52010DC0533

/* KUMM/2010/0533 finali */ ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 8 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2010 DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 24.9.2010

KUMM(2010) 533 finali

ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 8 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2010

DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMATaqsima III – Il-Kummissjoni

(imressqa mill-Kummissjoni)

ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 8GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2010

DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMATaqsima III – Il-Kummissjoni

Wara li kkunsidrat:

- it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu,

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikulari l-Artikolu 37 tiegħu,

- il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 adottat fis-17 ta' Diċembru 2009[2],

- il-baġit emendatorju 1/2010 adottat fid-19 ta' Mejju 2010[3],

- il-baġit emendatorju 2/2010 adottat fis-16 ta' Ġunju 2010[4],

- il-baġit emendatorju 3/2010 adottat fis-7 ta' Settembru,

- abbozzi tal-baġits emendatorji Nru 2/2010[5], 3/2010[6], 5/2010[7],6/2010[8] u 7/2010[9].

Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 8 għall-baġit tal-2010.

BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA TAQSIMA B'TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima huma disponibbli fuq EUR-Lex ( http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-en.htm ). Verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f'dawn id-dikjarazzjonijiet skont it-taqsima hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness tal-baġit.

Werrej

1. Introduzzjoni 3

2. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE 3

2.1. L-Irlanda: Għargħar 3

3. Finanzjament 5

4. Tabella sommarja b'intestatura tal-qafas finanzjarju 7

1. INTRODUZZJONI

L-Abbozz tal-Baġit Emendatorju (ABE) Nru 8 għas-sena 2010 jkopri l-elementi li ġejjin:

- Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE għal ammont ta’ EUR 13,0 miljuni fl-approprjazzjonijiet għall-impenji marbuta mal-effetti tal-għargħar serju li laqtu l-Irlanda.

- Tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijiet għall-impenji ta' EUR 13,0 miljuni mil-linja 04 02 01 — Tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) — Objettiv 1 (2000 sal-2006).

2. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

2.1. L-Irlanda: Għargħar

F'Novembru tal-2009, il-parti l-kbira tal-Irlanda intlaqtet minn xita qawwija li wasslet għal għargħar qalil. L-għargħar ikkawża ħsarat serji fis-settur tal-agrikoltura, fi proprjetajiet residenzjali u tan-negozju, fin-netwerk tat-toroq u infrastruttura oħra.

Sussegwentement, l-Irlanda ressqet applikazzjoni għal għajnuna finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu investigazzjoni eżawrijenti tal-applikazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002[10] u b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3 u 4 tiegħu. Fil-qosor, l-aktar elementi importanti tal-valutazzjoni huma dawn:

1. L-applikazzjoni waslet għand il-Kummissjoni fis-27 ta’ Jannar 2010, li kien fil-limitu preskritt ta’ 10 ġimgħat wara li kienu rreġistrati l-ewwel ħsarat fid-19 ta’ Novembru 2009. Fil-15 ta' Ġunju 2010, wara talba mill-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu, l-awtoritajiet Irlandiżi ppreżentaw informazzjoni ulterjuri li tikkonferma fost l-oħrajn l-ammont stmat għal-ħsara diretta totali u ppreżentaw evalwazzjoni aktar irfinuta tal-ħsarat.

2. Id-diżastru huwa ta' oriġini naturali u għalhekk jaqa' taħt il-qasam tal-applikazzjoni tal-Fond ta' solidarjetà.

3. L-awtoritajiet Irlandiżi stmaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru hi ta' EUR 520,9 miljun. Dan l-ammont jirrappreżenta madwar 55.68 % tal-limitu normali għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà applikabbli għall-Irlanda fl-2010 ta' EUR 935,45 miljuni (jiġifieri 0.6% tad-DGN ibbażat fuq id-dejta tal-2008).

4. Peress li l-ħsara totali tibqa' taħt il-limitu normali l-applikazzjoni kienet eżaminata fuq il-bażi tal-kriterju tal-hekk imsejjaħ “diżastru reġjonali straordinarju” stabbilit fl-Artikolu 2(2), is-subparagrafu finali tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 li jistipula l-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà “taħt ċirkostanzi eċċezzjonali”. Taħt dan il-kriterju, reġjun jista’ eċċezzjonalment jibbenefika wkoll minn għajnuna mill-Fond fejn dan ikun affettwat minn diżastru straordinarju, prinċipalment wieħed naturali, li jaffettwa l-parti l-kbira tal-popolazzjoni tiegħu, u li jħalli riperkussjonijiet serji u li jdumu fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien u fuq l-istabbiltà ekonomika tar-reġjun. Ir-Regolament jitlob konċentrazzjoni speċjali fuq ir-reġjuni remoti u iżolati, bħal reġjuni insulari u l-aktar imbiegħda kif definiti fl-Artikolu 349 tat-Trattat. Ir-Regolament isejjaħ "rigorożità mill-akbar" fl-evalwazzjoni ta' applikazzjonijiet ippreżentati taħt il-kriterju ta' "diżastru straordinarju reġjonali".

5. L-Irlanda hi parti mit-tielet l-akbar gżira fl-Ewropa li qiegħda fil-fruntiera tal-Majjistral tal-Ewropa kontinentali. Filwaqt li l-Irlanda mhix reġjun l-aktar imbiegħed kif iddefinit fit-Trattat l-insularità u d-distanza tagħha mill-art prinċipali Ewropea għandhom impatt ċar fuq is-sitwazzjoni ekonomika tagħha u jagħmluha aktar vulnerabbli. Dawn il-fatturi ma jistgħux jiġu skartati fl-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Irlanda għall-għajnuna mill-Fond ta' Solidarjetà.

6. Kif stipulat fir-Rapport Annwali dwar il-Fond ta’ Solidarjetà (2002-2003[11]) il-Kummissjoni tikkunsidra li sabiex il-kriterji speċifiċi għad-diżastri reġjonali jkollhom tifsira fil-kuntest nazzjonali, għandha ssir distinzjoni bejn avvenimenti serji reġjonali u dawk li jkunu biss lokali. Bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, dawk tal-aħħar jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali, filwaqt li dawk tal-ewwel jistgħu jiġu kkunsidrati għall-għajnuna taħt il-Fond ta' Solidarjetà. Id-diżastru tal-għargħar effettwa serjament il-parti l-kbira tat-territorju tal-Irlanda. L-awtoritajiet Irlandiżi jgħidu li d-diżastru kompla għarraq b'mod drammatiku s-sitwazzjoni fejn l-Irlanda kienet qiegħda diġà ssofri mill-aktar kriżi ekonomika serja li l-pajjiż ra ma' wiċċu fl-aħħar deċenji.

7. Waħda mill-kundizzjonijiet stabbilita fir-Regolament 2012/2002 għall-mobilizzazzjoni eċċezzjonali tal-Fond hi li tkun intlaqtet il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tar-reġjun li għalih ikun hemm l-applikazzjoni. Ir-reġjun li fuqu hi msejsa l-applikazzjoni Irlandiża tinkludi żona koerenti ta' 15-il kontea b'aktar minn 1.7 miljun abitant (madwar żewġ terzi tat-territorju Irlandiż u 40% tal-popolazzjoni). L-applikazzjoni tiddeskrivi l-modi differenti li bihom ġiet affettwata l-popolazzjoni permezz ta' ħsarat personali u l-interruzzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi, it-tħarbit tal-utilitajiet ewlenin, u l-interruzzjonijiet u l-ħsarat tan-netwerks tat-toroq. Ħlief għal Cork u Galway City, il-parti l-kbira tal-ħsarat seħħew f'inħawi predominentement rurali fejn l-infrastruttura tat-toroq hi kruċjali biex ikunu jistgħu jsiru l-attivitajiet ta' kuljum. Aktar minn hekk, b'rabta ma' dawk li ntlaqtu direttament, ammont sinjifikanti ta' individwi rċevew għajnuna mill-Iskema ta' Għajnuna Umanitarja Soċjali u tal-Affarijiet tal-Familja. Fattur partikolari hu d-dewmien fit-tul tal-għargħar li f'xi nħawi baqa' sejjer għal diversi xhur. Għaldaqstant wieħed jista' jikkonkludi, li kif deskritt fl-applikazzjoni Irlandiża, intlaqtet il-parti l-kbira tal-popolazzjoni.

8. Rigward l-impatt u l-konsegwenzi tal-għargħar kif ukoll ir-rekwiżit li jintwerew riperkussjonijiet serji u tat-tul fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-istabbilità ekonomika tar-reġjun, l-applikazzjoni tirreferi b'mod partikolari għad-distabbilizzazzjoni tal-infrastruttura bil-ħsarat li saru lil din tal-aħħar biss jaqbżu l-EUR 159 miljun. Ir-reġjun milqut mill-għargħar jinkludi kontej fir-reġjun NUTS2 tal-Border, Midland u Western fejn il-valur miżjud gross (VMG) ras għal ras hu biss 69.3 % tal-medja Statali (mid-dejta tal-2007). Ir-reġjun Midland għandu l-aktar MVG baxx ras għal ras ta' 65.8 % tal-medja Statali. Bil-kriżi ekonomika akuta tas-snin li għaddew u l-ftit opportunitajiet ta' xogħol li hemm bħalissa, l-għargħar ikkawżaw defiċit fl-impjiegi saħansitra aktar għoli. Barra minn hekk, is-sehem tal-MVG tal-agrikoltura fir-reġjun milqut hu ogħla mir-reġjuni kollha l-oħra tal-Irlanda. Bosta bdiewa kellhom jingħataw l-għajnuna taħt l-Iskema tal-Għajnuna għall-Għalf Imħassar minħabba li l-ħażniet kollha tal-għalf li kellhom inqerdu. It-tħarbit fil-produzzjoni tal-irziezet tolqot proporzjonalment lil numru aktar ta' persuni fir-reġjuni milquta b'mod aktar sinjifikanti mill-effetti fuq reġjuni li jkunu anqas dipendenti fuq is-settur agrikolu. L-insularità tal-Irlanda u d-distanza relattiva mill-ekonomiji tal-kontinent prinċipali Ewropew iżidu mad-diffikultajiet biex wieħed jistejqer minn sitwazzjoni li hi diffiċli biżżejjed fiha nfisha. Kollox ma' kollox, wieħed jista' jikkonkludi li l-għargħar ikkawża riperkussjonijiet serji u tat-tul fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-istabbilità ekonomika f'żona predominentement rurali li qed tissielet biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tinkoraġġixxi l-opportunitajiet ta' investiment.

9. Il-kost tal-operazzjonijiet eliġibbli taħt l-Artikolu 3(2) tar-Regolament 2012/2002 hu stmat għal EUR 111.5 miljun u mqassam f'4 kategoriji: A) restawr immedjat tal-infrastruttura biex wieħed ikun jista' jużaha, B) akkomodazzjoni temporanja tas-serizzi ta' salvataġġ, C) infrastrutturi preventivi u protezzjoni immedjata tal-wirt kulturali u D) it-tindif taż-żoni/inħawi milquta mid-diżastru.

10. Ir-reġjuni effetwati huma eliġibbli bħala "Reġjuni ta' Kompetittività u Impjiegi" (8 reġjuni) u "Reġjuni phasing-in" (7 reġjuni) taħt il-Fondi Strutturali (2007-2013).

11. Fir-rigward ta' kopertura possibbli tal-ħsara eliġibbli mill-assikurazzjoni, l-awtoritajiet Irlandiżi indikaw li m'hemm l-ebda kopertura tal-assikurazzjoni tal-kost eliġibbli.

Bħala konklużjoni, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-għargħar imsemmi fl-applikazzjoni jista' jkun meqjus bħala straordinarju skont it-tifsira tar-Regolament u jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2), l-aħħar subparagrafu tar-Regolament Nru 2012/2002 biex jiġi mobilitat b’mod eċċezzjonali l-Fond ta' Solidarjetà.

3. Finanzjament

Il-baġit totali annwali disponibbli għall-Fond ta’ Solidarjetà huwa ta’ EUR 1 biljun. Billi s-solidarjetà kienet il-ġustifikazzjoni ċentrali għall-ħolqien tal-Fond, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna mill-Fond għandha tkun progressiva. Dan ifisser li, skont prattika preċedenti, il-parti tal-ħsarat li taqbeż il-limitu (0.6 % tad-DGN jew EUR 3 biljun bil-prezzijiet tal-2002, liema minnhom ikun l-iżgħar ammont) għandha twassal għal intensità ta' għajnuna akbar minn ħsarat li jaslu sal-limitu. Ir-rata applikata fl-imgħoddi biex jiġu definiti l-allokazzjonijiet għal diżastri maġġuri hija ta’ 2,5% tal-ħsara diretta totali taħt il-limitu tal-mobilizzazzjoni tal-Fond u 6% ’l fuq. Il-metodoloġija biex isir il-kalkolu tal-għajnuna mill-fond ta' Solidarjetà kienet stabbilita fir-Rapport Annwali 2002-2003 dwar il-fond ta' Solidarjetà u aċċetteta mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew.

Qed issir il-proposta li jkunu applikati l-istess perċentwali f’dan il-każ u li jingħataw l-ammonti li ġejjin bħala għajnuna:

(f’EUR) |

Ħsara diretta | Limitu minimu | Ammont ibbażat fuq 2.5 % | Ammont ibbażat fuq 6 % | Ammont totali tal- għajnuna proposta għajnuna proposta |

Irlanda, għargħar tal-2009 | 520 900 000 | 935 456 000 | 13 022 500 | 0 | 13 022 500 |

Total | 13 022 500 |

Dan l-ammont ta’ kumpens se jħalli mill-anqas 25% tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea disponibbli għall-allokazzjoni matul l-aħħar kwart tas-sena, kif mitlub mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) 2012/2002.

Fl-istadju preżenti il-ħtiġijiet mistennija fuq il-linja baġitarja 04 02 01 — Tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) — Objettiv 1 (2000 sal-2006) huma tali li l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet tal-EUR 13 022 500 jistgħu jiġu allokati għal-linja baġitarja 13 06 01 biex ikopru l-ħtiġijiet korrispondenti marbuta mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE.

4. Tabella sommarja b'intestatura tal-qafas finanzjarju

Qafas finanzjarju Intestatura/subintestatura | Qafas finanzjarju 2010 | Baġit 2010 (inklużi BE 1 sa BE 3 u ABE 2 sa ABE 3 + ABE 5 sa ABE7) | ABE 8/2010 | Baġit 2010 (inklużi BE 1 sa BE 3 u ABE 2 sa ABE 3 + ABE 5 sa ABE 8) |

|AI |AĦ |AI |AĦ |AI |AĦ |AI |AĦ | | 1. TKABBIR SOSTENIBBLI | | | | | | | | | | 1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi |14 167 000 000 | |14 861 853 253 |11 342 270 803 | | |14 861 853 253 |11 342 270 803 | |1b. Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi |49 388 000 000 | |49 387 592 092 |36 384 885 000 | |-13 022 500 |49 387 592 092 |36 371 862 500 | | Total | 63 555 000 000 | |64 249 445 345 |47 727 155 803 | | |64 249 445 345 |47 740 178 303 | | Marġini[12] | | |-194 445 345 | | | |-194 445 345 | | | 2. PRESERVAZZJONI U ĠESTJONI TAR-RIŻORSI NATURALI | | | | | | | | | | Li minnhom nefqa relatata mas-suq u ħlasijiet diretti |47 146 000 000 | |43 819 801 768 |43 701 207 586 | | |43 819 801 768 |43 701 207 586 | | Total | 59 955 000 000 | |59 498 833 302 |58 135 640 809 | | |59 498 833 302 |58 135 640 809 | | Marġini | | |456 166 698 | | | |456 166 698 | | | 3. ĊITTADINANZA, LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA | | | | | | | | | | 3a. Libertà, Sigurtà u Ġustizzja |1 025 000 000 | |1 006 487 370 |738 570 370 | | |1 006 487 370 |738 570 370 | |3b. Ċittadinanza |668 000 000 | |668 000 000 |659 387 500 |+13 022 500 |+13 022 500 |681 022 500 |672 410 000 | | Total | 1 693 000 000 | |1 674 487 370 |1 397 957 870 |+13 022 500 |+13 022 500 |1 687 509 870 |1 410 980 370 | | Marġini[13] | | |18 512 630 | | | |18 512 630 | | | 4. L-UE BĦALA ATTUR GLOBALI[14] | 7 893 000 000 | | 8 160 182 000 |7 787 695 183 | | | 8 160 182 000 |7 787 695 183 | | Marġini | | | -18 300 000 | | | | -18 300 000 | | | 5. AMMINISTRAZZJONI[15] | 7 882 000 000 | |7 918 504 785 |7 917 999 785 | | |7 918 504 785 |7 917 999 785 | | Marġini | | | 43 495 215 | | | | 43 495 215 | | | TOTAL | 140 978 000 000 |134 289 000 000 |141 501 452 802 |122 966 449 450 |+13 022 500 | |141 514 475 302 |122 966 449 450 | | Marġini | | |518 729 198 |11 651 432 550 | | |518 729 198 |11 651 432 550 | |

[1] ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

[2] ĠU L 64, 12.3.2010.

[3] ĠU L 183, 16.7.2010.

[4] ĠU L 206, 6.8.2010.

[5] COM(2010) 108

[6] COM(2010) 149

[7] COM(2010) 320

[8] COM(2010) 315

[9] COM(2010) 383

[10] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, ĠU L 311 tal-14.11.2002, p. 3.

[11] Rapport Annwali 2002-2003 u Rapport dwar l-esperjenza miksuba wara sena ta’ applikazzjoni tal-istrument il-ġdid, COM(2004) 397 finali tas-26.5.2004.

[12] Il-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) mhuwiex inkluż fil-kalkolu tal-marġini taħt l-Intestatura 1a (EUR 500 miljun). EUR 195 miljun 'il fuq mil-limitu massimu huma ffinanzjati bil-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibbiltà.

[13] L-ammont tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) jiddaħħal apparti l-intestaturi relevanti kif previst mill-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 (ĠU C 139 tal-14.6.2006)

[14] Il-marġini 2010 għall-intestatura 4 ma jikkunsidrax l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza (EUR 248,9 miljun).

[15] Għall-kalkolu tal-marġini taħt il-limitu massimu tal-intestatura 5, ittieħed kont tan-nota (1) f'qiegħ il-paġna fil-qafas finanzjarju 2007-2013 għal somma ta' EUR 80 miljun għall-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni.