Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) /* KUMM/2010/0132 finali - COD 2010/0073 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 9.4.2010 KUMM(2010)132 finali 2010/0073 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-miri tagħha Il-kunċetti fis-Sistema Ewropea tal-Kontabilità (SEK) għandhom ħafna skopijiet: il-kunċetti tas-SEK se jkunu aċċettabbli għal medda kbira ta’ użi, iżda jista’ jkun hemm il-bżonn li jkunu supplimentati għal ċerti użi. Għal xi ħtiġijiet partikolari tad-dejta, pereżempju għall-analiżi tal-effetti li għandhom fuq xulxin l-ambjent u l-ekonomija, l-aħjar soluzzjoni hija li jiġu kompilati kontijiet satelliti separati. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju 2006, il-Kunsill Ewropew talab lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex jestendu l-kontijiet nazzjonali għall-aspetti ewlenin tal-Iżvilupp Sostenibbli. Il-kontijiet nazzjonali għandhom għalhekk jiġu kkomplementati b'kontijiet ambjentali-ekonomiċi integrati li jipprovdu dejta li tkun verament konsistenti. Il-proposta mistennija li tiżgura l-mezzi biex jintlaħqu t-tliet miri li ġejjin: - L-implimentazzjoni tal-ideat stipulati fil-parti li tittratta dwar il-kontijiet ambjentali fil-kapitolu l-ġdid dwar il-kontijiet satelliti fis-SEK riveduta li ġejja. - Li tingħata prijorità lill-produzzjoni regolari ta’ sett ċentrali ta’ kontijiet ibbażati fuq L-Istrateġija Ewropea għall-Kontijiet Ambjentali (SEKA 2008) riveduta, kif ġiet adottata mill-Kumitat dwar il-Programm Statistiku f’Novembru 2008. - Li jkun żgurat li l-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika (INI) jkomplu u potenzjalment jespandu x-xogħol tagħhom dwar il-kontijiet ambjentali, bil-għan ewlieni li jipprovdu dejta ta’ kwalità raġonevolment tajba, armonizzata u f’waqtha. Li tgħin biex tiżgura li jsiru disponibbli r-riżorsi xierqa għall-iżvilupp tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali fl-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika. 1.2. Il-kuntest ġenerali Wara t-Trattat ta’ Amsterdam, il-politika dwar l-ambjent u s-sostenibbiltà ressqet ’il quddiem fl-aġenda politika, u ffokat fuq l-integrazzjoni tat-tiswir ta’ politiki ambjentali u ekonomiċi u fuq l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ambjentali ma’ oqsma politiċi oħra. Fil-livell tal-UE, inizjattivi politiċi ewlenin li huma importanti għall-kontijiet ambjentali jinkludu s-sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, l-Istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli tal-UE u bosta inizjattivi ta’ politiki settorjali marbutin mal-proċess Cardiff. L-oqsma ewlenin jinkludu t-tibdil fil-klima, it-trasport sostenibbli, in-natura u l-bijodiversità, is-saħħa u l-ambjent, l-użu tar-riżorsi naturali u l-immaniġġjar tal-iskart u d-dimensjoni internazzjonali tal-iżvilupp sostenibbli. L-indikaturi strutturali, imfasslin biex jissorveljaw il-progress lejn l-għanijiet ta’ Lisbona, ġew estiżi biż-żieda ta’ indikaturi ambjentali. Sakemm l-istatistiċi primarji jibqgħu mhumiex sħaħ, il-kontijiet ambjentali jistgħu jkunu utli billi jipprovdu qafas u proċeduri għall-istima ta’ dejta li tkun nieqsa, pereżempju dik ibbażata fuq sorsi li mhumiex statistiki. L-utenti jenfasizzaw ħafna l-analiżi u l-applikazzjonijiet tal-kontijiet ambjentali fl-immudellar u fit-tbassir, kemm biex jiġu ppreparati l-proposti dwar il-politiki kif ukoll biex isir ir-rappurtaġġ dwar l-implimentazzjoni u l-impatti tal-politiki. Eżempji ta’ dan huma t-tfassil tal-politiki dwar it-tassazzjoni marbuta pereżempju mat-tibdil fil-klima u l-użi tal-enerġija, jew l-istima tal-effetti tal-kummerċ internazzjonali fuq l-emissjonijiet u l-użu tar-riżorsi. Il-ħtiġijiet tal-utenti jvarjaw daqsxejn minn pajjiż għal ieħor, jirriflettu l-attributi nazzjonali tar-riżorsi naturali u l-vantaġġi ambjentali jew prijoritajiet speċifiċi nazzjonali, iżda l-komponenti ewlenin standardizzati tal-kontijiet ambjentali huma simili: kontijiet ta’ riżorsi naturali magħżula, kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja u tal-enerġija, kontijiet taċ-ċirkolazzjoni tal-materjali, l-infiq ambjentali, l-attivitajiet u t-taxxi. 1.3. Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Fl-1994, il-Kummissjoni Ewropea identifikat id-direzzjonijiet ewlenin ta’ azzjoni fl-iżvilupp ta’ qafas tal -Kontijiet Nazzjonali Ambjentali msejjes fuq is-satelliti tal-Kontijiet Nazzjonali[1]. Minn dakinhar ’il hawn, il-Eurostat, b’kollaborazzjoni mal-uffiċċji tal-istatistika tal-Istati Membri u bl-appoġġ finanzjarju tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, tat l-għajnuna lill-pajjiżi Ewropej biex jiġbru d-dejta permezz ta’ studji sperimentali. Id-dejta marbuta mal-Kontijiet Ambjentali jiġi rrappurtat lill-Eurostat b’numru ta’ modi differenti. Fuq bażi obbligatorja: - Ċerta dejta dwar l-Ispiża Ambjentali tal-industriji tinġabar b’rabta mar-regolament dwar l-Istatistiċi Kummerċjali Strutturali (SKS)[2] - Id-dejta trażmessa lill-Eurostat b’rabta mar-regolament dwar is-SEK 95[3] fir-rigward tal-Kontijiet Nazzjonali (pereżempju t-tabelli li juru l-provvista u l-użu, tabelli tad-Dħul u l-Infiq, il-COFOG (il-Klassifika tal-Funzjonijiet tal-Gvern) u l-istatistika dwar it-taxxi. Bi ftehim tal-kelma, id-dejta dwar il-Kontijiet Ambjentali kkompilata fl-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika tintbagħat lill-Eurostat regolarment (kull sena jew kull sentejn) permezz ta’: - Il-kwestjonarju konġunt tal-Eurostat u l-OECD (l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku) (l-ispejjeż u d-dħul marbutin mal-ħarsien ambjentali) - Kwestjonarju separat dwar il-Kontijiet taċ-Ċirkolazzjoni tal-Materjali mifruxa mal-Ekonomija kollha. - Kwestjonarju separat dwar il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja - Kwestjonarju separat dwar it-taxxi ambjentali skont l-industrija Id-Deċiżjoni Nru 1578/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008 sal-2012 jagħmel referenza ċara għall-ħtieġa ta’ statistiċi u rendikonti ta’ kwalità għolja fil-qasam tal-ambjent. Barra minn hekk, skont l-inizjattivi ewlenin tal-2008 sal-2012[4] huwa ddikjarat li “se jiġu żviluppati s-sisien legali fejn meħtieġ, għall-oqsma importanti fil-ġbir tad-dejta li għad ma hemmx liġijiet dwarhom.” 1.4. Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni L-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa msejjes fuq tkabbir ekonomiku bbilanċjat u l-istabbiltà tal-prezzijiet, fuq ekonomija soċjali tas-suq b’kompetittività għolja, li jimmira li jikseb l-impjieg sħiħ u l-progress soċjali, u msejjes fuq livell għoli ta’ ħarsien u titjib fil-kwalità tal-ambjent huwa fil-qalba tal-Artikolu 3 tat-Trattat. Is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali[5] kkonferma li huwa essenzjali t-tagħrif sod dwar l-istat tal-ambjent u dwar ix-xejriet, il-pressjonijiet u l-motivazzjonijiet ewlenija għat-tibdil fl-ambjent għall-iżvilupp ta' politika effikaċi, għall-implimentazzjoni tagħha, u għall-għotja aktar ġenerali ta’ setgħa liċ-ċittadini. Il-proposta attwali hija konsistenti mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni. 2. IL-KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMA TAL-IMPATT 2.1. Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati Il-metodi tal-konsultazzjoni, is-setturi ewlenin ta’ mira u deskrizzjoni ġenerali ta’ dawk li wieġbu Il-proposta ġiet diskussa mal-produtturi tad-dejta fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u fis-servizzi tal-Kummissjoni (id-DĠ għall-Ambjent, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, l-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent), permezz ta’ konsultazzjonijiet bil-miktub, fil-gruppi ta’ ħidma u fit-task forces rilevanti, u mad-diretturi tal-istatistika u l-kontijiet ambjentali. Taqsira tat-tweġibiet u l-mod ta' kif tqiesu Il-proposta attwali hija r-riżultat ta’ negozjati intensivi fost il-partijiet interessati kollha. 2.2. Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi L-oqsma xjentifiċi/tal-kompetenzi kkonċernati Ir-rappreżentanti nazzjonali u tal-Kummissjoni (id-DĠ għall-Ambjent, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, l-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent) fil-laqgħat tat-task force tad-DĠ Eurostat “Kontijiet taċ-Ċirkolazzjoni tal-Materjali”, il-gruppi ta’ ħidma dwar “il-Kontijiet Ambjentali” u “L-istatistiċi tal-Ispiża Ambjentali”, u l-Laqgħa tad-Diretturi dwar “l-Istatistiċi u l-Kontijiet Ambjentali” (DIMESA) kollha kienu esperti li huma mgħarrfin dwar il-leġiżlazzjoni attwali, is-sistemi nazzjonali għall-ġbir u l-kumpilazzjoni tal-kontijiet u l-istatistiċi ambjentali u xejriet ġodda fl-iżvilupp tal-kontijiet ambjentali. Il-metodoloġija użata L-esperti kkontribwixxew fil-laqgħat tat-task force, tal-gruppi ta’ ħidma u tad-DIMESA u fil-konsultazzjonijiet bil-miktub waqt il-proċess tat-tħejjija. L-organizzazzjonijiet/l-esperti ewlenin li ġew ikkonsultati L-esperti ewlenin kienu mill-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika, mill-Ministeri u l-Aġenziji għall-Ambjent, u mid-DĠ għall-Ambjent, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, u l-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent. Taqsira tal-pariri li ttieħdu u ntużaw Ġiet innotata reazzjoni pożittiva u inkoraġġanti ħafna. Ma ssemmietx l-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji li jkollhom konsegwenzi irriversibbli. Il-mezzi li ntużaw biex il-pariri tal-esperti jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-pubbliku Id-dokumenti ta’ ħidma u l-minuti tal-laqgħat tat-task force, tal-gruppi ta’ ħidma u tad-DIMESA huma disponibbli permezz taċ-CIRCA. 2.3. Analiżi tal-effetti u tal-konsegwenzi Ġew identifikati żewġ għażliet: - L-ewwel għażla: li l-affarijiet jibqgħu mexjin kif qegħdin issa, bil-ftehim tal-kelma - It-tieni għażla: li titwaqqaf bażi legali li tappoġġja l-ġbir tad-dejta dwar il-kontijiet ambjentali ekonomiċi. 2.3.1. L-ewwel għażla: Li l-affarijiet jibqgħu miexjin kif qegħdin issa, bil-ftehim tal-kelma L-effetti u l-konsegwenzi għaċ-ċittadini u għall-familji Mhumiex mistennija ebda effett jew konsegwenza diretti. Ikunu affettwati indirettament minħabba li x-xogħol tal-politiċi jkun iżjed frammentat u inqas ikkoordinat ma’ informazzjoni rigward l-ekonomija u s-soċjetà, minħabba li jkompli jintuża tagħrif sparpaljat u mhux komplet. L-effetti u l-konsegwenzi fuq l-intrapriżi Mhumiex mistennija ebda effett jew konsegwenza diretti. Jiġu affettwati indirettament mid-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-politiċi minħabba li dawn jibqgħu jużaw u jieħdu deċiżjonijiet ibbażati fuq tagħrif sparpaljat u mhux komplet. L-effetti u l-konsegwenzi fuq l-Istati Membri Bis-sitwazzjoni attwali, li hi bbażata fuq ftehim tal-kelma mingħajr ebda bażi legali, fl-aħjar tbassira l-kwalità u d-disponibbiltà tad-dejta jibqgħu fil-livell attwali, li ma tantx hu adegwat, jew, u din hija iżjed probabbli, id-disponibbiltà tad-dejta tonqos. B’rabta mal-istudju tal-“Environmental Accounts in Europe – State of play of recent work” li sar f’isem il-Kummissjoni fl-2007, numru ta’ pajjiżi stqarrew b’mod ċar li l-prijorità tagħhom kienet li jiffokaw kważi esklussivament fuq rapportaġġ li hu mitlub legalment u li d-dejta kkompilata u rrapportata skont ftehimiet tal-kelma ma tibqax tiġi kkompilata minħabba nuqqas ta' obbligu legali. Dan ikun jgħodd ukoll għal statistiċi stabbiliti sew fil-qasam tal-kontijiet ambjentali minħabba eżiġenzi tal-baġit. L-effetti u l-konsegwenzi għall-politiki fil-livell tal-Unjoni Ewropea Jeżistu ħtiġijiet li dejjem qegħdin jiżdiedu li jkun hemm rabta bejn l-informazzjoni dwar l-ambjent u l-informazzjoni dwar l-ekonomija. Jinħtieġu valutazzjonijiet integrati f’bosta mill-pjanijiet ta’ azzjoni u strateġiji tal-UE. Il-valutazzjoni tal-istrateġiji ambjentali tista’ ssir biss jekk tkun disponibbli d-dejta kredibbli. Is-sitwazzjoni li teżisti bħalissa, ibbażata fuq ftehim tal-kelma, ma tiggarantixxix dejta ta’ kwalità xierqa, li tkun f’waqtha u li tkun tittratta dwar dak kollu li jkun meħtieġ biex din il-valutazzjoni ssir kif suppost. Jekk is-sitwazzjoni tibqa’ fuq bażi tal-ftehim tal-kelma hemm riskju li d-dejta li tkun nieqsa tiġi vvalutata u miġbura xi mkien ieħor b’mod ad hoc kull meta l-ħtiġijiet tal-politiki jkunu jirrekjedu l-informazzjoni dwar ir-relazzjoni bejn l-ekonomija u l-ambjent. Għalhekk il-possibbiltajiet li tinġabar bażi ta’ tagħrif u dejta xierqa li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-politiki jkunu limitati fil-kundizzjonijiet eżistenti. 2.3.2. It-tieni għażla: Li titwaqqaf bażi legali li tappoġġja l-ġbir tad-dejta dwar il-kontijiet ambjentali ekonomiċi. L-effetti u l-konsegwenzi għaċ-ċittadini u għall-familji Mhumiex mistennija ebda effett jew konsegwenza diretti. Jiġu affettwati indirettament mid-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-politiċi abbażi tal-informazzjoni mtejba. L-effetti u l-konsegwenzi fuq l-intrapriżi Jista’ jkun hemm xi każi ta’ dejta kunfidenzjali li tkun teħtieġ immaniġġjar. Il-Kontijiet Ambjentali jikkonċernaw primarjament l-organizzazzjoni ta’ dejta li diġà teżisti u mhux il-ġbir ta’ statistiċi ġodda mingħand l-intrapriżi. Għat-tliet moduli previsti f’dan ir-Regolament, li huma l-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja, it-taxxi marbutin mal-ambjent skont l-attivitàjiet ekonomiċi u l-kontijiet taċ-ċirkolazzjoni tal-materjali mifruxin mal-ekonomija kollha, id-dejta meħtieġa tkun ikkumpilata abbażi tal-obbligi ta’ rappurtaġġ li jeżistu diġà. Pereżempju, il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja jiddependu mid-dejta prodotta għall-inventarji tal-emissjonijiet fl-arja (skont il-UNFCCC - il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima- u l-CLRTAP – il-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis tal-Ajru Transkonfinali b’Firxa twila - imsemmijin fl-Anness I). Id-dejta li hemm fit-tieni modulu dwar it-taxxi marbutin mal-ambjent tkun imnissla mill-istatistiċi tat-taxxi u mill-istatistiċi tal-finanzi tal-gvern kif ukoll mid-dejta dwar it-taxxi mill-kontijiet tal-gvern. Fl-aħħar nett, id-dejta meħtieġa għall-kontijiet taċ-ċirkolazzjoni tal-materjali mifruxin mal-ekonomija kollha tkun imnissla mill-istatistiċi tal-agrikultura, l-istatistiċi tal-produzzjoni industrijali u dawk tal-kummerċ. Għalhekk, ma għandux ikun hemm tibdil kbir fl-obbligi tar-rappurtaġġ mill-intrapriżi meta jiġi adottat dan ir-Regolament. L-effetti u l-konsegwenzi fuq l-Istati Membri Il-kontijiet ambjentali prinċipalment ma jeħtiġux il-ġbir ta' dejta ġdida iżda joħolqu użi addizzjonali għad-dejta tal-kontijiet nazzjonali (pereżempju t-tabelli dwar il-forniment u l-użu u dwar il-ħruġ u d-dħul), għall-istatistiċi ambjentali u statistiċi minn oqsma oħra. Id-dejta ewlenija meħtieġa mal-kontijiet nazzjonali huma dawk dwar l-ambjent, l-enerġija, it-trasport, il-foresterija, is-sajd, l-inventarji u statistiċi oħra, kif ukoll dejta oħra li jkollhom il-ministeri, l-istituzzjonijiet speċjalizzati u l-aġenziji tal-ambjent. Fir-risposti għall-istudju li sar għall-Eurostat fl-2007, numru ta’ pajjiżi Ewropej iddikjaraw li l-Kontijiet Ambjentali mhumiex se jkunu żviluppati u lanqas ma jitkomplew mingħajr bażi legali Ewropea li tipprovdi d-dritt legali li jsiru talbiet għar-riżorsi meħtieġa biex jiġi sodisfatt dan ir-rekwiżit. L-effetti u l-konsegwenzi għall-politiki fil-livell tal-Unjoni Ewropea Il-valutazzjoni tal-Politika dwar l-Ambjent Ewropew u tal-Istrateġiji Tematiċi tista’ ssir bis-serjetà biss jekk tkun disponibbli d-dejta kredibbli. L-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali evidentement teħtieġ id-dejta biex jiġu kkompilati l-indikaturi dwar il-firda tat-tkabbir ekonomiku mill-pressjonijiet naturali u l-indikaturi dwar l-impatt ambjentali. Dawn l-indikaturi huma bbażati fuq dejta li issa qed tinġabar permezz tal-ftehim tal-kelma. Il-produzzjoni u r-rappurtaġġ konsistenti u regolari tal-kontijiet ambjentali meħtieġa jtejbu l-kwalità tal-istatistiċi. Sa issa, id-dejta użata għal Indikatur Strutturali wieħed u tliet Indikaturi dwar l-Iżvilupp Sostenibbli ma nġabritx mid-dejta rrappurtata mill-pajjiżi iżda ġiet żviluppata minn databases internazzjonali (pereżempju mill-FAO, UN). Fl-2009, id-dejta għar-rapporti tal-indikaturi għall-ewwel darba użaw dejta rrappurtata mill-pajjiżi li ġiet ipprovduta skont l-arranġament attwali għal-ġbir tad-dejta. Min-naħa l-oħra, politiki oħrajn tal-UE (pereżempju r-riċiklaġġ u l-prevenzjoni tal-iskart, l-emissjonijiet fl-arja u t-tibdil fil-klima, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli) kienu jkunu ssorveljati ħafna aħjar kieku kienet teżisti d-dejta ta’ kwalità tajba li torbot l-ambjent mal-ekonomija. Din id-dejta tista’ tinġabar permezz tal-qafas tal-kontijiet ambjentali, iżda jeħtieġ li jipparteċipa kull pajjiż u li tkun iggarantita b’mod sħiħ l-armonizzazzjoni. Bażi legali xierqa għall-ġbir ta’ din id-dejta tkun tista’ tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet. Huma mistennija wkoll il-benefiċċji msemmijin hawn taħt: il-ġbir tad-dejta f’qasam li hu importanti għall-pajjiżi kollha tal-UE, iżjed viżibbiltà tal-kontijiet ambjentali bħala għodda għas-sorveljanza tal-politiki, b’esplorazzjoni tal-possibbiltà li jintrabtu ma’ xulxin id-dejta ambjentali u ekonomiċi, il-possibbiltà li wieħed japprofitta ruħu mir-reviżjoni attwali tal-SNA/SEK biex jikseb is-sinerġiji għall-ġbir tad-dejta. 2.3.3. Sinteżi tar-riskji jekk jinżamm l-i status quo Ġew identifikati r-riskji ta’ hawn taħt jekk ma tiġix implimentata l-għażla 2: - Ir-riskju li d-dejta ma tkunx miġbura b’mod xieraq li jipprovdi l-istimi fuq livell tal-UE u li ma jkunx hemm disponibbli sett ta’ dejta sħiħ dwar il-kontijiet ambjentali. Minn dan jirriżulta li l-informazzjoni dwar ir-rabtiet bejn l-ambjent u l-ekonomija ma tkunx sħiħa. - Ir-riskju li l-valutazzjoni ssir fuq bażi ta’ dejta mhux uffiċjali. Dan jinkludi riskju li atturi oħra jivvalutaw l-informazzjoni dwar ir-rabtiet bejn l-ambjent u l-ekonomija u jagħmlu dak li għandhom jagħmlu l-Eurostat u s-Sistema Statistika Ewropea b’mod iżjed sistematiku u armonizzat. - Ir-riskju li l-UE ma tkunx rikonoxxuta bħala attur ewlieni globali fil-qasam tal-kontijiet ambjentali. Hemm riskju li l-isforz li sar s’issa jkun moħli mingħajr ma jkun hemm benefiċċju ċar fl-aħħar. 2.3.4. L-għażla ppreferita L-għażla bejn li d-dejta dwar il-kontijiet ambjentali jibqgħu jinġabru skont ftehim tal-kelma jew appoġġjati mil-leġiżlazzjoni tal-UE b'mod ċar turi li t-tieni għażla hija dik li tirrendi l-aħjar riżultati. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA 3.1. Sinteżi tal-azzjoni proposta L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi stabbilit qafas komuni għall-ġbir, għall-kumpilazzjoni, għat-trażmissjoni u għall-valutazzjoni tal-kontijiet ambjentali ekonomiċi Ewropej. 3.2. Il-bażi legali L-Artikolu 338 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi l-bażi legali għall-istatistiċi Ewropej. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva normali, jadottaw il-miżuri għall-produzzjoni tal-istatistiċi, fejn ikun meħtieġ, dwar il-prestazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni. L-artikolu jistipula l-kundizzjonijiet marbutin mal-produzzjoni tal-istatistiċi Ewropej, u jiddikjara li jridu jikkonformu mal-istandards ta’ imparzjalità, ta’ kredibbiltà, ta’ oġġettività, ta’ indipendenza xjentifika, ta’ nfiq effikaċi u tal-kunfidenzjalità tal-istatistiċi. 3.3. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma tidħolx esklussivament fil-kompetenza tal-UE. L-għan tal-azzjoni proposta, li huwa l-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni tal-kontijiet ambjentali ekonomiċi, ma jistax jintlaħaq sew mill-Istati Membri u għaldaqstant jista’ jintlaħaq aħjar fuq livell tal-UE abbażi ta’ att legali tal-Komunità, minħabba li l-Kummissjoni biss tista’ tikkoordina l-armonizzazzjoni meħtieġa tal-informazzjoni statistika fuq livell Komunitarju, filwaqt li l-ġbir tad-dejta u l-kumpilazzjoni ta’ kontijiet ambjentali ekonomiċi li jikkomparaw ma’ xulxin tista’ tiġi organizzata mill-Istati Membri. B’konsegwenza ta’ dan il-Komunità tista’ tadotta l-miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. 3.4 Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) ta' hawn taħt: B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, dan ir-Regolament jillimita ruħu għal dak li huwa l-minimu meħtieġ biex jikseb l-għan tiegħu mingħajr ma jaqbeż dan il-limitu. Dan ir-Regolament ma jispeċifikax il-mekkaniżmi tal-ġbir tad-dejta għal kull Stat Membru, iżda jiddefinixxi biss id-dejta li għandha tiġi fornita biex tiżgura struttura u żmien armonizzati. Għall-biċċa l-kbira tal-oqsma, ma hemm l-ebda obbligu li l-Istati Membri jagħmlu xi tibdiliet għall-kumpilazzjoni tal-kontijiet ambjentali ekonomiċi, li għalihom diġà qed tinġabar id-dejta fuq livell tal-UE taħt il-ftehimiet tal-kelma. F’ċerti oqsma, jista’ jkun hemm tibdil fir-rapportaġġ tal-istħarriġ li jista’ jaffettwa l-intrapriżi. B’danakollu, il-kontijiet ambjentali jikkonċernaw primarjament l-organizzazzjoni ta’ dejta li diġà teżisti u mhux il-ġbir ta’ statistiċi ġodda mingħand l-intrapriżi. Fir-realtà, il-kontijiet ambjentali prinċipalment ma jeħtiġux il-ġbir ta' dejta ġdida iżda joħolqu użi addizzjonali għad-dejta tal-kontijiet nazzjonali (pereżempju t-tabelli dwar il-forniment u l-użu u dwar il-ħruġ u d-dħul), għall-istatistiċi ambjentali u statistiċi minn oqsma oħra. 3.5. L-għażla tal-istrumenti L-istrumenti proposti: Regolament Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(jiet) ta’ hawn taħt. L-għażla tal-istrument xieraq tiddependi fuq l-għan leġiżlattiv. Minħabba l-ħtiġijiet tal-informazzjoni fuq livell Ewropew, ix-xejra għall-istatistiċi Ewropej hija li jintużaw ir-Regolamenti u mhux id-direttivi għal atti bażiċi. Regolament ikun aħjar għaliex jistabbilixxi l-istess liġi fl-UE kollha, u jiżgura li jiġi applikat b’mod preċiż u komprensiv mill-Istati Membri. Japplika b’mod dirett, jiġifieri ma jkunx hemm bżonn li jiġi traspost fil-liġi nazzjonali. Bil-kontra ta’ dan, id-direttivi, li l-mira tagħhom hi li jarmonizzaw il-liġijiet nazzjonali, jobbligaw lill-Istati Membri dwar l-għanijiet tagħhom, iżda jħallu lill-awtoritajiet nazzjonali jagħżlu huma l-forma u l-mezzi biex jiksbu dawn l-għanijiet. Jeħtieġu wkoll li jkunu trasposti fil-liġi nazzjonali. L-użu ta’ Regolament huwa konformi ma’ atti legali oħra dwar l-istatistika li ġew adottati mill-1997 ’il hawn. 4. L-IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT Il-ġbir tad-dejta ma għandu ebda implikazzjoni ġdida għall-baġit Komunitarju. 5. Informazzjoni addizzjonali L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għaldaqstant għandu jestendi saż-Żona Ekonomika Ewropea. 2010/0073 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 338(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlamenti nazzjonali, Bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva normali, Billi: 1. L-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li l-Unjoni “għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa msejjes fuq tkabbir ekonomiku bbilanċjat u l-istabbiltà tal-prezzijiet, fuq ekonomija soċjali tas-suq b’kompetittività għolja, li jimmira li jikseb l-impjieg sħiħ u l-progress soċjali, u msejjes fuq livell għoli ta’ ħarsien u titjib fil-kwalità tal-ambjent. 2. Is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali[6] kkonferma li huwa essenzjali t-tagħrif sod dwar l-istat tal-ambjent u dwar ix-xejriet, il-pressjonijiet u l-motivazzjonijiet ewlenija għat-tibdil fl-ambjent għall-iżvilupp ta' politika effikaċi, għall-implimentazzjoni tagħha, u għall-għotja aktar ġenerali ta’ setgħa liċ-ċittadini. 3. Id-Deċiżjoni Nru 1578/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008 sal-2012[7] jagħmel referenza ċara għall-ħtieġa ta’ statistiċi u rendikonti ta’ kwalità għolja fil-qasam tal-ambjent. Barra minn hekk, skont l-inizjattivi ewlenin tal-2008 sal-2012 huwa ddikjarat li għandhom jiġu żviluppati s-sisien legali fejn meħtieġ, għall-oqsma importanti fil-ġbir tad-dejta li għad ma hemmx liġijiet dwarhom. 4. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2009) 433 ta’ Awwissu 2009 dwar il-PDG u lil hinn, għarfet il-ħtieġa li mal-indikaturi li jeżistu diġà hemm bżonn tiżdied id-dejta li tinkorpora l-aspetti ambjentali u soċjali. Għal dan l-għan, ir-rendikonti ambjentali jipprovdu mezz ta’ sorveljanza tal-pressjonijiet tal-ekonomija fuq l-ambjent u jipprovdu wkoll mezz ta’ esplorazzjoni dwar kif dawn jistgħu jittaffew. Konformi mal-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u l-kampanja biex tinkiseb ekonomija li timxi fuq użu baxx tal-karbonju, li huma fil-qalba tal-Istrateġija ta’ Lisbona u ta’ inizjattivi ewlenin oħra, l-iżvilupp ta’ qafas tad-dejta li jinkludi kwistjonijiet ambjentali b’mod konsistenti, flimkien ma’ dawk ekonomiċi, sar iżjed u iżjed meħtieġ. 5. Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA), imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità[8] (minn hawn ’il quddiem imsemmija “ESA 95”), bi qbil mas-Sistema tal-Kontijiet Nazzjonali (SNA) adottata mill-Kummissjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti fi Frar 1993, hija l-istrument ewlieni responsabbli għall-istatistiċi ekonomiċi tal-UE kif ukoll għal bosta indikaturi ekonomiċi oħrajn (inkluż il-PDG). Il-qafas tal-ESA jista’ jintuża biex jiġu analizzati u vvalutati aspetti differenti tal-ekonomija (pereżempju l-istruttura, partijiet speċifiċi, l-iżvilupp tagħha maż-żmien) b’danakollu għal xi ħtiġijiet ta’ dejta speċifika, pereżempju għall-analiżi tal-effetti li għandhom fuq xulxin l-ambjent u l-ekonomija, l-aħjar soluzzjoni tkun li jitwaqqfu numru ta’ kontijiet satelliti separati. 6. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju 2006, il-Kunsill Ewropew talab lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex jestendu l-kontijiet nazzjonali għall-aspetti ewlenin tal-iżvilupp sostenibbli. Il-kontijiet nazzjonali għandhom għalhekk jiġu miżjudin b'kontijiet ambjentali ekonomiċi integrati li jipprovdu dejta li tkun konsistenti bis-sħiħ. 7. Il-kontijiet satelliti jippermettu t-twessiegħ tal-kapaċità analitika tal-kontijiet nazzjonali għal oqsma ta’ interess soċjali magħżulin, bħalma huma l-pressjonijiet fuq l-ambjent ikkaġunati mill-attività tal-bniedem, b’mod flessibbli, mingħajr ma jitfgħu wisq piż u mingħajr ma jħawdu lis-sistema ċentrali. 8. Is-Sistema ta’ Kontijiet Ambjentali u Ekonomiċi integrati (System of integrated Environmental Economic Accounts (SEEA)), żviluppata b’mod kollettiv min-Nazzjonijiet Uniti, mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) u mill-Bank Dinji, hija sistema satellita tal-SNA. Tiġbor flimkien l-informazzjoni ekonomika u dik ambjentali f’qafas komuni biex jitqies il-kontribut tal-ambjent għall-ekonomija u jitqies l-impatt tal-ekonomija fuq l-ambjent. Tipprovdi lill-politiċi bl-indikaturi u bl-istatistiċi deskrittivi għas-sorveljanza tal-effetti li għandhom fuq xulxin l-ambjent u l-ekonomija, kif ukoll isservi bħala bażi tad-dejta għall-ippjanifikar strateġiku u għall-analiżi tal-politiki bil-għan li jiġu identifikati mezzi ta’ żvilupp iżjed sostenibbli. 9. L-SEEA tissintetizza u tintegra kemm jista’ jkun il-kategoriji differenti tal-kontijiet ambjentali. B’mod ġenerali, dawn il-kategoriji kollha jwessgħu l-kunċetti tal-SNA dwar l-ispiża, il-formazzjoni tal-kapital u l-istokk tal-kapital billi jżidu ma’ dawn b’mod fiżiku d-dejta addizzjonali biex jinkludu l-piena fuq l-ambjent u l-użu tal-assi naturali għall-produzzjoni, jew billi jemendawhom permezz tal-inkorporazzjoni ta’ dawn l-effetti f’termini monetarji. F’din l-orjentazzjoni ġenerali, il-ħafna kategoriji li hemm għandhom differenzi konsiderevoli bejniethom rigward il-metodoloġija u l-kwistjonijiet ambjentali li jiġu indirizzati. 10. Il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel strateġija tagħha dwar “il-kontabbiltà ekoloġika” fl-1994[9]. Minn dak iż-żmien ’il hawn, il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri żviluppaw u ttestjaw il-metodi tal-kontijiet sal-punt li bosta Stati Membri llum il-ġurnata jipprovdu regolarment l-ewwel sett ta’ kontijiet ambjentali. L-aktar komuni huma l-kontijiet tal-flussi fiżiċi dwar l-emissjonijiet fl-arja (fosthom il-gassijiet serra) u dwar il-konsum materjali u l-kontijiet monetarji dwar in-nefqa u t-taxxi għall-ħarsien ambjentali. 11. Wieħed mill-għanijiet għall-perjodu kopert mill-Programm Statistiku Komunitarju 2008 sal-2012 huwa li jieħu l-inizjattivi u jissostitwixxi xi ftehimiet b’leġiżlazzjoni Ewropea f’ċerti oqsma ta’ produzzjoni regolari ta’ statistiċi Ewropej li waslu għal maturità suffiċjenti. 12. Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea[10] jipprovdi qafas ta’ referenza għall-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej. B’mod partikolari, jirrikjedi l-konformità ma’ prinċipji ta’ indipendenza professjonali, ta’ imparzjalità, ta’ oġġettività, ta’ kredibbiltà, ta’ kunfidenzjalità dwar l-istatistiċi u ta’ nfiq effikaċi. 13. Minħabba li l-gruppi differenti tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali qegħdin fi stadji differenti ta’ żvilupp u maturità, għandha tiġi adottata struttura modulari li toffri flessibbiltà xierqa. 14. Għandu jitwaqqaf programm ta’ studji sperimentali biex jittejbu r-rappurtaġġ, il-kwalità tad-dejta, u l-metodoloġiji u bħala preparazzjoni għal aktar żviluppi. 15. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tagħti d-derogi lill-Istati Membri meta s-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom ikunu jeħtieġu adattamenti kbar. 16. Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, li hu l-ħolqien ta' qafas legali komuni għall-ġbir, għall-kompilazzjoni, għat-trażmissjoni u għall-valutazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan. 17. Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[11]. 18. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex taġġusta l-moduli tal-iżviluppi ambjentali, ekonomiċi u tekniċi, kif ukoll biex tipprovdi t-tmexxija metodoloġika. 19. Il-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika ġie kkonsultat, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Is-Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, għall-kompilazzjoni, għat-trażmissjoni u għall-valutazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej bil-għan li l-kontijiet ekonomiċi ambjentali jiġu stabbiliti bħala kontijiet satelliti tal-ESA 95, billi jipprovdi l-metodoloġija, l-istandards komuni, id-definizzjonijiet, il-klassifikazzjonijiet u r-regola tal-kontijiet, maħsubin għall-użu fil-kumpilazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali. Artikolu 2 Id-Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu: (1) ‛ emissjoni tal-arja ’ tfisser fluss fiżiku ta’ materjali gassużi jew ta’ partikuli mis-sistema ekonomika (il-proċessi ta’ produzzjoni jew ta’ konsum) għall-atmosfera li tifforma parti mis-sistema ambjentali; (2) ‛ taxxa marbuta mal-ambjent ’ tfisser taxxa li l-bażi tagħha hija unità fiżika (jew prokura tagħha) ta’ xi ħaġa li bil-provi għandha impatt speċifiku negattiv fuq l-ambjent, li għandha tinkludi biss transazzjonijiet li huma identifikati bħala taxxa mill-kontijiet nazzjonali; (3) ‛kontijiet taċ-ċirkolazzjoni ta ’ materjali mifruxa mal-ekonomija kollha (EW-MFA) ’ tfisser kumpilazzjonijiet konsistenti tal-inputs ġenerali materjali fl-ekonomiji nazzjonali, it-tibdil tal-istokk materjali fl-ekonomija u ħruġ materjali lejn ekonomiji oħra jew lejn l-ambjent. Artikolu 3 Il-Moduli 1. Il-kontijiet ambjentali li għandhom jiġu kkumpilati fi ħdan il-qafas komuni msemmi fl-Artikolu 1 għandhom jitqassmu fil-moduli li ġejjin: (a) modulu għall-kontijiet tal-emissjonijiet tal-arja, kif stipulat fl-Anness I; (b) modulu għat-taxxi marbutin mal-ambjent minn attivitajiet ekonomiċi, kif stipulat fl-Anness II; (c) modulu għall-kontijiet taċ-ċirkolazzjoni tal-materjali madwar l-ekonomija kollha, kif stipulat fl-Anness III; 2. Kull modolu għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja: (a) l-għanijiet tal-kumpilazzjoni tal-kontijiet; (b) dak li għandhom ikopru l-kontijiet; (c) il-lista tal-karatteristiċi li turi liema dejta għandha tiġi kkumpilata u trażmessa; (d) l-ewwel sena ta’ referenza, il-frekwenza u l-limiti taż-żmien għat-trażmissjoni tal-kumpilazzjoni tal-kontijiet; (e) it-tabelli ta’ rappurtaġġ; (f) il-limitu massimu tal-perjodi ta’ transizzjoni msemmijin fl-Artikolu 8, li tulhom il-Kummissjoni tista’ tagħti d-derogi. 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9 bil-għan li taġġusta l-moduli skont l-iżviluppi ambjentali, ekonomiċi u tekniċi, kif ukoll biex tipprovdi gwida tal-metodoloġija. Artikolu 4 L-istudji sperimentali 1. Il-Kummissjoni se twaqqaf programm ta’ studji sperimentali biex isiru mill-Istati Membri fuq bażi volontarja biex jiġu żviluppati l-kwalità tar-rapportaġġ u tad-dejta, jiġu stabbiliti serje fuq tul ta’ żmien u tkun żviluppata metodoloġija. 2. Ir-riżultati tal-istudji sperimentali għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni, waqt li jiġu kkunsidrati l-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-dejta mqabblin mal-ispejjeż tal-ġbir u l-piż tat-tweġib. Abbażi tal-konklużjonijiet tal-istudji sperimentali, il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ddelegati meħtieġa b’konformità mal-Artikolu 9. Artikolu 5 Il-ġbir tad-dejta 1. L-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta meħtieġa biex jiġu osservati l-karatteristiċi tal-moduli msemmijin fl-Artikolu 3(2). 2. L-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta meħtieġa permezz ta’ għadd ta’ sorsi differenti speċifikati hawn taħt, filwaqt li japplikaw il-prinċipju ta’ simplifikazzjoni amministrattiva: (a) l-istħarriġ; (b) proċeduri ta’ estimi statistiċi meta xi wħud mill-karatteristiċi ma jkunux ġew osservati għall-unitajiet kollha; (c) sorsi amministrattivi. 3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u jipprovdu d-dettalji dwar il-metodi li jkunu użaw u dwar il-kwalità tad-dejti mis-sorsi elenkati fil-paragrafu 2. Artikolu 6 It-trażmissjoni lejn il-Kummissjoni (Eurostat) 1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-dejta stabbilita fl-Annessi, inkluża dik kunfidenzjali, fil-limiti taż-żmien speċifikati hemmhekk. 2. Id-dejta għandha tiġi trażmessa bil-format tekniku xieraq li se jkun stipulat skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2). Artikolu 7 L-evalwazzjoni tal-kwalità 1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità kif stipulati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw għad-dejta li se tkun trażmessa. 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'rapport dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa. 3. Fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ kwalità msemmija fil-paragrafuº1 għad-dejta kopertà minn dan ir-Regolament, il-modalitajiet, l-istruttura u l-frekwenza tar-rapporti ta' kwalità għandhom ikunu ddefiniti skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikoluº12(2). 4. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta trażmessa. Artikolu 8 Id-derogi 1. Il-Kummissjoni tista’ tagħti d-derogi lill-Istati Membri waqt il-perjodi ta’ tranżizzjoni msemmija fl-Annessi skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2) fejn is-sistemi tal-istatistika nazzjonali jkunu jeħtieġu adattamenti kbar. 2. Għal dan il-għan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba ġustifikata kif xieraq lill-Kummissjoni mhux aktar minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Artikolu 9 It-tħaddim tad-delegazzjoni 1. Se jkunu kkonferiti s-setgħat li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 3(3) u 4(2) fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux definit. 2. Minnufih malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha, fl-istess ħin tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 3. Is-setgħat li tadotta l-atti delegati huma kkonferiti fuq il-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 10 u 11. Artikolu 10 Ir-revoka tad-delegazzjoni 1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(3) u 4(2) tista’ tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. 2. L-istituzzjoni li tkun tat bidu għal proċedura interna biex jiġi deċiż jekk għandhiex tkun revokata d-delegazzjoni tas-setgħat għandha tinforma lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni mill-inqas xahar qabel ma tittieħed l-aħħar deċiżjoni, u tiddikjara s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet għal din ir-revoka. 3. Id-deċiżjoni li ssir revoka ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Tibda sseħħ minnufih jew f’data oħra speċifikata fid-deċiżjoni. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ. Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Artikolu 11 Oġġezzjonijiet għall-atti delegati 1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jista’ jittawwal b’xahar. 2. Jekk, sakemm jispiċċa dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, jew jekk, qabel il-limitu taż-żmien, il-Parlament u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ddeċidew li ma joġġezzjonawx, l-att delegat jidħol fis-seħħ fid-data li tkun imsemmija fid-dispożizzjonijiet tiegħu. 3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li tressaq l-oġġezzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni tagħha għall-att delegat. Artikolu 12 Il-kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur. Artikolu 13 Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-EMISSJONIJIET FL-ARJA TAQSIMA 1 Miri Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja jirreġistraw u jippreżentaw id-dejta dwar l-emissjonijiet fl-arja b’mod li jkun kompatibbli mal-kontijiet nazzjonali. Huma jirreġistraw l-emissjonijiet tal-ekonomiji nazzjonali fl-arja minn attivitajiet ekonomiċi li joħorġu fl-arja b’mod disaggregat kif inhu deskritt fl-ESA 95. L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu l-attivitajiet produttivi tal-industriji kif ukoll l-attivitajiet tad-djar privati. Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u vvalutata għall-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja mill-Istati Membri. Din id-dejta se tiġi żviluppata b’mod li torbot l-emissjonijiet diretti mill-industriji u mid-djar privati ma’ dawn l-attivitajiet ekonomiċi ta’ produzzjoni u ta’ konsum. Id-dejta dwar l-emissjonijiet diretti li tiġi rrappurtata skont dan ir-Regolament se tintrabat mat-tabelli ekonomiċi tad-dħul u l-ħruġ, mat-tabelli tal-forniment u l-użu u mad-dejta dwar il-konsum fid-djar privati li diġà qed jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni (Eurostat) bħala parti mir-rappurtaġġ tal-ESA 95. TAQSIMA 2 Dak li hu kopert Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja għandhom l-istess limiti għas-sistema bħall-ESA 95 u huma bbażati wkoll fuq l-istess prinċipju ta’ residenza. B’konformità mal-ESA 95, il-kunċett ta’ residenza huwa bbażat fuq il-prinċipju li ġej: unità partikolari hija ddefinita bħala unità residenti ta' pajjiż meta jkollha ċentru ta' interess ekonomiku fit-territorju ekonomiku ta' dak il-pajjiż — jiġifieri, meta għal perjodu estiż (sena jew aktar) tinvolvi ruħha f'attivitajiet ekonomiċi f'dan it-territorju. Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja jirreġistraw l-emissjonijiet li joħorġu mill-attivitajiet kollha ta’ unità residenti, mingħajr ma jitqies minn fejn ġejjin ġeografikament. Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja jirreġistraw iċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali reżidwi gassużi f’forma ta’ partikuli li joriġinaw mill-ekonomija nazzjonali u jidħlu fl-atmosfera. Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, il-kelma ‛atmosfera ’ tirreferi għal komponent tas-sistema ambjentali. Il-limitu tas-sistema jirreferi għall-konfini bejn l-ekonomija nazzjonali (bħala parti mis-sistema ekonomika) u l-atmosfera (bħala parti tas-sistema ambjentali). Wara li jkunu għaddew lil hinn mill-konfini ta' din is-sistema, is-sostanzi mitfugħa ’l barra jkunu ħarġu minn kull kontroll tal-bniedem u saru parti miċ-ċikli tal-materjali naturali fejn jistgħu jikkawżaw ħafna impatti ambjentali. TAQSIMA 3 Il-lista tal-karatteristiċi L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistiċi dwar l-emissjonijiet tas-sustanzi li ġejjin li jniġġsu l-arja: Kodiċi | Isem tal-emissjoni fl-arja | Is-simbolu tal-emissjoni fl-arja | L-unità tar-rappurtaġġ | Dijossidu tal-karbonju mingħajr emissjonijiet mill-bijomassa | CO2 | 1 000 tunnellata (Gg) | Dijossidu tal-karbonju mill-bijomassa | CO2 tal-bijomassa | 1 000 tunnellata (Gg) | L-ossidu tan-nitroġenu | N2O | tunnellati (Mg) | Metanu | CH4 | tunnellati (Mg) | Perfluorocarbons | PFCs | tunnellati (Mg) ekwivalenti tas-CO2 | Hydrofluorocarbons | HFCs | tunnellati (Mg) ekwivalenti tas-CO2 | Hexafluoride tal-kubrit | SF6 | tunnellati (Mg) ekwivalenti tas-CO2 | Ossidi tan-nitroġenu | NOX | tunnellati (Mg) ekwivalenti tal-NO2 | Komposti volatili organiċi mhux metaniċi | NMVOCs | tunnellati (Mg) | Monossidu tal-karbonju | CO | tunnellati (Mg) | Materja magħmula minn partikuli < 10 µ | PM10 | tunnellati (Mg) | Materja magħmula minn partikuli < 2.5 µ | PM2.5 | tunnellati (Mg) | Dijossidu tal-kubrit | SO2 | tunnellati (Mg) | Ammonja | NH3 | tunnellati (Mg) | Id-dejta kollha għandha tkun irrappurtata sa punt deċimali wieħed. TAQSIMA 4 L-ewwel sena ta’ referenza, il-limiti taż-żmien tal-frekwenza u tat-trażmissjoni 1. L-istatistiċi għandhom ikunu kkumpilati u trażmessi kull sena. 2. L-istatistiċi għandhom jiġu trażmessi fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. 3. L-ewwel sena ta’ referenza hija s-sena meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament. 4. Fl-ewwel trażmissjoni tad-dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2008 sal-ewwel sena ta’ referenza. 5. F’kull trażmissjoni ta’ dejta sossegwenti lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta annwali għas-snin n-4, n-3, n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza. TAQSIMA 5 It-tabelli ta’ rappurtaġġ 1. Għal kull waħda mill-karatteristiċi msemmijin fit-Taqsima 3, id-dejta għandha tkun prodotta permezz ta’ klassifika ġerarkika ta’ attivitajiet ekonomiċi, NACE Rev.2 (A*64 livell ta’ aggregazzjoni għall-kontijiet nazzjonali u reġjonali), kompletament kompatibbli mal-ESA 95. Ma’ dan, għandha tkun prodotta d-dejta dwar: - L-emissjonijiet mid-djar privati; - Oġġetti li jorbtu ħaġa ma’ oħra. Oġġetti li jorbtu ħaġa ma’ oħra huma oġġetti ta’ rappurtaġġ li b’mod ċar jirrikonċiljaw id-differenzi bejn il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja rrappurtati skont dan ir-Regolament u dik id-dejta rrappurtata fl-inventarji nazzjonali uffiċjali tal-emissjonijiet fl-arja. 2. Il-klassifika ġerarkika msemmija fil-paragrafu 1 hija kif ġej: Emissjonijiet tal-arja skont l-industrija — NACE Rev.2 (A*64) | L-emissjonijiet fl-arja mid-djar privati | - It-trasport | - Mezzi li jsaħħnu/jkessħu | - Oħrajn | Oġġetti li jorbtu ħaġa ma’ oħra | Emissjonijiet fl-arja NAMEA totali (l-industrija + id-djar privati) | Mingħajr ir-residenti Nazzjonali li huma msefrin | - Bastimenti tas-sajd nazzjonali li qegħdin jaħdmu barra mill-pajjiż | - It-trasport fuq l-art | - It-trasport bl-ilma | - It-trasport bl-ajru | Biż-żieda ta’ nies mhumiex residenti fit-territorju | + It-trasport fuq l-art | + It-trasport fuq l-ilma | + It-trasport bl-ajru | (+ jew -) Aġġustamenti oħrajn u diskrepanzi fl-istatistika | = Totali tal-emissjonijiet tas-sustanza X li tniġġes skont kif ġie rrappurtat lill-UNFCCC[12]/CLRTAP[13] | TAQSIMA 6 It-tul massimu tal-perjodi ta’ tranżizzjoni Ma jistax jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni. ANNESS II MODULU GĦAT-TAXXI MARBUTIN MAL-AMBJENT MILL-ATTIVITAJIET EKONOMIĊI TAQSIMA 1 Miri Id-dipartimenti tat-taxxi marbutin mal-ambjent jirreġistraw u jippreżentaw id-dejta dwar it-taxxi marbutin mal-ambjent b’mod li hu kompatibbli mal-kontijiet nazzjonali. Jirreġistraw id-dħul mit-taxxi ambjentali tal-ekonomiji nazzjonali b’mod disaggregat skont l-attivitajiet ekonomiċi kif inhu deskritt fl-ESA 95. L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu l-attivitajiet produttivi tal-industriji kif ukoll l-attivitajiet tad-djar privati. Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u vvalutata industrija b’industrija mill-Istati Membri għad-dħul tat-taxxi marbutin mal-ambjent. L-istatistiċi dwar it-taxxi marbutin mal-ambjent jistgħu jużaw direttament l-istatistiċi dwar it-taxxi u l-istatistiċi tal-finanzi tal-gvern, iżda jekk tintuża d-dejta dwar it-taxxi mill-kontijiet nazzjonali kemm hu possibbli jkun hemm il-vantaġġi. L-istatistiċi tat-taxxi marbutin mal-ambjent huma bbażati fuq l-ammonti murija mill-estimi u d-dikjarazzjonijiet jew ir-riċevuti ta’ flus kontanti aġġustati għaż-żmien, biex tkun żgurata l-konsistenza mal-kontijiet nazzjonali u biex jittejjeb il-qbil internazzjonali. Il-kontijiet nazzjonali fihom ukoll l-informazzjoni dwar liema huma l-industriji u s-setturi li qegħdin iħallsu t-taxxi. L-informazzjoni dwar it-taxxi li toħroġ mill-kontijiet nazzjonali tinstab fil-kontijiet istituzzjonali tal-gvern, fit-tabelli tal-forniment u tal-użu u fil-kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul. TAQSIMA 2 Dak li hu kopert It-taxxi marbutin mal-ambjent għandhom l-istess limiti għas-sistema bħall-ESA 95 u jikkonsistu f’pagamenti obbligatorji mhux imraddin lura, fi flus kontanti jew b’oġġetti, li jkunu miġburin mill-gvern ġenerali jew mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. It-taxxi marbutin mal-ambjent jidħlu fil-kategoriji tal-ESA 95 ta' hawn taħt: - It-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2), - It-taxxi attwali fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. (D5), - It-taxxi kapitali (D91). TAQSIMA 3 Il-lista tal-karatteristiċi L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistiċi dwar it-taxxi marbutin mal-ambjent skont il-karatteristiċi li ġejjin: 20. Taxxi fuq l-enerġija, 21. Taxxi fuq it-trasport, 22. Taxxi fuq it-tniġġis, 23. Taxxi fuq ir-riżorsi. Id-dejta kollha għandha tiġi rrappurtata f’miljuni fil-valuta nazzjonali. TAQSIMA 4 L-ewwel sena ta’ referenza, il-limiti taż-żmien tal-frekwenza u tat-trażmissjoni 1. L-istatistiċi għandhom ikunu kkumpilati u trażmessi kull sena. 2. L-istatistiċi għandhom jiġu trażmessi fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. 3. L-ewwel sena ta’ referenza hija s-sena meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament. 4. Fl-ewwel trażmissjoni tad-dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2008 sal-ewwel sena ta’ referenza. 5. F’kull trażmissjoni ta’ dejta sossegwenti lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta annwali għas-snin n-4, n-3, n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza. TAQSIMA 5 It-tabelli ta’ rappurtaġġ Għal kull waħda mill-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-dejta għandha tkun prodotta għas-setturi istituzzjonali li qegħdin iħallsu t-taxxi. Għas-setturi tal-gvern ġenerali u tal-korporazzjonijiet, id-disaggregazzjoni mitluba hija skont klassifika ġerarkika ta’ attivitajiet ekonomiċi, NACE Rev.2 (A*64 livell ta’ aggregazzjoni għall-kontijiet nazzjonali u reġjonali), kompletament kompatibbli mal-ESA 95. Ma’ dan, għal kull waħda mill-karatteristiċi 1 u 2 imsemmija fit-Taqsima 3, trid tiġi prodotta d-dejta għal: - Djar privati, - Nies li mhumiex residenti, - Mhux allokat. TAQSIMA 6 It-tul massimu tal-perjodi ta’ tranżizzjoni Ma jistax jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni. ANNESS III MODULU GĦALL-KONTIJIET TAĊ-ĊIRKOLAZZJONI TAL-MATERJALI FUQ IL-FIRXA KOLLHA TAL-EKONOMIJA (EW-MFA) TAQSIMA 1 Miri L-EW-MFA jkopru l-materjali solidi, gassużi u likwidi kollha mkejla f’unitajiet ta’ massa kull sena, ħlief iċ-ċirkolazzjoni tal-arja u l-ilma. Bħas-sistema ta’ kontijiet nazzjonali, il-kontijiet taċ-ċirkolazzjoni tal-materjali fuq il-firxa kollha tal-ekonomija għandhom żewġ għanijiet ewlenin. Iċ-ċirkolazzjonijiet tal-materjali ddettaljati jipprovdu database empirika rikka għal varjetà ta’ studji analitiċi. Jintużaw ukoll biex jiġu kkumpilati varjetà ta’ indikaturi taċ-ċirkolazzjoni tal-materjali fuq firxa sħiħa tal-ekonomija għall-ekonomiji nazzjonali. Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u vvalutata għall-EW-MFA mill-Istati Membri. TAQSIMA 2 Dak li hu kopert Id-distinzjoni bejn stokks u cirkolazzjonijiet hija prinċipju fondamentali ta’ sistema taċ-ċirkolazzjoni tal-materjali. Prinċipalment, ċirkolazzjoni hija fattur varjabbli li tkejjel kwantità f’perjodu ta’ żmien, filwaqt li stokk huwa fattur varjabbli li jkejjel kwantità f’ħin wieħed. L-EW-MFA huma kunċett ta’ ċirkolazzjoni. Ikejlu ċ-ċirkolazzjoni tad-tidħil, tal-produzzjoni u tat-tibdiliet fl-istokk materjali fl-ekonomija f’unitajiet ta’ massa fis-sena. L-EW-MFA jaqblu mal-prinċipji tas-sistema tal-kontijiet nazzjonali (ESA 95), bħall-prinċipju ta’ residenza. Huma jispjegaw iċ-ċirkolazzjonijiet ta’ materjali assoċjati mal-attivitajiet tal-unitajiet residenzjali ta’ ekonomija nazzjonali tkun fejn tkun il-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Fl-EW-MFA hemm żewġ tipi ta’ ċirkolazzjoni ta’ materjali li jaqbżu l-konfini tas-sistemi li huma rilevanti: 1. Iċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali bejn l-ekonomija nazzjonali u l-ambjent naturali tagħha. Din tikkonsisti fil-kisba ta’ materjali (jiġifieri fi stat mhux raffinat jew maħdum) mill-ambjent naturali u r-rimi ta’ materjali (ħafna drabi msemmijin bħala residwi) fl-ambjent naturali. 2. Iċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali bejn l-ekonomija nazzjonali u l-ekonomija tal-bqija tad-dinja. Din tikkonsisti fl-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet. Iċ-ċirkolazzjonijiet li jaqsmu dawn il-konfini tas-sistemi biss huma inklużi fl-EW-MFA. Iċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali fl-ekonomija mhumiex rappreżentati fl-EW-MFA. Dan ifisser li l-ekonomija nazzjonali hija ttrattata bħala kaxxa sewda fl-EW-MFA u, pereżempju, mhuwiex deskritt it-tqassim ta' prodotti bejn industrija u oħra. Bl-istess mod hija eskluża ċ-ċirkolazzjoni naturali għal ġol-ambjent, fl-ambjent, jew mill-ambjent naturali. L-estrazzjoni domestika (DE) tkopri l-ammont annwali ta’ materjali f’forma solida, likwida jew gassuża (minbarra l-arja u l-ilma) li jittieħdu mill-ambjent naturali biex jintużaw għat-tidħil fl-ekonomija. L-importazzjonijiet fiżiċi u l-esportazzjonijiet fiżiċi tkopri l-oġġetti kollha li jkunu impurtati jew esportati f’unitajiet ta’ massa. L-oġġetti li jsir kummerċ minnhom huma prodotti f’kull stadju ta’ pproċessar, minn prodotti mhux raffinati sa prodotti li jkunu waslu fi tmiem l-ipproċessar tagħhom. TAQSIMA 3 Il-lista tal-karatteristiċi L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-istatistiċi dwar il-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 5. TAQSIMA 4 L-ewwel sena ta’ referenza, il-limiti taż-żmien tal-frekwenza u tat-trażmissjoni 1. L-istatistiċi għandhom ikunu kkumpilati u trażmessi kull sena. 2. L-istatistiċi għandhom jiġu trażmessi fi żmien 24 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. 3. L-ewwel sena ta’ referenza hija s-sena meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament. 4. Fl-ewwel trażmissjoni tad-dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2008 sal-ewwel sena ta’ referenza. 5. F’kull trażmissjoni ta’ dejta sossegwenti lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta annwali għas-snin n-4, n-3, n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza. TAQSIMA 5 It-tabelli ta’ rappurtaġġ Id-dejta, f’unitajiet ta’ massa, għandha tiġi prodotta għall-karatteristiċi elenkati fit-tabelli ta’ hawn taħt. Tabella A - L-estrazzjoni domestika (DE) 1 Bijomassa | 1.1 Prodotti tar-raba’ (minbarra dawk tal-għalf) | 1.1.1 Ċereali | 1.1.2 Għeruq, tuberi | 1.1.3 Uċuħ taz-zokkor | 1.1.4 Legumi | 1.1.5 Ġwież | 1.1.6 Uċuħ li jirrendu ż-żejt | 1.1.7 Ħxejjex | 1.1.8 Frott | 1.1.9 Fibri | 1.1.10 Uċuħ oħra n.e.c. | 1.2 Fdalijiet tal-uċuħ (użati) uċuħ tal-għalf u bijomassa mirgħijja | 1.2.1 Fdalijiet tal-uċuħ (użati) | 1.2.1.1 Tiben | 1.2.1.2 Fdalijiet oħra tal-uċuħ (weraq tal-pitravi taz-zokkor u tal-għalf, oħrajn) | 1.2.2 Uċuħ tal-għalf u bijomassa mirgħajja | 1.2.2.1 Uċuħ tal-għalf (inklużi l-għelejjel tal-bijomassa mill-mergħa) | 1.2.2.2 Bijomassa mirgħajja | 1.3 Injam (*) | 1.3.1 Injam (injam tond forma ta’ zokk, ipproċessat) | 1.3.2 Fuwil magħmul mill-injam u estrazzjonijiet oħra | 1.4 Qbid ta’ ħut selvaġġ, pjanti/annimali akkwatiċi, kaċċa u ħsad | 1.4.1 Qbid ta’ ħut selvaġġ | 1.4.2 L-annimali u l-pjanti akkwatiċi l-oħra kollha | 1.4.3 Il-kaċċa u l-ħsad | 2. Minerali tal-metall (minerali gross) | 2.1 Ħadid | 2.2 Metalli li ma fihomx ħadid | 2.2.1 Ram (**) | 2.2.2 Nikil (**) | 2.2.3 Ċomb (**) | 2.2.4 Żingu (**) | 2.2.5 Landa (**) | 2.2.6 Deheb, fidda, platinu u metalli prezzjużi oħra | 2.2.7 Boksajt u aluminju | 2.2.8 Uranju u torju | 2.2.9 Oħrajn n.e.c. | 3 Minerali mhux metalliċi | 3.1 Irħam, granit, ġebel ramli, porfirju, bażalt, ġebel ieħor għall-użu ornamentali jew għall-bini (minbarra l-lavanja) | 3.2 Ġibs u dolomit | 3.3 Lavanja | 3.4 Minerali kimiċi u fertilizzanti | 3.5 Melħ | 3.6 Ġebla tal-ġir u ġipsum | 3.7 Tafal u kawlina | 3.8 Ramel u żrar | 3.9 Oħrajn n.e.c. | 3.10 Materjali tal-art (inkluża l-ħamrija) maħruġin minn taħt l-art, biss jekk ikunu użati (***) | 4 Materjali/refgħat ta’ enerġija mill-fossili | 4.1 Faħam u materjali/refgħat solidi ta’ enerġija mill-fossili | 4.1.1 Faħam kannella | 4.1.2 Faħam iebes | 4.1.3 Shale taż-żejt u ramel tal-qatran | 4.1.4 Pit | 4.2 Materjali/refgħat ta’ enerġija likwidi u gassużi | 4.2.1 Żejt mhux maħdum, kondensat u likwidi tal-gass naturali (NGL) | 4.2.2 Gass naturali | (*) Barra dan, rappurtaġġ volontarju tal-inkrement nett tal-istokk tal-injam. (**) Barra dan, rappurtaġġ volontarju tal-kontenut metalliku. (***) Rappurtaġġ volontarju. Tabelli B (Importazzjonijiet – Kummerċ totali), C (Importazzjonijiet – Kummerċ barra l-UE), D (Esportazzjonijiet – Kummerċ totali), E (Esportazzjonijiet – Kummerċ barra l-UE) 1 Bijomassa u prodotti tal-bijomassa | 1.1 Prodotti tar-raba’ maħdumin u mhux maħdumin | 1.1 1 Ċereali, maħdumin u mhux maħdumin | 1.1 2 Għeruq, tuberi, maħdumin u mhux maħdumin | 1.1 3 Uċuħ taz-zokkor, maħdumin u mhux maħdumin | 1.1 4 Legumi, maħdumin u mhux maħdumin | 1.1 4 Ġwież, maħdumin u mhux maħdumin | 1.1 3 Uċuħ żejtnin, maħdumin u mhux maħdumin | 1.1 4 Ħxejjex maħdumin u mhux maħdumin | 1.1 8 Frott, maħdum u mhux maħdum | 1.1 9 Fibri maħdumin u mhux maħdumin | 1.1.10 Uċuħ oħra n.e.c., maħdumin u mhux maħdumin | 1.2 Residwi tal-uċuħ, uċuħ tal-għalf u bijomassa mirgħajja | 1.2.1 Fdalijiet tal-uċuħ (użati), maħdumin u mhux maħdumin | 1.2.1.1 Tiben | 1.2.2.2 Fdalijiet oħra tal-uċuħ | 1.2.2 Uċuħ tal-għalf u bijomassa mirgħajja | 1.2.2.1 Uċuħ tal-għalf | 1.3 Injam u prodotti tal-injam | 1.3 1 Injam, maħdum u mhux maħdum | 1.3.2 Fuwil magħmul mill-injam u estrazzjonijiet oħra, maħdum u mhux maħdum | 1.4. Ħut maqbud u annimali u pjanti akkwatiċi oħra, maħdumin u mhux maħdumin | 1.4.1 Ħut maqbud | 1.4.2 L-annimali u l-pjanti akkwatiċi l-oħra kollha | 1.5 Annimali ħajjin minbarra dawk f’ 1.4, u prodotti mill-annimali | 1.5.1 Annimali ħajjin minbarra dawk f’ 1.4 | 1.5.2 Laħam u preparazzjoniiet tal-laħam | 1.5.3 Prodotti tal-ħalib, bajd tal-għasafar, u għasel | 1.5.4 Prodotti oħra mill-annimali (fibri, ġlud, ġlud bil-pil, ġilda, eċċ. mill-annimali) | 1.6 Prodotti li joriġinaw prinċipalment mill-bijomassa | 2 Minerali u konċentrati tal-metall, maħdumin u mhux maħdumin | 2.1 Minerali u konċentrati tal-ħadid, ħadid u azzar, maħdum u mhux maħdum | 2.2 Minerali u konċentrati tal-metall li ma fihomx ħadid, maħdumin u mhux maħdumin | 2.2.1 Ram | 2.2.2 Nikil | 2.2.3 Ċomb | 2.2.4 Żingu | 2.2.5 Landa | 2.2.6 Deheb, fidda, platinu u metalli prezzjużi oħra | 2.2.7 Boksajt u aluminju | 2.2.8 Uranju u torju | 2.2.9 Oħrajn n.e.c. | 2.3 Prodotti magħmulin prinċipalment bil-metalli | 3 Minerali mhux metalliċi, maħdumin u mhux maħdumin | 3.1 Irħam, granit, ġebel ramli, porfirju, bażalt, ġebel ieħor għall-użu ornamentali jew għall-bini (minbarra l-lavanja) | 3.2 Ġibs u dolomit | 3.3 Lavanja | 3.4 Minerali kimiċi u fertilizzanti | 3.5 Melħ | 3.6 Ġebla tal-ġir u ġipsum | 3.7 Tafal u kawlina | 3.8 Ramel u żrar | 3.9 Oħrajn n.e.c. | 3.10 Materjali tal-art (inkluża l-ħamrija) maħruġin minn taħt l-art, biss jekk ikunu użati (*) | 3.11 Prodotti magħmulin prinċipalment bil-minerali mhux metalliċi | 4 Materjali/refgħat ta’ enerġija mill-fossili, maħdumin u mhux maħdumin | 4.1 Faħam u prodotti solidi oħra li jrendu l-enerġija, maħdumin u mhux maħdumin | 4.1.1 Faħam kannella | 4.1.2 Faħam iebes | 4.1.3 Shale taż-żejt u ramel tal-qatran | 4.1.4 Pit | 4.2 Prodotti likwidi u gassużi li jrendu l-enerġija, maħdumin u mhux maħdumin | 4.2.1 Żejt mhux maħdum, kondensat u likwidi tal-gass naturali (NGL) | 4.2.2 Gass naturali | 4.3 Prodotti magħmulin prinċipalment minn prodotti fossili li jrendu l-enerġija | 5 Prodotti oħra | 6 Skart impurtat (Tabelli B u C)/impurtat (Tabelli D u E) għat-trattament aħħari u għar-rimi | (*) Rappurtaġġ volontarju. L-aġġustamenti ta’ hawn taħt għall-prinċipju ta’ residenza għandhom jiġu mdaħħlin fit-Tabelli B u D: Fjuwil maħżun minn unitajiet residenti li huma barra mill-pajjiż (żieda mat-Tabella B tal-importazzjonijiet) u fjuwil maħżun minn unitajiet mhux residenti fit-territorju nazzjonali (żieda mat-Tabella D tal-esportazzjonijiet) | 1 Fjuwil għat-trasport fuq l-art | 2 Fjuwil għat-trasport fuq l-ilma | 3 Fjuwil għat-trasport bl-ajru | TAQSIMA 6 It-tul massimu tal-perjodi ta’ tranżizzjoni Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, it-tul massimu tal-perjodu ta’ tranżizzjoni huwa ta’ sentejn wara l-ewwel sena ta’ referenza. [1] COM(94) 670 Direzzjonijiet għall-UE dwar l-Indikaturi Ambjentali u l-Kontijiet Nazzjonali Adattati għall-Ambjent – L-Integrazzjoni ta’ Sistemi Informatiċi Ambjentali u Ekonomiċi. [2] Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13) [3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, 5.11.1996,p. 1) [4] ĠU L 344, 28.12.2007, p. 15 [5] Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (ĠU L 242, 10.09.2002, p. 1) [6] Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1). [7] ĠU L 344, 28.12.2007, p. 15. [8] ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1. [9] COM(1994) 670. [10] ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164. [11] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. [12] Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. [13] Il-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis tal-Arja Fuq Medda Twila u li Jaqsam il-Fruntieri.