52010PC0050




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 8.2.2010

KUMM(2010)50 finali

2010/0034 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE tas-6 ta’ Mejju 2009 li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien

2010/0034 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE tas-6 ta’ Mejju 2009 li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilita' li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċ tal-ħlasijiet tal-Istati Membri ([1]) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, it-tieni sottopragrafu, flimkien mal-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF),

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni 2009/458/KE ([2]), il-Kunsill iddeċieda li jagħti assistenza reċiproka lir-Rumanija. Bid-Deċiżjoni 2009/459/KE ([3]), il-Kunsill iddeċieda li jagħti assistenza finanzjarja fuq il-medda medja ta' żmien lir-Rumanija.

(2) L-ambitu u l-intensità tar-reċessjoni ekonomika li qed taffettwa lir-Rumanija titlob għal reviżjoni tal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika previsti għall-għoti tal-ħlasijiet bin-nifs tal-assistenza finanzjarja bil-għan li jkun ikkunsidrat l-impatt tat-tnaqqis ikbar milli mistenni tal-PGD reali.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/459/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/459/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 3(5), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Implimentazzjoni ta' programm fiskali mfassal b'mod ċar fuq il-medda medja ta' żmien sabiex l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern jinġieb taħt il-valur ta' referenza tat-Trattat ta' 3 % tal-PGD fi żmien stipulat u fi triq ta' konsolidazzjoni konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill lir-Rumanija adottati skont il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv."

2. Fl-Artikolu 3(5), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-baġits annwali għall-2010 u lil hinn, konsistenti mat-triq lejn il-konsolidazzjoni."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill,

Il-President

([1]) ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.

([2]) ĠU L 150, 13.6.2009, p. 6

([3]) ĠU L 150, 13.6.2009, p. 8