52010PC0053

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 479/2009 dwar il-kwalità tad-dejta tal-istatistika fil-kuntest ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv /* KUMM/2010/0053 finali - NLE 2010/0035 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 15.2.2010

KUMM(2010)53 finali

2010/0035 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 479/2009 dwar il-kwalità tad-dejta tal-istatistika fil-kuntest ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-bażi għas-sistema ta’ sorveljanza fiskali tal-UE hi stabbilita fit-Trattati u speċifikata aktar fil-leġiżlazzjoni tal-UE, notevolment permezz tar-rekwiżiti għall-kwalità ta’ statistiċi fiskali għall-għan tal-eżerċizzju tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (EDP). Il-kwalità ta’ dejta fil-qafas tal-istatistiċi fiskali tiddependi primarjament fuq l-implimentazzjoni korretta mill-Istati Membri tal-atti legali rilevanti fil-kuntest tal-EDP, bħar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96[1] (ESA 95) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009[2] li jistabbilixxi s-sistema ta' referenza tal-istatistika għal standards, definizzjonijiet u dispożizzjonijiet ta' kontabilità. Il-Kummissjoni ġiet fdata bil-kompitu ta’ sorveljanza tal-kwalità tad-dejta fiskali rappurtata. L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 jistabbilixxi li l-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tivvaluta b’mod regolari l-kwalità kemm tad-dejta attwali rrappurtata mill-Istati Membri kif ukoll dik tal-kontijiet tas-settur tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata, miġbura skont l-ESA 95. Il-kwalità tad-dejta attwali tfisser il-konformità tat-tali dejta mar-regoli tal-kontabilità, u kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità, u l-konsistenza tad-dejta tal-istatistika. Barra minn dan, skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), kemm jista’ jkun fil-pront, bl-informazzjoni tal-istatistika rilevanti mitluba għall-ħtiġijiet tal-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità tal-statistika.

Wara l-‘każ Grieg’ fl-2004, u talba sussegwenti mill-Kunsill biex issaħħaħ il-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta fiskali rrappurtata, il-Kummissjoni fl-2005 pproponiet l-emendi għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, jiġifieri r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93, li jirregola l-kwalità tad-dejta tal-EDP. L-emendi fil-proposta tal-Kummissjoni tal-2005[3] fittxu li jżidu t-trasparenza tal-istatistiċi relatati mal-EDP, u, għal dan il-għan, biex isaħħu s-setgħat tal-Eurostat fir-rigward tal-kwalità tad-dejta. B’mod partikolari, il-Kummissjoni pproponiet li tistabbilixxi "żjarat ta’ sorveljanza profonda". Flimkien mar-rekwiżit ġenerali għall-Istati Membri biex jipprovdu l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta lill-Kummissjoni (Eurostat), il-proposta kienet qed tfittex kompetenza msaħħa relatata mal-kwalità tad-dejta. Madankollu l-għodod addizzjonali pprovduti lill-Kummissjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2103/2005[4] pprovda setgħat addizzjonali lill-Kummissjoni (Eurostat) kienu aktar limitati milli kien mitlub fil-bidu. B’mod partikolari, m’hemmx obbligu ġenerali għall-Istati Membri biex jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-aċċess għall-informazzjoni kollha mitluba għall-għanijiet ta’ valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta u l-ambitu taż-żjarat metodoloġiċi (mwettqa biss fi Stat Membru wieħed mill-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni) huwa limitat għall-qasam purament statistiku.

Żviluppi riċenti u, b’mod partikolari, l-istatistiċi tad-dejn notifikati f’Ottubru 2009 u l-iżbilanċ tal-gvern Grieg[5], urew u rrendew dawn il-limitazzjonijiet aktar akuti u wrew li s-sistema kurrenti għal statistiċi fiskali ma tnaqqasx, sal-punt neċessarju, ir-riskju ta’, pereżempju, dejta mhux korretta jew mhux ċara li tiġi notifikata lill-Kummissjoni.

Mingħajr azzjoni biex tikkumbatti din id-dgħufija, eżempji bħal dawn ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli minn Stati Membri individwali għaldaqstant se jkomplu jikkompromettu l-affidabbiltà tas-sistema tal-governanza mill-parteċipanti tagħha kemm fil-livelli Ewropej u tal-Istati Membri. Għal din ir-raġuni, f’dan l-istadju huwa kemm xieraq u kif ukoll konsistenti mal-politika li jiġu proposti ċerti modifiki tal-qafas ta’ governanza għall-istatistiċi fiskali. L-għan tal-emenda tar-regolament hu li tippermetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu aktar flimkien b’mod effettiv fit-titjib tal-kwalità u l-affidabilità tal-istatistika tal-finanzi tal-gvern, ibbażata fuq approċċ ta’ żewġ pilastri: l-ewwel, żjarat ta’ statistika regolari aktar frekwenti u komprensivi fil-kuntest tal-istandard tal-proċedura EDP; it-tieni, fejn valutazzjoni bbażata fuq riskju tidentifika problemi speċifiċi u sinifikanti, il-Eurostat tista’ tagħmel żjarat metodoloġiċi addizzjonali.

Biex tittratta d-dgħufijiet eżistenti, il-Kummissjoni, għaldaqstant, tqis li hu neċessarju li tipproponi li tissuplimenta r-regoli eżistenti sabiex issaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tad-dejta. Madankollu, iż-żjarat metodoloġiċi isiru biss fil-każijiet fejn jiġu identifikati riskji sostanzjali jew problemi potenzjali bil-kwalità tad-dejta , kif huwa wkoll il-każ attwali skont il-qafas legali eżistenti.

Sakemm il-Eurostat, bħala awtorità tal-istatistika, tkun tista’ attwalment tivverifika l-figuri pprovduti, hemm il-ħtieġa li tissupplimenta l-qafas kurrenti f’diversi aspetti. B’mod partikolari, hemm ħtieġa għall-għarfien tad-dritt tal-Eurostat li teżamina direttament il-kontijiet pubbliċi fejn hemm dubji sostanzjali dwar l-affidabilità tad-dejta tal-istatistika mressqa minn awtorità tal-istatistika nazzjonali – flimkien mal-obbligu korrispondenti ta’ awtoritajiet nazzjonali biex iżommu u jagħmlu disponibbli s-sorsi kollha rilevanti ta’ informazzjoni. Barra minn dan, hemm ħtieġa għall-Istati Membri biex jiżguraw l-assistenza ta’ esperti fil-kontabilità nazzjonali, inkluż għat-tħejjija u t-twettiq ta' żjarat metodoloġiċi.

2010/0035 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru .../….

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 479/2009 dwar il-kwalità ta' tad-dejta tal-istatistika fil-kuntest ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 126(14) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

B’aġir f’konformità ma’ proċedura speċjali leġiżlattiva,

Billi:

(1) Il-kredibilità tas-sorveljanza baġitarja ddur b'mod kruċjali fuq statistiċi baġitarji affidabbli. Huwa ta’ importanza kbira li d-dejta rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv annessa mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea[6] tkun ta’ kwalità għolja.

(2) Il-qafas ta’ governanza tal-Unjoni Ewropea għall-istatistiċi fiskali ġie żviluppat aktar u l-ambjent istituzzjonali ġie aġġornat matul l-aħħar snin, notevolment bl-għan li titjieb is-sorveljanza tal-kontijiet tal-gvern mill-Kummissjoni (Eurostat).

(3) Il-qafas ta’ governanza rivedut għall-istatistiċi fiskali ffunzjona sew u, b’mod ġenerali, kellu riżultat sodisfaċenti f’termini ta’ rappurtar ta’ dejta fiskali rilevanti dwar id-dejn u l-iżbilanċ tal-gvern. B’mod partikolari, l-Istati Membri wrew b’mod predominanti rekord b’saħħtu ta’ kooperazzjoni in buona fede u kapaċità operazzjonali biex jirrapurtaw dejta fiskali ta’ kwalità għolja.

(4) Madankollu, żviluppi riċenti wrew ukoll b’mod ċar li l-qafas ta’ governanza attwali għall-istatistiċi fiskali xorta ma jnaqqasx, sal-punt neċessarju, ir-riskju ta’ dejta mhux korretta jew mhux ċara li tiġi nnotifikata deliberatament lill-Kummissjoni.

(5) F’din il-konnessjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandu jkollha drittijiet addizzjonali ta’ aċċess għal ambitu mwessa’ ta’ tagħrif għall-ħtiġijiet ta’ valutazzjoni tal-kwalità ta’ dejta.

(6) B’mod partikolari, filwaqt li twettaq żjarat ta’ monitoraġġ fi Stat Membru li l-informazzjoni tal-istatistika tiegħu hi ta’ skrutinju il-Kummissjoni (Eurostat) għandha jkollha aċċess għall-kontijiet tal-entitajiet tal-gvern f’livelli ċentrali, tal-istat, lokali u tas-sigurtà soċjali, inkluż l-għoti tal-informazzjoni msemmija ta’ kontabilità dettaljata, stħarriġ statistiku rilevanti u kwestjonarji u informazzjoni ulterjuri relatata, li tirrispetta l-leġiżlazzjoni dwar protezzjoni ta’ dejta kif ukoll kunfidenzjalità statistika.

(7) Il-kontijiet pubbliċi ta’ unitajiet individwali tal-gvern ġenerali, kif ukoll unitajiet pubbliċi ikklassifikati barra s-settur tal-gvern ġenerali, għandhom ikunu l-oġġett ewlieni tal-kontrolli, u l-kontijiet pubbliċi għandhom ikunu vvalutati f’termini tal-użu statistiku tagħhom.

(8) l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali responsabbli għar-rappurtar tad-dejta attwali lill-Kummissjoni (Eurostat), u tal-kontijiet pubbliċi li fuqhom din tkun ibbażata, jirrespettaw b’mod sħiħ l-obbligi marbuta mal-prinċipji statistiċi.

(9) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 479/2009 għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 479/2009 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1) Jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej:

" Artikolu 2a

‘Aċċess’ tfisser l-opportunità li jiġi kkonsultat kwalunkwe dokument rilevanti jew li wieħed jirċievi kopja tiegħu dak il-ħin , inkluż, fejn disponibbli, kopja elettronika, u li wieħed jiġi pprovdut bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti. Id-dokumenti u l-informazzjoni mitluba għandhom jiġu pprovduti fil-pront u, fejn disponibbli, ikunu jistgħu jiġu estratti faċilment mir-rekords jew is-sorsi disponibbli."

(2) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), kemm jista’ jkun fil-pront, bl-aċċess għall-informazzjoni għall-ħtiġijiet tal-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta, inkluża informazzjoni tal-istatistika bħal dejta mill-kontijiet nazzjonali, inventorji, tabelli ta’ notifika tal-proċedura ta’ żbilanċ, kwestjonarji u kjarifiki addizzjonali relatati man-notifiki.

Il-format tal-kwestjonarji għandu jiġi ddefinit mill-Kummissjoni (l-Eurostat) wara konsultazzjoni tal-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ is-"CMFB)."

(3) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 huwa mibdul b’li ġej:

"3. Iż-żjarat metodoloġiċi huma maħsuba sabiex jiġu sorveljati l-proċessi u l-kontijiet li jiġġustifikaw id-dejta attwali rrappurtata u sabiex jitfasslu konklużjonijiet dettaljati dwar il-kwalità tad-dejta rrappurtata, kif definit fl-Artikolu 8(1).

Iż-żjarat metodoloġiċi għandhom isiru biss f’każijiet eċċezzjonali fejn ikunu identifikati riskji sinifikanti i jew problemi bil-kwalità tad-dejta ġew identifikati b’mod ċar."

(4) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom, fuq it-talba tal-Kummissjoni (Eurostat), jipprovdu l-għajnuna ta’ esperti fil-kontabilità nazzjonali, inkluż għat-tħejjija u t-twettiq ta' żjarat metodoloġiċi. Fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom, dawn l-esperti għandhom jipprovdu għarfien espert indipendenti. Lista ta’ dawn l-esperti tal-kontabilità nazzjonali għandha tkun kostitwita abbażi ta’ proposti mibgħuta lill-Kummissjoni (l-Eurostat) mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għar-rappurtar tal-iżbilanċ eċċessiv.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-għażla tal-lista ta’ esperti u l-metodi ta’ ħidma tagħhom.”

(5) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’li ġej:

"2. Fil-qafas taż-żjarat metodoloġiċi, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha d-dritt tkun intitolata biex taċċessa direttament il-kontijiet tal-entitajiet kollha tal-gvern f’livelli ċentrali, tal-istat, lokali u tas-sigurtà soċjali, inkluż l-għoti tal-informazzjoni msemmija ta’ kontabilità dettaljata, bħal tranżazzjonijiet u karti ta’ bilanċ, stħarriġ statistiku rilevanti u kwestjonarji u informazzjoni ulterjuri relatata, bħal dokumenti analitiċi u d-dejta tal-kontabilità ta’ korpi pubbliċi oħra.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiffaċilitaw iż-żjarat metodoloġiċi. Dawn iż-żjarat jistgħu jitwettqu fl-awtoritajiet nazzjonali involuti fir-rappurtar ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, kif ukoll fis-servizzi kollha involuti direttament jew indirettament fil-produzzjoni tal-kontijiet u d-dejn tal-gvern L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-servizzi u l-awtoritajiet nazzjonali, u fejn meħtieġ, l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom li jkollhom responsabbiltà funzjonali għall-kontroll tal-kontijiet pubbliċi, jipprovdu lill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew lill-esperti l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 bl-għajnuna meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom, inkluż billi jagħmlu disponibbli d-dokumenti sabiex tiġi ġustifikata d-dejta attwali rrappurtata dwar l-iżbilanċ u d-dejn u l-kontijiet tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata. Ir-rekords kunfidenzjali tas-sistema statistika nazzjonali għandhom jiġu pprovduti biss lill-Kummissjoni (l-Eurostat)."

(6) Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-uffiċjali responsabbli għar-rappurtar tad-dejta attwali lill-Kummissjoni (l-Eurostat) u għar-rappurtar tal-kontijiet tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata d-dejta, huma affidabbli u jaġixxu skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistiċi Ewropej*. Dawn il-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn il-miżuri lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom."

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. (

OJ L 87, 31.3.2009, p. 164.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM TAL-PROPOSTA

Proposta għar-Regolament tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 479/2009 dwar il-kwalità tad-dejta tal-istatistika fil-kuntest ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv.

2. IL-QAFAS ABM / ABB

Il-Qasam ta’ Politika kkonċernata u l-Attività(jiet) li għandha/hom x’jaqsmu miegħu:

Statistika (Il-Produzzjoni tal-Informazzjoni ta’ Statistika; L-Istrateġija u l-Koordinazzjoni tal-Politika; L-Appoġġ Amministrattiv)

3. LINJI BAĠITARJI

3.1. Il-lin ji tal-Baġit (il-linji operattivi u l-linji ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatati (ex-linji B.A)), inklużi l-intestaturi:

29.0203 Programm 2008-2012 tal-istatistika tal-Komunità

29.010401 Il-politika ta' informazzjoni statistika — In-Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva

3.2. Tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Indeterminat

3.3. Karatteristiċi tal-baġit

Il-linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-Perspettiva Finanzjarja |

29.020101 | Mhux obbligatorja | Diff[7] | LE | IVA | LE | Nru 1 |

29.010401 | Mhux obbligatorja | Mhux obbligatorja[8] | LE | IVA | LE | Nru 1 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas (AĦ)

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ nfiq | In-nru tat-Taqsima | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 u wara | It-total |

Spiża operattiva |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | 8.1 | a |

Approprjazzjonijiet ta' Ħlas (AĦ) | b |

In-nefqa amministrattiva fl-ammont ta' referenza |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c |

In-nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza |

Ir-riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (AMD) | 8.2.5 | d | 1.709 | 1.709 | 1.709 | 1.709 | 1.709 | 1.709 | 1.709 |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD)* | 8.2.6 | e | 0.19 | 0.24 | 0.24 | 0.24 | 0.24 | 0.24 | 1.39 |

* Spejjeż tal-missjonijiet

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

⎭ Il-proposta hija kumpatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

⎭ Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

4.2. Riżorsi Umani FTE (inklużi l-uffiċjali, u l-impjegati temporanji u esterni – ara d-dettalji fil-punt 8.2.1.)

Rekwiżiti annwali | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | L-2016 u wara |

Għadd totali ta' riżorsi umani | 20 | 20 | 20 | 20 | 20 | 20 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Jeħtieġu li jiġu ssodisfatti fuq perjodu ta’ żmien qasir jew fit-tul

Żviluppi riċenti u, b’mod partikolari, l-istatistiċi tad-dejn notifikati u l-iżbilanċ tal-gvern Grieg[9] urew li s-sistema kurrenti għal statistiċi fiskali ma tnaqqasx, sal-punt neċessarju, ir-riskju ta’, pereżempju, dejta mhux korretta jew mhux ċara li tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

Mingħajr azzjoni biex tegħleb din id-dgħufija, eżempji bħal dawn ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli minn Stati Membri individwali għaldaqstant se jkomplu jikkompromettu l-affidabbiltà tas-sistema tal-governanza mill-parteċipanti tagħha kemm fil-livelli Ewropej u tal-Istati Membri. Għal din ir-raġuni, jidher li f’dan l-istadju huwa kemm xieraq kif ukoll konsistenti mal-politika li jiġu proposti ċerti modifiki tal-qafas ta’ governanza għall-istatistiċi fiskali.

5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Il-Kummissjoni għandha responsabbilta maġġuri diretta fl-analiżi u l-valutazzjoni tal-iżbilanċ u ċ-ċifri tad-dejn għal implimentazzjoni korretta tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, u hi responsabbli għall-għoti tal-istatistiċi dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, ibbażata fuq id-dejta rrappurtata mill-Istati Membri u l-Pajjiżi Kandidati. Dan se jkun rwol importanti tal-Kummissjoni minħabba l-fatt li l-Istati Membri jikkostitwixxu parti interessata.

L-involviment imtejjeb tal-Komunità se jżid ukoll l-armonizzazzjoni ta’ approċċi nazzjonali u se jisfrutta s-sinerġiji disponibbli billi jinkludi esperti minn Stati Membri oħrajn fiż-żjarat metodoloġiċi.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

Il-Kummissjoni għandha responsabbiltà maġġuri li tipprovdi opinjoni indipendenti dwar il-kwalità ta’ dejta skont il-protokoll mehmuż mat-Trattat ta’ Maastricht u mar-Regolament tal-Kunsill KE Nru 479/2009. L-għan ewlieni hu li jiġu stabbiliti l-għodod għall-kontroll ta’ sistemi nazzjonali għall-produzzjoni ta’ statistika baġitarja u li jitnaqqsu l-każijiet ta’ rappurtar mhux korrett ta’ ċifri ta’ żbilanċ u ta’ dejn (kif jagħtu eżempju l-każijiet fil-Greċja fl-2004 u l-2009).

Huwa mistenni li se jkun hemm riżultat ta’ dejta ta’ kwalità aħjar, ibbażat fuq approċċ aktar affidabbli u konsistenti. L-osservazzjoni xierqa ta’ dgħufija strutturali fis-sistema (riskju sistematiku) u dejta affidabbli se tindika progress. Iż-żewġ indikaturi ewlenin se jkunu għadd ta’ riżervazzjonijiet u emendi tad-dejta fl-istqarrija għall-istampa għall-EDP tal-Eurostat kif ukoll l-għadd ta’ żjarat metodoloġiċi.

5.4. Metodu tal-implimentazzjoni (indikattiv)

⎭ Ġestjoni ċċentralizzata

⎭ direttament mill-Kummissjoni

6. KONTROLL U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' monitoraġġ

Il-kwalità tad-dejta rrappurtata se tkun issorveljata fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità, adottata bir-Regolament (KE) Nru 2223/96 (ESA95), li tikkostitwixxi l-bażi għar-rappurtar u l-għoti tad-dejta tal-istatistika fil-kuntest tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv. Is-sistemi tal-istatistika stabbiliti mill-Istati Membri u l-Pajjiżi Kandidati se jkunu kkontrollati kontra dawk is-sistemi li diġà qed jipprovdu ċifri ta’ kwalità tajba kif iddikjarat fil-Kodiċi tal-Kondotta. Rapporti regolari dwar il-Funzjonament tas-sistemi u r-riżultati tal-proċess ta’ monitoraġġ (pajjiżi miżjura, problemi li wieħed jiltaqa’ magħhom u soluzzjonijiet previsti) se jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Laqgħat riċenti tal-Kunsill ikkonkludew li l-indipendenza u l-kwalità tal-istatistika jeħtieġ li jitjiebu aktar u talbu lill-Kummissjoni biex tagħmel il-proposti f’dan il-qasam.

6.2.2. Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlim minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Dan hu intervent ġdid.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

L-evalwazzjonijiet dwar kemm hi xierqa s-sistema li tipprovdi d-dejta ta’ finanzi pubbliċi għall-applikazzjoni tat-Trattati se jkunu regolarment imwettqa mill-Eurostat.

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Il-proposta nnifisha tista’ tiġi kkunsidrata li tkun iddestinata inter alia bħala miżura li tiskopri u tnaqqas kwalunkwe nuqqas ta’ konformità potenzjali tal-Istati Membri/Pajjiżi Kandidati bir-regoli stabbiliti. Barra minn dan, biex tiżgura l-indipendenza u l-integrità kontinwa tal-kapaċità għall-ispezzjonijiet, se tiġi introdotta politika ta’ rotazzjoni stretta ta’ persunal involut fi żjarat metodoloġiċi lejn Stati Membri u Pajjiżi Kandidati speċifiċi.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispiża finanzjarja tagħhom

8.2. Nefqa Amministrattiva

8.2.1. In-Numru u t-tip ta’ riżorsi umani

Tipi ta' kariga | Impjegati li se jiġu assenjati għall-maniġment tal-azzjoni permezz tal-użu ta’ riżorsi umani li diġà jaħdmu hemm u/jew riżorsi addizzjonali (numru ta’ impjiegi/impjegati li jaħdmu full time) |

Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Sena 2015 | Sena 2016 |

Uffiċjali u aġenti temporanji [10](29 01 01) | A*/AD | 5 | 5 | 5 | 5 | 5 | 5 |

B*, C*/AST | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

Persunal iffinanzjat[11] skont l-art.29 01 02 01 (Esperti Nazzjonali Ssekondati) | 9 | 9 | 9 | 9 | 9 | 9 |

Persunal iffinanzjat[12] skont l-art.29 01 02 02 Aġenti kuntrattwali | 5 | 5 | 5 | 5 | 5 | 5 |

TOTAL | 20 | 20 | 20 | 20 | 20 | 20 |

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani għandhom ikunu koperti bl-allokazzjoni mogħtija diġà għall-amministrazzjoni ta’ din l-azzjoni u/jew jitqassmu mill-ġdid fid-DĠ, ikkumplimentati skont il-każ bi kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ allokazzjoni fid-dawl tal-limiti baġitarji.

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li jirriżultaw mill-azzjoni

Ir-riżorsi umani mitluba se jingħataw il-kompitu l-ġdid li bih ir-Regolament tal-Kunsill se jafda lill-Kummissjoni u li se jikkonsisti fit-twettiq ta’ żjarat metodoloġiċi fil-fond fl-Istati Membri kif ukoll ż-żieda tal-frekwenza ta’ żjarat regolari. Se jkun hemm żjarat metodoloġiċi fil-każijiet ta’ evidenza jew suspett ta’ rappurtar ħażin u fiż-żmien ta’ avvenimenti importanti għall-Istat Membru fil-kuntest tal-SGP ul-EDP (eż: qabel l-adeżjoni fiż-żona euro).

Il-kontijiet pubbliċi ta’ unitajiet individwali tal-gvern ġenerali (GG), kif ukoll unitajiet pubbliċi kklassifikati barra s-settur tal-gvern ġenerali, għandhom ikunu l-oġġett ewlieni tal-verifiki, u l-kontijiet pubbliċi għandhom ikunu kkontrollati f’termini tal-użu statistiku tagħhom. Il-kwistjonijiet/proċessi li ġejjin se jkunu l-oġġett tar-rappurtar, aktar fid-dettall:

- tranżizzjoni sħiħa minn sorsi ta’ dejta f’kontijiet nazzjonali u f’tabelli tal-EDP;

- valutazzjoni tal-informazzjoni dettaljata msemmija, inklużi tranżazzjonijiet;

- identifikazzjoni ta’ liema sorsi ta’ dejta huma vverifikati f’livell nazzjonali (minn korp rikonoxxut ta’ verifika indipendenti) u ta’ dawk li mhumiex. Dan hu kruċjali minħabba li l-valutazzjoni tista’ tiffoka fuq l-oqsma li għad mhumiex verifikati f’livell nazzjonali. Għall-oqsma li mhumiex verifikati, tkun meħtieġa identifikazzjoni ta’ sorsi oħra ta’ assigurazzjoni;

- promozzjoni ta’ adozzjoni ta’ standards ta’ kontabilità pubblika – għoti ta’ għajnuna lill-Istati Membri fuq talba tagħhom li jkunu qed jersqu għal sistema ta’ dejta verifikata u kontabilità tad-dovuti għall-kontijiet pubbliċi tagħhom, preferibbilment li jsegwu standards internazzjonali.

8.2.3. Sorsi ta' riżorsi umani (statutorji)

( Postijiet li se jintalbu fil-proċeduri ta’ allokazzjoni li jmiss

( Postijiet li se jerġgħu jingħataw mill-ġdid fid-DĠ wara li jsir skrijning sal-aħħar ta’ Lulju 2010

8.2.4. Nefqa oħra Amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 - Nefqa għall-immaniġġjar amministrattiv)

N/A

8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 u aktar tard |

Uffiċjali u persunal temporanju (29 01 01) | 0.732 | 0.732 | 0.732 | 0.732 | 0.732 | 0.732 |

Persunal iffinanzjat skont l-art.29 01 02 01 u l-art.29 01 02 02 (Esperti Nazzjonali Ssekondati u Aġenti kuntrattwali) | 0.977 | 0.977 | 0.977 | 0.977 | 0.977 | 0.977 |

L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 1.709 | 1.709 | 1.709 | 1.709 | 1.709 | 1.709 |

Kalkolu– Uffiċjali u Aġenti temporanji

Bi spiża medja ta’ uffiċjal permanenti stmata għal EUR 122 000 fis-sena l-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza)b’kollox hi ta’ EUR 732.000 fis-sena.

Kalkolu– Persunal iffinanzjat skont l-art. 29 010201

Bi spiża medja ta’ espert nazzjonali ssekondat għal-baġit tal-Unjoni Ewropea stmata għal EUR 73 000 fis-sena l-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza) ta’ persunal iffinanzjat skont l-Art. 29 01 02 b’kollox hi ta’ EUR 657.000 fis-sena.

Bi spiża medja ta’ aġent kuntrattwali stmata għal EUR 64.000 fis-sena l-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u tal-ispejjeż assoċjati (mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza) ta’ persunal iffinanzjat skont l-Art. 29 01 02 b’kollox hi ta’ EUR 320.000 fis-sena.

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani għandhom ikunu koperti bl-allokazzjoni mogħtija diġà għall-amministrazzjoni ta’ din l-azzjoni u/jew jitqassmu mill-ġdid fid-DĠ, ikkumplimentati skont il-każ bi kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ allokazzjoni fid-dawl tal-limiti baġitarji.

8.2.6. Nefqa oħra amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u aktar tard | TOTALI |

29 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.05 | 0.1 | 0.1 | 0.1 | 0.1 | 0.1 | 0.55 |

29 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | 0.14 | 0.14 | 0.14 | 0.14 | 0.14 | 0.14 | 0.84 |

29 01 02 11 03 – Kumitati |

29 01 02 11 04 – Studji u Konsultazzjonijiet |

29 01 02 11 05 – Sistemi ta' Tagħrif |

2 It-Total ta’ Nfiq Ieħor tal-Ġestjoni (29 01 02 11) |

3 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Nefqa amministrattiva totali, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inkluża fl-ammont ta’ referenza) | 0.19 | 0.24 | 0.24 | 0.24 | 0.24 | 0.24 | 1.39 |

Il-ħtiġijiet għall-approprijazzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu koperti bl-allokazzjoni mogħtija diġà għall-amministrazzjoni ta’ din l-azzjoni u/jew jitqassmu mill-ġdid fid-DĠ, ikkumplimentati skont il-każ bi kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ allokazzjoni fid-dawl tal-limiti baġitarji.

[1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1).

[2] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv annessa mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea ( Verżjoni Kodifikata) (ĠU L145, 10.6.2009, p. 1).

[3] KUMM(2005) 71.

[4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2103/2005 tat-12 ta’ Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3605/93 fir-rigward tal-kwalità tad-dejta tal-istatistika fil-kuntest tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).

[5] Rapport mill-Kummissjoni tat-8 ta’ Jannar 2010 dwar l-istatistiċi tad-dejn u l-iżbilanċ tal-gvern Grieg (COM(2010)1 finali).

[6] ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.

[7] Approprjazzjonijiet differenzjati.

[8] Approprjazzjonijiet mhux Differenzjati minn issa 'l quddiem imsemmija AMD.

[9] Rapport mill-Kummissjoni tat-8 ta’ Jannar 2010 dwar l-istatistiċi tad-dejn u l-iżbilanċ tal-gvern Grieg (COM(2010)1 finali).

[10] L-ispejjeż tagħhom MHUMIEX koperti bl-ammont ta’ referenza.

[11] Cost of which is NOT covered by the reference amount

[12] Cost of which is NOT covered by the reference amount