52010PC0014

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku rigward l-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt rigward id-definizzjoni tal-kunċett tal-'prodotti ta' oriġini' u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva /* KUMM/2010/0014 finali - NLE 2010/0007 */


[pic] | Il-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 29.1.2010

KUMM(2010)14 finali

2010/0007 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku rigward l-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt rigward id-definizzjoni tal-kunċett tal-'prodotti ta' oriġini' u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, Kordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fi Brussell fit-8 ta' Diċembru 1997. Id-dispożizzjonijiet tal-liberalizzazzjoni tas-suq kienu ġew stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku, imwaqqaf bil-Ftehim (minn hawn 'il quddiem "id-Deċiżjoni Nru 2/2000").

L-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku, dwar it-tifsira tal-kunċett tal-'prodotti ta' oriġini' u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, jistabilixxi r-regoli tal-oriġini għall-prodotti li joriġinaw mit-territorju tal-Partijiet f'dan il-Ftehim.

Il-Messiku u l-Unjoni qablu li jdaħħlu ċerti emendi għar-regoli tal-oriġini li jaqgħu fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000.

- Il-kuntest ġenerali

Uħud mir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 kienu ġew maqbula inizjalment fuq bażi temporanja u jeħtieġu monitoraġġ regolari. Dan hu l-każ partikolarment għar-regoli speċjali li japplikaw għal ċerti prodotti kimiċi tat-titoli 2914 u 2915 tas-SA (Sistema Armonizzata) (ĠU L 245, 29.9.2000, p.1058.) .

Id-deroga temporanja għall-prodotti kimiċi ġiet maqbula inizjalment sat-30 ta' Ġunju 2003. Dan il-perjodu sussegwentement kien ġie estiż sat-30 ta' Ġunju 2006 u sat-30 ta' Ġunju 2009. Issa qiegħed jiġi ppropost li jkun estiż il-perjodu tat-twettiq ta' dawn ir-regoli speċjali għal ħames snin oħra, jiġifieri sat-30 ta' Ġunju 2014.

- Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Ma hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta.

- Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni

Ma tapplikax.

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

- Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Mhux rilevanti.

Din il-proposta tintroduċi emendi għal test preċedenti.

- Ġbir u użu tal-kompetenza

Ma kienx hemm bżonn l-ebda kompetenza esterna.

- Stima tal-impatt

Mhux rilevanti. Din il-proposta ddaħħal emendi għal ftehim ta' kummerċ bilaterali eżistenti. Ma hemm l-ebda opzjoni oħra biex tiġi kkunsidrata.

Mhux rilevanti. Għar-raġunijiet mogħtijin hawn fuq, ma hemm l-ebda opzjoni oħra biex tiġi kkunsidrata.

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

- Sommarju tal-azzjoni proposta

Il-Kunsill qed ikun mitlub biex jadotta pożizzjoni tal-Unjoni fuq abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Messiku li jintroduċi emendi għar-regoli tal-oriġini kif imniżżla fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku, li tikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett tal-'prodotti ta' oriġini' u tal-metodi tal-koperazzjoni amministrattiva.

- Bażi legali

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu.

- Il-prinċipju ta’ sussidjarità

Il-proposta hija fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

- Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin.

Mhux rilevanti.

- L-għażla ta’ strumenti

Strumenti proposti: oħra.

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin.

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

2010/0007 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ […]

dwar pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan l-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku rigward Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt rigward d-definizzjoni tal-kunċett tal-'prodotti ta' oriġini' u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

1. Id-Dikjarazzjoni Konġunta V[1] għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku[2] stabbiliet permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, Kordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-8 ta' Diċembru 1997[3] (minn issa ’l quddiem "id-Deċiżjoni 2/2000") tipprevedi li l-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku stabbilit b'dak il-ftehim għandu jirrivedi n-neċessità li l-applikazzjoni tar-regoli ta' oriġini mniżżla fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2/2000 jkunu estiżi lil hinn mit-30 ta' Ġunju 2003.

2. Fit-22 ta' Marzu 2004 u fl-14 ta' Ġunju 2007 il-Kumitat Konġunt adotta d-Deċiżjoni Nru 1/2004[4] u d-Deċiżjoni Nru 1/2007[5] li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli ta' oriġini stabbiliti f'dawk in-Noti sat-30 ta' Ġunju 2006 u sat-30 ta' Ġunju 2009, rispettivament.

3. Skont l-analiżi li saret tal-kundizzjonijiet ekonomiċi relevanti skont id-Dikjarazzjoni Konġunta V, hu kkunsidrat xieraq li għal darb'oħra tiġi estiża, fuq bażi temporanja, l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000, sabiex tiġi żgurata t-tkomplija tal-applikazzjoni tal-vantaġġi reċiproċi kif ipprovduti skont dik id-Deċiżjoni.

4. Estensjoni tal-applikazzjoni tar-regoli ta' oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2/2000 permess bid-Deċiżjoni 1/2007 tal-Kumitat Konġunt għalqet fit-30 ta' Ġunju 2009, għalhekk sabiex ma jkunx hemm tfixkil fil-kundizzjonijiet ekonomiċi eżiżtenti huwa kkunsidrat xieraq li d-deċiżjoni proposta għal estensjoni ġdida tapplika b'mod retroattiv, mill-1 ta' Lulju 2009.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni relatata mal-Anness III tad-Deċiżjoni 2/2000 li għandha tiġi adottata mill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku hija dik mniżżla fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt anness.

Artikolu 2

Id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-MESSIKU

Nru..../2009

ta’ […]

fir-rigward tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku tat-23 ta' Marzu 2000, dwar it-tifsira tal-kunċett tal-prodotti ta' oriġini u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku tat-23 ta' Marzu 2000 (minn hawn 'il quddiem "Deċiżjoni Nru 2/2000"), u b'mod partikulari fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III li jikkonċerna d-definizjoni tal-kunċett tal-prodotti ta' oriġini u tal-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva u id-Dikjarazzjoni Konġunta V tagħha;

Billi:

5. L-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini għall-prodotti li joriġinaw mit-territorju tal-Partijiet f'dan il-Ftehim.

6. Skont id-Dikjarazzjoni Konġunta V, il-Kumitat Konġunt irid jirrevedi l-bżonn li jestendi wara t-30 ta' Ġunju 2003 l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2/2000, jekk il-kundizzjonijiet ekonomiċi li ffurmaw il-bażi biex ġew stabbiliti r-regoli stipulati f'dawk in-Noti jibqgħu kif kienu. Fit-22 ta' Marzu 2004 u fl-14 ta' Ġunju 2007 il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku adotta d-Deċiżjonijiet Nru 1/2004 u Nru 1/2007 li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini stabiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 sat-30 ta' Ġunju 2006 u sat-30 ta' Ġunju 2009, rispettivament.

7. Skont l-analiżi li saret tal-kundizzjonijiet ekonomiċi relevanti skont id-Dikjarazzjoni Konġunta V, hu kkunsidrat xieraq, sabiex tkun żgurata il-kontinwità tal-applikazzjoni tal-vantaġġi reċiproċi provduti skont id-Deċiżjoni 2/2000, li tiġi estiża, fuq bażi temporanja, l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000, sabiex tiġi żgurata t-tkomplija tal-applikazzjoni tal-vantaġġi reċiproċi kif ipprovduti skont dik id-Deċiżjoni.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-regoli tal-oriġini kif stipulati fin-Noti 2 u 3 skont l-Appendiċi II(a) tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000, ser ikunu mwettqa sat-30 ta' Ġunju 2014 minflok ir-regoli tal-oriġini kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ser tidħol fis-seħħ fid-data ta' meta l-Partijiet jiskambjaw in-notifiki miktuba li jiċċertifikaw it-tlestija tal-proċeduri legali rispettivi tagħhom.

L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2009.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUSSIVAMENT RISTRETT GĦAD-DĦUL

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku relatata mal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tat-23 ta' Marzu 2000, li tikkonċerna d-definizjoni tal-kunċett "tal-prodotti ta' oriġini" u tal-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva

2. IL-LINJI BAĠITARJI:

Il-Kapitolu u l-Artikolu:

Ammont stmat għas-sena kkonċernata:

3. IMPATT FINANZJARJU

( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

(€ miljun sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja | Dħul[6] | Perjodu ta' 12-il xahar, li jibda jj/xx/ssss | [Sena n] |

Artikolu ... | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji |

Artikolu ... | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji |

Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

[n+1] | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] |

Artikolu ... |

Artikolu ... |

[1] ĠU L 245, 29.9.2000, p. 1167.

[2] ĠU L 157, 30.6.2000, p. 10 u ĠU L 245, 29.9.2000, p. 1 (Annessi).

[3] ĠU L 276, 28.10.2000, p. 45.

[4] ĠU L 113, 20.4.2004, p. 60.

[5] ĠU L 279, 23.10.2007, p. 15.

[6] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-ispejjeż tal-ġbir