31.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 161/62


It-Tlieta 18 ta’ Mejju 2010
L-isforzi tal-Unjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni

P7_TA(2010)0176

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar l-isforzi tal-Unjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni

2011/C 161 E/09

Il-Parlament Ewropew.

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura,

A.

imħasseb dwar il-fatt li l-korruzzjoni thedded minn ġewwa l-istat tad-dritt, twassal għall-uzu ħażin tal-fondi tal-UE pprovduti minn min iħallas it-taxxi, ixxekkel is-suq u kellha sehem fil-kriżi ekonomika attwali,

B.

billi l-Unjoni rratifikat il-Konvenzjoni tal-NU kontra l-Korruzzjoni, u 78 % taċ-ċittadini tal-Unjoni jaqblu li l-korruzzjoni hija preokkupazzjoni kbira f'pajjiżhom (Ewrobarometru, Diċembru 2009),

C.

wara li kkunsidra l-enfasi li l-Parlament għamel fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Programm ta’ Stokkolma rigward il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja,

D.

waqt li jieħu nota tal-Jum Internazzjionali kontra l-Korruzzjoni (id-9 ta’ Diċembru), li fih qed titnieda din id-dikjarazzjoni,

1.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jadottaw politika komprensiva għal kontra l-korruzzjoni u joħolqu mekkaniżmu ċar għall-monitoraġġ b'mod regolari tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi r-riżorsi kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u tiżgura li jkun hemm segwitu effettiv għall-konklużjonijiet u r-riżultati miksuba minnu;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-aġenziji relevanti tal-Unjoni sabiex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jipprovdu riżorsi suffiċjenti sabiex jiżguraw li l-fondi tal-UE ma jkunux suġġetti għall-korruzzjoni u sabiex jadottaw sanzjonijiet dissważivi fejn jinstab li jkun hemm korruzjoni u frodi;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.


(1)  Il-lista tal-firmatarji hija ppublikata fl-Anness 1 tal-Minuti tat-18.5.2010 (P7_PV(2010)05-18(ANN1)).