RAPPORT MILL-KUMMISSJONI RAPPORT ANNWALI DWAR IL-FOND TA’ KOEŻJONI (2009) SEC(2010) 1231 final /* KUMM/2010/0589 finali */
[pic] | KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 21.10.2010 KUMM(2010) 589 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI RAPPORT ANNWALI DWAR IL-FOND TA’ KOEŻJONI (2009) SEC(2010) 1231 final WERREJ 1. L-eżekuzzjoni finanzjarja tal-perjodu 2000-2006 fl-2009 u l-għeluq tal-proġetti 3 2. L-ambjent ekonomiku u l-kundizzjonalità 8 3. Verifiki u korrezzjonijiet finanzjarji 8 4. Irregolaritajiet notifikati mill-Istati Membri 11 5. Evalwazzjoni 12 6. Tagħrif u pubbliċità 12 Ir-Regolament (KE) Nru 1084/2006 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/94 ma għandux bżonn il-preżentazzjoni ta' rapport annwali dwar il-Fond ta' Koeżjoni. Għaldaqstant dan ir-rapport huwa ppreżentat f'konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1164/1994 u għalhekk ikopri l-implimentazzjoni ta' proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni fl-2009, li kienu ġew adottati fil-perjodu 2000-2006 kif ukoll il-proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA fl-Istati Membri konċernati, inklużi l-Bulgarija u r-Rumanija. Bħala konsegwenza ta' dan, dan ir-rapport ikopri proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni fit-13-il Stat Membru benefiċjarju kif kien il-każ fl-aħħar tal-2006, jiġifieri l-Greċja, Spanja, il-Portugall, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja, kif ukoll proġetti li kienu jaqgħu taħt l-ISPA adottati fil-perjodu 2000-2006 fil-Bulgarija u r-Rumanija. Għandu jitfakkar li b'riżultat tat-tkabbir ekonomiku, l-Irlanda ma baqgħetx eliġibbli sa mill-1 ta' Jannar 2004. Minkejja dan, għadhom iridu jingħalqu xi proġetti tal-Fond tal-Koeżjoni. Dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti fl-2009 li kienu ġew adottati fil-perjodu 2000-2006 għal kull Stat Membru huma ppreżentati fl-Anness ma’ dan ir-rapport. 1. L-EżEKUZZJONI FINANZJARJA TAL-PERJODU 2000-2006 FL-2009 U L-GħELUQ TAL-PROġETTI Pagamenti fl-2009 għal proġetti adottati fil-perjodu 2000-2006 Minħabba li l-impenji kollha għall-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni ffinanzjati fil-perjodu tal-programm 2000-2006, kienu esegwiti sal-31 ta' Diċembru 2006, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-Fond ta' Koeżjoni fl-2009 kienu biss jikkonsistu minn approprjazzjonijiet ta' pagamenti. Il-baġit inizjali tal-2009 għall-proġetti tal-Fond tal-Koeżjoni 2000-2006 ammontaw għal EUR 3 892 miljun. Madankollu, il-baġit finali tnaqqas għal EUR 2,777 miljun. It-tnaqqis jista' jiġi ġġustifikat bl-eżekuzzjoni li saret b'mod sinifikament aħjar fl-2008, fejn il-pagamenti qabżu l-baġit vvutat b'madwar 30 %. Sabiex timtela' l-lakuna bejn ir-riżorsi disponibbli u d-domanda għall-pagamenti fl-2008, saru trasferimenti mil-linja tal-baġit marbuta mal-programmi tal-Fond tal-Koeżjoni 2007-2013. Dan sar minħabba li l-perjodu 2007-2013 kellu bidu iktar kajman u għalhekk fl-2008 l-Istati Membri għażlu li jibbilanċjaw id-dewmien billi iffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-proġetti 2000-2006. Fl-2009, il-folja nqalbet u l-approprijazzjonijiet tal-pagamenti pendenti 2000-2006 ġew ittrasferiti għall-programmi tal-Fond tal-Koeżjoni 2007-2013 li ppermettew l-eżekuzzjoni ta' 100 % tal-krediti tal-pagamenti għall-programmi u l-proġetti tal-Fond tal-Koeżjoni ffinanzjati skont iż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni. Ta' min jinnota li l-approprijazzjonijiet disponibbli ta' EUR 2,777 miljun ġew ezegwiti bis-sħiħ sal-aħħar tal-2009, u rriżultaw f'iktar minn EUR 300 miljuni f'pagamenti li saru fl-2009 meta mqabbel mal-eżekuzzjoni tal-2008 (EUR 2,489 miljun). Fir-rigward tal-linji ta' baġit ex-ISPA, l-approprijazzjonijiet disponibbli ġew eżegwiti 100 %. Fl-aħħar tal-2009, ir-rata medja ta' assorbiment (pagamenti vs impenji) tal-pajjiżi kollha benefiċjarji bħalissa kemm għall-Fond ta' Koeżjoni kif ukoll għal proġetti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA kienet ta' 75,8 %. L-assorbiment baxx għall-Bulgarija fl-aħħar tal-2008 (39,8 %) ttejbet b'mod sinifikanti waqt l-2009, u rrizultat f'rata ta' 56,5 %. L-Istati Membri l-oħra ivarjaw bejn 65,8 % (il-Polonja u r-Rumanija) u 92,8 % (l-Irlanda). Tabella 1: Implimentazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni u pagamenti li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA fl-2009 (f'Euro) Qabel kienu ISPA | 400 000 000 | +128 969 059 | 528 969 059 | 528 969 059 | - | Il-Greċja | 3 565 195 978 | 2 715 334 857 | 76,2% | 849 861 122 | 23,8% | Spanja | 12 915 179 288 | 10 519 496 170 | 81,5% | 2 395 683 119 | 18,5% | L-Irlanda | 625 755 407 | 580 710 223 | 92,8% | 45 045 184 | 7,2% | Il-Portugall | 3 497 201 489 | 2 741 059 557 | 78,4% | 756 141 931 | 21,6% | TOTAL UE-4 | 20 603 332 162 | 16 556 600 807 | 80,4% | 4 046 731 356 | 19,6% | Ċipru | 54 014 695 | 40 029 810 | 74,1% | 13 984 885 | 25,9% | Ir-Repubblika Ċeka | 1 226 581 086 | 975 579 344 | 79,5% | 251 001 742 | 20,5% | L-Estonja | 425 431 731 | 330 768 303 | 77,7% | 94 663 429 | 22,3% | L-Ungerija | 1 481 998.333 | 1 028 122 934 | 69,4% | 453 875 399 | 30,6% | Il-Latvja | 713 987 456 | 541 309 058 | 75,8% | 172 553 278 | 24,2% | Il-Litwanja | 825 354 775 | 661 411 795 | 80,1% | 163 942 980 | 19,9% | Malta | 21 966 289 | 17 532 611 | 79,8% | 4 433.678 | 20,2% | Il-Polonja | 5 634 539 614 | 3 708 555 930 | 65,8% | 1 925 983 684 | 34,2% | Is-Slovakkja | 766 117 246 | 586 031 109 | 76,5% | 180 086 137 | 23,5% | Is-Slovenja | 254 197 825 | 202 417 662 | 79,6% | 51 780 164 | 20,4% | TOTAL UE-10 | 11 404 063 930 | 8 091 758 556 | 71,0% | 3 312 305 376 | 29,0% | Il-Bulgarija | 876 947 183 | 495 486 300 | 56,5% | 381 460 884 | 43,5% | Ir-Rumanija | 2 037 250 711 | 1 340 892 809 | 65,8% | 696.357 902 | 34,2% | TOTAL UE 2 | 2 914 197 894 | 1 836 379 109 | 63,0% | 1 077 818 786 | 37,0% | TOTAL | 34 921 593 986 | 26 484 738 472 | 75,8% | 8 436 855 518 | 24,2% | Għeluq ta' proġetti mill-perjodu 2000-2006 Fl-aħħar tal-2009, l-għadd totali tal-proġetti tal-Fondi tal-Koeżjoni għall-perjodu 2000-2006 (inklużi l-proġetti li kienu jaqgħu taħt l-ISPA) laħaq l-299. L-għadd ta' proġetti li baqa' biex jingħalqu niżlu minn 976 sal-aħħar tal-2008 sa 893 sal-aħħar tal-2009. It-Tabella 4 telenka informazzjoni dwar proġetti magħluqin sal-aħħar tal-2009 (għal kull Stat Membru). Tabella 4: L-għadd ta' proġetti FK magħluqin sal-aħħar tal-2009 (inklużi dawk li qabel kienu jaqgħu taħt l-ISPA) Stat Membru | Numru totali ta' proġetti FK | Proġetti magħluqa sa minn tmiem l-2009 | l-għadd ta' proġetti miftuħa fl-aħħar tal-2009 | Għadd ta’ proġetti | Total imħallas bl-Ewro | Ir-Repubblika Ċeka | 58 | 19 | 350 331 885 | 39 | L-Estonja | 37 | 20 | 106 548 425 | 17 | Il-Greċja | 124 | 49 | 1 150 632 586 | 75 | Spanja | 407 | 110 | 2 969 559 629 | 297 | L-Irlanda | 10 | 4 | 357 368 796 | 6 | Ċipru | 2 | 0 | 0 | 2 | Il-Latvja | 46 | 10 | 44 331 604 | 36 | Il-Litwanja | 51 | 13 | 159 495 999 | 38 | L-Ungerija | 47 | 11 | 26 071 037 | 36 | Malta | 3 | 0 | 0 | 3 | Il-Polonja | 130 | 6 | 68 915 348 | 124 | Il-Portugall | 109 | 32 | 810 129 887 | 77 | Is-Slovenja | 28 | 10 | 72 460 238 | 18 | Is-Slovakkja | 39 | 9 | 60 041 606 | 30 | UE 14 | 1 091 | 293 | 6 175 887 040 | 798 | Il-Bulgarija | 38 | 3 | 27 044 270 | 35 | Ir-Rumanija | 63 | 3 | 2 191 214 | 60 | UE 2 | 101 | 6 | 29 235 484 | 95 | Total | 1 192 | 299 | 6 205 122 524 | 893 | 2. L-AMBJENT EKONOMIKU U L-KUNDIZZJONALITÀ L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, li jistipula r-regoli tal-Fond ta' Koeżjoni approvati qabel l-aħħar tal-2006, jagħti kundizzjonijiet għal politika baġitarja għall-ħruġ ta' flus mill-Fond. Dan jipprevedi li "l-ebda proġett ġdid jew, fil-każ ta' proġetti importanti, l-ebda stadju ta' proġett ġdid ma għandu jiġi ffinanzjat mill-Fond fi Stat Membru fil-każ li l-Kunsill, huwa u jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, isib li l-Istat Membru […] ma implimentax [il-programm ta’ stabbiltà jew ta’ konverġenza tiegħu] b’tali mod biex jevita defiċit eċċessiv". Fl-aħħar tal-2009, 11-il Stat Membru eliġibbli għal għajnuna taħt il-Fond ta' Koeżjoni (il-Greċja, Spanja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja u Malta) kienu involuti fil-proċedura tad-defiċit eċċessiv (PDE) li, skont ir-Regolament imsemmi hawn fuq, tista' taħt ċerti ċirkostanzi tkun assoċjata mas-sospensjoni ta' trasferimenti mill-Fond. Fl-2009 ġew evalwati tliet każijiet (il-Greċja, Spanja u l-Ungerija) minn azzjoni effettivi meħuda f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skont l-Artikolu 104(7) TKE. Il-Kunsill iddeċieda li Spanja u l-Ungerija ħadu azzjoni effettiva u ħarġu rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 126(7) TFUE. Huwa biss fil-każ tal-Greċja li l-Kunsill iddeċieda li skont l-Artikolu 126(8) TFUE l-awtoritajiet ma ħadux azzjoni effettiva b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill biex itemmu d-defiċit eċċessiv, izda s-sospensjoni tal-pagamenti mill-Fond tal-Koeżjoni ma kinitx rrakkomandata dak iż-żmien. 3. VERIFIKI U KORREZZJONIJIET FINANZJARJI Fl-2009, is-servizzi tal-verifika fir-rigward tal-perjodu 2000-2006 ffukaw fuq it-tħejjija għall-egħluq permezz ta' missjonijiet ta' reviżjoni tax-xogħol ta' entitajiet nazzjonali ta' likwidazzjoni u fuq l-egħluq prattiku tal-proġetti tal-Fond tal-Koeżjoni tal-perjodu 2000-2006 permezz ta' analiżi tad-dikjarazzjonijiet ta' likwidazzjoni. Xogħol ta' verifika finanzjarja għall-perjodu ta' Programmazzjoni 1994-1999 – UE 4 (il-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall, Spanja). L-inkjesta dwar l-għeluq tal-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu 1994-1999 kopriet l-10 % tal-proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni li jirrappreżentaw 20 % tal-ispiża kofinanzjata matul l-istess perjodu. L-istħarriġ kien finalizzat fl-2003 u n-nuqqasijiet prinċipali misjuba kienu verifiki amministrattivi insuffiċjenti li waslu għal spejjeż mhux eliġibbli u ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-proċeduri ta' segwitu u korrezzjoni finanzjarja li rriżultaw minn inkjesta ta' likwidazzjoni ġew konklużi kollha sal-aħħar tal-2009, minbarra każ wieħed li baqa' (fi Spanja) li jrid jiġi ffinalizzat sar-rebbiegħa tal-2010. Xogħol ta' verifika għall-perjodu ta' Programmazzjoni 2000-2006 – UE 16 (UE 10 + UE 4+EU2). Fl-2009, għall-Istati Membri tal-UE-14, id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjunali wettaq tliet missjonijiet ta' verifika (fi Spanja, fil-Portugall u fil-Greċja) għar-reviżjoni tal-entitajiet tal-likwidazzjoni sabiex jivverifika t-tħejjija tal-Istati Membri għal-likwidazzjoni u jidentifika u jnaqqas ir-riskji relatati. Barra minn hekk, twettqu sitt missjonijiet oħra ta' verifika fil-(Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Ungerija u tnejn fir-Rumanija). Għall-egħluq tal-proġetti tal-Fond tal-Koeżjoni 2000-2006, is-servizzi tal-verifika tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjunali eżaminaw id-dikjarazzjonijiet ta' għeluq imressqa mill-Istati Membri. Xogħol ieħor ta' verifika li sar għall-Fond tal-Koeżjoni inkluda l-eżaminazzjoni tar-rapporti ta' kontroll annwali nazzjonali skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1386/2002 u r-reviżjoni tar-rapporti ta' verifika tas-sistema nazzjonali lill-Kummissjoni. Sal-aħħar tal-2009, il-maġġoranza tar-rapporti ġew analizzati, u r-risposti intbagħtu lill-Istati Membri b'osservazzjonijiet u, fejn meħtieġ, talbu informazzjoni addizzjonali. Ta' kull sena jsiru laqgħat bilaterali bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' verifika nazzjonali li permezz tagħhom isir skambju ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ħidma ta' verifika u jiġi diskuss il-progress dwar il-kampjuni tal-kontrolli u dak li jkun irriżulta mill-verifika. Il-laqgħat li koprew il-ħidma ta' verifika mwettqa fis-sena 2008 saru bejn ir-rebbiegħa u s-sajf tal-2009. Il-laqgħat annwali ta' koordinazzjoni bilaterali li jkopru l-ħidma ta' verifika li saret fl-2009 saru fir-rebbiegħa u s-sajf tal-2010. L-impatt tal-kontrolli Id-deċizjonijiet ta' sospensjoni u l-korrezzjonijiet finanzjarji tal-Fond tal-Koeżjoni fl-2009. Fir-rwol superviżorju tiegħu, id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjunali stabbilixxa politika fl-2008 biex jiżgura adozzjoni iktar rapida tad-deċizjonijiet għas-sospensjonijiet tal-pagamenti u tal-korrezzjonijiet finanzjarji meta jiġu lokalizzati dgħufijiet serji fis-sistemi. L-approċċ iktar rigoruż kompla fl-2009. Fl-2009, iċ-ċifra globali ta' korrezzjonijiet finanzjarji għall-Fond ta' Koeżjoni kien ta' madwar EUR 86 miljun, meta mqabbel ma madwar EUR 92.7 miljun fl-2008 (fir-rigward ta' kemm il-perjodu bejn 1994-1999 kif ukoll ta' dak bejn 2000-2006). Dan itella' l-korrezzjonijiet finanzjarji kumulattivi totali tal-Fond tal-Koeżjoni fil-perjodu 2000-2009 għal EUR 233 miljun għall-perjodu 2000-2006 u għal EUR 273 miljun għall-perjodu 1994-1999. Fl-2009 ma ġew adottati l-ebda deċizjonijiet għal proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni. Fl-aħħar tal-2009, il-proċeduri ta' sospensjoni u korrezzjoni kienu fi progress għal għadd totali ta' madwar 99 proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni (2000-2006) li jkopri madwar EUR 149 miljun Tabella 5: Korrezzjonijiet Finanzjarji tal-Fond ta'Koeżjoni fl-2009 skont il-perjodu u l-pajjiż (f'EUR)[1] Stat Membru | Il-Fond ta’ Koeżjoni | TOTAL | Perjodu | Perjodu | 2000-2006 | 1994-1999 | Il-Bulgarija | 2 413 615 | - | 2 413 615 | Ċipru | - | - | - | Ir-Repubblika Ċeka | 113 008 | - | 113 008 | L-Estonja | - | - | - | Il-Greċja | 2 452 289 | - | 2 452 289 | Spanja | 21 592 738 | 4 771 861 | 26 364 599 | L-Ungerija | 40 497 367 | - | 40 497 367 | L-Irlanda | - | - | - | Il-Latvja | - | - | - | Il-Litwanja | 649 156 | - | 649 156 | Malta | - | - | - | Il-Polonja | - | - | - | Il-Portugall | 205 714 | 4 987 861 | 5 193 575 | Ir-Rumanija | 8 067 402 | - | 8 067 402 | Is-Slovenja | - | - | - | Is-Slovakkja | - | - | - | TOTAL | 75 991 289 | 9 759 722 | 85 751 011 | Is-sistemi ta’ Ġestjoni u ta’ Kontroll Fir-Rapport ta' Attività Annwali tad-Direttorat Ġenerali għall-2009, għat-tħaddim tas-sistemi ta' tmexxija u ta’ kontroll (2000-2006), ingħatat opinjoni mhux kwalifikata għas-sistemi f’sitt Stati Membri (Ċipru, l-Estonja, il-Greċja, Malta u s-Slovenja). Għal disa' Stati Membri, l-opinjoni kienet kwalifikata b'impatt sinifikanti b'riżultat ta' defiċjenzi fil-materjal li jaffettwaw elementi kritiċi tas-sistemi (il-Bulgarija – settur tat-trasport, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u Spanja). Settur wieħed biss tal-FK f'wieħed mill-Istati Membri (Bulgarija - settur ambjentali) tqiegħed taħt riżerva fir-rapport ta' Attività Annwali tad-Direttorat Ġenerali għall-2009 primarjament minħabba ksur ta' regoli ta' prokura pubblika. Fl-2010 għaddej xogħol biex jirretifika l-problemi identifikati flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali. 4. IRREGOLARITAJIET NOTIFIKATI MILL-ISTATI MEMBRI Fl-2009, l-Istati Membri rrappurtaw lill-Kummissjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/94, 109 notifika ta' irregolarità li jinvolvu l-ammont totali affettwat ta' EUR 67,304,951 fir-rigward tal-proġetti kofinanzjati. Minn dan l-ammont, EUR 56 673 503 ġew irkuprati, u l-kumplament għad iridu jiġu rkuprati. Il-pajjizi li rrapportaw il-biċċa l-kbira tal-każijiet huma l-Portugall, Spanja u l-Polonja (27, 20 u 19 rispettivament). Il-Portugall irraporta 39% tal-ammont involut. Ta' min jinnota wkoll li l-Ungerija b'erba' notifiki hija t-tieni mil-lat ta' ammont involut. Barra minn hekk, waqt l-istess perjodu l-Bulgarija kkomunikat lill-Kummissjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1828/2006[2] applikabbli għall-perjodu 2007-2013, 17-il notifika ta' irregolarità li jinvolvu l-ammont totali affettwat ta' madwar EUR 3,6 miljun fir-rigward tal-proġetti kkofinanzjati mill-UE. L-għadd ta' notifiki juru tnaqqis sinifikanti, meta mqabbel mas-sena ta' qabel, madankollu, l-ammont involut jibqa' fl-istess livell. It-tipi ewlenin ta' irregolaritajiet irrapportati huma nefqa ineliġibbli, u l-ksur tar-regoli għall-akkwist pubbliku. Dawn iż-żewġ tipoloġiji jkopru kważi 75 % tal-każijiet kollha rrappurtati. Tabella 6: Irregolaritajiet ikkomunikati mill-Istati Membri fl-2009 (f'EUR) Stat Membru | Għadd ta’ irregolaritajiet | Ammonti finanzjarji | Ammonti li qegħdin jistennew rkupru | Il-Bulgarija | 17 | 3 578 740 | 3 578 740 | Ċipru | 0 | 0 | 0 | Ir-Repubblika Ċeka | 3 | 1 924 920 | 0 | L-Estonja | 0 | 0 | 0 | Il-Greċja | 14 | 4 780 520 | 1 684 211 | Spanja | 20 | 4 351 765 | 3 622 443 | L-Ungerija | 4 | 18 449 851 | 40 387 | L-Irlanda | 0 | 0 | 0 | Il-Latvja | 0 | 0 | 0 | Il-Litwanja | 2 | 4 491 703 | 0 | Malta | 1 | 39. 133 | 39 133 | Il-Polonja | 19 | 2 275 178 | 49 542 | Il-Portugall | 27 | 24 575 760 | 1 332 009 | Ir-Rumanija | 0 | 0 | 0 | Is-Slovenja | 1 | 2 552 398 | 0 | Is-Slovakkja | 1 | 284 983 | 284 983 | TOTAL | 109 | 67 304 951 | 10 631 448 | 5. EVALWAZZJONI Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħmlu stima u evalwazzjoni tal-proġetti kollha kkofinanzjati. Il-proġetti li se jkunu ffinanzjati mill-Fond jkunu adottati mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Istati Membri benefiċjarji. Il-Kummissjoni tesegwixxi evalwazzjoni ex-post tal-Fond ta' Koeżjoni. L-aħħar evalwazzjoni kienet ippublikata fl-2005 u kkunsidrat 200 proġett implimentati matul il-perjodu 1993-2002. Tnediet evalwazzjoni ġdida ex-post fl-2009 u se tikkunsidra proġetti tal-Fond ta' Koeżjoni u proġetti li kienu jaqgħu taħt l-ISPA implimentati matul il-perjodu 2000-2006. Fil-qafas ta' sett ta' tliet "pakketti ta' xogħol" interkonnessi, l-evalwazzjoni għandha tevalwa l-kontribut tal-Fond ta' Koeżjoni u l-ISPA għall-izvilupp tas-sistema tat-Trasport tal-UE, biex jinkiseb l- acquis tal-UE fil-qafas tal-ambjent u l-effett tal-ISPA bħala tħejjija għall-programmi Strutturali u tal-Fond tal-Koeżjoni. Barra minn hekk, l-analizi ex post tal-benefiċċji/spejjeż għandhom jitwettqu għal kampjun ta' proġetti tat-trasport u tal-ambjent li jidentifikaw lezzjonijiet għal perjodi ta' programmar fil-futur. 6. TAGħRIF U PUBBLIċITÀ Kif indikat fir-rapport annwali għall-2007, kwistjonijiet dwar il-Fond ta' Koeżjoni, mill-1 ta' Jannar 2007, se jiġu ttrattati fil-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Fondi (COCOF, skont ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006) Bosta kwistjonijiet ta' interess komuni għall-FEŻR u Fond ta' Koeżjoni ġew ippreżentati jew diskussi waqt il-laqgħat tal-COCOF fl-2009, per eżempju: - Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1828/2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali; - Deċizjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċizjoni dwar il-finanzjament tal-programm għall-uzu tal-assistenza teknika operattiva u non-operattiva bl-inizjattiva ta' jew f'isem il-Kummissjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Rurali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK) għall-2009; - Deċizjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-programm għall-użu tal-assistenza teknika operattiva u non-operattiva bl-inizjattiva ta' jew f'isem il-Kummissjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Rurali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK) għall-2010; Fir-rigward tal-miżuri tal-Kummissjoni dwar l-informazzjoni u l-pubbliċità, il-punt fokali fl-2009 kellu zewġ aspetti. L-ewwel nett, biex jiżgura l-pubblikazzjoni tal-lista ta' benefiċjarji tal-Fondi tal-UE mmaniġjati mill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 7.2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006. It-tieni, id-Direttorat Ġenerali għal Politika tar-Reġjuni, ippubblika dettalji ta' proġetti kbar, inkluzi dawk iffinanzjati mill-Fond tal-Koeżjoni, kemm għall-perjodu 2000-2006 kif ukoll għall-perjodu 2007-2013. Id-dettalji ta' bosta minn dawn il-proġetti huma disponibbli f'dejtabase ta' tfittxija fuq il-websajt INFOREGIO. S'issa, hemm 'il fuq minn 300 proġett elenkat fid-database (li jinkludu proġetti kbar u proġetti oħra ffinanzjati permezz tal-programmi 2007-2013). [1] Inklużi korrezzjonijiet li jkunu saru minn Stati Membri, wara ftehim skont il-proċedura rilevanti jew b'riżultat tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni u deċiżjonijiet formali tal-Kummissjoni. Inklużi korrezzjonijiet implimentati b'riżultat ta' xogħol tal-Kummissjoni iżda mwettqa waqt l-implimentazzjoni jew l-egħluq tal-proġetti. [2] ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 846/2009 (ĠU L 250,23.09.2009).