[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 9.12.2010 KUMM(2010) 739 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL Segwitu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL Segwitu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja, bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv 1. Daħla Din il-Komunikazzjoni tivvaluta l-miżuri implimentati mill-Greċja fil-perjodu bejn Lulju u nofs Novembru 2010 biex tikkonforma mad-Deċiżjon tal-Kunsill 2010/320/UE[1]. L-azzjoni meħuda sa Lulju kienet ivvalutata fil-Komunikazzjoni tad-19.8.2010[2]. Flimkien mar-rapport tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha, imħejji mill-qrib mal-BĊE[3], tikkontribwixxi wkoll għall-valutazzjoni tal-konformità mal-MPEF u l-MtF[4], fil-kuntest tal-ftehim tal-faċilità ta' self bejn il-Greċja u l-Istati Membri taż-żona euro. Din il-valutazzjoni hija bbażata fuq ir-rapport ippreżentat mill-Greċja lill-Kunsill u lill-Kummissjoni,[5] u fuq il-missjoni li twettqet mill-persunal tal-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-FMI u l-BĊE fil-kuntest tal-programm ta' aġġustament ekonomiku li qiegħed jiġi ffinanzjat minn self bilaterali mill-Istati Membri taż-żona euro u arranġament apparti mal-FMI. Ir-rapport imressaq mill-Greċja jiddiskuti mhux biss il-miżuri fiskali li jimmiraw li jnaqqsu l-proporzjon tad-defiċit tal-gvern fl-2010, iżda wkoll riformi strutturali b'firxa wiesgħa li qed jiġu adottati u implimentati mill-gvern Grieg. 2. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 2010 Fl-10 ta' Mejju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/320/UE, skont l-Artikoli 126(9) u 136 tat-TFUE, indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv sal-2014. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill titlob lill-Greċja tadotta għadd ta' miżuri speċifiċi bil-għan li żżomm id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika taħt il-limiti li ġejjin: - EUR 18 508 miljuni (7.8 fil-mija tal-PDG, abbażi tal-aħħar projezzjonijiet nominali għall-PDG) fl-2010; - EUR 17 065 miljun (7.5 fil-mija tal-PDG) fl-2011; - EUR 14 916-il miljun (6.4 fil-mija tal-PDG) fl-2012; - EUR 11 399 miljun (4.8 fil-mija tal-PDG) fl-2013 u - EUR 6 385 miljun (2.6 fil-mija tal-PDG) fl-2014[6]. Id-Deċiżjoni kienet ġiet emendata fis-7 ta' Settembru 2010 (id-Deċiżjoni 2010/486/UE)[7]. Madankollu, il-limiti msemmija qabel għad-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ma tbidlux. 3. Eżekuzzjoni tal-Baġit Il-komunikazzjoni preċedenti vvalutat li sa Lulju l-iżviluppi baġitarji kienu ġeneralment qegħdin jilħqu l-mira. Madankollu, ġibdet ukoll l-attenzjoni għall-fatt li d-dħul tal-istat żdied b'inqas milli ppjanat, żviluppi anqas favorevoli fis-sigurtà soċjali u l-kontijiet tal-gvernijiet lokali u l-kumulazzjoni fl-arretrati. Matul l-aħħar erba' xhur, l-implimentazzjoni tal-baġit saret aktar diffiċli. Bejn Jannar u Ottubru 2010, id-defiċit fil-fluss tal-flus tal-istat naqas bi 30.2 fil-mija (46 fil-mija sa' Ġunju) meta mqabbel mal-2009. Id-dħul mit-taxxi kien disappuntanti. Bejn Jannar u Settembru 2010, id-dħul totali tal-istat żdied bi 3.4 fil-mija (5.9 fil-mija sa' Ġunju). L-istima uffiċjali mħejjija f'Mejju, meta ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill, u meta ġie miftiehem il-programm ta' aġġustament ekonomiku għall-Greċja, kienet ta' żieda fid-dħul għas-sena sħiħa ta' 15.6 fil-mija. Hija mistennija żieda fid-dħul f'Novembru u f'Diċembru, hekk kif l-implimentazzjoni totali taż-żidiet fil-VAT u s-sisa tibda tinħass, kif ukoll minħabba 'saldu tat-taxxi' li ġie adottat riċentament[8]. Madanakollu l-mira fid-dħul mhix ser tintlaħaq. Bħalissa l-Uffiċċju Ġenerali tal-Kontabbiltà tal-Greċja (UĠK) qiegħed jistima li d-dħul tal-istat għas-sena sħiħa ser jiżdied b'7.4 fil-mija. Tabella 1: Eżekuzzjoni tal-baġit tal-Istat 2009 | 2010 | 2009 | 2010 | abbażi tal-ħlas (f'EUR miljuni) | Jannar - Ottubru | Bidla f’% | Riżultat | Pjannijiet ta' Mejju 2010 | Bidla f’% | l-aħħar stimi uffiċjali | Bidla f’% | Mill-lat tal-infiq tal-kontijiet tal-istat, il-ħruġ tal-flus matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena naqas b'9.2 fil-mija (16.9 fil-mija sa Ġunju); Dan jaqbel mal-pjanijiet (ta' Mejju 2010) għal tnaqqis fil-pagamenti tal-istat għas-sena sħiħa ta' 7.6 fil-mija. Madankollu, il-forniment tad-dejta dwar il-kontijiet pagabbli u l-kumulazzjoni tal-arretrati kien sporadika, u rriżultat f'viżjoni relattivament opaka tal-infiq sottostanti. Id-dejta ta' kull xahar dwar l-eżekuzzjoni intrannwali tal-baġit tas-sigurtà soċjali u l-gvern lokali mhix dettaljata daqs dik dwar il-baġit tal-istat u hija ta' kwalità inferjuri. L-informazzjoni disponibbli hija derivata mill-istatistika bankarja mingħajr dettalji dwar in-nefqa u d-dħul. Tindika li s-sigurtà soċjali u l-gvernijiet lokali jistgħu jirreġistraw bilanċ kombinat abbażi tal-ħlas li huwa madwar biljun (1) inqas mill-pjan ta' Mejju 2010. F'Awwissu, il-gvern kien ikkommetta li ma jonfoqx EUR 3.9 biljun min-nefqa primarja (reveduta għal EUR 5.9 biljun f'Settembru) fir-rigward tal-projezzjonijiet tal-programm, bil-għan li jitpaċa t-tnaqqis fil-ġbir tat-taxxa u d-dejta anqas favorevoli fis-sigurtà soċjali u l-gvernijiet lokali. Hemm evidenza li l-gvern jista' jagħti riżultati parzjali biss fuq l-impenji li ħa li ma jeżegwixxix il-pjanijiet tal-infiq kollha, partikolarment fejn jidħol l-infiq fl-investimenti. Għalkemm huwa fattibbli li jsir anqas infiq fl-aħħar ġimgħat tas-sena milli ppjanat mill-UĠK, kwalunkwe ssikkar fl-infiq fl-aħħar tas-sena ma għandux isir permezz ta' aktar żieda fl-arretrati Skont il-previżjonijiet tal-ħarifa tal-Kummissjoni[9], id-defiċit ESA95 għall-2010 ser ikun ta' 22.3billjuni (9½ fil-mija tal-PDG, 1¾ fil-mija tal-PDG ogħla mill-mira oriġinali tal-programm). In-nuqqas ta' konformità mal-mira tad-defiċit tal-ESA għall-2010 tirriffletti, fil-parti l-kbira, il-materjalizzazzjoni tar-riskji li kienu ġew identifikati qabel. Dawn ir-riskji huma relatati ma' (i) riċessjoni akbar u limitazzjonijiet fil-likwidità, li jaffettwaw il-ġbir tad-dħul; (ii) dewmien fit-titjib fil-konformità fiskali, li jirriffletti nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tar-riformi għat-titjib fl-amministrazzjoni tat-taxxa, u (iii) xi diffikultajiet fil-kontroll tan-nefqa partikolarment fil-baġit kapitali u mill-gvernijiet lokali u s-sigurtà soċjali. Barra minn dan, (iv) l-analiżi mill-ELSTAT tal-istatistika fiskali Grieka[10] - partikolarment ir-riklassifikazzjoni ta' għadd ta' intrapriżi tal-istat bħala amministrazzjoni pubblika - tispjega madwar terz tad-devjazzjonijiet fir-rigward tal-mira tad-defiċit. Id-dejn tal-gvern fi tmiem l-2010 huwa mistenni jilħaq EUR 328 biljun, 141 fil-mija tal-PDG, żieda ta' EUR 29 biljun. Dan jipparaguna mal-limiti għaż-żieda fil-livell tad-dejn ta' EUR 34 biljun fid-Deċiżjoni tal-Kunsill. 3. Baġit għall-2011 u prospetti għall-2012-2014 Il-Gvern Grieg ikkonferma l-impenn tiegħu li jilħaq il-miri fiskali għall-2011 kif stipulati mid-Deċiżjon tal-Kunsill. B'defiċit u livelli ta' dejn inizjali ogħla milli kienu mistennija, u PDG iżgħar milli kien mistenni huma meħtieġa sforżi ta' konsolidazzjoni akbar. L-istrateġija fiskali tibqa' marbuta bis-sħiħ mal-perkors ta' konsolidazzjoni miftiehem f'Mejju 2010. Il-Gvern Griek għalhekk iddeċieda li jirkupra l-progress kollu li ntilef fl-2010, ħalli jirrestawra malajr pożizzjoni fiskali sostenibbli u b'hekk iżomm il-ħtiġijiet finanzjarji f'konformità mal-programm u jsostni l-kunfidenza fis-suq. Il-baġit 2011 - ippreżentat fil-Parlament Grieg fit-18 ta' Novembru - fih 2½ fil-mija tal-PDG f'miżuri ġodda għat-tnaqqis tad-defiċit. Il-biċċa l-kbira tal-miżuri l-ġodda huma strutturali u jindirizzaw direttament xi wħud mid-dgħufijiet baġitarji endemiċi Griegi. Bihom il-miżuri totali ta' konsolidazzjoni fiskali fl-2011 - inklużi dawk miftehma f'Mejju - ser jitilgħu għal 5¾ fil-mija tal-PDG. Madwar żewġ terzi tal-miżuri l-ġodda miftehma f'Novembru huma fl-infiq, u l-biċċa l-kbira minnhom huma ta' natura strutturali; EUR 0.7 miljuni, jew 0.3 fil-mija tal-PDG, tal-miżuri huma temporanji. Il-miżuri jinkludu tnaqqis fl-infiq mhux produttiv u li mhuwiex fil-mira, tnaqqis fil-kuntratti qosra fis-settur pubbliku, sussidji universali għall-unitajiet domestiċi mmirati aħjar (bħall-fjuwil għat-tisħin u l-benefiċċji familjali), u maniġment u użu aħjar tal-assi tal-istat, partikolarment fil-ġbir tat-taxxi arretrati. Il-baġit 2011 ser ikun ukoll qiegħed għall-ewwel darba jindirizza żewġ problemi strutturali ewlenin - infiq eċċessiv fuq is-saħħa u t-telf mill-intrapriżi tal-istat: - In-nefqa fuq is-saħħa. In-nefqa pubblika fuq is-saħħa kien jgħodd għal 5.9 fil-mija tal-PDG fl-2008, u kiber fuq bażi per capita b'rata medja reali ta' 5.4 fil-mija bejn 2004-08. In-nefqa pubblika fuq il-mediċini hija ta' 1.9 fil-mija tal-PGD fil-Greċja, meta l-medja fl-UE hija ta' 1 fil-mija tal-PDG. Jekk ikomplu x-xejriet tal-imgħoddi, il-proporzjon tal-PDG għall-infiq fuq is-saħħa jikber drammatikament fis-snin li ġejjin. Il-gvern beda jintroduċi riformi fl-2010, u dawn bdew jagħtu riżultati. Aktar miżuri ser jiġu implimentati fl-ewwel nofs tal-2011 ħalli jnaqqsu l-infiq fuq il-mediċini, isaħħu l-kontroll fuq l-infiq, u naqqsu l-ispejjeż għat-tħaddim tal-isptarijiet. Dawn l-azzjonijiet huma mistennija jiġġeneraw madwar ½ fil-mija tal-PDG f'iffrankar - Intrapriżi tal-istat (SOEs). Diversi SOEs ilhom jiġġeneraw telf kbir għal ħafna snin. L-akbar defiċits joriġinaw fl-intrapriżi tat-trasport pubbliku, fejn x'imdaqqiet il-pagi weħidhom jaqbżu d-dħul totali. Fl-2010 sar xi ftit progress, partikolarment permezz ta' tnaqqis fin-nefqa għat-tħaddim u l-impjiegi, u bil-pubblikazzjoni tar-rapporti finanzjarji (iċċertifikati minn awdituri esterni) ta' dawk li jagħmlu l-akbar telf. Fl-2011 il-gvern ser ikompli jnaqqas il-pagi fl-SOEs b'10 fil-mija[11], jillimita l-benefiċċji għal 10 fil-mija tal-paga bażika, u jintroduċi limitu massimu ta' EUR 4 000 fix-xahar għas-salarju gross (12-il pagament fis-sena). Apparti dan, sabiex tkun indirizzata l-problema speċifika tal-intrapriżi tat-trasport, in-nollijiet tat-trasport urban ser jiżdiedu b'tal-anqas bi 30 fil-mija. Minn dawn il-miżuri huwa mistenni madwar ½ punt perċentwali tal-PDG. Skont il-baġit tal-2011, id-defiċit tal-gvern (ESA95) huwa mistenni jkun ta' 16.8 bijluni (7.6 fil-mija tal-PDG), daqs xejn inqas mil-limitu massimu ta' EUR 17-il biljun, fid-Deċiżjoni tal-Kunsill. Il-previżjonijiet tal-Kummissjoni huma simili ħafna għall-baġit. It-tnaqqis fil-proporzjon tal-gvern fl-2011 għalhekk ser ikun effettivament akbar minn dak ippjanat fil-programm oriġinali - 2.2 punti perċentwali minflok 0.4 punti. Il-miżuri fil-baġit tal-2011 mhumiex biżżejjed biex id-defiċit jonqos b'mod sostenibbli u jiżguraw li tintlaħaq il-mira għad-defiċit għall-2012 sal-2014. Il-gvern Grieg impenja ruħu li jispeċifika miżuri fiskali strutturali ħalli jilħaq il-miri tal-2012-14. Dawn il-miżuri ser ikunu parti mil-ktiba strateġika li ser titħejja fl-ewwel tliet xhur tal-2011. L-estimi preżenti jissuġġerixxu ħtieġa li jiġu identifikati tal-anqas 5 fil-mija tal-PDG f'miżuri strutturali addizzjonali flimkien ma' dawk diġà mħabbra f'Mejju 2010. Dawn il-miżuri jeħtieġ li jiġu minn dħul sostenibbli u aġġustamenti fl-infiq f'diversi oqsma: titjib fl-amministrazzjoni tat-taxxa u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa; tnaqqis mill-ħaddiema pubbliċi permezz ta' implimentazzjoni stretta ta' regola ta' reklutaġġ wieħed għal kull 5 li jitilqu, mingħajr eċċezzjonijiet settorjali; riformi fis-sistema tal-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni; tnaqqis strutturali fl-infiq militari u riforma multiannwali tal-intrapriżi tal-istat fosthom il-fużjoni u l-għeluq ta' unitajiet. 6. progress bir-riformi strutturali L-aġenda tar-riforma strutturali fil-Greċja hija wiesgħa. Sar progress fir-riformi fiskali strutturali, għalkemm f'diversi każijiet kien aktar kajman milli ppjanat. Sar progress fit-titjib tal-amministrazzjoni u l-kontrolli tat-taxxa, fit-titjib fil-forniment f'waqtu ta' dejta fiskali affidabbli, it-tisħiħ tal-istituzzjonijet baġitarji u l-liġi baġitarja organika ġdida li taħseb għal ibbaġitjar multiannwali. L-ewwel fażi tar-riforma fil-pensjonijiet kienet adottata qabel il-vaganzi tas-sajf u ser titlesta fl-2011. Qed jibdew it-tħejjijiet għal riformi komprensivi fis-sistema tal-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni. L-analiżi funzjonali tal-amministrazzjoni ċentrali u l-programm soċjali u s-sistema simplifikata tar-remunerazzjoni fis-settur pubbliku ħabbtu wiċċhom ma' dewmien. Wara l-ewwel mewġa ta' riformi fis-suq tax-xogħol qabel is-sajf, kien hemm dewmien fit-tieni mewġa li tikkonċerna l-mekkaniżmi tan-negozjar tal-pagi u s-sistema tal-medjazzjoni u l-arbitraġġ. Il-pjan ta' privatizzazzjoni mħabbar matul is-sajf mhuwiex ambizzjuż bizzejjed, peress li l-privatizzazzjonijiet huma ppajnati li jsiru l-aktar permezz ta' ftehimiet ta' konċessjonijiet u l-bejgħ dirett ser ikun limitat. Madankollu, il-Gvern impenja ruħu li jżid ir-rikavat mill-privatizzazzjoni (inkluż il-bejgħ ta' proprjetà immobbli) minn EUR 1 biljun fl-2011 għal EUR 3 biljun kull sena fl-2012 u 2013. Il-Gvern impenja ruħu li juża r-rekavat mill-privatizzazzjoni biex iħallas id-dejn u mhux biex inaqqas l-isforzi tal-konsolidazzjoni fiskali. 7. KOMPLETEZZA TAL-INFORMAZZJONI MEħTIEġA Ir-rapport li tressaq mill-Greċja, u d-dejta trażmessa regolarment lill-Kummissjoni, jinkludi l-biċċa l-kbira tar-rekwiżiti tal-informazzjoni stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill. B'mod partikolari, ir-rapport fih informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri konkreti implimentati (u li għandhom jiġu implimentati) biex tikkonforma mad-Deċiżjoni u l-impatt baġitarju rispettiv tagħhom. Id-dejta dwar l-eżekuzzjoni baġitarja statali ta' kull xahar ingħatat fil-ħin mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Kontabbiltà. Ir-rapport fih ukoll l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-ħruġ u r-rimborż tad-dejn, u informazzjoni, u dwar il-qagħda finanzjarja tal-ikbar intrapriżi pubbliċi. Minkejja dan, id-dejta ta' kull xahar dwar l-implimentazzjoni baġitarja mill-fondi tas-sigurtà soċjali, korpi strabaġitarji u l-gvernijiet lokali, l-informazzjoni dwar l-impjieg mas-settur pubbliku, in-nefqa fl-istennija tal-pagament (inklużi l-arretrati) għadha mhix kompluta. Barra dan, ir-rapport fih minjiera ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010[12], u għall-konformità mal-MPEF u l-MtF. 8. Konklużjoni Il-limitu massimu tad-defiċit tal-gvern (bażi ESA95) għall-2010 stabbilit mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill mhux ser jintlaħaq b'madwar 4.2 biljuni, peress li huwa ppjant li jilħaq 9½ fil-mija tal-PDG. Dan jammonta għal tnaqqis fil-proporzjon tad-defiċit ta' kważi sitt punti meta pparagunat mal-2009. Il-proporzjon tad-dejn tal-gvern huwa mistenni jiżdied minn 127 fil-mija tal-PDG fi tmiem l-2009 għal 141 fil-mija fl-2010. Iż-żieda fid-dejn hija f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill. Għall-2011, il-baġit ippreżentat fil-Parlament huwa f'konformità mal-limiti massimi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill. Madankollu ser ikunu meħtieġa aktar miżuri sostenibbli sabiex jibqa' jitnaqqas id-defiċit fis-snin sussegwenti u jispiċċa d-deficit eċċessiv sal-2014. Il-Greċja qiegħda tadotta l-miżuri speċifiċi indikati fid-Deċiżjon tal-Kunsill, għalkemm hemm dewmien f'għadd ta' oqsma u r-ritmu tar-riforma jidher li naqas minn qabel għal wara l-vaganzi tas-sajf. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Greċja qed tikkonforma b'mod sodisfaċenti mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 2010, filwaqt li qed tirreaġixxi għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 u l-implimentazzjoni tal-miżuri deskritti fl-MPEF u l-MtQ aġġornamenti tas-6 ta' Awwissu 2010. ANNESS I: MIŻURI OBBLIGATI MID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL, LI JRIDU JIĠU ADOTTATI SAL-AĦĦAR TA' SETTEMBRU 2010 Miżuri (kif meħtieġa mil-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill) | Stat ta' progress | "Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin qabel l-aħħar ta’ Settembru 2010: | (a) miżuri ta' konsolidazzjoni fiskali li jammontaw għal tal-anqas 3.2% tal-PDG (4.3% tal-PDG jekk jitqiesu l-ammonti kollha ttrasferiti mill-miżuri implimentati fl-2010) għandhom jiġi inklużi fl-abbozz tal-baġit għall-2011: tnaqqis fil-konsum intermedju tal-amministrazzjoni pubblika b'mill-inqas EUR 300 miljun meta mqabbel mal-livell tal-2010 (flimkien mal-iffrankar idderivat mir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u tal-gvernijiet lokali imsemmi f'dan il-paragrafu); iffriżar tal-indiċjar tal-pensjonijiet (bl-iskop ta' ffrankar ta' EUR 100 miljun); imposta temporanja ta' kriżi fuq impriżi bi profittabbiltà għolja (li trendi mill-inqas EUR 600 miljun fi dħul addizzjonali kull sena fl-2011, l-2012 u l-2013); tassazzjoni preżuntiva tal-professjonisti (li trendi mill-anqas EUR 400 miljun fl-2011 u dħul li jiżdied b'mill-anqas EUR 100 miljun kull sena fl-2012 u fl-2013); tkabbir tal-bażi tal-VAT bl-inklużjoni ta' ċerti servizzi li bħalissa huma eżentati u billi 30 % tal-oġġetti u servizzi ma jibqgħux jibbenefikaw minn rata mnaqqsa u minflok tibda tapplika għalihom ir-rata ewlenija (b'rendiment ta' EUR 1 biljun); taxxa ekoloġika li tiddaħħal gradwalment fuq l-emissjonijiet tas-CO2 (li trendi minn tal-inqas EUR 300 miljun fl-2011); l-implimentazzoni mill-Gvern Grieg ta’ leġiżlazzjoni li tirriforma l-amministrazzjoni pubblika u l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-gvernijiet lokali (bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż b’minn tal-inqas EUR 500 miljun fl-2011, u EUR 500 miljun addizzjonali kull sena fl-2012 u l-2013); tnaqqis fl-investimenti ffinanzjati lokalment (b’minn tal-inqas EUR 500 miljun) billi tingħata prijorita’ lill-proġetti ta' investiment iffinanzjati mill-fondi strutturali tal-UE; inċentivi biex jiġi rregolarizzat il-ksur tal-użu tal-art (li jrendu mill-inqas EUR 1 500 miljun mill-2011 sal-2013, li minnhom mill-inqas EUR 500 miljun fl-2011); ġbir ta' dħul mil-liċenzjar tal-logħob tal-azzard (mill-inqas EUR 500 miljun f'bejgħ ta' liċenzji u EUR 200 miljun fi drittijiet annwali); allargament tal-bażi tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli billi jiġu aġġornati l-valuri tal-assi (li jrendi minn tal-inqas EUR 400 miljun dħul addizzjonali); tassazzjoni ogħla fuq pagi in natura, inkluża wkoll it-taxxa fuq il-pagamenti tal-kiri tal-karozzi (b’tal-inqas EUR 150 miljun); tassazzjoni ogħla fuq oġġetti ta’ lussu (b'tal-inqas EUR 100 miljun); taxxa speċjali fuq l-istabbilimenti mhux awtorizzati (li trendi mill-anqas EUR 800 miljun fis-sena) u sostituzzjoni ta’ 20% biss tal-impjegati li jirtiraw mis-settur pubbliku (gvern ċentrali, gvernijiet lokali, fondi tas-sigurtà soċjali, kumpaniji pubbliċi, aġenziji tal-istat u istituzzjonijiet pubbliċi oħra); Wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni jistgħu jiġu kkunsidrati miżuri li jrendu ffrankar baġitarju paragunabbli; | Osservati. Il-baġit tal-2010 ġie sottomess lill-Parlament fit-18 ta’ Novembru. Ir-rendiment ta' diversi miżuri (inklużi inċentivi għar-regolarizzazzjoni tal-ksur tal-użu tal-art, taxxa ekoloġika, allargament tal-bażi tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli, taxxa speċjali fuq l-istabbilimenti mhux awtorizzati, u taxxi fuq l-oġġetti ta' lussu) mistenni li jkun anqas milli estimat fil-bidu. L-allargament tal-bażi tal-VAT billi 30 % tal-oġġetti u servizzi ma jibqgħux jibbenefikaw minn rata mnaqqsa u minflok tibda tapplika għalihom ir-rata ewlenija mhux ser jiġi implimentat, iżda ser jiġi ssostitwit b'żieda fir-rati mnaqqsa tal-VAT għal kważi l-oġġetti kollha f'dik il-kategorija. Il-miżuri totali fil-baġit tal-2011, kif ukoll miżuri oħra li tħabbru qabel il-baġit mistennija jrendu (5¾ fil-mija tal-PDG), aktar milli titlob id-Deċiżjoni tal-Kunsill. | (b) rinfurzar tar-rwol u tar-riżorsi tal-uffiċċju ġenerali tal-kontabbiltà u t-twaqqif ta’ salvagwardji kontra interferenzi politiċi possibbli fil-projezzjonijiet tad-dejta u l-kontabbiltà; | Osservati. It-tisħiħ tal-UĠK huwa parti mil-liġi tal-baġit organiku l-ġdida (Liġi 3871/2010). Il-Ministeru tal-Finanzi kkommissjona studju komprensiv għall-organizzazzjoni mill-ġdid tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kontabbiltà għand kumpanija privata tal-konsulenza, li r-riżultati tiegħu ser ikun disponibbli kmieni fl-2011. Il-prebaġit (ta' Ottubru) għall-2011 kien ibbażat fuq projezzjonijiet makroekonomiċi ottimisti u projezzjonijiet tad-dħul li ma kinux sostnuti sew b'miżuri konkreti. L-abbozz tal-baġit għall-2011 huwa bbażat fuq suppożizzjonijet plawżibbli simili għal dak imħejjija mill-Kummissjoni u jqisu l-aħħar żviluppi fiskali. | (c) abbozz ta' riforma tal-leġiżlazzjoni dwar il-pagi fis-settur pubbliku, inkluż b'mod partikolari t-twaqqif ta' Awtorità Unika tal-Pagamenti biex jitħallsu l-pagi, l-introduzzjoni ta' prinċipji unifikati u skeda biex jiġi stabbilit qafas tal-pagi tas-settur pubbliku unifikat u effiċjenti u li jiġi applikat għas-settur Statali, l-awtoritajiet lokali u aġenziji oħra; | Parzjalment osservati. L-awtorità unika tal-pagamenti twaqqfet iżda għandha mhijiex kompletament attiva. | (d) leġiżlazzjoni li ttejjeb l-effiċjenza tal-amministrazzjoni tat-taxxa u l-kontrolli; | Osservati. Ġew adottati l-Liġijiet 3842/2010 u 3888/2010. Twaqqfu task forces biex iħejju miżuri u riformi għall-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa. Il-gvern ser jimplimenta dawn l-azzjonijiet f'Jannar 2011, u stipula indikaturi kwantitattivi tal-prestazzjoni sabiex iżomm l-amministrazzjoni tad-dħul responsabbli, eż. fil-qasam tal-ġbir tal-arretrati tat-taxxa, il-kontrolli fuq l-akbar kontribwenti, u l-arkivjar tad-dikjarzjonijiet tat-taxxa u l-pagamenti. Fl-istess ħin il-gvern ser isaħħaħ il-qafas leġiżlattiv biex jiġġilied l-evażjoni tat-taxxa: il-proċessi tat-tilwim amministrattiv dwar it-taxxa u l-appelli ġuridiċi ser jiġu ssimplifikati, ser jitneħħew l-impedimenti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ewlenin tal-amministrazzjoni tat-taxxa (il-metodi tal-awditjar indiretti, l-ipproċessar tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa), u l-istatus tal-persunal inkarigat mill-amministrazzjoni tat-taxxa ser jiġi rriformat ħalli jiġi kkastigat il-ksur tad-dover. | (e) it-tnedija ta’ analiżi indipendenti tal-amministrazzjoni ċentrali u tal-programmi soċjali eżistenti; | Parzjalment osservati. Bdew laqgħat tekniċi mal-KE, FMI u l-BĊE, u l-OECD (li ser iwettaq l-analiżi). Il-kuntratt għadu mhux iffirmat. | (f) il-pubblikazzjoni ta’ statistika ta' kull xahar (fuq bażi tal-ħlas) dwar id-dħul, in-nefqa, l-iffinanzjar u l-arretrati tal-infiq għall-amministrazzjoni pubblika disponibbli u s-subentitatjiet tiegħu; | Parzjalment osservati. F'Novembru ġew introdotti reġistri tal-kummenti fl-unitajiet kollha tal-amministrazzjoni pubblika u l-gvern ippubblika dejta dwar l-arretrati mill-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika. Fl-istess waqt, il-kontabbiltà lil hinn mil-livell tal-istat għadha mhix tal-aqwa livell u tipprevjeni l-monitoraġġ xieraq tal-iżviluppi baġitaji intrannwali. Filwaqt li s-sitwazzjoni fis-settur tas-sigurtà soċjali u l-intrapriżi tal-istat riklassifikati tjiebet xi ftit, id-dejta fuq il-gvernijiet lokali għadha limitata ħafna. | (g) pjan ta' azzjoni biex jittejjeb il-ġbir u l-ipproċessar ta' dejta tal-amminstrazzjoni pubblika, billi b'mod partikolari jittejbu l-mekkaniżmi ta' kontroll tal-awtoritajiet responsabbli mill-istatistika u l-Uffiċċju ġenerali tal-kontabilità u tiġi żgurata r-responsabbiltà personali effettiva f'każijiet ta' rappurtaġġ ħażin, sabiex jiġi żgurat il-forniment immedjat ta' dejta ta' kwalità għolja dwar l-amministrazzjoni pubblika meħtieġa skont ir-Regolamenti (KE) 2223/96, 264/2000, 1221/2002, 501/2004, 1222/2004, 1161/2005, 223/2009 u 479/2009; | Osservati. Kooperazzjoni kontinwa mal-Eurostat fil-qafas tal-Pjan Konġunt ta' Azzjoni Statistika. Ġiet stabbilita traċċibbiltà xierqa tal-forniment tas-sors tad-dejta dwar il-finanzi lill-ELSTAT. Qiegħda tinġabar id-dejta ta' kull tliet xhur dwar il-finanzi pubbliċi għall-2010 minn ta' sorsi tad-dejta diretti. L-istatistika fiskali għall-2006-09 ġiet irriveduta mill-ELSTAT u vvalidata mill-Eurostat. | (h) pubblikazzjoni regolari tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja f'intrapriżi pubbliċi u entitajiet pubbliċi oħra li mhumiex klassifikati fl-amministrazzjoni pubblika (inklużi rapporti dettaljati dwar id-dħul, il-karti tal-bilanċ u d-dejta dwar l-impjiegi u l-att dwar il-pagi)." | Osservati. L-ewwel pubblikazzjoni ta' dejta dwar l-akbar ħdax-il intrapriża pubblika saret f'Ottubru 2010 | (i) l-istabbiliment ta’ reġistru ċentrali komprensiv għall-intrapriżi pubbliċi; | Osservati. Ir-reġistru mistenni jibda jitħaddem għal kollox matul l-ewwel kwart tal-2011. | (j) pjan ta’ azzjoni bi skeda għal azzjonijiet konkreti li jwasslu għall-ħolqien ta’ awtorità ċentrali tal-akkwist pubbliku; | Osservati. Ġie miftiehem pjan ta' azzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni. | (k) att li jistabbilixxi limitu massimu ta’ EUR 50 miljun għall-kontribuzzjoni tal-obbligu tas-servizz pubbliku mill-amministrazzjoni pubblika lill-operaturi tal-ferroviji għall-perjodu 2011-2013 u li jistabbilixxi l-prinċipju li l-Istat ma jagħti l-ebda appoġġ addizzjonali espliċitu jew impliċitu lill-operaturi tal-ferroviji; | Parzjalment osservati. Il-liġi l-ġdida tal-ferrovija adottata fis-26 ta' Ottubru 2010. Il-pjan kummerċjali ntbagħat lill-KE/FMI/BĊE għall-konsultazzjoni fit-30 ta' Settembru 2010. Jinsabu għaddejjin kjarifiki u negozjati. In-notifika meħtieġa dwar l-għajnuna mill-Istat għadha ma seħħitx. | (1) pjan kummerċjali għall-ferroviji Griegi. Il-pjan kummerċjali jispeċifika kif l-attivitajiet operazzjonali ser isiru profittabbli, inkluża l-kopertura tal-kostijiet tad-dipprezzament, sa mill-2011, fost l-oħrajn billi jingħalqu l-linji li jagħmlu telf, billi jiżdiedu n-nollijiet u billi jonqsu l-pagi u l-ħaddiema; jipprovdi analiżi dettaljata tas-sensitività fuq l-implikazzjoni għall-kostijiet tal-pagi ta' diversi xenarji għar-riżultat ta' ftehim kollettiv u jipprovdi informazzjoni dwar diversi alternattivi rigward il-persunal; u jipprevedi r-ristrutturazzjoni tal-kumpanija holding, inkluż il-bejgħ ta' art u assi oħra; | (m) liġi biex tirriforma s-sistema ta’ negozjar tal-pagi fis-settur privat, li għandha tipprovdi għal tnaqqis fir-rati ta’ ħlas għas-sahra, flessibbiltà aħjar fil-ġestjoni tal-ħin tax-xogħol u tippermetti li patti territorjali lokali jkunu jistgħu jistabbilixxu żidiet fil-pagi li jkunu inqas mill-ftehimijiet settorali; | Tardiv. Ir-rati ta’ ħlas għas-sahra tnaqqsu skont il-Liġi 3863/2010. Abbozzi ta' liġijiet oħra ntbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea għall-konsultazzjoni fl-14.11.2010. | (n) riforma tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi biex il-perjodu ta’ żmien ta’ prova għal xogħolijiet ġodda jiġi estiż għal sena, u biex jiġi ffaċilitat użu akbar ta’ kuntratti temporanji u xogħol part-time; | (o) emenda tar-regolamentazzjoni tas-sistema ta’ arbitraġġ sabiex kull parti tkun tista’ tirrikorri għall-arbitraġġ jekk ma tkunx taqbel mal-proposta tal-medjatur; | (p) riforma tal-proċedura ta’ arbitraġġ sabiex jiġi żgurat li topera skont kriterji trasparenti u oġġettivi, b’kumitat indipendenti ta’ arbitraturi, b’kapaċità ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, liberu minn indħil tal-gvern. | [pic][pic][pic][pic][pic][pic] [1] ĠU L 241, 14.9.2010, p. 12. [2] COM (2010) 439 finali. [3] 'Il-Programm ta' Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja - It-Tieni Analiżi,' L-Ekonomija Ewropea - Dokumenti Okkazzjonali, 72 Novembru. [‘The Economic Adjustment Programme for Greece – Second Review,’ European Economy–Occasional Papers ] Il-qarrej huwa rreferut għal dak id-dokument għal valutazzjoni aktar dettaljata tal-iżviluppi fir-riforma makroekonomika, finanzjarji, fiskali u strutturali. [4] Memorandum ta' Politiki Ekonomiċi u Finanzjarji, u Memorandum ta' Ftehim dwar il-Kundizzjonalità Speċifika tal-Politika Ekonomika tat-3 ta' Mejju, aġġornat fis-6 ta' Awwissu 2010. [5] Il-Programm ta' Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja – Rapport ippreżentat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill – Novembru 2010 . L-ewwel parti tar-rapport tressqet mill-Gvern Grieg fil-15 ta' Novembru 2010; ir-rapport sħiħ ġie ppreżentat fl-24 ta' Novembru 2010. [6] Dan il-proporzjonijiet mal-PDG huma indikattivi. Fid-Deċiżjoni tal-Kunsill, il-proporzjonijiet mal-PDG jirreferu għaċ-ċifri nominali tal-PDG li kienu disponibbli f'Mejju: 8.0, 7.6, 6.5, 4.9 u 2.6 fil-mija tal-PDG mill-2010 sal-2014, respettivament. Il-perkors ta' aġġustament stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tirrikjedi li ż-żieda annwali fid-dejn gross konsolidat tal-amministrazzjoni pubblika ma jinqabiżx: EUR 34 058 miljun fl-2010; EUR 17 365 miljun fl-2011; EUR 15 016-il miljun fl-2012; EUR 11 599 miljun fl-2013 u EUR 7 885 miljun fl-2014 Meta jitqiesu ċ-ċifri riveduti tad-dejn fl-aħħar tal-2009 u l-aħħar projezzjonijiet nominali tal-PDG, dan jikkorrispondi għal proporzjonijiet tad-dejn ta' 143, 153, 157, 158 u 156 fil-mija tal-PDG mill-2010 sal-2014, respettivament. [7] ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6. [8] Il-biċċa l-kbira tal-kontribwenti għandhom l-opportunità li jagħmlu pagament lill-aġenzija tat-taxxa fl-2010 (bit-tieni u l-aħħar pagament fl-2011) minflok ma jkollhom id-dikjarazzjonijiet tad-dħul sas-sena 2009 (il-Liġi 3888/2010). [9] Previżjoni Ekonomika Ewropew - Ħarifa 2010, European Economy , is-7 ta' Novembru. [10] Għall-informazzjoni dettaljata ara n-nota tal-Eurostat’s ‘Information Note on Greek Fiscal Data’ (15 ta' Novembru 2010), li tinsab fil-websajt tal-Eurostat. [11] Minbarra t-tnaqqis fil-pagi deċiż matul l-2010 li kien applikabbli kemm għall-ħaddiema tal-gvern kif ukoll għall-impjegati tal-SOEs. [12] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2010/190/UE) lill-Greċja tas-16 ta' Frar 2010 bil-ħsieb li tintemm l-inkonsistenza mal-linji gwida wiesgħin tal-politiki ekonomiċi fil-Greċja u li jitneħħa r-riskju li jiġi pperikolat il-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja (ĠU L 83, 30.3.2010, p. 63).