Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1487/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq ċerti importazzjonijiet ta' ċerti tessuti lesti magħmulin minn filamenti tal-polyester li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina /* KUMM/2010/0123 finali - NLE 2010/0069 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 31.3.2010 KUMM(2010)123 finali 2010/0069 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1487/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq ċerti importazzjonijiet ta' ċerti tessuti lesti magħmulin minn filamenti tal-polyester li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1) IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ("ir-Regolament bażiku") fil-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' tessuti lesti magħmulin minn filamenti tal-polyester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. | 120 | Kuntest ġenerali Din il-proposta hija magħmula fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hi r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. | 139 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005 jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ċerti tessuti lesti magħmulin minn filamenti tal-polyester li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. | 141 | Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. | 2) KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TAL-IMPATT | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 219 | L-applikanti u l-industrija tal-Unjoni ġew infurmati bis-sejbiet tal-eżami u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. | Ġbir u użu ta' għarfien espert | 229 | Ma kienx hemm l-ebda bżonn għarfien espert estern. | 230 | Stima tal-impatt Din il-proposta hi r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima tal-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. | 3) L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | 305 | Taqsira tal-azzjoni proposta Skont ir-Regolament (KE) Nru 1487/2005 (ĠU L 240, 16.9.2005, p. 1.), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tessuti lesti magħmulin minn filamenti tal-polyester li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Minħabba li hemm numru kbir ta’ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri saret billi ttieħdu l-kampjuni. L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005 jagħti l-possibbiltà li l-produtturi esportaturi Ċiniżi li jissodisfaw ċerti kriterji jingħataw l-istess trattament li ngħataw il-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ("trattament ta’ produttur esportatur ġdid' jew "NEPT"). Grupp ta' kumpaniji magħmula minn żewġ kumpaniji involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat talbu trattament ta' produttur esportatur ġdid u l-pretensjonijiet tagħhom ġew eżaminati. Għalhekk huwa propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament, li jistabbilixxi l-ismijiet u r-rati tad-dazji tal-kumpaniji li jingħatalhom trattament ta' produttur esportatur ġdid. Ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | 310 | Bażi ġuridika Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ("ir-Regolament bażiku"). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005 jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ċerti tessuti lesti magħmulin minn filamenti tal-polyester li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. | 329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea (UE). Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma jgħoddx. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | 331 | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ċerti tessuti lesti magħmulin minn filamenti tal-polyester li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ma joffri l-ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. | 332 | L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-UE, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa mminimizzat u proporzjonat mal-għan tal-proposta, ma tapplikax. | Għażla ta’ strumenti | 341 | Strumenti proposti: Regolament. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Ir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq ma jipprevedix alternattivi oħra. | 4) IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI | 409 | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-UE. | 2010/0069 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1487/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq ċerti importazzjonijiet ta' ċerti tessuti lesti magħmulin minn filamenti tal-polyester li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1], li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[2] ("ir-Regolament bażiku") u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005[3] tat-12 ta’ Settembru 2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti tessuti lesti magħmulin minn filamenti tal-polyester li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: 1. IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ 2. Bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005, il-Kunsill impona dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ġewwa l-Unjoni Ewropea ta' tessuti minsuġa minn ħajt sintetiku mibrum li fihom piż ta’ 85 % jew aktar ta’ filament ta’ polyester tessili u/jew mhux tessili, miżbugħa (inklużi miżbugħa bajda) jew stampati, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 5407 51 00, 5407 52 00, 5407 54 00, ex 5407 61 10, 5407 61 30, 5407 61 90, ex 5407 69 10, u ex 5407 69 90 (il-prodott ikkonċernat). 3. Billi kien hemm numru kbir ta’ partijiet li kkooperaw, intgħażel kampjun ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi waqt l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri. 4. Il-kumpaniji fil-kampjun ġew attribwiti rati individwali tad-dazju li ġew stabbiliti waqt l-investigazzjoni. Dawk il-kumpaniji li kkooperaw imma li ma kinux fil-kampjuni li ngħataw trattament ta' ekonomija tas-suq ("MET"), b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, ġew attribwiti d-dazju medju differenzjat ta’ 14,1 % li ġie stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun li ngħataw MET. Il-kumpaniji li kkooperaw li ma ttiħdux fil-kampjun u li ngħataw trattament individwali ("IT"), skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tal-istess Regolament, irċevew id-dazju medju differenzjat ta’ 37,1 % li ġie stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun li ngħataw l-IT. Rata ta' dazju komuni għall-pajjiż kollu ta' 56,2 % ġiet imposta fuq il-kumpaniji l-oħra kollha. 5. Wara investigazzjoni mill-ġdid għall-antiassorbiment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-Kunsill, skont ir-Regolament (KE) Nru 1087/2007[4] żied id-dazju mal-pajjiż kollu għal 74,8 %. Hekk ukoll, il-produtturi esportaturi Ċiniżi b'rati ta' dazju individwali li ma kkooperawx fl-investigazzjoni mill-ġdid ġew attribwiti dazji ogħal tal-anti-dumping b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96. 6. L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005 jagħti l-possibilità lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li jissodisfaw l-erba' kriterji stipulati fl-istess Artikolu li jingħataw l-istess trattament bħal dak imsemmi fil-premessa (3) hawn fuq għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ("Trattament ta’ Produttur Esportatur Ġdid" jew "NEPT"). 7. IT-TALBA TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI L-ĠODDA 8. Grupp ta' kumpaniji magħmul minn żewġ kumpaniji relatati, jiġifieri AlbaChiara Printing and Dyeing (Jiaxing) Co. Ltd, u Jiaxing E. Boselli Textile Trading Co. Ltd. ("l-applikant"), talab li jingħata NEPT. 9. Sar eżami biex jiġi stabbilit jekk l-applikant jissodisfax il-kriterji biex jingħata NEPT kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005, billi ġie vverifikat li: 10. ma esportax l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea waqt il-perjodu tal-investigazzjoni li l-miżuri ġew ibbażati fuqu (mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004) (l-ewwel kriterju), 11. mhux relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma suġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti minn dak ir-Regolament (it-tieni kriterju), 12. esporta effetivament il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew għandu obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea (it-tielet kriterju), 13. jopera skont kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq kif definiti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jew alternattivament li jissodisfa r-rekwiżiti biex ikollu dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku (ir-raba’ kriterju). 14. Intbagħtu kwestjonarji lill-applikant li ntalab jipprovdi evidenza sabiex juri li ssodisfa il-kriterji (1) sa (3) imsemmija hawn fuq. 15. Peress li r-raba' kriterju jimplika li l-applikanti jibagħtu talba għal MET u/jew IT, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta' rikjesta għal MET u IT lill-applikant. L-applikant talab għal MET skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. 16. Fil-qosor, u għal faċilità ta’ referenza biss, il-kriterji tal-MET huma elenkati f’forma mqassra hawn taħt: 17. Id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali jsiru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti min-naħa tal-Istat; u l-ispejjeż ewlenin jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq. 18. Id-ditti għandhom ġabra waħda ċara ta’ reġistri bażiċi tal-kontabilità li jiġu vverifikati indipendentement skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità[5] u jiġu applikati għall-finijiet kollha. 19. Ma hemm l-ebda tagħwiġ sinifikanti li ntiret mis-sistema preċedenti li ma kinitx ibbażata fuq ekonomija tas-suq. 20. Il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabilità ġuridika. 21. Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skont ir-rati tas-suq. 22. Il-produtturi esportaturi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-premessa (7) hawn fuq, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005, jingħataw jew ir-rata tad-dazju ta’ 14,1 % li tapplika għall-kumpaniji li ngħataw l-MET b’konformità mal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, jew ir-rata tad-dazju medju differenzjat ta’ 37,1 % applikabbli għall-kumpaniji li ngħataw IT b’konformità mal-Artikolu 9(5) tal-istess Regolament. 23. Il-Kummissjoni Ewropea fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ biex jiġi ddeterminat li l-erba’ kriterji stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005 kienu sodisfatti. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin: 24. AlbaChiara Printing and Dyeing (Jiaxing) Co. Ltd, Jiaxing, 25. Jiaxing E. Boselli Textile Trading Co. Ltd., Jiaxing. 26. IS-SEJBIET 27. L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza biex jipprova li ssodisfa l-erba' kriterji msemmija fil-premessa (7) hawn fuq. L-applikant seta' fil-fatt juri li i) ma kienx esporta il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea matul il-perjodu mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004, ii) mhux konness mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1487/2005, iii) kien effettivament esporta kwantità sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea mis-sena 2008, iv) issodisfa r-rekwiżiti kollha għal MET u għalhekk jista' jingħata dazju individwali skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-applikant seta’ ngħata r-rata tad-dazju medju differenzjat għall-kumpaniji li ngħataw MET applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (jiġifieri 14,1 %) skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005, u jiżdiedu mal-lista ta’ produtturi esportaturi tal-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament. 28. IL-MODIFIKA TAL-LISTA TA’ KUMPANIJI LI JGAWDU MINN RATI INDIVIDWALI TAD-DAZJU 29. Wara li ġew ikkunsidrati s-sejbiet tal-investigazzjoni kif indikati fil-premessa (13) hawn fuq, ġie konkluż li l-kumpaniji AlbaChiara Printing and Dyeing (Jiaxing) Co. Ltd, u Jiaxing E. Boselli Textile Trading Co. Ltd. għandhom jiżdiedu mal-lista ta' kumpaniji individwali msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005 b'rata tad-dazju ta' 14,1 %. 30. L-applikant u l-industrija tal-Unjoni ġew informati bis-sejbiet tal-investigazzjoni u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. Ma ngħata l-ebda tagħrif addizzjonali li seta' jwassal għal kwalunkwe konklużjonijiet differenti għall-appliakant, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005 għandu jiġi emendat billi jiżdiedu l-kumpaniji li ġejjin fit-tabella tal-kumpaniji b'rati ta' dazju individwali: Kumpanija | Dazju anti- dumping definittiv | Kodiċi addizzjonali TARIC | AlbaChiara Printing and Dyeing (Jiaxing) Co. Ltd | 14,1% | A617 | Jiaxing E. Boselli Textile Trading Co. Ltd. | 14,1% | A617 | Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 343, 22.12.2009, p.51. [2] ĠU L 56, 6.3.1996, p.1. [3] ĠU L 240, 16.9.2005, p. 1. [4] ĠU L 246, 21.9.2007, p.1. [5] L-istandards internazzjonali tal-kontabilità jirreferu għall-istandards internazzjonali tal-kontabilità ewlenin kollha li huma rikonoxxuti, inklużi US GAAP u x-xogħol tal-International Accounting Standard Committee Foundation ("IASCF") użati mill-International Accounting Standards Board ("IASB"), li jkopri l-International Accounting Standard Board Framework ("IASBF"), l-International Accounting Standard ("IAS"), l-International Financial Reporting Standards ("IFRS") u l-International Financial Reporting Interpretations Committee publications ("IFRIC").