibbli biex ikun allokat matul l-aħħar erba' xhur tas-sena, kif stipulat fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. 52. Bil-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex timmobilizza l-EGF, il-Kummissjoni qiegħda tniedi l-proċedura ssemplifikata tat-trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex tikseb il-qbil taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar il-ħtieġa li jiġi użat l-EGF u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja li tilħaq ftehim dwar l-abbozz tal-proposta tal-mobilizzazzjoni, fil-livell politiku xieraq, biex tinforma lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha. F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, tissejjaħ laqgħa formali tat-trijalogu. 53. B’mod separat il-Kummissjoni tippreżenta talba ta' trasferiment sabiex iddaħħal fil-baġit għall-2010 approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagamenti speċifiċi, kif meħtieġ mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/014 ES/Comunidad Valenciana). IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda[13], u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[15], Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. (2) L-għan tal-EGF twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jkunu sfaw qiegħda bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. (3) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF fil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. (4) Spanja bagħtet applikazzjoni biex timmobilizza l-EGF, fir-rigward tal-qgħad fil-181 intrapriża li joperaw fir-Reviżjoni 2 taqsima 23 tan-NACE ("Manifattura ta' prodotti minerali nonmetalliċi oħrajn") f'reġjun NUTS II uniku, Comunidad Valenciana (ES52), fit-2 ta' Settembru 2009 u ssupplimentatu b'tagħrif addizzjonali sat-22 ta' Frar 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontributi finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 6 598 735. (5) L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjonijiet imressqa minn Spanja. IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 6 598 735 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussell/Strasburgu, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. [2] ĠU L 406, tat-30.12.2006, p. 1. [3] Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-20.12.2006 (ĠU L 393 tat-30.12.2006, p.1) [4] Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku. COM(2008) 800 [5] Għal tlieta minn dawn l-intrapriżi (Artísticos del Levante S.A., Azulejos Sanchís S.L. and Roig Cerámica S.A.) is-sensji ġew ikkalkulati skont it-tielet inċiż għall-parti l-kbira tal-ħaddiema tagħhom (98%, 78% u 64% rispettivament) u skont it-tieni għall-bqija. [6] Estudio sobre El Distrito de la Cerámica de Castellón . Instituto Interuniversitario de Desarrollo Local de la Universidad Jaume I [7] INE, l-istitut tal-istatistika nazzjonali Spanjol. [8] Il-kategoriji huma msejsa fuq il-Klassifika tal-Istandards tal-Impjiegi Internazzjonali (ISCO-88). [9] Il-kategoriji huma bbażati fuq il-Klassifikazzjoni Standard tal-Edukazzjoni Internazzjonali (ISCED-97) [10] Unión General de Trabajadores del País Valenciano (UGT-PV), Comisiones Obreras del País Valenciano (CC.OO.-PV), Federación del Metal, Madera y Afines de la UGT del País Valenciano (MCA-UGT-PV) u Federación de Construcción, Madera y Afines (FECOMA-CC.OO.-PV) [11] Fi Spanja, is-salarju annwali kuntrattwali jinqasam f'erbatax-il parti ugwali, tnax minnhom jitħallsu kull xahar u t-13 u l-14 jitħallsu f'Ġunju u f'Diċembru flimkien mas-salarju tax-xahar rilevanti. [12] Id-differenza bejn l-ispejjeż totali minħabba t-tqassir għal żewġ punti deċimali tal-ispiża stmata għal kull ħaddiem fil-mira. [13] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. [14] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1. [15] ĠU C [...], [...], p. [...].