52010PC0102




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 17.3.2010

KUMM(2010)102 finali

2010/0059 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT (KE) Nru .../... TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ […] li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru No 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-Organizzazzjoni tas-Suq Komuni (OSK) għall-banana fl-Unjoni Ewropea (UE) tradizzjonalment ipprovdiet reġim ta' kummerċ preferenzjali favur il-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) li qegħdin jesportaw il-banana. Għal diversi stati tal-AKP, il-produzzjoni tal-banana għal esportazzjoni lejn l-UE tirrappreżenta attività ekonomika importanti b'effetti multiplikaturi għall-bqija tal-ekonomija.

L-OSK tal-UE għall-banana ilha tiġi sfidata mill-1995 permezz tal-Mekkaniżmu għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), u d-deċiżjonijiet mill-Korp tal-Appell tagħha nqatgħu kontriha ripetutament. Għaldaqstant, l-UE nnegozjat ftehim ta' kummerċ dwar il-banana fi ħdan il-qafas tal-WTO. Dan isostni t-tlestija tal-modalitajiet agrikoli tal-Aġenda għall-Iżvilupp ta' Doha (AID) u ċ-Ċiklu sħiħ ta' Doha. L-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim se twassal għal tnaqqis fil-marġni preferenzjali tal-pajjiżi AKP.

Sabiex jiġi sostenut żvilupp sostenibbli, tnaqqis fil-faqar u biex tiġi promossa l-integrazzjoni gradwali tal-pajjiżi AKP li qegħdin jesportaw il-banana fl-ekonomija globali, l-UE pprovdiet assistenza għas-setturi tal-banana f'numru ta' pajjiżi permezz tas-Sistema Speċjali ta' Assistenza (SSA, 1994-1999[1] u l-Qafas Speċjali ta' Assistenza (QSA, 1999-2008[2]). Il-QSA operat fi tnax-il pajjiż tal-AKP li qegħdin jesportaw il-banana[3] u skadiet f'Diċembru 2008 L-evalwazzjoni esterna tal-QSA tiġbed l-attenzjoni lejn ir-riżultati pożittivi, kif instqarr fl-abbozz tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rapport ta’ kull Sentejn dwar il-Qafas Speċjali ta' Assistenza fir-rigward tal-fornituri tradizzjonali tal-banana fil-pajjiżi tal-AKP. Ċerti pajjiżi rnexxielhom issaħħu l-kompetittività tagħhom, u dan ġie rifless fil-volumi stabbli ta' banana li ġew esportati mill-pajjiżi tal-AKP u s-sehem li għandu s-suq tal-UE. Madanakollu, l-ispejjeż għall-produzzjoni fil-pajjiżi tal-AKP baqgħu, b'mod ġenerali, ogħla minn dawk tal-pajjiżi tan-Nazzjon l-Aktar Preferut (NAP). Ir-riżultati tal-miżuri għas-sostenn tad-diversifikazzjoni huma anqas ovvji u se jirrikjedu aktar sforzi.

Tnaqqis fit-tariffi preferenzjali għall-pajjiżi tal-AKP li qegħdin ifornu l-banana se jwassal għal rekwiżiti ta' aġġustament addizzjonali, billi jibni fuq il-proċessi ta' adattament u ristrutturar li għaddejjin. B'kunsiderazzjoni għal dawn l-isfidi, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li toħloq programm dwar Miżuri ta' Akkumpanjament għall-pajjiżi tal-AKP involuti fil-kummerċ tal-Banana (MAB) għall-pajjiżi ewlenin tal-AKP li qegħdin ifornu l-banana.

Il-miżuri, li għandhom jiġu adottati taħt dan il-programm, huma mmirati biex isostnu l-aġġustament ta' oqsma dipendenti fuq l-esportazzjonijiet tal-banana permezz ta' sostenn mill- baġit jew intervenzjonijiet speċifiċi. Il-miżuri ser isostnu l-adattament għal impatti akbar (pe. impatti soċjali u ambjentali), politiki ekonomiċi dwar diversifikazzjoni, jew investimenti għat-titjib tal-kompetittività, fejn din hija strateġija vijabbli. Dawn se jikkunsidraw ir-riżultati tas-Sistema Speċjali ta' Assistenza u l-Qafas Speċjali ta' Assistenza kif ukoll l-esperjenzi miksuba minnhom.

Il-Miżuri ta' Akkumpanjament marbutin mal-Banana ġew proposti bħala programm temporanju b'dewmien massimu ta' erba' snin (2010-2013). Se jkollhom baġit ta' €190 miljun u se jkunu regolati minn Regolament li Jemenda l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp.

2010/0059 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT (KE) Nru .../... TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru No 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 209(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[5],

Wara t-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlamenti nazzjonali,

B'aġir skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

1. L-Unjoni Ewropea (UE), bħala parti kontrattenti tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), hija impenjata li tissimplifika l-kummerċ fi strateġiji għall-iżvilupp u biex tippromwovi l-kummerċ internazzjonali sabiex isir progress fl-iżvilupp u fit-tnaqqis tal-faqar madwar id-dinja kollha.

2. L-UE ssostni l-Grupp ta' Stati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) fit-triq tagħhom lejn tnaqqis fil-livell ta' faqar u żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli, u tagħraf l-importanza tas-setturi tagħhom tal-komoditajiet.

3. L-UE hija impenjata li ssostni l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tal-pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw, fl-ekonomija dinjija bl-għan li jkun hemm żvilupp sostenibbli. Il-pajjiżi tal-AKP prinċipali li qegħdin jesportaw il-banana jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' sfidi fil-kunstest ta' arranġamenti tal-kummerċ li dejjem qegħdin jinbidlu, notevolment bħala konsegwenza tal-liberalizzazzjoni tan-Nazzjon l-Aktar Preferut (NAP) fil-qafas tal-WTO. Għalhekk programm AKP dwar il-Miżuri ta' Akkumpanjament marbutin mal-Banana għandu jiżdied mar-Regolament eżistenti (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp[6]

4. Il-miżuri finanzjarji ta' assistenza li għandhom jiġu adottati taħt dan il-programm għandhom ikunu mmirati biex isostnu l-adozzjoni u/jew ir-ristrutturar ta' żoni li jiddependu fuq l-esportazzjoni tal-banana permezz ta' sostenn mill-baġit immirat lejn setturi speċifiċi jew intervenzjonijiet immirati lejn proġetti partikolari. Il-miżuri għandhom ikunu mmirati biex jipprovdu politiki soċjali dwar il-kapaċità ta' rkupru, diversifikazzjoni ekonomika jew investiment għat-titjib tal-kompetittività, fejn din hija strateġija vijabbli, b'kunsiderazzjoni għar-riżultati u tal-esperjenzi miksuba permezz tas-Sistema Speċjali ta' Assistenza għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjżi tal-AKP[7] u l-Qafas Speċjali ta' Assistenza għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjiżi tal-AKP[8]

5. Il-programm għandu jakkumpanja l-proċess tal-adozzjoni fil-pajjiżi tal-AKP li esportaw volumi sinifikanti ta' banana lill-UE f'dawn l-aħħar snin u li se jiġu affettwati mill-liberalizzazzjoni fil-qafas tal-WTO[9] Il-programm jibni fuq il-Qafas Speċjali ta' Assistenza (QSA) għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjiżi tal-ACP. Il-programm huwa konformi mal-obbligi internazzjonali tal-UE fil-qafas tal-WTO u huwa ċar li għandu natura li tirristruttura u b'hekk temporanja, b'dewmien massimu ta' erba' snin (2010-2013),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa emendat kif ġej:

6. L-Artikolu 4 huwa sostitwit b' dan li ġej:

" Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-assistenza mill-Unjoni

B'mod konsistenti mal-fini, l-ambitu u l-għanijiet globali u mal-priċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament, l-assistenza tal-Unjoni għandha tiġi implimentata permezz ta' programmi ġeografiċi u tematiċi stipulati fl-Artikoli 5 sa 16 u fil-programmi stipulati fl-Artikolu 17 u 17a."

7. L-Artikolu 17a li ġej huwa inserit:

"Artikolu 17a

Il-pajjiżi prinċipali tal-AKP li qegħdin ifornu l-banana

1. Pajjiżi tal-AKP elenkati fl-Anness IIIa li qegħdin ifornu l-banana se jibbenefikaw mill-miżuri ta' akkumpanjament marbutin mal-banana. Assistenza mill-Unjoni għal dawn il-pajjiżi se tkun immirata biex issostni l-proċess ta' aġġustament tagħhom wara l-liberalizzazzjoni tas-suq tal-banana tal-UE fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ. L-assistenza mill-Unjoni għandha tieħu kont tal-politiki u l-istrateġiji ta' adattament tal-pajjiżi u għandha tagħti attenzjoni speċifika lill-oqsma ta' kooperazzjoni li ġejjin:

8. it-tisħiħ tal-kompetittività tas-settur tal-esportazzjoni tal-banana, fejn dan huwa sostenibbli, b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni tal-partijiet interessati differenti fil-katina;

9. il-promozzjoni tad-diversifikazzjoni ekonomika fiż-żoni dipendenti mill-esportazzjoni tal-banana;

10. li jiġu indirizzati impatti usa' ġġenerati mill-proċess ta' adattament, possibbilment relatat, iżda mhux ristrett, mal-impjieg u s-servizzi soċjali, mal-użu tal-art u r-restawr ambjentali, u l-istabbiltà makro-ekonomika.

2. Fi ħdan l-ammont imsemmi fl-Anness IV, il-Kummissjoni se tfassal l-ammont massimu disponibbli għal kull pajjiż eliġibbli tal-AKP li qiegħed iforni l-banana biex bih jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi tal-għanijiet. L-indikaturi se jinkludu l-kummerċ tal-banana mal-UE; l-importanza tal-esportazzjonijiet tal-banana għall-ekonomija tal-pajjiż tal-AKP ikkonċernat; il-livell ta' żvilupp tal-pajjiż. Il-kejl tal-kriterji ta' allokazzjoni għandu jkun ibbażat fuq dejta mis-snin qabel l-2009.

3. Il-Kummissjoni għandha todotta strateġiji ta' sostenn multiannwali permezz ta' analoġija għall-Artikolu 19, b'konformità mal-Artikolu 21. Għandha tiżgura li tali strateġiji jikkumplimentaw id-dokumenti ġeografiċi strateġiċi tal-pajjiżi kkonċernati, u n-natura temporanja ta' dawn il-miżuri ta' akkumpanjament marbutin mal-esportazzjoni tal-banana. L-istrateġiji ta' sostenn jistgħu jiġu riveduti ad hoc, jekk neċessarju, iżda mhumiex se jiġu sottomessi għal reviżjoni f'nofs it-terminu"

11. L-Artikolu 21 huwa sostitwit b' dan li ġej:

"Artikolu 21

L-adozzjoni ta' dokumenti ta' strateġija ġeografika u tal-programmi indikattivi multiannwali

Id-dokumenti ta' strateġija u l-programmi indikattivi multiannwali msemmija fl-Artikoli 19 u 20, u kwalunkwe reviżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 19(2) u fl-Artikolu 20(1), kif ukoll miżuri ta' akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 17 u 17a rispettivament, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35(2).

12. Fl-Artikolu 29, paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1. L-impenji baġitarji għandhom isiru fuq il-bażi ta' deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikoli 17a (3), 22(1), 23(1) u 26(1)."

13. Fl-Artikolu 31(1), it-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"Il-parteċipazzjoni fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotja ffinanzjati minn programm tematiku kif definit fl-Artikoli 11 sa 16, u l-programmi stabbiliti fl-Artikoli 17 u 17a, għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi kollha li huma ċittadini ta' pajjiż li qiegħed jiżviluppa jew għall-persuni legali li huma stabbiliti fih, kif speċifikat mill-OECD/DAC u fl-Anness II, flimkien ma' persuni fiżiċi jew legali eliġibbli permezz tal-programm tematiku jew il-programmi stipulati fl-Artikoli 17 u 17a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna l-Anness II f'konformità mar-reviżjonijiet regolari tal-lista tar-riċevituri ta' għajnuna tal-OECD/DAC, u għandha tgħarraf lill-Kunsill b'dan.

14. Fl-Artikolu 38, il-paragrafi (1) u (2) huma sostitwiti b’dan li ġej:

1. L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul il-perjodu 2007-2013 huwa EUR 17 087 miljun.

2. L-ammonti indikattivi allokati għal kull programm imsemmi fl-Artikoli 5 sa 10 u 11 sa 16 u 17 sa 17 a huma stipulati fl-Anness IV. Dawn l-ammonti ġew stabbiliti għall-perjodu 2007-2013."

15. L-Anness IIIa, kif jidher fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, huwa inserit.

16. L-Anness IV huwa sostitwit bil-kontenut tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ […] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

"ANNESS IIIa

IL-PAJJIżI PRINċIPALI TAL-AKP LI QEGħDIN IFORNU L-BANANA

1. Il-Beliże

2. Il-Kamerun

3. Il-Kosta tal-Avorju

4. Dominika

5. Ir-Repubblika Dominikana

6. Il-Gana

7. Il-Ġamajka

8. Santa Luċija

9. Saint Vincent u l-Grenadines

10. Is-Surinam"

ANNESS II

"ANNESS IV

ALLOKAZZJONIJIET FINANZJARJI INDIKATTIVI GħALL-PERJODU 2007-2013 (F’MILJUNI TA’ EUR)

Totali | 17 087 |

Programmi ġeografiċi: | 10 057 |

L-Amerika Latina | 2 690 |

L-Asja | 5 187 |

L-Asja Ċentrali | 719 |

Il-Lvant Nofsani | 481 |

L-Afrika t’Isfel | 980 |

Programmi tematiċi: | 5 596 |

Investiment fin-nies | 1 060 |

Ambjent u ġestjoni sostenibbli ta' riżorsi naturali | 804 |

Atturi mhux statali u awtoritajiet lokali fl-iżvilupp | 1 639 |

Sigurtà alimentari | 1 709 |

Migrazzjoni u ażil | 384 |

Il-pajjiżi tal-akp tal-protokoll taz-zokkor: | 1 244 |

Il-pajjiżi prinċipali tal-akp li qegħdin ifornu l-banana | 190" |

.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Miżuri ta' akkumpanjament għal pajjiżi prinċipali tal-Afrika, il-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) li qegħdin ifornu l-banana.

2. QAFAS ABM / ABB

Il-Qasam/L-Oqsma tal-Politika konċernat/i u l-Attività/Attivitajiet assoċjati:

21 (Żvilupp)

3. LINJI BAĠITARJI

3.1. Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji tekniċi u ta’ assistenza amministrattiva relatati (linji ex-B.A)) inklużi l-intestaturi:

Il-linji proposti:

21.06.07 (Miżuri ta' Akkumpanjament marbutin mal-esportazzjoni tal-Banana)21.01.04.01 (Strument għall-Iżvilupp tal-Kooperazzjoni - Infiq fuq ġestjoni amministrattiva)

Il-miżuri proposti se jiġu ffinanzjati bl-użu tal-marġini tal-intestatura 4 u permezz tal-mobilizzazzjoni mill-ġdid fi ħdan l-intestatura 4.

3.2. It-tul ta' żmien tal-ħidma u tal-impatt finanzjarju:

It-tul taż-żmien ser ikun is-snin baġitarji 2010-2013; l-ammont previst huwa €190 miljun.

F'ittra bid-data tal-15 ta' Diċembru 2009 lill-koordinatur għall-pajjiżi tal-AKP rigward l-esportazzjoni tal-banana l-Ministru Luc Magloire Mbarga mill-Kamerun, il-Kummissarji Benita Ferrero-Waldner u Karel De Gucht semmew programm ta' ammont massimu ta' €200 miljun biex bih tingħata assistenza lill-pajjiżi prinċipali tal-AKP li qegħdin ifornu l-banana fil-proċess ta' adattament u ristrutturar tagħhom li jirriżulta minn rati tariffarji li qegħdin jinbidlu. Huma indikaw li flimkien mal-ammont ta' €190 miljun, il-Kummissjoni kienet lesta li teżamina - flimkien mal-awtoritajiet baġitarji – il-possibbiltà li jżidu fuq dan l-ammont €10 miljun fil-każ li l-krediti korrispondenti kellhom isiru disponibbli matul il-proċeduri annwali tal-baġit.

3.3. Karatteristiċi tal-baġit

Linja baġitarja | Tip ta’ nfiq | Ġdida | Kontribuz-zjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

21.06.07 | Obbligatorju/ Mhux obbligatorju. | Diff/[10] | IVA | LE | LE | Nru 4 |

21.01.04.01 | Obbligatorju/ Mhux obbligatorju. | Mhux diff[11] | LE | LE | LE | Nru 4 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Ir-riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ nfiq | In-nru tat-Taqsima | Sena2010 | 2011 | 2012 | 2013 | n +4* | n + 5 u aktar tard* | Totali |

Infiq operattiv[12] |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | 8.1. | a | 75 | 43 | 41 | 31 | 190 |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b | 30 | 30 | 40 | * | * | 100* |

Infiq amministrattiv fi ħdan l-ammont ta' referenza[13] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | 0.217 | 0.750 | 0.950 | 0.700 | * | * | 2.617* |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 75.217 | 43.75 | 41.95 | 31.70 | * | * | 192.617* |

L-approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c | 0.217 | 30.75 | 30.95 | 40.70 | * | * | 102.617* |

Infiq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[14] |

Ir-riżorsi umani u l-infiq assoċjat (AMD) | 8.2.5. | d | 0.043 | 0.128 | 0.128 | 0.128 | * | * | 0.427* |

L-ispejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.06* |

It-total indikattiv tal-ispejjeż finanzjarji għall-intervent |

It-TOTAL tal-AI, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 75.26 | 43.898 | 42.098 | 31.848 | * | * | 193.04* |

IT-TOTAL tal-AI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.26 | 30.898 | 31.098 | 40.848 | * | * | 103.104* |

* Sabiex jitwettaq il-programm ta' azzjoni kif ukoll isiru l-ħlasjiet relatati lil hinn mill-2013, il-proposti għall-allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' infiq amministrattiv ta' sostenn se jsiru fi ħdan il-qafas tal-perspettivi finanzjarji li ġejjin, li jibdew mill-2014.

Dettalji ta' kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew korpi oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali jekk jiġu previsti korpi differenti għall-proviżjoni tal-kofinanzjament):

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Korp tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u aktar tard | Total |

…………………… | f |

TOTAL tal-AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

( Il-proposta hija kumpatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tkun teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[15] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

NB: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-metodu tal-kalkolu tal-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat.

Miljuni ta' EUR (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta' riżorsi umani | 2.3 | 7 | 7 | 7 |

* Sabiex jitkompla l-programm ta' azzjoni kif ukoll isiru l-ħlasijiet lil hinn mill-2013.

4.3. Il-finanzjament tal-Miżuri

IL-PROGRAMME SE JIġI FFINANZJAT PERMEZZ TA' APPROPRJAZZJONIJIET TAħT L-INTESTATURA GħALL-INFIQ 4 ("L-UE BħALA PARTEċIPANTA GLOBALI). HUWA PROPOST LI TINTUżA PARTI MILL-MARġNI DISPONIBBLI TAħT DIN L-INTESTATURA LI TAMMONTA GħAL €75.9 MILJUN. IS-SERVIZZI TAL-KUMMISSJONI EVALWAW ID-DISPONIBBILTÀ TAL-FONDI MATUL IL-PERJODU 2010-2013 SABIEX IKUNU AċċERTATI L-POSSIBILITAJIET TA' MOBILIZZAZZJONI MILL-ġDID MINħABBA N-NUQQAS TA' UTILIZZAZZJONI POTENZJALI, LIMITAZZJONIJIET TA' ASSORBIMENT U/JEW ċIRKUSTANZI POLITIċI. L-ANALIżI TWASSAL GħAL PROPOSTA DWAR MOBILIZZAZZJONI MILL-ġDID TA' €95.8 MILJUN TAħT L-INTESTATURA 4. GħALL-BQIJA TAD-DISTAKK (€18.3 MILJUN) IL-KUMMISSJONI TIPPROPONI L-MOBILIZZAZZJONI TAL-ISTRUMENT TA' FLESSIBBILTÀ.

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Jeħtieġu li jiġu ssodisfatti fuq perjodu ta’ żmien qasir jew fit-tul

Għal terminu ta' żmien qasir: Dawn il-miżuri jindirizzaw il-bżonnijiet ta' poplazzjonijiet fiż-żoni dipendenti fuq il-kummerċ tal-banana fil-grupp ta' stati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku li esportaw fuq medja aktar minn 10,000 tunellata banana lejn l-Unjoni Ewopea matul l-aħħar għaxar snin u se jintlaqtu ħażin mit-tibdil li sar fir-rati tariffarji tal-UE marbutin mal-importazzjoni tal-banana.

5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

Il-proposta tistabilixxi miżuri marbutin biż-żmien biex jiġi ffaċċjat it-tnaqqis fir-rati tariffarji. Il-miżuri se jikkumplimentaw strumenti eżistenti esterni dwar il-kooperazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Unjoni, u se jibnu fuq l-esperjenza komuni tal-UE u tas-sħab tagħha dwar miżuri ta' sostenn iffinanzjati permezz tal-Qafas Speċjali ta' Assistenza għall-pajjiżi tradizzjonali tal-AKP li qegħdin ifornu l-banana. Is-sinerġiji se jinkisbu l-aktar billi jiġi żgurat li l-miżuri implimentati jkunu konformi mal-istrateġiji tal-UE dwar l-assistenza għall-pajjżi.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

L-għanijiet se jkunu li jinżammu jew jitjiebu l-livell ta' għixien tan-nies li qegħdin jgħixu f'żoni dipendenti fuq il-kummerċ tal-banana f'pajjiżi tal-AKP li jfornu l-banana, li se jiġu affettwati mit-tibdil fir-rati tariffarji tal-UE marbutin mal-importazzjoni tal-banana. Il-miżuri huma mmirati biex isolvu impatti ta' adattament (soċjali, ekonomiċi u ambjentali) aktar usa, lejn d-diversifikazzjoni ekonomika jew lejn is-sostenn tal-investimenti għat-titjib tal-kompetittività tal-industrija tal-banana meta din hija strateġija vijabbli.

Ir- riżultati mistennija huma:

- F'pajjiżi fejn l-għanijiet jinkludu diversifikazzjoni ekonomika: stabilizzazzjoni jew żieda fid-dħul tal-familji u/jew tnaqqis fir-rata tal-faqar ta' (eks) ħaddiema fil-kummerċ tal-banana u l-familji tagħhom (li se tkun riflessjoni tal-fatt li tnaqqis fl-esportazzjonijiet tal-banana lejn l-UE mhux se tolqot ħażin l-ekonomija tal-pajjiż u/jew il-popolazzjoni li ġiet affettwata l-aktar)

- F'pajjiżi fejn l-għanijiet se jippruvaw jinkisbu permezz ta' investimenti li jagħtu spinta lill-kompettività tagħhom: stabilizzazzjoni jew żieda fl-esportazzjonijiet tal-banana (il-volum) lejn l-UE u/jew lil pajjżi oħra

L-indikaturi li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni huma:

- Id-dħul tal-familji f'żoni dipendenti fuq il-kummerċ tal-banana (sors tad-dejta: l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika)

- DGN għal kull individwu (sors tad-dejta: L-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika jew il-Bank Dinji; sena bażi: 2008)

- Rata ta' faqar f'(eks) żoni fejn qegħdin jipproduċu l-banana (sors tad-dejta: L-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, il-kejl tal-faqar għandu jiġi standardizzat u kumparabbli maż-żmien; meta l-uffiċċji nazzjonali tal-istatiska ma jipprovdu l-ebda dejta għaż-żoni dipendenti fuq il-kummerċ tal-banana, għandhom jintużaw indikaturi alternattivi u kumparabbli; fin-nuqqas ta' kwalunkwe indikatur kumparabbli, għandu jintuża l-Indiċi tal-NU għall-Iżvilupp Uman)

- L-esportazzjonijiet tal-Banana lejn is-suq tal-UE (f'volum u valur, imkejla bħala importazzjonijiet tal-UE; sors tad-dejta: Eurostat, Comext)

- Esportazzjonijiet tal-banana lil pajjiżi oħra (minbarra l-UE; sors tad-dejta: li għandhom jiġu stabbiliti, fin-nuqqas ta' dejta kumparabbli armonizzata għandhom jintużaw l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika)

5.4. Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv)

Uri hawn taħt il-metodu(i)[17] magħżul(a) għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.

( Ġestjoni ċċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

( Amministrazzjoni maqsuma jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ Pajjiżi Terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema)

Kummenti rilevanti:

Il-modalitajiet ta' implimentazzjoni se jkunu speċifiċi għal kull pajjiż u mfassla b'rabta mal-istrateġija ta' rispons magħżula

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' monitoraġġ

Il-monitoraġġ se jsir mill-Kummissjoni, fejn ser isir użu tal-informazzjoni miġbura mid-Delegazzjonijiet tal-UE u mill-uffiċċji tal-istatistika nazzjonali u l-ministeri parralleli rilevanti. Dan se jiddependi fuq it-tip ta' mekkaniżmu għall-għoti tas-sostenn f'kull pajjiż (sostenn mill-baġit jew minn programm).

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

L-impatt tat-tibdiliet fl-iskedi tat-tariffi tal-banana li x'aktarx se jolqot il-pajjiżi tal-AKP li qegħdin ifornu l-banana u li jiddependu fuq is-suq tal-UE ġie analizzat mis-servizzi tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, saret evalwazzjoni esterna tal-programm ta' sostenn preċedenti, Il-Qafas Speċjali ta' Assistenza (QSA) għall-fornituri tradizzjonali mill-pajjiżi tal-AKP . Filwaqt li, fl-livell makroekonomiku, it-tnaqqis tar-rati tariffarji x'aktarx li mhumiex se jkollhom impatti maġġuri, fl-livell lokali l-implikazzjonijiet tat-tibdil fit-tariffi tan-Nazzjon l-Aktar Preferut (NAP) jistgħu jkunu importanti ħafna, dejjem skont l-istruttura għall-ispejjeż tas-settur tal-banana u l-lok għal miżuri li jnaqqsu l-ispejjeż. Il-pajjiżi kollha se jkollhom jaġġustaw għal tariffi MFN aktar baxxi u tali aġġustamenti jista' jkollhom implikazzjonijiet soċjali importanti.

Is-sitwazzjoni fil-pajjiżi tal-AKP jvarja bil-kbir: tnaqqis fit-tariffi jista' jwassal biex xi wħud mill-pajjiżi anqas kompettittivi li qegħdin ifornu l-banana, ma jibqgħux jesportaw il-banana tagħhom lejn l-UE, filwaqt li pajjiżi oħra fis-settur tal-banana jistgħu jagħmlu aġġustamenti permezz ta' sforzi ta' ristrutturar addizzjonali.

It-total tat-telf annwali marbut mad-dħul mill-esportazzjoni tal-pajjiżi anqas kompetittivi li qegħdin ifornu l-banana, jista' jkunu sinifikanti u l-konsegwenzi potenzjali ta' aġġustament fis-sitwazzjoni soċja-ekonomika u tal-użu tal-art f'dawn il-pajjiżi tista' tkun importanti.

Permezz assistenza li tammonta għal €190 miljun, il-pajjiżi tal-AKP, li matul dawn l-aħħar snin esportaw volumi sinifikanti ta' banana lill-UE, huma mistennija jibqgħu għaddejjin b'programmi immedjati ta' investiment u aġġustament u/jew iniedu oħrajn ġodda, sabiex ikunu jistgħu jirreżistu u jtaffu l-impatti tat-tnaqqis fit-tariffi.

6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/eks-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Il-Qafas Speċjali ta' Assistenza (1999-2008) ipprovda sostenn għal tnax-il pajjiż tal-AKP li qegħdin jesportaw il-banana. L-evalwazzjoni finali ta' dan il-programm tindika li b'mod ġenerali, il-programmi dwar il-kompetittività tal-kummerċ tal-banana kienu ta' suċċess, iżda li l-programmi ta' diversifikazzjoni għandhom ikunu integrati aħjar. Wieħed jitgħallem ukoll mir-reviżjoni tal-2009 tal-Miżuri ta' Akkumpanjament għall-pajjiżi tal-Protokoll taz-Zokkor (MAPZ), li huma programm kumparabbli fir-rigward ta' tfassil u t-tipi ta' miżuri. Tagħlimiet minn dan il-programm huma relatati mal-bżonn li jkun inkluż sostenn mill-baġit bħala modalità ta' implimentazzjoni possibbli u ta' konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati matul l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni.

6.2.3. Termini u frekwenza ta’ evalwazzjoni fil-ġejjieni

L-iskema ta' assistenza għandha tiġi monitorjata mill-bidu sal-aħħar u evalwata fl-2012. Evalwazzjoni tal-impatt għandha ssir fl-2015/2016, jiġifieri wara perjodu ta' implimentazzjoni ta' minn tal-anqas erba' snin.

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Il-miżuri ta’ kontra l-frodi li normalment japplikaw għall-assistenza tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispiża finanzjarja tagħhom

L-allokazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Is-Sena 2010 | Is-Sena 2011 | Is-Sena 2012 | Is-Sena 2013 | Is-Sena 2014 | Sena n+5 u aktar tard* |

Uffiċjali jew persunal temporanji[19] (XX 01 01) | A*/AD |

B*, C*/AST |

Persunal iffinanzjat[20] permezz tal-Artikolu XX 01 02 | 0.67 | 2 | 2 | 2 |

Persunal ieħor[21] iffinanzjat permezz tal-Artikolu XX 01 04/05 | 1.67 | 5 | 5 | 5 |

TOTAL | 2.3 | 7 | 7 | 7 |

* Sabiex jitwettaq il-programm ta' azzjoni kif ukoll isiru l-ħlasjiet relatati lil hinn mill-2013, il-proposti għall-allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' infiq amministrattiv ta' sostenn se jsiru fi ħdan il-qafas tal-perspettivi finanzjarji li ġejjin, li jibdew mill-2014.

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li ġejjin mill-azzjoni

Koordinazzjoni mal-partijiet interessati prinċipali (f'pajjiżi); il-koordinazzjoni mal-Istati Membri, il-Kunsill u l-Parlament; tħejjija tad-deċiżjonijiet, tħejjija tal-kuntratti, tħejjija tal-ħlasijiet, organizzazzjoni tal-istudji, il-verifiki u l-valutazzjoni, u r-rappurtar.

8.2.3. Sorsi ta' riżorsi umani (statutorji)

Meta jiġi ddikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ postijiet li joriġinaw minn kull wieħed mis-sorsi.

( Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu ssostitwiti jew estiżi

( Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Il-karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ amministrazzjoni (tqassim intern mill-ġdid)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti fl-allokazzjoni li tista’ tingħata lid-DĠ li jmexxi fil-qafas tal-proċedura ta’ allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Sabiex jitwettaq il-programm ta' azzjoni kif ukoll isiru l-ħlasjiet relatati lil hinn mill-2013, il-proposti għall-allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet tal-infiq amministrattiv ta' sostenn se jsiru fi ħdan il-qafas tal-perspettivi finanzjarji li ġejjin, li jibdew mill-2014.

8.2.4. Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – L-infiq fuq ġestjoni amministrattiva)

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u aktar tard* | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

It-total tal-Assistenza teknika u amministrattiva | 0.217 | 0.750 | 0.950 | 0.700 | 2.617* |

* Sabiex jitwettaq il-programm ta' azzjoni kif ukoll isiru l-ħlasjiet relatati lil hinn mill-2013, il-proposti għall-allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' infiq amministrattiv ta' sostenn se jsiru fi ħdan il-qafas tal-perspettivi finanzjarji li ġejjin, li jibdew mill-2014.

8.2.5. Infiq finanzjarju fuq riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u aktar tard* |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) Persunal iffinanzjat bl-Art. |

Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja ta’ baġit) | 0.043 | 0.128 | 0.128 | 0.128 |

Spiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0.043 | 0.128 | 0.128 | 0.128 |

* Sabiex jitwettaq il-programm ta' azzjoni kif ukoll isiru l-ħlasjiet relatati lil hinn mill-2013, il-proposti għall-allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet tal-infiq amministrattiv ta' sostenn se jsiru fi ħdan il-qafas tal-perspettivi finanzjarji li ġejjin, li jibdew mill-2014.

Kalkolu – Uffiċjali U Aġenti Temporanji |

Kalkolu – Staff iffinanzjat taħt art. xx 01 02 |

Kif stipulat f'punt 8.2.1: |

Aġent uniku fuq kuntratt grupp 4 dġ dev €64,000 fis-sena li jkopri 4 xhur fl-2010 u s-snin2011-2013. * Aġent uniku fuq kuntratt grupp 4 dġ aidco €64,000 fis-sena li jkopri 4 xhur fl-2010 u s-snin2011-2013. * Ħames aġenti fuq kuntratt grupp 4 għal delegazzjonijiet akp €130,000 fis-sena (inkluża infrastruttura u infiq operattiv) li jkopri 4 xhur fl-2010 u s-snin 2011-2013. * |

* Sabiex jitwettaq il-programm ta' azzjoni kif ukoll isiru l-ħlasjiet relatati lil hinn mill-2013, il-proposti għall-allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet tal-infiq amministrattiv ta' sostenn se jsiru fi ħdan il-qafas tal-perspettivi finanzjarji li ġejjin, li jibdew mill-2014.

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4* | Sena n+5 u aktar tard* |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.020 | 0.020 | 0.020 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[23] |

XX 01 02 11 04 – Studji u Konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' Tagħrif |

2 It-Total ta’ Nfiq Ieħor tal-Ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta' natura amministrattiva (isspeċifika u inkludi r-referenza għal-linja tal-baġit) |

It-total tal-infiq amministrattiv, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.02 | 0.02 | 0.02 |

* Sabiex jitwettaq il-programm ta' azzjoni kif ukoll isiru l-ħlasjiet relatati lil hinn mill-2013, il-proposti għall-allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' infiq amministrattiv ta' sostenn se jsiru fi ħdan il-qafas tal-perspettivi finanzjarji li ġejjin, li jibdew mill-2014.

Kalkolu - Infiq Ieħor Amministrattiv Mhux Inkluż Fl-Ammont Ta' Referenza |

[1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2686/94 tal-31 ta' Ottubru 1994.

[2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 856/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1609/1999.

[3] Il-Beliże, il-Kameru, Cape Verde, Côte d'Ivoire, Dominica, il-Grenada, il-Ġamajka, il-Madagascar, Santa Luċija, San Vinċenz u l-Grenadini, is-Somalja, u s-Surinam.

[4] ĠU C […], […], p. […].

[5] ĠU C […], […], p. […].

[6] ĠU L 378, 27.12.2006, p.41.

[7] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2686/94 tal-31 ta’ Ottubru 1994 (ĠU L 286, tal-5.11.1994, p. 1).

[8] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 856/1999 tat-22 ta' April 1999 (ĠU L 108, 27.04.1999, p.2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1609/1999 tat-22 ta' Lulju 1999 (ĠU L 190, 23.7.1999, p.14).

[9] [Daħħal ir-referenza għall-Ftehim ta' Firma dwar Negozjati dwar il-Kummerċ]

[10] Approprjazzjonijiet differenzjati.

[11] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati minn hawn 'il quddiem imsejħa AMD

[12] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx konċernat.

[13] Infiq fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[14] L-infiq fi ħdan il-Kapitolu xx 01 għajr għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[15] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[16] Kolonni addizzjonali għandhom jiżdiedu jekk meħtieġ, jiġifieri, jekk it-tul tal-azzjoni teċċedi s-6 snin.

[17] Jekk huwa indikat aktar minn metodu wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji addizzjonali fit-taqsima tal-“Kummenti rilevanti" ta’ dan il-punt

[18] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3.

[19] L-ispiża tiegħu MHUWIEX kopert bl-ammont ta’ referenza

[20] L-ispiża tiegħu MHUWIEX kopert bl-ammont ta’ referenza

[21] Li l-ispiża tiegħu hija inkluża fi ħdan l-ammont ta’ referenza

[22] Għandha ssir referenza għall-istqarrija finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[23] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.