52010DC0121

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar l-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bix-xarabank jew bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi /* KUMM/2010/0121 finali - COD 2008/0237 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 24.3.2010

KUMM(2010)121 finali

2008/0237 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar

il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bix-xarabank jew bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

2008/0237 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar

il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bix-xarabank jew bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

1. SFOND

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (id-dokument COM/2008/817 - COD-2008-237): | il-4 ta’ Diċembru 2008 |

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | is-16 ta’ Lulju 2009 |

Id-data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | it-23 ta’ April 2009 |

Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari: | il-11 ta’ Marzu 2010 |

2. GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Il-proposta, adottata mill-Kummissjoni fl-4 ta' Diċembru 2008, timmira li tistabbilixxi d-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bix-xarabank jew bil-kowċ sabiex it-trasport tal-passiġġieri fuq l-art isir iktar attraenti u titjieb il-kunfidenza fih. Bl-introduzzjoni ta' regoli ġodda, se titjieb il-protezzjoni tal-passiġġieri inġenerali, u b'mod partikolari tal-persuni li għandhom diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Dawn ir-regoli se jistabbilixxu wkoll standards ta' kwalità komparabbli ma' dawk diġà stabbiliti fis-setturi tal-ajru u tal-ferroviji.

3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

3.1. Kummenti ġenerali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proposta tagħha ġiet mibdula b'mod sostanzjali mill-Kunsill fi wħud mill-partijiet tagħha.

L-ewwel nett, il-pożizzjoni tal-Kunsill tagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li jeżentaw is-servizzi regolari urbani, suburbani u reġjonali, inklużi s-servizzi transkonfinali ta' dan it-tip, mill-applikazzjoni tar-Regolament. Il-proposta tal-Kummissjoni kienet tinkludi din il-possibbiltà biss jekk dawn is-servizzi eżentati jkunu koperti b'kuntratti tas-servizzi pubbliċi li jiżguraw livell komparabbli tad-drittijiet tal-passiġġieri. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu, għal perjodu limitat ta' żmien, jeżentaw is-servizzi regolari domestiċi kif ukoll is-servizzi internazzjonali li parti sinifikanti minnhom topera barra mill-Unjoni. Dawn jistgħu jirrappreżentaw limitazzjoni sinifikanti tal-ambitu tal-applikazzjoni.

It-tieni nett, il-proposta tal-Kummissjoni kien fiha kapitolu bir-regoli dettaljati dwar l-obbligi tat-trasportaturi f'dak li għandu x'jaqsam mal-kumpens u l-assistenza f'każ ta' inċident. Il-pożizzjoni tal-Kunsill ħadet post il-proposta inizjali tal-Kummissjoni relatata mar-responsabbiltà tat-trasportaturi b'referenza għal-liġi nazzjonali applikabbli u l-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li kwalunkwe kumpens massimu skont il-liġi nazzjonali ma għandux ikun inqas minn EUR 220 000 għal kull passiġġier u EUR 500 għal kull bagalja fis-servizzi urbani, suburbani u reġjonali (EUR 1 200 għas-servizzi tat-trasport l-oħra kollha). Il-pożizzjoni tal-Kunsill issostitwiet ukoll ir-rekwiżit ta' ħlas avvanzat bħala obbligu għat-trasportaturi biex jipprovdu assistenza għall-ħtiġijiet prattiċi immedjati tal-passiġġieri wara inċident. Għalkemm din il-pożizzjoni ma tilħaqx id-dispożizzjonijiet li hemm fil-proposta tal-Kummissjoni, madankollu se tgħolli l-livell tal-protezzjoni tal-passiġġieri fil-livell Ewropew, imqabbel mas-sitwazzjoni attwali.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kunsill biex ir-Regolament jibda japplika wara sentejn (u mhux sena) mid-dħul fis-seħħ.

3.2. Emendi tal-Parlament Ewropew aċċettati mill-Kummissjoni u mdaħħla kompletament jew parzjalment fil-pożizzjoni tal-Kunsill

- l-emenda 3 tenfasizza l-ispeċifitajiet tas-settur tax-xarabankijiet u tal-kowċijiet;

- l-emenda 5 tirreferi għall-kundizzjonijiet ta' qafas għad-dispożizzjoni tat-taħriġ relatat mad-diżabbiltà;

- l-emendi 26, 30, 31, 36, 45, 46 jimmiraw li jiċċaraw u jissimplifikaw l-użu tal-kliem fil-proposta;

- l-emendi 32, 58, 62 jiċċaraw il-format tal-informazzjoni sabiex tkun aċċessibbli għall-passiġġieri kollha.

3.3. Emendi tal-Parlament Ewropew aċċettati mill-Kummissjoni imma mhux imdaħħla fil-pożizzjoni tal-Kunsill

- kjarifika tal-premessi (emendi 1, 2, 6);

- l-introduzzjoni ta' premessi ġodda li jħeġġu lill-Istati Membri u lill-atturi tas-swieq jinvestu f'vetturi u infrastrutturi adattati għat-trasport tal-passiġġieri li għandhom diżabbiltà u l-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa (emendi 7, 8, 9 u 10);

- l-emendi 13, 16 u 17 jiċċaraw id-definizzjonijiet;

- l-emenda 15 dwar id-definizzjonijiet;

- l-emendi 23 u 82 jiċċaraw il-kundizzjonijiet tal-amministrazzjoni proposta tar-responsabbiltà tat-trasportaturi f'każ ta' inċident;

- l-emendi 50, 51 (parzjalment) u 55 jirrinforzaw id-drittijiet tal-passiġġieri fil-każ ta' dewmien u tħassir tas-servizzi;

- l-emendi 59 u 60 jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li bihom għandha tiġi pprovduta l-kura tal-passiġġieri mit-trasportaturi f'każ ta' dewmien;

- l-emendi 61, 63 jenfasizzaw il-ħtieġa tat-trasportaturi li jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni u l-mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti għall-passiġġieri kollha, inklużi l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa;

- l-emendi 64, 65, 66, 67, 68 jiċċaraw u jtejbu parzjalment il-funzjonament tal-amministrazzjoni tat-trattament tal-ilmenti u d-dispożizzjonijiet tal-infurzar;

- l-emenda 70 tiċċara l-lista ta' azzjoni ta' assistenza li għandha tiġi pprovduta lill-persuni li għandhom diżabbiltà u l-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa abbord;

- l-emendi 73, 33, 34 (parzjalment), 35, 37, 40, 42, 43, 44, jirrinforzaw il-kundizzjonijiet li bihom għandha tiġi pprovduta assistenza lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa qabel, waqt u wara l-vjaġġ tagħhom bix-xarabank jew bil-kowċ.

3.4. Emendi tal-Parlament Ewropew irrifjutati mill-Kummissjoni imma mdaħħla kompletament jew parzjalment fil-pożizzjoni tal-Kunsill

- l-emendi 27, 29 jiċċaraw il-kundizzjonijiet għal derogi għad-dritt tat-trasport għall-persuni li għandhom diżabbiltà u l-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa;

- l-emenda 53 tagħti lill-passiġġieri d-dritt għal ikliet u xarbiet f'każ ta' dewmien;

- l-emenda 69 tissuġġerixxi data ta' applikazzjoni tar-Regolament sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

3.5. Emendi tal-Parlament Ewropew irrifjutati mill-Kummissjoni u mhux imdaħħla fil-pożizzjoni tal-Kunsill

- l-emendi 4, 18, 19, 21, 22, 24 jipprovdu t-tibdil għall-amministrazzjoni tar-responsabbiltà tat-trasportaturi fil-każ ta' inċident;

- l-emenda 14 dwar id-definizzjonijiet;

- l-emenda 25 timplika biex tiġi trattata s-sikurezza fit-trasport tal-persuni li għandhom diżabbiltà u l-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa;

- l-emendi 38, 39, 41 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-assistenza pprovduta lill-persuni li għandhom diżabbiltà u l-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa;

- l-emendi 47, 48 jillimitaw ir-responsabbiltà tat-trasportaturi fir-rigward tas-siġġijiet tar-roti u t-tagħmir ta' mobbiltà;

- l-emendi 49, 52, 54, 56, 57 relatati mar-responsabbiltà tat-trasportaturi fil-każ ta' dewmien jew tħassir;

- l-emendi 71 u 72 inaqqsu l-ambitu ta' azzjoni ta' assistenza abbord, jew it-taħriġ li jiġi pprovdut lill-persunal sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa fit-trasport.

4. KONKLUŻJONI

Il-Kummissjoni hija mħassba sew dwar il-modifiki sostanzjali ħafna introdotti mill-Kunsill meta mqabbla mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni u ma' xi emendi tal-Parlament Ewropew, sal-punt li huma jnaqqsu b'mod konsiderevoli l-ambitu tal-applikazzjoni tal-abbozz tar-Regolament u għalhekk il-livell tal-protezzjoni tal-passiġġieri tal-UE. Il-Kummissjoni tieħu nota tal-pożizzjoni adottata mill-Kunsill b'unanimità u tikkunsidra li l-livell ta' ambizzjonijiet għandu jerġa' jogħla b'mod konstruttiv fil-qafas ta' iktar dibattitu interistituzzjonali bil-ħsieb tal-adozzjoni finali tar-Regolament.

5. DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni għamlet id-dikjarazzjoni li ġejja fil-laqgħa tal-Kunsill tal-ministri tat-trasport fis-17 ta' Diċembru 2009:

"Il-Kummissjoni tiddikjara li minkejja l-fatt li l-ftehim politiku ma jilħaqx b'mod komplut ċerti għanijiet importanti tal-proposta inizjali tagħha, hija ma għandhiex l-intenzjoni li topponi dan il-ftehim sabiex tiżgura l-kontinwazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja."