52010PC0058

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għal EGF/2009/016 LT/Manifattura ta’ għamara sottomessa mil-Litwanja /* KUMM/2010/0058 finali */


[pic] | IL-KUMISSJONI EWROPEA |

Brussel 19.2.2010

KUMM(2010)58 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għal

EGF/2009/016 LT/Manifattura ta’ għamara sottomessa mil-Litwanja

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006[1] jippermetti li jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) permezz ta' mekkaniżmu ta' flessibbiltà, sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun, lil hinn mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju. Ir-regoli tal-eliġibbiltà applikabbli għall-kontribuzzjonijiet mill-Fond huma stipulati fir-Regolament KE Nru°1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF)[2]. Dan ir-Regolament kien emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 546/2009[3] li temporanjament iwessa’ l-ambitu għall-applikazzjoni tal-EGF u jimmodifika l-kriterji tal-eliġibbiltà. Ir-Regolament emendat huwa applikabbli għal applikazzjonijiet li waslu mill-1 ta’ Mejju 2009.

Is-servizzi tal-Kummissjoni flew bir-reqqa l-applikazzjoni sottomessa mil-Litwanja skont ir-Regolament (KE) Nru°1927/2006 u b'mod partikolari l-Artikoli 1, 2, 3, 4, 5 u 6 tiegħu.

Il-Każ EGF/2009/016 LT/Manifattura ta' għamara

1. Il-Litwanja ssottomettiet l-applikazzjoni lill-Kummissjoni fit-23 ta' Settembru 2009 u ssupplimentatha b’informazzjoni addizzjonali li waslet fis-16 ta' Ottubru 2009. Din kienet ibbażata fuq il-kriterji ta' intervent speċifiċ tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jirrekjedi li jkun hemm mill-anqas 500 sensja fuq perjodu ta' referenza ta' disa' xhur f'diviżjoni NACE 2 f'reġjun wieħed jew żewġ reġjuni kontigwi fil-livell NUTS II, u tressqet sal-iskadenza ta' 10 ġimgħat imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament.

2. L-applikazzjoni tikkonċerna 1 469 sensja f'49 intrapriża, li kollha joperaw f'Diviżjoni 31 tan-NACE Revision 2 (manifattura ta' għamara), li 636 minnhom jisgħu jingħataw assistenza mill-EGF.

3. L-elementi ddetaljati tal-valutazzjoni jinsabu fil-Komunikazzjoni adottata mill-Kummissjoni[4].

Abbażi tal-konklużjonijiet tal-komunikazzjoni ta' hawn fuq, qed jiġi propost li l-applikazzjoni tal-Każ EGF/2009/016 LT/Manifattura ta' għamara li ssottomettiet il-Litwanja, rigward is-sensji fis-settur tal-manifattura tal-għamara, tiġi aċċettata, minħabba li pprovdiet evidenza ta’ rabta diretta u dimostrabbli li dawn is-sensji huma riżultat tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. Ġie propost pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati eliġibbli li minnhom il-kontribuzzjoni mitluba mill-EGF hija ta' EUR 662 088 (ara l-paġna li jmiss).

Finanzjament

Il-baġit annwali totali disponibbli għall-EGF huwa ta’ EUR 500 miljun.

Ammont ta’ EUR 7 576 397 diġà kien immobilizzat għal applikazzjonijiet preċedenti fl-2010 u dan iħalli disponibbli ammont ta’ EUR 492 423 603. L-allokazzjoni proposta tal-Kummissjoni minn dan il-Fond hija bbażata fuq l-informazzjoni li ngħatat mill-applikant.

Abbażi tal-applikazzjoni għal għajnuna mill-Fond imressqa mil-Litwanja fejn intlaqat is-settur tal-manifattura tal-għamara, il-kontribuzzjoni mill-EGF għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li jridu jiġu ffinanzjati tammonta għal EUR 662 088, li tirrapreżenta 65 % ta-nefqa totali.

Meta jitqies li l-ammont massimu possibbli ta’ kontribuzzjoni mill-Fond stabbilita skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u kif ukoll l-ambitu tar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni qed tipproponi li mill-EGF tuża l-ammont totali msemmi hawn fuq, li għandu jkun allokat taħt l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju.

Dan l-ammont ta' sostenn mitlub jippermetti li aktar minn 25 % tal-ammont annwali massimu allokat għall-EGF jibqa' disponibbli biex ikun allokat matul l-aħħar erba' xhur tas-sena, kif stipulat fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

Bil-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex jiġi użat il-Fond, il-Kummissjoni qed tagħti bidu għall-proċedura ssimplifikata tat-trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex tikseb il-qbil taż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit dwar il-ħtieġa li jiġi użat il-Fond u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit li tilħaq ftehim dwar l-abbozz tal-proposta tal-mobilizzazzjoni, fil-livell politiku xieraq, biex tinforma lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit, tissejjaħ laqgħa formali tat-trijalogu.

Il-Kummissjoni se tippreżenta talba ta' trasferiment biex iddaħħal approporjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlasijiet speċifiċi fil-baġit għall-2010, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba[5], u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[7],

Billi:

(1) Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) huwa intiż sabiex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2) L-ambitu tal-EGF ġie mwessa’ għall-applikazzjonijiet sottomessi mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4) Fit-23 ta' Settembru 2009 l-Litwanja ssottomettiet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' sensji fis-settur tal-manifattura tal-għamara, u ssuplimentatja b'informazzjoni addizzjoni li waslet fis-16 ta' Ottubru 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u għadaqstant il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 662 088.

(5) Għalhekk l-EGF għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mil-Litwanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 662 088 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussel,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[2] ĠU L 406, tat-30.12.2006, p. 1.

[3] ĠU L 167 tad- 29.06.2009, p. 26.

[4] SEC(2010) 53 tas-26.1.2010

[5] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[6] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

[7] ĠU C [...], [...], p. [...].