52010DC0754

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW DWAR L-APPLIKAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TAD-DIRETTIVA 2000/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAS-6 TA’ ĠUNJU 2000 dwar l-ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq /* KUMM/2010/0754 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 17.12.2010

KUMM(2010) 754 finali

R APPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

DWAR L-APPLIKAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TAD-DIRETTIVA 2000/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAS-6 TA’ ĠUNJU 2000 DWAR L-ISPEZZJONI TEKNIKA FIL-ġENB TAT-TRIQ BIEX JIġI STABBILIT JEKK IL-VETTURI KUMMERċJALI LI JIċċIRKULAW FIL-KOMUNITÀ HUMIEX TAJBA GħAT-TRIQ

Perjodi tar-rapport 2005–2006 u 2007–2008

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

DIRETTIVA 2000/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAS-6 TA’ ĠUNJU 2000 DWAR L-ISPEZZJONI TEKNIKA FIL-ġENB TAT-TRIQ BIEX JIġI STABBILIT JEKK IL-VETTURI KUMMERċJALI LI JIċċIRKULAW FIL-KOMUNITÀ HUMIEX TAJBA GħAT-TRIQ

Perjodi tar-rapport 2005–2006 u 2007–2008

WERREJ

1. INTRODUZZJONI 4

2. ID-DIRETTIVA 2000/30/KE 5

3. DEJTA MIBGĦUTA MILL-ISTATI MEMBRI 5

4. TIPI TA’ INFRAZZJONIJIET 6

5. STATISTIKA 7

6. TIPI TA’ SANZJONIJIET 30

7. KONKLUŻJONIJIET 30

INTRODUZZJONI

Il-leġiżlazzjoni Ewropea tistabbilixxi miżuri biex tassigura li vetturi kummerċjali fit-toroq Ewropej ikunu f’kundizzjoni tajba fl-interess tas-sigurtà fit-toroq, il-ħarsien ambjentali u l-kompetizzjoni ġusta:

- regoli li l-operaturi tat-trasport jeħtieġu biex ikollhom kapaċità finanzjarja suffiċjenti biex jassiguraw il-manutenzjoni xierqa tal-vetturi (Direttiva 96/26/KE[1]);

- testijiet perjodiċi tal-kundizzjoni tajba għas-sewqan li jsiru fl-Istati Membri fuq vetturi reġistrati fit-territorju tagħhom, bi frekwenza minima stabbiliti f’livell Ewropew (Direttiva 96/96/KE[2]);

- spezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq biex jiġi assigurat li vetturi kummerċjali jintużaw biss jekk ikunu miżmuma f'kundizzjoni tajba ħafna għat-triq (Direttiva 2000/30/KE[3]).

It-tielet miżura, l-ispezzjoni fil-ġenb tat-triq, hija s-suġġett ta’ dan ir-rapport. Skont id-Direttiva 2000/30/KE, l-Istati Membri kienu obbligati jintroduċu liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi biex jikkonformaw mad-Direttiva sal-10 ta' Awwissu 2002.

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/30/KE jipprovdi li kull sentejn l-Istati Membri jridu jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta’ vetturi kummerċjali spezzjonati matul is-sentejn ta’ qabel, imqassmin f’seba’ klassijiet elenkati fid-Direttiva u skont il-pajjiż fejn huma reġistrati, u l-partijiet spezzjonati u n-nuqqasijiet identifikati. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Parlament Ewropew. Id-Direttiva telenka 12-il punt li jistgħu jiġu spezzjonati. In-nuqqas ta’ konformità tal-punti spezzjonati kif ukoll il-possibbiltà tas-sospensjoni tal-użu tal-vetturi f’każ ta’ nuqqasijiet serji, għandhom jissemmew fir-rapporti tal-ispezzjoni. L-Artikolu 11 jesiġi li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva abbażi tad-dejta mibgħuta mill-Istati Membri, u tagħmel sommarju tar-riżultati.

Dan ir-rapport tal-Kummissjoni huwa t-tieni wieħed tax-xorta tiegħu dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/30/KE; dan ikopri ż-żewġ perjodi 2005–2006 u 2007–2008, minħabba li l-informazzjoni għall-perjodu 2005–2006 waslet tard.

Id-data ta' skadenza għall-Istati Membri biex jibagħtu d-dejta lill-Kummissjoni kienet il-31 ta’ Marzu 2007 għall-perjodu 2005–2006 u l-31 ta’ Marzu 2009 għall-2007–2008. Sal-iskadenza tal-2007 tliet Stati Membri biss kienu taw l-informazzjoni. Sabiex tifforma kemm jista’ jkun stampa sħiħa, il-Kummissjoni bagħtet diversi noti ta’ tfakkira wara l-aħħar ta’ Marzu 2007. Sal-aħħar ta’ Marzu 2007, 25 Stat Membru kienu bagħtu l-informazzjoni. Wara l-aħħar nota ta’ tfakkira, in-numru ta’ Stati Membri li bagħtu l-informazzjoni tela’ għal 26 sal-aħħar ta’ April 2008.

Sal-iskadenza tal-2009, 20 Stat Membru kienu bagħtu informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet li saru fil-ġenb tat-triq wara nota ta’ tfakkira li ntbagħtet xahar qabel l-iskadenza. Sabiex ikollha stampa kemm jista’ jkun sħiħa, il-Kummissjoni bagħtet tfakkira oħra f’Mejju. Sal-aħħar tal-2009, 26 Stat Membru kienu bagħtu l-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet li saru fil-ġenb tat-triq.

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, dan ir-rapport, ibbażat fuq l-informazzjoni provduta minn 26 Stat Membru, jippermetti l-ewwel analiżi ġenerali, li tiġġustifika t-tul ta' żmien li ttieħed biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa għall-ġbir tar-rapport.

ID-DIRETTIVA 2000/30/KE

Id-Direttiva 2000/30/KE, kif emendata[4], tistipula għadd ta’ kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kontrolli tekniċi fil-ġenb tat-triq ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fl-Unjoni Ewropea.

Id-Direttiva tiddefinixxi ‘spezzjoni teknika tal-[fil-]ġenb tat-triq’ bħala spezzjoni ta’ natura teknika, fuq vettura kummerċjali li tiċċirkola fit-territorju ta’ Stat Membru, li ssir għall-għarrieda, u għalhekk mhux mistennija, fi triq pubblika mill-awtoritajiet, jew taħt is-sorveljanza tagħhom.

Kull spezzjoni għandha ssir mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tas-sewwieq jew tal-pajjiż tar-reġistrazzjoni jew tad-dħul fis-servizz tal-vettura kummerċjali u billi titqies il-ħtieġa li jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-kostijiet u d-dewmien ikkawżati lis-sewwieqa u lill-operaturi.

Jekk l-istat ta' vettura kummerċjali jista’ jkun ta’ riskju għas-sikurezza, tant li jiġġustifika spezzjoni ulterjuri, il-vettura kummerċjali tista’ ssir suġġetta għal spezzjoni aktar dettaljata f’ċentru ta’ kontroll fil-viċinanza. Jekk il-vettura kummerċjali tkun ta’ riskju serju għas-sikurezza tat-toroq, l-użu tagħha jista’ jiġi sospiż sakemm jissewwew in-nuqqasijiet perikolużi li jkunu ġew identifikati.

DEJTA MIBGĦUTA MILL-ISTATI MEMBRI

Hawn taħt hawn wieħed isib stampa ġenerali ta' liema Stati Membri bagħtu, jew ma bagħtux dejta lill-Kummissjoni għall- perjodu 2005–2006 .

Stati Membri li bagħtu d-dejta | Il-Belgju, il-Bulgarija1, ir-Repubblika Ċeka1, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja2, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit |

Stati Membri li ma bagħtux dejta | l-Irlanda |

1 Dejta mill-2007–2008 biss (mhix utli għar-rapport)

2 Dejta mhix utli għar-rapport

Għall- perjodu 2007–2008 l-Kummissjoni bagħtet mudelli tar-rapport f’format proċessabbli bil-kompjuter (Excel) kif kien diskuss qabel mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-laqgħa tal-Kumitat stabbilit skont id-Direttiva 96/96/KE tat-18 ta’ Diċembru 2007. Il-biċċa l-kbira tar-rapporti mxew fuq il-mudell, anki meta ssottomettew tabelli stampati. Madankollu, f’ħafna każijiet id-dejta mibgħuta ma kinitx ta' kwalità addattata għall-ipproċessar tad-dejta u l-analiżi b’mod awtomatiku.

L-uniku Stat Membru li naqas milli jibgħat d-dejta għall-perjodu 2007–2008 kien Spanja. Madankollu, fil-bidu tal-2010, Spanja wriet lill-Kummissjoni li kienet twaqqfet sistema għar-rappurtar u li Spanja kienet se tkun f’pożizzjoni li twettaq l-obbligu tagħha għall-perjodu ta' rappurtar li kien imiss.

TIPI TA’ INFRAZZJONIJIET

L-elementi li x’aktarx jiġu spezzjonati u inklużi fid-dejta mibgħuta mill-Istati Membri huma għall-anqas dawk stipulati fil-punt 10 tal-mudell tar-rapport stabbilit fl-Anness I għad-Direttiva:

1. Is-sistema tal-brejkijiet u l-komponenti tagħha;

2. Is-sistema tal- exhaust ;

3. Id-densità tad-duħħan (diżil);

4. L-emissjonijiet ta’ gassijiet (petrol, gass naturali jew gass tal-pitrolju likwifikat (LPG);

5. Il-konnessjonijiet tal-istering;

6. Il-fanali, is-sistema tad-dawl u tas-sinjali;

7. Ir-roti/it-tajers;

8. Is-sospensjoni (difetti li jidhru);

9. Ix-xażi (difetti li jidhru);

10. It-takografu (l-installazzjoni);

11. L-apparat li jillimita l-veloċità (l-installazzjoni);

12. L-evidenza ta’ tixrid ta’ fjuwil u/jew żejt.

STATISTIKA

Id-dejta ġenerali

Il-vetturi spezzjonati matul il-perjodu 2005–2006

L-għadd ta’ vetturi reġistrati fl-Unjoni Ewropea li kienu spezzjonati fil-perjodu 2005-2006 ivarja b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għal ieħor (ara t-Tabella 1a).

Tabella 1a: Vetturi reġistrati fl-UE spezzjonati mill-Istati Membri matul il-perjodu 2005–2006

L-Istat Membru li għamel ir-Rapport | L-għadd ta’ vetturi spezzjonati, reġistrati fl-UE | Traffiku kummerċjali bit-triq 2005– 2006(2) (f’miljuni ta’ vetturi*km) | Proporzjon ta’ vetturi spezzjonati/traffiku |

Total | Kemm minnhom karozzi tal-linja |

Il-Belġju | 4 754 | n.a. | 4 754 | 0.1 |

Id-Danimarka | 1 518 | n.a. | n.a. | n.a. |

Il-Ġermanja | 2 733 755(1) | 57 708 | 162 176 | 16.9 |

L-Estonja | 2 046 | 162 | n.a. | n.a. |

Il-Greċja | 12 534 | 1 438 | n.a. | n.a. |

Franza | 1 684 546 | n.a. | 242 500 | 6.9 |

L-Italja | 5 133 | n.a. | n.a. | n.a. |

Ċipru | 269 | 60 | n.a | n.a. |

Il-Latvja | 7 000 | n.a. | n.a. | n.a. |

Il-Litwanja | 31 197 | 1 566 | n.a. | n.a. |

Il-Lussemburgu | 468 | n.a. | n.a. | n.a. |

L-Ungerija | 606 648 | 60 046 | n.a. | n.a. |

Malta | 1 538 | 437 | n.a. | n.a. |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 1 776 | n.a. | n.a. | n.a. |

L-Awstrija | 18 344 | 298 | 31 051 | 0.6 |

Il-Polonja | 412 337 | n.a. | n.a. | n.a. |

Il-Portugall | 707 | 13 | n.a. | n.a. |

Ir-Rumanija | 48 053 | 6 009 | n.a. | n.a. |

Is-Slovenja | 6 352 | 1 121 | 3 489 | 1.8 |

Is-Slovakkja | 8 752 | 75 | n.a. | n.a. |

Il-Finlandja | 10 622 | 25 | 14 995 | 0.7 |

L-Isvezja | 40 037 | 2 493 | 40 037 | 1.7 |

Ir-Renju Unit | 201 328 | 28 613 | 196 466(3) | 1.0 |

(1) Inkluż il-Membri taż-ŻEE (Żona Ekonomika Ewropea) IS, NO u CH.

(2) Sors: Bażi tad-dejta tal-OECD dwar it-Traffiku u l-Aċċidenti fit-Triq.

(3) L-Irlanda ta’ Fuq mhix inkluża

n.a.: mhux disponibbli.

L-għadd ta’ spezzjonijiet ma jikkorrispondix mal-volum tat-traffiku bit-triq f’kull Stat Membru. Il-proporzjon ta’ vetturi spezzjonati kull miljun kilometru ta’ sewqan ivarja minn 0.1 fil-Belġju għal 16.9 fil-Ġermanja. Iċ-ċifri assoluti juru li l-Pajjiżi l-Baxxi, id-Danimarka, il-Lussemburgu u l-Portugall relattivament ftit jagħmlu spezzjonijiet.

Il-proporzjon ta’ karozzi tal-linja spezzjonati, meta mqabbel mal-vetturi kollha spezzjonati f’kull Stat Membru, huwa ġeneralment baxx. Dan ma jaqbiżx il-15 % tal-vetturi spezzjonati ħlief fis-Slovenja (17.6 %), f’Ċipru (22.3 %) u f’Malta (28.4 %). Il-karozzi tal-linja jirrappreżentaw anqas minn 1 % tal-vetturi kollha spezzjonati fil-Finlandja u fis-Slovakkja.

Vetturi spezzjonati matul il-perjodu 2007–2008

L-għadd ta’ vetturi reġistrati fl-Unjoni Ewropea li ġew spezzjonati matul il-perjodu 2007–2008 ivarja b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għal ieħor (ara t-Tabella 1b).

Tabella 1b: Vetturi reġistrati fl-UE spezzjonati mill-Istati Membri matul il-perjodu 2007–2008

L-Istat Membru li għamel ir-Rapport | L-għadd ta’ vetturi spezzjonati, reġistrati fl-UE | Traffiku bit-triq (1) 2007–2008 | Il-proporzjon ta' vetturi spezzjonati/traffiku |

Total | Kemm minnhom karozzi tal-linja | (f’miljuni ta’ vetturi*km) |

Il-Belġju | 18 732 | 216 | n.a. | n.a. |

Il-Bulgarija | 472 324 | 127 580 | n.a. | n.a. |

Ir-Repubblika Ċeka | 52 842 | 687 | n.a. | n.a. |

Id-Danimarka | 265 | n.a. | n.a. | n.a. |

Il-Ġermanja | 2 679 907(2) | 46 100 | 178 700 | 15.0 |

L-Estonja | 2 236 | 107 | n.a. | n.a. |

L-Irlanda | 5 204 | 54 | 20 327 | 0.3 |

Il-Greċja | 22 360 | 1 195 | n.a. | n.a. |

Spanja | n.a. | n.a. | n.a. | n.a. |

Franza | 1 669 391 | n.a. | 244 700 | 6.8 |

L-Italja | 13 577 | n.a. | n.a. | n.a. |

Ċipru | 919 | 63 | n.a. | n.a. |

Il-Latvja | 9 294 | n.a. | n.a. | n.a. |

Il-Litwanja(3) | n.a. | n.a. | n.a. | n.a. |

Il-Lussemburgu | 896 | 26 | n.a. | n.a. |

L-Ungerija | 351 690 | 49 582 | n.a. | n.a. |

Malta | 3 579 | 655 | n.a. | n.a. |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 4 147 | 47 | n.a. | n.a. |

L-Awstrija | 12 658 | 222 | n.a. | n.a. |

Il-Polonja | 1 254 706 | 131 711 | n.a. | n.a. |

Il-Portugall | 558 | 16 | n.a. | n.a. |

Ir-Rumanija | 43 700 | 3 459 | n.a. | n.a. |

Is-Slovenja | 3 179 | 1 307 | n.a. | n.a. |

Is-Slovakkja | 4 631 | 195 | n.a. | n.a. |

Il-Finlandja | 9 267 | 14 | 15 385 | 0.6 |

L-Isvezja | 165 263 | 3 593 | 24 603 | 6.7 |

Ir-Renju Unit | 165 927 | 35 517 | 205 328 | 0.8 |

Total | 6 967 252 | 402 346 |

(1)Sors: Bażi tad-dejta tal-OECD dwar it-Traffiku u l-Aċċidenti fit-Triq.

(2) Inkluż il-membri taż-ŻEE (iż-Żona Ekonomika Ewropea) IS, NO u CH.

(3) Il-Litwanja rrappurtat in-nuqqasijietli sabet iżda mhux l-għadd ta’ vetturi ċċekkjati.

n.a.: mhux disponibbli.

L-għadd ta’ spezzjonijiet ma jikkorrispondix mal-volum tat-traffiku bit-triq f’kull Stat Membru. Il-proporzjon ta’ vetturi spezzjonati kull miljun kilometru ta’ sewqan ivarja minn 0.3 fl-Irlanda għal 15.0 fil-Ġermanja. Iċ-ċifri assoluti juru li Ċipru, il-Lussemburgu, il-Portugall u d-Danimarka relattivament jagħmlu ftit spezzjonijiet.

Il-proporzjon ta’ karozzi tal-linja spezzjonati, meta mqabbel mal-vetturi kollha spezzjonati f’kull Stat Membru, huwa ġeneralment baxx. Dan ma jaqbiżx il-15 % tal-vetturi spezzjonati ħlief f’Malta (18%), fir-Renju Unit (21%) u fis-Slovenja (41 %). Il-karozzi tal-linja jirrappreżentaw anqas minn 1 % tal-vetturi kollha spezzjonati fil-Finlandja. Id-Danimarka, Franza, l-Italja u l-Latvja ma firdux id-dejta bejn il-karozzi tal-linja u l-vetturi tal-merkanzija.

Ir-reġistrazzjoni tal-vetturi spezzjonati

Il-proporzjon tal-vetturi spezzjonati, irreġistrati fl-Istat Membru fir-rigward tal-vetturi kollha spezzjonati fi spezzjonijiet tekniċi fil-ġenb tat-triqivarja minn Stat Membru għal ieħor (ara t-Tabelli 2a u 2b hawn taħt).

Il-perjodu 2005–2006

Mill-vetturi spezzjonati fi 12 mit-22 Stat Membru, li għalihom hemm disponibbli l-informazzjoni kollha dwar ir-reġistrazzjoni, aktar minn 80% minnhom huma reġistrati fit-territorju tagħhom. M’hemmx biżżejjed informazzjoni ta’ statistika globali sabiex din id-dejta titqabbel mat-traffiku bit-triq irreġistrat f’kull wieħed mill-Istati Membri skont il-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. Trid tiġi kkunsidrata wkoll il-qagħda ġeografika ta’ ċerti Stati Membri, pereżempju Ċipru u Malta.

Tabella 2a: Reġistrazzjoni ta’ vetturi spezzjonati matul il-perjodu 2005–2006

L-Istat Membru li għamel ir-Rapport | Registrati fl-Istat Membru | Registrati fl-UE | Registrati barra mill-UE | Total | % ta' vetturi tal-Istat Membru |

Il-Belġju | 1 878 | 2 876 | 365 | 5 119 | 36.7 % |

Id-Danimarka | n.a. | n.a. | n.a. | 1 518 | n.a. |

Il-Ġermanja | 1 891 343 | 842 412 | 216 426 | 2 950 181 | 64.1 % |

L-Estonja | 2 046 | 351 | 1 260 | 3 657 | 55.9 % |

Il-Greċja | 12 223 | 311 | 2 370 | 14 904 | 82.0 % |

Franza | 1 315 664 | 368 882 | 0 | 1 684 546 | 78.1 % |

L-Italja | 3 961 | 1 620 | 448 | 6 029 | 65.7 % |

Ċipru | 269 | 0 | 0 | 269 | 100.0 % |

Il-Latvja | 6 533 | 467 | 67 | 7 067 | 92.4 % |

Il-Litwanja | 28 312 | 2 885 | 0 | 31 197 | 90.8 % |

Il-Lussemburgu | 122 | 26 468 | 0 | 26 590 | 0.5 % |

L-Ungerija | 561 263 | 45 583 | 0 | 606 846 | 92.5 % |

Malta | 1507 | 31 | 0 | 1 538 | 98.0 % |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 1 569 | 207 | 6 | 1 782 | 88.0 % |

L-Awstrija | 12 114 | 6 230 | 127 | 18 471 | 65.6 % |

Il-Polonja | 284 702 | 127 635 | 65 044 | 477 381 | 59.6 % |

Il-Portugall | 640 | 67 | 0 | 707 | 90.5 % |

Ir-Rumanija | 47 816 | 237 | 87 | 48 140 | 99.3 % |

Is-Slovenja | 2 876 | 3 476 | 984 | 7 336 | 39.2 % |

Is-Slovakkja | 7 154 | 1 598 | 98 | 8 850 | 80.8 % |

Il-Finlandja | 9 333 | 1 289 | 4 666 | 15 288 | 61.0 % |

L-Isvezja | 33 437 | 6 600 | 721 | 40 758 | 82.0 % |

Ir-Renju Unit | 179 135 | 22 193 | 0 | 201 328 | 89.0 % |

TOTAL | 4 403 897 | 1 461 418 | 292 669 | 6 159 502 | 71.5 % |

n.a.: mhux disponibbli.

Il-Perjodu 2007–2008

Mill-vetturi spezzjonati fi 12 mis-26 Stat Membru, li għalihom hemm disponibbli l-informazzjoni kollha dwar ir-reġistrazzjoni, aktar minn 80% minnhom huma reġistrati fit-territorju tagħhom. M’hemmx biżżejjed dejta ta’ statistika globali sabiex din issir kontroreferenza mall-informazzjoni tat-traffiku bit-triq irreġistrata f'kull wieħed mill-Istati Membri skont il-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. Trid tiġi kkunsidrata wkoll il-qagħda ġeografika ta’ ċerti Stati Membri, pereżempju Ċipru jew Malta.

Tabella 2b: Registrazjoni ta’ vetturi spezzjonati matul il-perjodu 2007–2008

L-Istat Membru li għamel ir-Rapport | Registrati fl-Istat Membru | Registrati fl-UE | Registrati barra mill-UE | Total | % ta'vetturi tal-Istat Membru |

Il-Belġju | 6 871 | 11 861 | 533 | 19 265 | 35.7 % |

Il-Bulgarija | 425 143 | 47 181 | 472 324 | 90.0 % |

Ir-Repubblika Ċeka | 52 842 | 53 628 | 106 470 |

Id-Danimarka | 265 | 265 | 100.0 % |

Il-Ġermanja | 1 818 940 | 860 967 | 153 586 | 2 833 493 | 64.2 % |

L-Estonja | 1 981 | 255 | 2 236 | 88.6 % |

L-Irlanda | 5 204 | 5 204 | 100.0 % |

Franza | 1 304 850 | 364 541 | 1 669 391 | 78.2 % |

Il-Greċja | 22 360 | 2 071 | 24 431 |

L-Italja | 5 967 | 7 610 | 286 | 13 863 | 43.0 % |

Ċipru | 919 | 919 | 100.0 % |

Il-Latvja | 8 633 | 661 | 147 | 9 441 | 91.4 % |

Il-Litwanja |

Il-Lussemburgu | 169 | 727 | 896 | 18.9 % |

L-Ungerija | 296 273 | 55 417 | 351 690 | 84.2 % |

Malta | 3 528 | 51 | 3 579 | 98.6 % |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 3 135 | 1 012 | 4 147 | 75.6 % |

L-Awstrija | 6 513 | 6 145 | 702 | 13 360 | 48.8 % |

Il-Polonja | 1 148 087 | 106 619 | 74 122 | 1 328 828 | 86.4 % |

Il-Portugall | 542 | 16 | 558 | 97.1 % |

Ir-Rumanija | 43 093 | 607 | 0 | 43 700 | 98.6 % |

Is-Slovenja | 2 274 | 905 | 847 | 4 026 | 56.5 % |

Is-Slovakkja | 3 915 | 716 | 1 006 | 5 637 | 69.5 % |

Il-Finlandja | 8 152 | 1 115 | 4 931 | 14 198 | 57.4 % |

L-Isvezja | 157 648 | 7 615 | 165 263 | 95.4 % |

Ir-Renju Unit | 122 608 | 43 319 | 165 927 | 73.9 % |

Total | 5 374 710 | 1 592 542 | 291 859 | 7 259 111 | 74.0 % |

Il-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti

Il-Perjodu 2005–2006

Mill-informazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jidher li l-proporzjon tal-vetturi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/30/KE fir-rigward tal-vetturi kollha spezzjonati u rreġistrati fl-Unjoni Ewropea jvarja b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għall-ieħor, minn perċentwal għoli ta’ 131.1% f'Malta għal 2.3% biss fis-Slovakkja (ara t-Tabella 3a hawn taħt).

Tabella 3a: Il-proporzjon tal-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti meta imqabbel mal-vetturi kollha spezzjonati matul il-perjodu 2005–2006

L-Istat Membru li għamel ir-Rapport | Vetturi rreġistrati fl-UE (inkluż l-SM li għamel ir-Rapport) | Vetturi rreġistrati fl-Istat Membru li għamel ir-Rapport |

Vetturi ċspezzjonati | % ta' vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti(*) | Vetturi spezzjonati | % ta' vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti(*) |

Il-Belġju | 4 754 | n.a. | 1 878 | n.a. |

Id-Danimarka | 1 518 | n.a | n.a. | n.a. |

Il-Ġermanja | 2 733 755 | 6.4 % | 1 891 343 | 6.2 % |

L-Estonja | 2 046 | 29.8 % | 1 695 | 32.3 % |

Il-Greċja | 12 534 | 21.3 % | 12 223 | 21.7 % |

Franza | 1 684 546 | 3.6 % | 1 315 664 | 2.7 % |

L-Italja | 5 133 | n.a. | 3 961 | n.a. |

Ċipru | 269 | 117.5 %(*) | 269 | 117.5 %(*) |

Il-Latvja | 7 000 | n.a. | 6 533 | n.a. |

Il-Litwanja | 31 197 | 8.3 % | 28 312 | 8.4 % |

Il-Lussemburgu | 468 | 29.7 % | 122 | 33.6 % |

L-Ungerija | 606 846 | 20.5 % | 561 263 | 21.8 % |

Malta | 1 538 | 131.1 %(*) | 1 507 | 133.4 %(*) |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 1 776 | n.a. | 1 569 | n.a. |

L-Awstrija | 18 344 | 52.1 % | 12 114 | 51.1 % |

Il-Polonja | 412337 | n.a. | 284 702 | n.a. |

Il-Portugall | 707 | 6.4 % | 640 | 7.0 % |

Ir-Rumanija | 48 053 | 54.7 % | 47 816 | 54.6 % |

Is-Slovenja | 6 352 | 5.8 % | 984 | 4.4 % |

Is-Slovakkja | 8 752 | 2.3 % | 7 154 | 2.8 % |

Il-Finlandja | 10 622 | 30.6 % | 9 333 | 31.3 % |

L-Isvezja | 40 037 | 81.1 % | 33 437 | n.a. |

Ir-Renju Unit | 201 328 | 38.3 % | 179 135 | 34.2 % |

(*) il-perċentwal ta’ vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti jista’ jkun ta’ aktar minn 100% minħabba li jingħaddu kumbinazzjonijiet ta’ vetturi “ferrovija tat-triq” u “vetturi artikolati” bħala vettura waħda fejn iż-żewġ vetturi tal-kombinazzjoni jew waħda minnhom biss tista’ tkun ingħaddet bħala li ma tissodisfax ir-rekwiżiti.

n.a.: mhux disponibbli

Dawn id-differenzi jistgħu jirriflettu l-importanza relattiva li jagħti kull Stat Membru lill-ispezzjonijiet tekniċi fit-toroq meta mqabbla mal-ispezzjonijiet li jsiru fil-ġenb tat-triq dwar aspetti oħra tat-trasport bit-triq. Pereżempju, il-proporzjon fir-rapport imħejji mill-Belġju ma jikkonċernax esklussivament l-ispezzjonijiet tekniċi fit-toroq iżda jiġbor fih l-ispezzjonijiet kollha mwettqa fit-toroq. B’mod ġenerali, ir-rapport tal-Belġju jagħmel differenza bejn il-kontrolli rikjesti skont il-leġiżlazzjoni dwar il-ħinijiet tax-xogħol, it-tagħbijiet eċċezzjonali, it-trasport tal-merkanzija perikoluża, l-Eurovignette u oħrajn. L-ispezzjonijiet tekniċi fit-toroq mhumiex ġeneralment elenkati b’mod speċifiku u l-informazzjoni relevanti ma tkunx dettaljata.

Sitta minn fost it-23 Stat Membru li pprovdew l-informazzjoni dwar l-għadd ta’ vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, u l-għadd totali ta' vetturi spezzjonati u rreġistrati fl-Unjoni Ewropea, irreġistraw livelli ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ bejn 2.3% u 8.3% (ara t-Tabella 3a).

Proporzjon konsiderevoli ta’ vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti hu rreġistrat f’Malta (131.7%) u f’Ċipru (117.5%), fl-Isvezja (81.1%) u fir-Rumanija (54.7%). Filwaqt li Malta u Ċipru jispezzjonaw relattivament għadd żgħir ta’ vetturi u d-dejta aktarx hija bbażata fuq metodu differenti ta’ kif jingħadd l-għadd ta’ spezzjonijiet u tal-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, l-istatistika dwar l-ispezzjonijiet tekniċi mibgħuta mill-Isvezja u mir-Rumanija turi għadd kbir ta’ vetturi, 40 037 u 48 053 vettura rispettivament spezzjonata u rreġistrata fl-Unjoni Ewropea. Il-proporzjon relattivament għoli ta’ vetturi misjuba li ma jissodisfawx ir-rekwiziti jista’ jkun ir-riżultat ta’ mira speċifika f’dawn iż-żewġ Stati Membri.

Il-Perjodu 2007–2008

Mill-informazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jidher li l-proporzjon ta' vetturi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/30/KE fir-rigward tal-vetturi kollha rreġistrati fl-Unjoni Ewropea jvarja b’mod konsiderevoli minn Stat għall-ieħor, minn perċentwal għoli ta’ 63.0% fid-Danimarka għal 0.3% biss għall-Bulgarija (ara t-Tabella 3b hawn taħt). Il-perċentwal ta’ 197.3% ta’ vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti f’Ċipru huwa aktarx ibbażat fuq metodu differenti ta’ kif jingħadd in-numru ta’ spezzjonijiet u l-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti.

Tabella 3b: Proporzjon ta' vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti mqabbel mal-vetturi kollha spezzjonati matul il-perjodu 2007–2008

L-Istat Membru li għamel ir-Rapport | Vetturi rreġistrati fl-UE (inklużi l-SM li għamlu r-rapport) | Vetturi rreġistrati fl-Istat Membru li għamel ir-Rapport |

Il-Bulgarija | 472 324 | 1 421 | 0.3 % | 425 143 | 1 266 | 0.3 % |

Ir-Repubblka Ċeka | 52 842 |

Id-Danimarka | 265 | 167 | 63.0 % | 265 | 167 | 63.0 % |

Il-Ġermanja | 2 679 907 | 60 340 | 2.3 % | 1 818 940 | 18 744 | 1.0 % |

L-Estonja | 2 236 | 429 | 19.2 % | 1 981 | 373 | 18.8 % |

L-Irlanda | 5 204 | 5 204 |

Il-Greċja | 22 360 | 3 164 | 14.2 % |

Franza | 1 669 391 | 55 920 | 3.3 % | 1 304 850 | 34 995 | 2.7 % |

L-Italja | 13 577 | 5 967 |

Ċipru | 919 | 1 813 | 197.3 %(*) | 919 | 1 813 | 197.3 %(*) |

Il-Latvja | 9 294 | 49 | 0.5 % | 8 633 | 49 | 0.6 % |

Il-Litwanja | 442 | 441 |

Il-Lussemburgu | 896 | 296 | 33.0 % | 169 | 51 | 30.2 % |

L-Ungerija | 351 690 | 22 794 | 6.5 % | 296 273 | 21 640 | 7.3 % |

Malta | 3 579 | 1 975 | 55.2 % | 3 528 | 1 936 | 54.9 % |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 4 147 | 115 | 2.8 % | 3 135 | 78 | 2.5 % |

L-Awstrija | 12 658 | 5 246 | 41.4 % | 6 513 | 2 492 | 38.3 % |

Il-Polonja | 1 254 706 | 7 095 | 0.6 % | 1 148 087 | 7 095 | 0.6 % |

Il-Portugall | 558 | 28 | 5.0 % | 542 | 28 | 5.2 % |

Ir-Rumanija | 43 700 | 16 066 | 36.8 % | 43 093 | 15 897 | 36.9 % |

Is-Slovenja | 3 179 | 122 | 3.8 % | 2 274 | 72 | 3.2 % |

Is-Slovakkja | 4 631 | 3 915 |

Il-Finlandja | 9 267 | 8 152 |

L-Isvezja | 165 263 | 32 982 | 20.0 % | 157 648 | 32 982 | 20.9 % |

Ir-Renju Unit | 165 927 | 81 126 | 48.9 % | 122 608 | 46 404 | 37.8 % |

Il-Belġju | 0 | 0 | 0.0 % |

Il-Bulgarija | n.a | n.a. | n.a |

Ir-Repubblika Ċeka | 2 350 | 208 | 8.9 % |

Id-Danimarka | 56 | 0 | 0.0 % |

Il-Ġermanja | 5 699 | 155 | 2.0 % |

L-Estonja | 199 | 88 | 44.2 % |

L-Irlanda | 0 | 0 | 0.0 % |

Il-Greċja | 900 | 148 | 16.4 % |

Spanja | 30 | 2 | 6.7 % |

Franza | 100 | 7 | 7.0 % |

L-Italja | 2 345 | 254 | 10.8 % |

Ċipru | 0 | 0 | 0.0 % |

Il-Latvja | 545 | 241 | 44.2 % |

Il-Litwanja | 223 | 60 | 26.9 % |

Il-Lussemburgu | 125 | 0 | 0.0 % |

L-Ungerija | 561 263 | 122 118 | 21.8 % |

Malta | 0 | 0 | 0.0 % |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 2 900 | 129 | 4.4 % |

L-Awstrija | 987 | 39 | 4.0 % |

Il-Polonja | 12 234 | 641 | 5.7 % |

Il-Portugall | 35 | 1 | 2.9 % |

Ir-Rumanija | n.a. | n.a. | n.a. |

Is-Slovenja | 5 700 | 139 | 2.4 % |

Is-Slovakkja | 12 000 | 454 | 3.8 % |

Il-Finlandja | 49 | 0 | 0.0 % |

L-Isvezja | 76 | 0 | 0.0 % |

Ir-Renju Unit | 30 | 1 | 3.3 % |

Total EU | 606 846 | 124 645 | 20.5 % |

n.a.: mhux applikabbli

Fil-każ tal- Awstrija (ara t-Tabella 5a), il-perċentwal ta' vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti mill-vetturi ċċekkjati għal kull Stat Membru jvarja bejn 39.3% għall-vetturi reġistrati fil-Latvja (28 vettura spezzjonata) u 100.0% fid-Danimarka (5 vetturi spezzjonati). Il-proporzjon ta’ vetturi reġistrati fl-Awstrija huwa ta’ 51.1%. Madanakollu d-dejta għal kull Stat Membru ġeneralment tikkonċerna biss għadd żgħir ta' vetturi spezzjonati u ma tipprovdix biżżejjed dejta sabiex ikunu jistgħu jinġibdu konklużjonijiet ta’ valur statistiku. Min-naħa l-oħra, jinħtieġ li tingħata attenzjoni lill-proporzjon għoli ta’ vetturi reġistrati fil-Ġermanja, fir-Repubblika Ċeka u fl-Ungerija u li wara li ġew spezzjonati mill-Awtoritajiet Awstrijaki, dawn sabu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti.

Tabella 5 a: Vetturi spezzjonati mill-Awstrija matul il-perjodu 2005–2006

L-Istat tar-reġistrazzjoni | Vetturi spezzjonati | Vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti | Perċentwal ta’ vetturi spezzjonati li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti |

Il-Belġju | 49 | 27 | 55.1 % |

Il-Bulgarija | 2 | 0 | 0.0 % |

Ir-Repubblika Ċeka | 1 022 | 491 | 48.0 % |

Id-Danimarka | 5 | 5 | 100.0 % |

Il-Ġermanja | 1 007 | 521 | 51.7 % |

L-Estonja | 0 | 0 | 0.0 % |

L-Irlanda | 5 | 3 | 60.0 % |

Il-Greċja | 96 | 71 | 74.0 % |

Spanja | 96 | 71 | 74.0 % |

Franza | 17 | 9 | 52.9 % |

L-Italja | 208 | 121 | 58.2 % |

Ċipru | 0 | 0 | 0.0 % |

Il-Latvja | 28 | 11 | 39.3 % |

Il-Litwanja | 124 | 68 | 54.8 % |

Il-Lussemburgu | 2 | 0 | 0.0 % |

L-Ungerija | 1 442 | 797 | 55.3 % |

Malta | 0 | 0 | 0.0 % |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 124 | 65 | 51.6 % |

L-Awstrija | 12 114 | 6 196 | 51.1 % |

Il-Polonja | 650 | 297 | 45.7 % |

Il-Portugall | 12 | 9 | 75.0 % |

Ir-Rumanija | 728 | 482 | 66.2 % |

Is-Slovenja | 115 | 70 | 60.9 % |

Is-Slovakkja | 467 | 231 | 49.5 % |

Il-Finlandja | 0 | 0 | 0.0 % |

L-Isvezja | 13 | 7 | 53.8 % |

Ir-Renju Unit | 18 | 9 | 50.0 % |

Total EU | 18 344 | 9 560 | 52.1 % |

Dwar it-testjar tal-emissjonijiet, l-Awstrija rrappurtat dwar l-użu ta’ apparat bit-telerilevament[5] li kapaċi jkejjel is-CO, is-CO2, l-HC, l-NO u l-emissjonijiet tal-partikuli tal-karbonju tal-vetturi għaddejjin mingħajr ma jkollhom għalfejn jitwaqqfu.

Matul il-perjodu tar-rapport għall-2007–2008, l-Awstrija għamlet 41 475 test tal-emissjonijiet fuq vetturi bl-użu ta’ dan l-apparat, flimkien mal-ispezzjonijiet irrappurtati.

Fir-rigward tal-vetturi kollha spezzjonati fir- Renju Unit iżda rreġistrati fi Stat Membru ieħor (ara t-Tabella 6a), il-perċentwal tal-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti u tal-vetturi projbiti mis-sewqan dejjem jaqbeż il-perċentwal korrispondenti għall-vetturi reġistrati fir-Renju Unit, li huwa ta’ 34.2%. Dan japplika partikolarment − b’għadd relattivament għoli ta’ vetturi spezzjonati fir-Renju Unit − għall-vetturi reġistrati fil-Portugall, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja, il-Ġermanja u Franza.

Tabella 6a: Vetturi spezzjonati fir-Renju Unit matul il-perjodu 2005–2006

L-Istat tar-reġistrazzjoni | Vetturi spezzjonati | Vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti | Perċentwal ta’ vetturi spezzjonati li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti |

Il-Belġju | 1 081 | 808 | 74.7 % |

Il-Bulgarija | 100 | 76 | 76.0 % |

Ir-Repubblika Ċeka | 563 | 444 | 78.9 % |

Id-Danimarka | 90 | 40 | 44.4 % |

Il-Ġermanja | 1 416 | 695 | 49.1 % |

L-Estonja | 70 | 55 | 78.6 % |

L-Irlanda | 5763 | 4 302 | 74.6 % |

Il-Greċja | 103 | 93 | 90.3 % |

Spanja | 1 514 | 1 273 | 84.1 % |

Franza | 1 380 | 772 | 55.9 % |

L-Italja | 949 | 797 | 84.0 % |

Ċipru | 17 | 17 | 100.0 % |

Il-Latvja | 82 | 68 | 82.9 % |

Il-Litwanja | 552 | 388 | 70.3 % |

Il-Lussemburgu | 109 | 70 | 64.2 % |

L-Ungerija | 547 | 344 | 62.9 % |

Malta | 11 | 11 | 100.0 % |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 3 160 | 1 902 | 60.2 % |

L-Awstrija | 345 | 202 | 58.6 % |

Il-Polonja | 2 781 | 2 151 | 77.3 % |

Il-Portugall | 678 | 95.5 % |

Ir-Rumanija | 304 | 243 | 79.9 % |

Is-Slovenja | 178 | 148 | 83.1 % |

Is-Slovakkja | 364 | 263 | 72.3 % |

Il-Finlandja | 1 | 1 | 100.0 % |

L-Isvezja | 35 | 18 | 51.4 % |

Ir-Renju Unit | 179 135 | 61 184 | 34.2 % |

Total fl-UE | 201 382 | 77 017 | 38.3 % |

Billi għad jonqos aktar dejta x’tiddaħħal fir-rapport għall-perjodu 2007–2008, għadu mhux possibbli li jinġibdu konklużjonijiet sinifikanti ta’ valur statistiku dwar l-istat fiżiku medju tal-vetturi li jiċċirkulaw barra mill-pajjiż tar-reġistrazzjoni tagħhom.

It-Tabella 4 b tipprovdi ħarsa ġenerali tal-għadd ta’ vetturi spezzjonati, skont l-Istat Membru, u l-proporzjon ta’ projbizzjonijiet mill-għadd ta’ vetturi spezzjonati.

Tabella 4 b: Vetturi spezzjonati u l-perċentwal ta’ projbizzjonijiet mill-Istat Membru matul il-perjodu 2007–2008

Pajjiż li jagħmel l-ispezzjoni | Pajjiżi li jispezzjonaw (għadd ta’ vetturi spezzjonati; % ta’ projbizzjonijiet) |

FR | GR | HU | IE | IT | LT | LU |

Pajjiżi li jagħmlu l-ispezzjoni | LV |MT |NL |PL |PT |RO |SE |SI |SK |UK | | | | | | | | | | | | | | |spezz. | % | spezz. | % | spezz. | % | spezz. | % | spezz. | % | spezz. | % | spezz. | % | spezz. | % | spezz. | % | spezz. | % | | AL | | | | | | |9 |n.a. | | | | | | | | | | | | | | AT | | |0 | |10 |0.0 |610 |n.a. | | |9 |33.3 |62 |n.a. |15 |0.0 |3 |n.a. |420 |70.2 | | AZ | | | | | | |123 |n.a. | | | | | | | | | | | | | | BA | | | | | | |161 |n.a. | | | | | | |252 |2.8 | | | | | | BE | | |0 | |142 |7.0 |219 |n.a. | | |1 |0.0 |52 |n.a. |1 |0.0 | | |1 490 |79.5 | | BG | 6 |n.a. |0 | |4 |0.0 |3 701 |n.a. | | |77 |22.1 | | |152 |5.9 |7 |n.a. |735 |95.9 | | BI | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | BO | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | BY | 23 |n.a. | | | | |14 984 |n.a. | | | | | | |3 |33.3 |9 |n.a. | | | | CH | | | | | | |155 |n.a. | | | | | | |6 |16.7 | | | | | | CS | | | | | | |644 |n.a. | | | | | | | | | | | | | | CY | | |0 | |0 | |32 |n.a. | | |0 | |1 |n.a. |0 | | | |24 |95.8 | | CZ | | |0 | |41 |7.3 |15 601 |n.a. | | |12 |0.0 |9 |n.a. |34 |2.9 |195 |n.a. |2 031 |84.0 | | DE | 7 |n.a. |8 |87.5 |307 |4.9 |11 258 |n.a. |1 |n.a. |31 |12.9 |528 |n.a. |15 |6.7 |3 |n.a. |2 830 |66.6 | | DK | 18 |n.a. |1 |100.0 |6 |0.0 |412 |n.a. | | |0 | |974 |n.a. |1 |0.0 | | |141 |62.4 | | EE | 140 |n.a. |1 |0.0 |9 |33.3 |4 836 |n.a. | | |0 | |330 |n.a. |0 | |0 |n.a. |194 |77.8 | | EL | | |0 | |9 |0.0 |201 |n.a. | | | | | | |1 |0.0 | | |138 |108.7 | | ES | | |3 |66.7 |35 |0.0 |702 |n.a. |14 |n.a. |2 |0.0 |53 |n.a. |3 |0.0 | | |3 776 |95.0 | | EU | | | | | | | | | | | | | | | | |716 |n.a. | | | | FI | 10 |n.a. |0 | |6 |0.0 |177 |n.a. | | |1 |100.0 |2 153 |n.a. |0 | | | |22 |40.9 | | FR | | |1 |100.0 |21 |0.0 |203 |n.a. | | |6 |33.3 |25 |n.a. |1 |0.0 | | |2 068 |63.6 | | GE | | | | | | |58 |n.a. | | | | | | | | |2 |n.a. | | | | GR | | | | | | | | | | |0 | | | | | | | | | | | HR | 1 |n.a. | | | | |941 |n.a. | | | | | | |260 |3.8 |1 |n.a. | | | | HU | 2 |n.a. |0 | |9 |0.0 |4 728 |n.a. | | |249 |28.5 |88 |n.a. |208 |1.0 |74 |n.a. |1 626 |82.5 | | IE | | |0 | |12 |0.0 |127 |n.a. | | |1 |0.0 |25 |n.a. |0 | |1 |n.a. |8 275 |72.8 | | IR | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | IS | | | | | | |3 |n.a. | | | | | | | | | | | | | | IT | 2 |n.a. |22 |68.2 |22 |13.6 |1 230 |n.a. | | |54 |42.6 |9 |n.a. |55 |1.8 |0 |n.a. |2 163 |93.3 | | KG | | | | | | |63 |n.a. | | | | | | | | | | | | | | KZ | 2 |n.a. | | | | |602 |n.a. | | | | | | | | | | | | | | LI | | | | | | |34 |n.a. | | | | | | | | | | | | | | LT | 384 |n.a. |0 | |52 |0.0 |32 667 |n.a. | | |6 |83.3 |431 |n.a. |33 |0.0 |16 |n.a. |1 300 |82.2 | | LU | | |0 | |12 |0.0 |68 |n.a. | | |0 | |1 |n.a. |0 | | | |160 |66.3 | | LV | 8 633 |n.a. |0 | |3 |0.0 |10 355 |n.a. | | |1 |0.0 |189 |n.a. |9 |11.1 |3 |n.a. |171 |70.2 | | MD | | | | | | |1 376 |n.a. | | | | | | |6 |33.3 |1 |n.a. | | | | MK | | | | | | |358 |n.a. | | | | | | |39 |0.0 |2 |n.a. | | | | MT | | |3 528 |54.9 |0 | |14 |n.a. | | |0 | | | |0 | | | |28 |75.0 | | NL | 19 |n.a. |3 |100.0 |3 135 |2.5 |1 886 |n.a. |1 |n.a. |14 |28.6 |511 |n.a. |1 |0.0 |0 | |4 025 |65.7 | | NO | | | | | | |129 |n.a. | | | | |583 |n.a. | | | | | | | | NotEU | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | Other | | | | | | | | | | | | | | | | |145 |n.a. | | | | OtherEUMS | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | OtherNotEUMS | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | PL | 68 |n.a. |3 |66.7 |192 |1.6 |1 148 087 |0.6 | | |98 |24.5 |1 421 |n.a. |95 |6.3 |362 |n.a. |7 394 |83.9 | | PT | | |0 | |22 |0.0 |732 |n.a. |542 |5.2 |0 | |6 |n.a. |1 |0.0 |0 |n.a. |1 346 |104.7 | | RO | | |0 | |34 |0.0 |4 967 |n.a. | | |43 093 |36.9 |69 |n.a. |203 |13.3 |48 |n.a. |1 203 |95.8 | | RS | 2 |n.a. | | | | | | | | | | | | |163 |1.8 |2 |n.a. | | | | RU | 90 |n.a. | | | | |22 963 |n.a. | | | | | | |40 |7.5 |24 |n.a. | | | | SE | 3 |n.a. |0 | |23 |0.0 |640 |n.a. | | |4 |50.0 |157 648 |20.9 |0 | |0 |n.a. |36 |66.7 | | SI | | |0 | |0 | |1 479 |n.a. | | |8 |37.5 |25 |n.a. |2 274 |3.2 |4 |n.a. |485 |82.9 | | SK | 2 |n.a. |0 | |39 |0.0 |9 182 |n.a. | | |32 |31.3 |35 |n.a. |71 |1.4 |3 915 |n.a. |1 238 |87.6 | | SM | | | | | | |310 |n.a. | | | | | | | | | | | | | | SU | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | TJ | | | | | | |20 |n.a. | | | | | | | | | | | | | | TM | | | | | | |13 |n.a. | | | | | | | | | | | | | | TN | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | TR | | | | | | |3 797 |n.a. | | | | | | |18 |0.0 |5 |n.a. | | | | UA | 29 |n.a. | | | | |27 631 |n.a. | | | | | | |61 |4.9 |101 |n.a. | | | | UK | | |9 |88.9 |2 |0.0 |305 |n.a. | | |1 |0.0 |35 |n.a. |0 | | | |122 608 |37.8 | | UNK | | | | | | | | | | | | | | |5 |0.0 | | | | | | US | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | UZ | | | | | | |73 |n.a. | | | | | | | | | | | | | | VA | | | | | | |12 |n.a. | | | | | | | | | | | | | |

Statistika tan-nuqqasijiet

Grazzi għall-kwalità tad-dejta mogħtija mill-Istati Membri għall-perjodu 2007–2008, setgħet titfassal għall-ewwel darba stampa ġenerali tal-istatistika tan-nuqqasijiet (ara t-Tabella 7).

Tabella 7: Nuqqasijiet identifikati

[pic]

L-għadd ta’ nuqqasijiet u l-perċentwal tagħhom osservati fil-brejkijiet, fit-tajers u fid-dwal (b’rati ta’ nuqqasijiet ta’ 21.3 %, 20.1 % u 29.8 %) juru l-importanza tal-ispezzjonijiet fil-ġenb tat-triq għas-sigurtà fit-toroq. L-aspett ambjentali joħroġ aktar ċar bir-rata ta’ nuqqasijiet ta’ 5.6 % għat-tixrid ta’ fjuwil u/jew żejt milli bir-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet b’rata ta' nuqqasijiet li tammonta għal 0.5 % għal vetturi li jaħdmu bid-diżil u ta’ 0.2 % għal dawk li jaħdmu bil-petrol. Dan jista’ jkun ir-riżultat tal-metodu ta’ ttestjar, b’mod partikulari fejn jidħlu vetturi li jaħdmu bid-diżil.

Anki fejn jidħlu elementi differenti tat-test – pereżempju bħas-sistema tal-brejkijiet – ġew osservati differenzi kbar fir-rati ta' nuqqasijiet, li jvarjaw minn 4.3 % fir-Repubblika Ċeka għal 49.5 % fir-Renju Unit. Dan jista' jkun minħabba l-metodi differenti fit-testijiet użati mill-Istati Membri.

TIPI TA’ SANZJONIJIET

Id-Direttiva ma tipprovdix sistema ta’ sanzjonijiet għal xi infrazzjonijiet li jkunu ġew osservati. Is-sanzjonijiet huma stabbiliti mill-Istati Membri mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità tas-sewwieq jew tal-pajjiż tar-reġistrazzjoni jew tad-dħul fis-servizz tal-vettura kummerċjali.

Jekk ikun ovvju li l-vettura kummerċjali tkun ta’ riskju serju għall-okkupanti tagħha jew għall-utenti l-oħra tat-triq, l-awtorità jew l-ispettur li jwettaq l-ispezzjoni teknika għandu l-awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2000/30/KE li jipprojbixxi l-użu tal-vettura sakemm in-nuqqasijiet perikolużi identifikati jissewwew.

Kull nuqqas serju li jinstab f’xi vettura kummerċjali ta’ xi ħadd li ma jkunx residenti, partikularment dawk in-nuqqasijiet li jwasslu għall-projbizzjoni tal-użu tagħha, għandu jiġi rrappurtat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkunu identifikaw in-nuqqas serju jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-vettura hi reġistrata biex jieħdu l-miżuri xierqa bħal pereżempju jitolbu li ssir spezzjoni teknika ulterjuri tal-vettura.

KONKLUŻJONIJIET

1. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri mhumiex jikkonformaw kif għandu jkun mal-obbligazzjoni li jipprovdu l-istatistika u l-informazzjoni skont id-Direttiva 2000/30/KE:

- l-informazzjoni mhix tintbagħat fil-ħin mill-Istati Membri kollha;

- f’dawk il-każijiet fejn tintbagħat l-informazzjoni, din mhux ikollha biżżejjed dettall li jippermetti evalwazzjoni xierqa għall-effikaċja tal-politiki Komunitarji fil-qasam tas-sigurtà fit-triq u l-ħarsien tal-ambjent.

2. Filwaqt li d-Direttiva tipprovdi mudell għar-rapporti individwali dwar jekk vettura hijiex tajba għat-triq, il-formola mhijiex faċli biex tintuża biex tintbagħat l-informazzjoni statistika relevanti kollha b’mod elettroniku lill-Kummissjoni. Billi d-Direttiva ma tispeċifikax format kif għandha tintbagħat l-istatistika, l-Istati Membri jibagħtu din l-informazzjoni b’metodi differenti ħafna li jagħmluha diffiċli biex ir-riżultati jinġabru flimkien.

Ikun aħjar jekk fil-ġejjieni l-informazzjoni tintbagħat f’format li jkun jista’ jiġi użat direttament b’mezzi elettroniċi. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit format ta’ skambju li jkun komuni. Abbażi tal-esperjenza miksuba minn dan l-ewwel eżerċizzju, il-Kummissjoni tkun tista’ tipproponi format komuni ta' kif għandha tintbagħat l-istatistika lill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi.

Kien hemm xi titjib għall-perjodu 2007–2008, meta l-Kummissjoni bagħtet lill-Istati Membri mudell ta’ rappurtar f’format Excel standard.

Għalkemm id-Direttiva tirrikjedi livell speċifiku ta’ dettall (il-klassifikazzjoni tal-vetturi skont il-kategorija u l-pajjiż tar-reġistrazzjoni, id-dettalji dwar il-partijiet spezzjonati u n-nuqqasijiet identifikati stipulati fl-Anness I għad-Direttiva 2000/30/KE), l-informazzjoni li tintalab ħafna drabi tintbagħat f’forma aggregata ħafna, tant li ma tippermettix li ssir analiżi dettaljata.

Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li tlaqqa’ lill-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku, li hu responsabbli biex jgħin fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/30/KE, bil-ħsieb li jinstabu soluzzjonijiet għad-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri fil-ġbir, il-mod kif jgħaqqdu u jibagħtu d-dejta statistika dwar l-ispezzjonijiet tekniċi fil-ġenb tat-triq, inkluża l-possibilità li jsiru emendi tal-format tar-rapport tal-ispezzjoni fit-toroq stipulat fl-Anness I għad-Direttiva 2000/30/KE. Id-diverġenzi sinifikanti fil-livelli tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti osservati mill-Istati Membri ma jistgħux jiġu spjegati b’analiżi tal-informazzjoni mibgħuta. L-Istati Membri għandhom jiġu kkonsultati biex tinstab spjegazzjoni.

3. Ħafna mill-Istati Membri jispezzjonaw prinċipalment il-vetturi reġistrati fit-territorju tagħhom stess. Il-proporzjon ta’ vetturi mhux reġistrati fit-territorju tagħhom ivarja ħafna meta mqabbel mal-vetturi kollha spezzjonati mill-Istati Membri (ara Tabelli 2a u 2b). Jeħtieġ tinġibed l-attenzjoni tal-Istati Membri għall-fatt li l-ispezzjonijiet ta’ vetturi li mhumiex reġistrati fit-territorju tagħhom jgħin fit-tixrid tal-aqwa prattiki. Konsegwentement, dan il-proporzjon għandu jkun għoli kemm jista’ jkun b’relazzjoni mal-flussi tat-traffiku bit-triq.

4. Sabiex jonqsu d-differenzi bejn l-Istati Membri jidher li hemm il-ħtieġa ta’ approċċ aktar armonizzat għall-metodi ta’ ttestjar u tal-valutazzjoni tan-nuqqasijiet identifikati. Għalhekk, il-Kummissjoni se tkompli teżamina jekk għandhomx jiġu proposti miżuri futuri biex jonqsu d-differenzi. Ir-rati ta’ konformità ivarjaw bejn l-Istati Membri, għalkemm m’hemm l-ebda evidenza ovvja li l-vetturi li joriġinaw minn Stati Membri oħra huma ġġudikati b’mod differenti mill-vetturi reġistrati fl-Istat Membru li jagħmel ir-rapport.

[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta’April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali jew internazzjonali ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1-10.

[2] Id-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq, ĠU L 46, 17.2.1997, pp. 1-19.

[3] Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2000 dwar l- ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq, ĠU L 203, 10.8.2000, pp. 1-8.

[4] Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/26/KE tat-3 ta'April 2003 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limitaturi tal-veloċità u l-emissjonijiet ta' l-exhaust ta' vetturi kummerċjali, ĠU L 90, 8.4.2003, pp. 37-40.

[5] Ara wkoll il-proġett ‘REVEAL’ iffinanzjat mill-UE: http://ec.europa.eu/transport/road_safety/pdf/projects/reveal.pdf.