|
28.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 233/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-23 ta’ Awwissu 2010
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia
(BĊE/2010/11)
2010/C 233/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa l-Banca d’Italia ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2009. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2010. |
|
(3) |
Il-Banca d’Italia għażel lil PricewaterhouseCoopers SpA bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2010 sa 2015, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrikkmandat illi PricewaterhouseCoopers SpA għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia għas-snin finanzjarji 2010 sa 2015.
Magħmula fi Frankfurt am Main, it-23 ta’ Awwissu 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET