/* KUMM/2010/0580 finali */ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar garanziji koperti mill-baġit ġenerali Is-sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2009
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 20.10.2010 KUMM(2010) 580 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar garanziji koperti mill-baġit ġeneraliIs-sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2009 SEG(2010) 1218 RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar garanziji koperti mill-baġit ġeneraliIs-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2009 WERREJ 1. Daħla 4 2. Tipi ta' operazzjonijiet koperti mill-baġit tal-UE 4 3. X'ġara minn mindu sar l-aħħar rapport fit-30 ta’ Ġunju 2009 5 3.1. Sostenn ta' bilanċ ta' pagamenti lil Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro 5 3.2. Għajnuna makrofinanzjarja 6 3.3. Euratom 6 3.4. Il-garanzija tal-baġit tal-UE għal finanzjament estern tal-BEI 6 3.5. Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja 6 4. Dejta dwar riskji koperti mill-Baġit 7 4.1. Definizzjoni ta' riskju 7 4.2. Riskju marbut mal-Istati Membri 8 4.3. Riskju marbut ma’ pajjiżi terzi 9 4.4. Riskju globali kopert mill-Baġit 10 4.5. Evoluzzjoni tar-riskju 10 5. Inadempjenzi, attivazzjoni tal-garanziji Baġitarji u arretrati 12 5.1. Pagamenti minn riżorsi ta’ flus kontanti 12 5.2. Pagamenti mill-Baġit 12 5.3. Attivazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni 12 6. Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni 12 6.1. Irkupri 12 6.2. Assi 12 6.3. Ammont ta' mira 13 7. Valutazzjoni tar-riskji: Qagħda ekonomika u finanzjarja ta' pajjiżi terzi li huma l-aktar esposti 13 7.1. Għanijiet 13 7.2. Metodi ta' valutazzjoni tar-riskju 13 1. Daħla L-għanijiet ta' dan ir-rapport huma li jiġi ssorveljat l-esponiment għar-riskju tal-kreditu merfugħ mill-baġit tal-Unjoni Ewropea li jirriżulta mill-garanziji mogħtija u l-operazzjonijiet ta' għoti b'self implimentati direttament mill-Unjoni Ewropea jew indirettament permezz tal-mandati esterni tal-BEI. Dan ir-rapport huwa ppreżentat skont l-Artikolu 130 tar-Regolament Finanzjarju li jistipula li l-Kummissjoni għandha tirrapporta darbtejn fis-sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-garanziji baġitarji u r-riskji relatati magħhom[1]. Dan huwa ffinalizzat permezz ta' Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jinkludi sett ta' tabelli ddettaljati u noti ta' spjegazzjoni ("id-DĦP"). 2. Tipi ta' operazzjonijiet koperti mill-baġit tal-UE Ir-riskji koperti mill-baġit tal-Unjoni Ewropea ("il-Baġit") ġejjin minn firxa ta’ operazzjonijiet ta' għoti b'self u ta’ garanzija li jistgħu jinqasmu f’żewġ kategoriji: - self mogħti mill-Unjoni Ewropea b'għanijiet makroekonomiċi, jiġifieri self ta' għajnuna makrofinanzjarja[2] ("MFA") lil pajjiżi terzi u flimkien mal-istituzzjonijiet ta' Bretton Woods u self ta' bilanċ tal-pagamenti ("BoP") li jagħtu appoġġ lill-Istati Membri li mhumiex parti miż-żona tal-euro li qed jiffaċċjaw diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti[3]; kif ukoll - self b'għanijiet mikroekonomiċi, jiġifieri self tal-Euratom u l-aktar importanti finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment ("BEI") ta' operazzjonijiet li huma koperti mill-garanziji tal-UE[4] fi Stati mhux Membri ("finanzjament estern tal-BEI")[5]. Mill-1994 il-finanzjament estern tal-BEI, is-self tal-Euratom u s-self tal-MFA kienu koperti mill-Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni ("il-Fond")[6] filwaqt li s-self BoP hu kopert direttament mill-baġit. Il-Fond ikopri inadempjenzi fuq self u garanziji ta' self mogħtija lil Stati mhux Membri jew għal proġetti fl-Istati mhux Membri. Ġie stabbilit: - biex jipprovdi 'riserva ta' likwidità' sabiex jevita li jirrikorri għall-Baġit kull darba li jkun hemm inadempjenzi jew pagament tard fuq self garantit; kif ukoll - biex joħloq strument ta' dixxiplina baġitarja billi jistabbilixxi qafas finanzjarju għall-iżvilupp tal-politika tal-UE dwar garanziji għall-Kummissjoni u s-self mill-BEI lil pajjiżi mhux membri[7]. Wara emenda[8] tar-Regolament tal-Fond ta' Garanzija fl-2004, il-kopertura tal-Fond tiġi rtirata jekk pajjiżi terzi jsiru Stati Membri u r-riskju jiġi trasferit mill-Fond biex jintrefa' direttament mill-Baġit. Il-Fond hu allokat mill-baġit u jrid jinżamm b'ċertu perċentwali tal-ammont pendenti tas-self jew garanziji ta' self koperti mill-Fond. Dan il-perċentwali, magħruf bħala r-rata tal-mira, bħalissa huwa 9 %. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed riżorsi fil-Fond, isir rikors għall-Baġit. Fl-2007, emenda[9] tar-Regolament tal-Kunsill stabbiliet mekkaniżmu ġdid ta' provvediment. Dan jiffunzjona permezz ta' trasferimenti annwali mill-Baġit u jinvolvi mekkaniżmu mingħajr xkiel biex jiġi llimitat l-impatt ta' sejħiet għall-Fond (ara wkoll it-Taqsima 5.3 hawn taħt). Fil-kuntest ta' reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-mandat estern tal-BEI[10], matul it-tieni semestru tal-2009 saret valutazzjoni esterna sabiex jiġi evalwat it-tħaddim tal-Fond u l-parametri tiegħu, inkluża r-rata ta' mira. Ir-rapport ta' vulatazzjoni[11] kkonferma li l-mekkaniżmu ġdid ta' provvediment issodisfa l-għanijiet tiegħu u l-adegwatezza tal-livelli attwali tal-parametri ewlenin tal-Fond, notevolment ir-rata tal-mira. 3. X'ġara minn mindu sar l-aħħar rapport fit-30 ta’ Ġunju 2009 3.1. Sostenn ta' bilanċ ta' pagamenti lil Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro Matul it-tieni semestru tal-2009, l-appoġġ finanzjarju tal-BoP reġa' kien attiv f'termini ta' ħlasijiet. F'Lulju seħħu tliet operazzjonijiet addizzjonali għal ammont totali ta' EUR 4,2 biljun. It-tielet porzjon ta' EUR 1,5 biljun mogħti lill-Ungerija tħallas fis-6 ta' Lulju 2009. B'żieda ma' dan, l-ewwel porzjon ta' EUR 1,5 biljun mogħti lir-Rumanija u t-tieni porzjon ta' EUR 1,2 biljun mogħti lil-Latvja tħallsu fis-27 ta' Lulju 2009. Dan is-self kollu ġie ffinanzjat "b'mod konsekuttiv" permezz tal-ħruġ ta' bonds ta' referenza tal-UE. Fl-2009, ammont totali ta' EUR 7,2 biljun tħallas taħt il-programm finanzjarju BoP li ppermetta lill-UE li ssaħħaħ l-fiduċja fis-sitwazzjoni finanzjarja tat-tliet Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro (l-Ungerija, il-Latvja u r-Rumanija) li kienu affettwati mill-kriżi finanzjarja. Fuq medja 63 % tal-operazzjonijiet ta' self li ġew deċiżi[12] diġa' ġew implimentati. Il-bilanċ li jifdal huwa mistenni li jitħallas kemm fl-2010[13] u fl-2011. 3.2. Għajnuna makrofinanzjarja Matul it-tieni semestru, fit-30 ta' Novembru 2009 il-Kunsill iddeċieda dwar operazzjonijiet MFA ġodda għall-Armenja[14], il-Bożnja u Ħerzegovina[15], u s-Serbja[16] f'għamla ta' self flimkien ma' għotja ta' għajnuna finanzjarja lill-Armenja. Parti mis-self u l-porzjonijiet tal-għotja x'aktarx li jitħallsu matul it-tieni semestru tal-2010. 3.3. Euratom It-tielet porzjon tal-USD 10,335 miljuni għal self mill-Euratom fl-Ukraina[17] tħallas fil-15 ta' Ottubru 2009. Is-self kien ġie rifinanzjat "b'mod konsekuttiv" permezz ta' operazzjoni privata ta' tqegħid ta' self. 3.4. Il-garanzija tal-baġit tal-UE għal finanzjament estern tal-BEI Taħt il-mandat estern 2007-2013 l-attività kienet b'saħħitha matul it-tieni semestru tal-2009 fir-rigward ta' kemm il-volum tal-firem u l-ammont ta' self imħallas. Bejn it-30 ta' Ġunju 2009 u l-31 ta' Diċembru 2009, ġew iffirmati EUR 3 317-il miljun (+39 %). Setgħet tiġi osservata wkoll aċċelerazzjoni fir-ritmu tal-ħlasijiet tas-self bl-ammont ta' EUR 1 855 miljun li tħallas matul l-istess perjodu. Fl-aħħar tal-2009, l-ammont totali ta' self imħallas taħt il-mandat attwali huwa ta' EUR 3 044 miljun. 3.5. Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja B'segwitu tal-kriżi fil-Greċja, f'Mejju 2010 il-Kunsill u l-Istati Membri ddeċidew fuq pakkett ta' miżuri biex jippreservaw l-istabilità finanzjarja fl-Ewropa, inkluż l-adozzjoni ta' Mekkaniżmu Ewropej ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM)[18]. Dan il-mekkaniżmu huwa bbażat fuq l-Artikolu 122 (2) tat-Trattat[19]. L-attivazzjoni tiegħu huwa soġġett għal kundizzjonalità b'saħħitha, fil-kuntest ta' appoġġ konġunt tal-UE/IMF, u se jkun ibbażat fuq termini u kundizzjonijiet simili għal dawk tal-IMF (ir-riskju ta' operazzjonijiet taħt l-EFSM se jkunu kopert mill-baġit tal-UE). Il-miżuri l-oħra huma pprovduti direttament mill-Istati Membri li jipparteċipaw u ma jimplikaw l-ebda riskju għall-baġit tal-UE: - l-appoġġ finanzjarju għall-Greċja jikkonsisti fil-ġbir ta' self bilaterali pprovduti mill-Istati Membri fiż-żona tal-euro għal ammont totali ta' EUR 80 biljun. Kienu pprovduti EUR 30 biljun mill-IMF fil-kuntest ta' appoġġ konġunt tal-UE/IMF li jammonta għal total ta' EUR 110 biljuni. - il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) ġiet stabbilita b'kapaċità ta' EUR 440 biljun. Hija garantita fuq bażi prorata mill-Istati Membri li jipparteċipaw. 4. Dejta dwar riskji koperti mill-Baġit 4.1. Definizzjoni ta' riskju Ir-riskju merfugħ mill-Baġit ġej mill-ammont ta’ kapital u ta’ imgħax pendenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-operazzjonijiet garantiti. L-operazzjonijiet ta' inadempjenza se jkunu koperti mill-Fond meta jkunu marbuta ma’ pajjiżi terzi (55 % tal-ammont totali garantit pendenti mill-31 ta' Diċembru 2009) u direttament mill-Baġit meta jkunu involuti l-Istati Membri (self tal-BoP u self lil jew għal benefiċċju tal-proġetti fl-Istati Membri jammonta għall-45 % li jifdal mill-ammont totali garantit li għad irid jitħallas). Il-proporzjon l-kbira ta' self garantit marbut mal-Istati Membri huwa r-riżultat tal-aħħar rawnds ta' tkabbir[20] u l-attivazzjoni tal-faċilità ta' għajnuna finanzjarja tal-UE fuq medda medja ta' żmien għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro (il-faċilità tal-BoP). Għall-fini ta’ dan ir-rapport, jintużaw żewġ metodi għall-valutazzjoni tar-riskji merfugħa mill-Baġit (direttament jew indirettament permezz tal-Fond): - Il-metodu li bih jinħadem l-ammont totali tal-kapital pendenti għall-operazzjonijiet ikkonċernati, f’data speċifika, inkluż l-imgħax dovut. Din il-metodoloġija tippermetti d-determinazzjoni tal-ammont totali ta' riskju sostnut mill-Baġit, f'data speċifika, għall-obbligi kollha ta' pagament li jista' jkun hemm fil-futur indipendenti minn meta dawn il-pagamenti huma dovuti fil-futur u jekk humiex koperti mill-Fond jew le (ara tabella 1 hawn taħt). - L-approċċ baġitarju ddefinit bħala “ir-riskju annwali sostnut mill-Baġit” huwa bbażat fuq il-kalkolu tal-ammont massimu dovut li l-UE jkollha tħallas f’sena finanzjarja jekk wieħed jassumi li l-ħlas kollu tas-self garantit ikun inadempjenza [21]. Ir-riskju annwali merfugħ mill-baġit huwa elenkat ukoll fit-Tabella A2 tad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal. Tabella 1: L-ammonti kollha pendenti koperti mill-31 ta' Diċembru 2009 f’EUR miljuni | Il-Kapital Pendenti | L-Imgħax Dovut | Total | % | L-Istati Membri* | MFA | 90 | 0 | 90 | <1 % | Euratom | 427 | 3 | 430 | 2 % | BoP | 9 200 | 104 | 9 304 | 31 % | BEI | 3 533 | 36 | 3 570 | 12 % | Sottototal tal-Istati Membri | 13 250 | 143 | 13 393 | 45 % | Il-Pajjiżi Terzi** | MFA | 495 | 2 | 497 | 2 % | Euratom | 54 | 0 | 54 | <1 % | BEI | 15 691 | 119 | 15 810 | 53 % | Subtotal tal-pajjiżi terzi | 16 239 | 122 | 16 361 | 55 % | Total | 29 489 | 265 | 29 754 | 100 % | * Dan ir-riskju hu kopert direttament mill-Baġit. Dan jinkludu wkoll is-self tal-MFA, tal-Euratom u tal-BEI mogħtija qabel l-adeżjoni mal-UE. ** Dan ir-riskju hu kopert mill-Fond. | It-Tabelli A1, A2, A3 u A4 tad-DĦP jagħtu tagħrif iktar iddettaljat dwar dawn l-ammonti pendenti, b’mod partikolari f’termini tal-limitu massimu, tal-ammonti mħallsa jew tar-rati ta’ garanzija. L-ammont totali pendenti ta' kapital u ta' mgħax kopert mill-baġit żdied b'EUR 6 077 miljun għal EUR 29 754 miljun meta mqabbel ma' kif kienet is-sitwazzjoni fit-30 ta' Ġunju 2009. Din iż-żieda tista' tiġi spjegata l-aktar bl-ammont ta' EUR 4,2 biljun imħallas taħt il-faċilità tal-BoP u wkoll biż-żieda fir-ritmu tal-ħlasijiet tal-BEI (EUR 1,8 biljun matul it-tieni semestru 2009). 4.2. Riskju marbut mal-Istati Membri Ir-riskji attwali fuq l-Istati Membri jirriżultaw minn self mogħti qabel l-adeżjoni u l-attivazzjoni tal-faċilità tal-BoP. Fil-bidu tal-2010, il-Baġit se jieħu riskju massimu ta' EUR 890,1 miljun marbut ma' Stati Membri (li jirrappreżenta l-ammonti dovuti fl-2010 u li jassumi li self b'inadempjenza ma jkunx aċċellerat). It-Tabella 2 turi li r-Rumanija u l-Ungerija huma kklassifikati fl-ewwel u fit-tieni post fost l-Istati Membri fir-rigward tal-ammont pendenti tagħhom. Tabella 2: Il-klassifika tal-Istati Membri skont l-esponiment fir-rigward tar-riskju massimu merfugħ mill-baġit fil-bidu tal-2010 (f'EUR miljuni) | Il-klassifika | Il-pajjiż | Riskju massimu (M EUR, imqarreb) | Il-% tar-riskju massimu totali | 1 | Ir-Rumanija | 279,6 | 31,4 % | 2 | L-Ungerija | 196,3 | 22,1 % | 3 | Il-Bulgarija | 88,0 | 9,9 % | 4 | Ir-Repubblika Ċeka | 82,0 | 9,2 % | 5 | Il-Polonja | 80,5 | 9,0 % | 6 | Ir-Repubblika Slovakka | 65,6 | 7,4 % | 7 | Il-Latvja | 60,2 | 6,8 % | 8 | Is-Slovenja | 20,8 | 2,3 % | 9 | Ċipru | 9,7 | 1,1 % | 10 | Il-Litwanja | 5,7 | 0,6 % | 11 | L-Estonja | 1,0 | 0,1 % | 12 | Malta | 0,7 | 0,1 % | Total | 890,1 | 100,0 % | Ir-riskju fuq l-Istati Membri jikkonċerna s-self mogħti mill-BEI, l-MFA u l-Euratom qabel l-adeżjoni mal-UE u s-self mogħti taħt il-faċilità tal-BoP. 4.3. Riskju marbut ma’ pajjiżi terzi Fil-bidu tal-2010, il-Baġit se jieħu riskju massimu ta' EUR 1 234 miljun marbut ma' pajjiżi terzi (li jirrappreżenta l-ammonti dovuti fl-2010 u li jassumi li self b'inadempjenzi ma jkunx aċċellerat). L-għaxar pajjiżi li ġew ikklassifikati l-ewwel skont it-total pendenti tagħhom huma elenkati hawn taħt. Huma jammontaw għal 64 % tar-riskju merfugħ mill-Fond. Il-qagħda ekonomika ta’ dawn il-pajjiżi hija analizzata u diskussa fid-DĦP. Tabella 3: Il-klassifika tal-aktar 10 pajjiżi terzi importanti skont l-esponiment fir-rigward tar-riskju massimu merfugħ mill-Fond fil-bidu tal-2010 (f'EUR miljuni) | Il-klassifika | Il-pajjiż | Riskju massimu (M EUR, imqarreb) | Il-% tar-riskju massimu totali | 1 | It-Turkija | 343,9 | 21,8 % | 2 | L-Eġittu | 202,8 | 12,9 % | 3 | il-Marokk | 152,2 | 9,7 % | 4 | It-Tuneżija | 149,1 | 9,5 % | 5 | L-Afrika t’Isfel | 89,3 | 5,7 % | 6 | Il-Libanu | 70,6 | 4,5 % | 7 | Il-Brażil | 63,1 | 4,0 % | 8 | Is-Serbja | 61,5 | 3,9 % | 9 | Is-Sirja | 56,9 | 3,6 % | 10 | Il-Ġordan | 44,2 | 2,8 % | It-total tal-10 | 1 233,6 | 78,3 % | Il-Fond ikopri s-self garantit ta’ 44 pajjiż bid-data tal-maturità li testendi sal-2039. Id-dettalji skont il-pajjiż huma pprovduti fit-Tabella A2 tad-DĦP. 4.4. Riskju globali kopert mill-Baġit B’kollox, fl-2010 il-Baġit se jkopri ammont ta’ EUR 2 465 miljun li jirrappreżenta l-ammonti dovuti matul dan il-perjodu, li minnhom 36 % huma dovuti mill-Istati Membri (ara t-Tabella A2 fid-DĦP). 4.5. Evoluzzjoni tar-riskju - Faċilità tal-bilanċ tal-pagamenti Matul it-tieni semestru tal-2009, l-ekonomija globali bdiet tistabbilizza wara perjodu ta' tnaqqis sinifikanti. Il-kundizzjonijiet finanzjarji fis-swieq finanzjarji komplew jitjiebu. Madankollu, l-intensità tal-kriżi internazzjonali kompliet ikollha impatt fuq l-Istati Membri kollha u b'mod partikolari l-Istati Membri li għadhom m'adattawx l-euro. L-attivazzjoni tal-faċilità tal-għajnuna finanzjarja mill-UE fuq medda ta' żmien medja (faċilità (BoP) f'Diċembru 2008 għinet xi wħud minn dawn il-pajjiżi biex isaħħu l-fiduċja tal-investitur. Il-limitu ġenerali tal-faċilità ġie estiż f'Diċembru 2008[22] u f'Mejju 2009[23] għal EUR 50 biljun sabiex l-UE tkun tista' tkompli tirreaġixxi malajr għal aktar domanda potenzjali għall-għajnuna mill-BoP. - Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) - Għajnuna finanzjarja taħt l-EFSM tista' tkun f'għamla ta' self jew ta' linja ta' kreditu garantita mill-baġit tal-UE. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ecofin jirrestrinġu l-limitu ġenerali tal-mekkaniżmu għal EUR 60 biljun[24], imma l-limitu legali huwa pprovdut fl-Artikolu 2.2 tar-Regolament tal-Kunsill, li jillimita l-ammont pendenti għall-marġini disponibbli taħt il-limitu tar-riżorsi tiegħu stess[25]. Il-mekkaniżmu għadu ma ġiex attivat. - Self ta' għajnuna makrofinanzjarja Is-self tal-MFA lil pajjiżi terzi huwa suġġett għad-deċiżjonijiet individwali tal-Kunsill[26] u mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dan jiddependi wkoll mill-Kunsill u mill-Parlament. - Self mill-Euratom Is-self mill-Euratom lill-Istati Membri jew f’ċerti pajjiżi eliġibbli li mhumiex membri (il-Federazzjoni Russa, l-Armenja, l-Ukraina) għandu limitu massimu ta’ EUR 4 biljuni li minnu diġà ntużaw madwar 85 %. Il-marġni li jifdal huwa ta’ madwar EUR 600 miljun. Il-ħlas tat-tielet (u l-aħħar) porzjon skont il-ftehim dwar is-self għall-proġett K2R4 (USD 10,3 miljuni) fl-Ukraina seħħ fit-12 ta' Ottubru 2009. - Self mill-BEI Il-mandat ġenerali preċedenti tal-BEI li jkopri l-perjodu 2000-2007 skada fil-31 ta' Lulju 2007. F'din id-data, kienu ġew iffirmati kuntratti li jikkorrispondu għal total ta’ 98 % tal-limitu massimu ġenerali skont dan il-mandat (EUR 20 060 miljun – ara t-Tabella A5 tad-DĦP). Fil-31 Diċembru 2009, l-ammont totali ta’ EUR 3 988 miljun kien għad irid jitħallas taħt dan il-mandat iżda xorta jista' jitħallas skont il-garanzija tal-UE fi żmien 10 snin minn tmiem dan il-mandat, f'liema żmien il-garanzija tal-UE għal kwalunkwe ammonti mhux imħallsa tiskadi. Wara l-proposta tal-Kummissjoni li jiġi emendat il-bażi legali tal-mandat estern tal-BEI għall-bqija tal-Perspettiva Finanzjarja attwali 2007-2013[27], il-Parlament u l-Kunsill għandhom jadottaw id-deċiżjoni rilevanti qabel il-31 ta' Ottubru 2011. Il-garanzija tal-UE hija ristretta għal 65 % tal-ammont aggregat ta' krediti mħallsa u tal-garanziji provvduti skont l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI, hemm ammonti inqas rimborżati flimkien ma' żieda mas-somom relatati kollha, b’limitu massimu ta’ EUR 27 800 miljun[28]. Kien ġie ffirmat ammont totali ta' EUR 11 928 miljun fil-31 ta' Diċembru 2009 taħt dan il-mandat, li minnu EUR 8 884 miljun baqgħu ma tħallsux sa dik id-data (ara t-Tabella A6 tad-DĦP). 5. Inadempjenzi, attivazzjoni tal-garanziji Baġitarji u arretrati 5.1. Pagamenti minn riżorsi ta’ flus kontanti Il-Kummissjoni tagħmel użu mir-riżorsi ta’ flus kontanti tagħha biex tevita d-dewmien u l-ispejjeż li jirriżultaw hija u twettaq l-operazzjonijiet tagħha ta’ teħid b'self meta debitur ikun tard fil-pagamenti tiegħu lill-UE[29]. 5.2. Pagamenti mill-Baġit Ma ntalbet l-ebda approprjazzjoni skont l-Artikolu tal-Baġit 01 04 01 (p.m. linja), “Garanziji tal-Komunità Ewropea għall-operazzjonijiet ta’ għoti b'self", peress li fit-tieni nofs tal-2009 ma kienet irreġistrata l-ebda inadempjenza. 5.3. Attivazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni Fil-każ ta’ pagament tard mill-benefiċjarju ta’ self lil pajjiżi terzi mogħti jew garantit mill-UE, il-Fond jiġi mitlub ikopri inadempjenza fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jkun dovut il-pagament[30]. Matul it-tieni nofs tal-2009, il-Fond ma ntalabx jgħin. 6. Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni 6.1. Irkupri Mill-31 ta' Diċembru 2009, il-Fond ma kellu ebda arretrati x'jirkupra. 6.2. Assi Fil-31 ta’ Diċembru 2009, l-assi netti[31] tal-Fond ammontaw għal EUR 1 333 590 221. 6.3. Ammont ta' mira Il-Fond irid jilħaq livell xieraq (ammont immirat) stipulat għal 9 % tal-obbligazzjonijiet kapitali pendenti totali li ġejjin minn kull operazzjoni, flimkien mal-imgħax akkumulat. Il-proporzjon bejn ir-riżorsi tal-Fond (EUR 1 333 590 221) u l-obbligazzjonijiet kapitali pendenti[32] (EUR 16,360,727,665) fit-tifsira tar-Regolament tal-Fond naqas bi ftit minn 8,39 % fit-30 ta' Ġunju 2009 għal 8,15 % fil-31 ta' Diċembru 2009. Fi tmiem is-sena 2009, ir-riżorsi tal-Fond kienu inqas mill-ammont immirat. Skont ir-regoli ta' provvedimanet tar-Regolament tal-Fond ta' Garanzija, provvediment ta' EUR 138 880 000 iddaħħal fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit tal-2011. Dan l-ammont se jiġi trasferit mill-Baġit għall-Fond fil-bidu ta' Jannar 2011. 7. VALUTAZZJONI TAR-RISKJI: QAGħDA EKONOMIKA U FINANZJARJA TA' PAJJIżI TERZI LI HUMA L-AKTAR ESPOSTI 7.1. Għanijiet It-taqsimiet preċedenti ta' dan ir-rapport jipprovdu informazzjoni dwar aspetti kwantitattivi tar-riskju merfugħ mill-Baġit, relatati ma' pajjiżi terzi. Minkejja dan, għandha tiġi eżaminata wkoll il-kwalità tar-riskji, li tiddependi mit-tip ta' operazzjoni u mill-qagħda ta' min qed jissellef (ara t-Taqsima 4.3 hawn fuq). 7.2. Metodi ta' valutazzjoni tar-riskju Il-valutazzjoni tar-riskju ppreżentata fir-rapport tad-DĦP hija bbażata fuq l-informazzjoni dwar il-qagħda ekonomika u finanzjarja, il-klassifika u fatti oħra magħrufa tal-pajjiżi li rċevew self garantit. Din il-valutazzjoni ma tinkludix stimi ta' telf mistenni u rkupri li bilfors ikunu ta' inċertezza kbira. L-indikaturi tar-riskju tal-pajjiżi inklużi fit-tabelli fid-DĦP juru l-evoluzzjoni tar-riskju ta' inadempjenzi. Din l-analiżi hija pprovduta fit-Taqsima 2 tad-DĦP għall-pajjiżi li għandhom l-ogħla riskju ta' kreditu u esponiment għall-Baġit fl-2009 u l-pajjiżi li huma direttament esposti għal Baġit (self mill-MFA u Euratom). [1] COM(2010) 188 u SEC(2010) 479 jiffurmaw ir-rapport preċedenti dwar il-garanziji koperti mill-Baġit fit-30 ta’ Ġunju 2009. [2] L-għajnuna makrofinanzjarja tista’ anki tieħu l-forma ta’ għotjiet lil pajjiżi terzi. Għal aktar tagħrif dwar l-MFA, ara r-rapport tal-Kummissjoni COM(2009)514 u SEC(2009)1279. [3] Mekkaniżmu simili li jkopri l-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro ġie stabbilit fil-11 ta' Mejju 2010, il-mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (EFSM għadu mhux attivat), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1). [4] Stabbilita reċentement għall-perjodu tal-1 ta' Frar 2007-31 ta' Ottubru 2011 bid-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 (ĠU L 190, 22.7.2009, p. 1) (id-"Deċiżjoni Esterna tal-Mandat"), li tibdel id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE tad-19 ta' Diċembru 2006. [5] Iċ-ċifri li għandhom x'jaqsmu mal-mandati tal-BEI jidhru fit-Tabella A1 u r-referenzi għall-bażijiet legali huma elenkati fit-Tabella A4 tad-DĦP. [6] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni, (verżjoni kodifikata), ir-"Regolament tal-Fond ta' Garanzija" (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10). [7] Għalkemm riskji esterni huma koperti bil-garanzija tal-baġit tal-UE, il-Fond ta' Garanzija jaġixxi bħala instrument li jipproteġi l-baġit tal-UE mir-riskji ta' nuqqas ta' ħlas. Għal rapport komprensiv dwar il-funzjonament tal-Fond, ara COM(2006)695 u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjah (SEC(2006) 1460). [8] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2273/2004 (ĠU L 396, tas-31.12.2004, p. 28). [9] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 89/2007 tat-30 ta' Jannar 2007, (ĠU L 22, 31.1.2007, p. 1). [10] Ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-reviżjoni f'nofs il-perjodu tal-mandat estern tal-BEI {SEC(2010)173} u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjah (SEC(2010)442). [11] http://ec.europa.eu/economy_finance/evaluation/completed/index_en.htm#external [12] Ara t-tabella A3a fid-DĦP. [13] Matul l-ewwel semestru, tħallas ammont total ta' Eur 1,5 biljun li minnhom EUR 500 miljun ingħata lil-Latvja u EUR 1 biljun lir-Rumanija. [14] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/890/KE tat-30.11.2009 (ĠU L 320, 5.12.2009, p. 3-5). [15] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/891/KE tat-30.11.2009 (ĠU L 320, 5.12.2009, p. 6-8). [16] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/892/KE tat-30.11.2009 (ĠU L 320, 5.12.2009, p. 9-11). [17] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/179/KE tal-21.3.1994 (ĠU L 84, 29.3.1994, p. 41-43). [18] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1). [19] L-Artikolu 122(2) tat-Trattat jipprevedi appoġġ finanzjarju għall-Istati Membri li jinsabu f'diffikultajiet ikkawżati minn ċirkustanzi eċċezzjonali li jmorru lil hinn mill-kontroll tal-Istati Membri. [20] Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 1, tar-Regolament tal-Fond ta' Garanzija, ladarba pajjiż isir Stat Membru, ir-riskju fuq is-self jiġi trasferit mill-Fond għall-Baġit. [21] Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, wieħed jassumi li s-self li ma tħallasx ma ġiex aċċellerat, jiġifieri wieħed iqis biss il-pagamenti dovuti (ara wkoll it-Taqsima 1 tad-DĦP). [22] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1360/2008 tat-2 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagamenti tal-Istati Membri (ĠU L 352, 31.12.2008, p. 11-11). [23] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 431/2009 tat-18 ta' Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagamenti tal-Istati Membri (ĠU L 128, 27.5.2009, p. 1-2). [24] Cf. Stqarrija għall-istampa dwar il-laqgħa estraordinarja tal-Kunsill Ecofin 9/10 ta' Mejju 2010 (http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ec/114324.pdf). [25] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1). [26] Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-proċedura ta' kodeċiżjoni se tkun il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. [27] COM(2010)174 tal-21 ta' April 2010. [28] Maqsum f'limitu bażiku ta' ammont massimu fiss ta' EUR 25 800 miljun u f'mandat mhux obbligatorju ta' EUR 2 000 miljun. L-attivazzjoni tal-mandat mhux obbligatorju tista' tiġi deċiża mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu. [29] Ara l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1-12). [30] Għal aktar dettalji, ara t-Taqsima 1.4.3 tad-DĦP. [31] Assi totali tal-Fond minbarra flejjes dovuti (tariffi tal-BEI u drittijiet ta' verifika). [32] Inklużi l-imgħaxijiet dovuti.