Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali tal-2010 - dikJarazzjoni ġenerali tad-dħul /* KUMM/2010/0320 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 15.6.2010 KUMM(2010)320 finali ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 5 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2010 DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 5GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2010 DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL Wara li ġew ikkunsidrati: - it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu, - ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikulari l-Artikolu 37 tiegħu, - il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finazjarja 2010 adottat fis-17 ta' Diċembru 2009[2], Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 5 għall-baġit tal-2010. WERREJ 1. Daħla 4 2. OLAF 4 3. Riżorsi proprji 5 3.1. Reviżjoni tal-previżjoni tal-bażijiet tar-RPT, il-VAT u d-DNG 6 3.2. Il-Korrezzjoni tal-2006 għar-RenjuUnit, il-Korrezzjoni tal-2008 għar-Renju Unit u l-Korrezzjoni tal-2009 għar-Renju Unit 8 3.2.1. Il-kalkolu tal-korrezzjonijiet 10 3.2.2. Id-dħul tal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009, it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 u l-ammont definittiv tal-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 fl-ABE 5/2010. 13 3.3. Reviżjoni tal-finanzjament tat-tnaqqis gross fil-ħlasijiet tad-DNG tal-Iżvezja u l-Pajjiżi l-Baxxi fl-2010 18 BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul huma disponibbli fil-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm). Verżjoni Ingliża tal-bidliet fid-dikjrazzjoni hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju. DAħLA L-Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 5 għall-Baġit tal-2010 (ABE 5/2010) ikopri l-elementi sussegwenti: - il-modifiki għal pjan ta' stabbiliment tal-OLAF, mingħajr dispożizzjonijiet finanzjarji addizzjonali - ir-reviżjoni tat-tbassir tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT, i.e. dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor) il-bażijiet tal-VAT u tal-PDG, l-ibbaġittjar tal-korrezzjojnijiet relevanti favur ir-Renju Unit kif ukoll il-finanzjament u r-revizjoni tagħhom tal-finanzjament tat-tnaqqis tad-DNG favur l-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja fl-2010, li jirriżulta f'bidla fit-tqassim tal-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji lejn il-bagit tal-UE bejn l-Istati Membri. OLAF Meta kien stabbilit l-OLAF, kien hemm bżonn li jkunu reklutati malajr numru kbir ta' speċjalisti operazzjonali fuq il-frodi, li ma kinux disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni. Biex jiffaċċjaw din is-sitwazzjoni, l-awtorità baġitarja ittrasformat numru kbir ta' karigi permanenti f'karigi temporanji fl-2003, sabiex l-Uffiċċju isir operazzjonali mill-iktar fis possibli. Dak iż-żmien ġew ingaġġati għadd kbir ta’ aġenti temporanji. Hekk kif dawn il-membri tal-persunal waslu lejn tmiem il-kuntratti tagħhom, l-OLAF kellha tieħu miżuri biex tevita tluq massiv u telfien ta’ kompetenza li ġew żviluppati biż-żmien. L-ewwel miżura temporanja kienet it-tiġdid tal-kuntratti temporanji li inbidlu f’kuntratti indefiniti. Madanakollu, hija biss iż-żieda fil-proporzjon ta’ uffiċjali meta mqabbla ma’ aġenti temporanji li biż-żmien kienet se tipprovdi soluzzjoni stabbli fit-tul. B’din il-perspettiva, intlaħaq ftehim fl-2007 bejn il-Kummissjoni u l-Assoċjazzjonijiet tal-Persunal, sabiex ikunu mnedija kompetizzjonijiet esterni u interni sabiex ikun iffaċilitat ir-reklutaġġ ta’ aġenti temporanji tal-OLAF bħala uffiċjali. Kompetizzjonijiet esterni għandhom jipprovdu wkoll lawreati li bħalissa mhumiex aġenti temporanji tal-OLAF u għalhekk għandhom jikkostitwixxu sors addizzjonali ta’ speċjalisti kkwalifikati fid-dawl ta’ reklutaġġ fil-futur. Grazzi għall-approvazzjoni tal-Baġit Emendatorju Nru 8/2009 inklużi il-modifikazjonijiet tal-pjan ta' stabbiliment tal-OLAF, il-Kummissjoni setgħet tuża l-listi disponibbli tal-lawreati li huma riżultat tal-kompetizzjonijiet esterni (AD11, AD8, AST4). Listi ġodda ta' lawreatilawreatifil-kompetizzjoni interna (AD8 u AD10) kienu ppubblikati f'Marzu 2010. L-OLAF issa għandu l-opportunità li jħib fit-tmiem l-adattament tal-pjan ta' stabbiliment tiegħu billi jirrekluta numru sinifikanti minn dawn il-lawreati bħala uffiċjali permanenti u b'hekk jissodisfa l-ftehim politiku inizjali. Madanakollu l-OLAF jixtieq jevita tluq potenzjali tal-lawreati lejn DĠs oħra qabel ma jkun adottat il-pjan ta' stabbiliment fil-Baġit tal-2011. Barra minn hekk, il-karigi ma jistgħux ikunu konvertiti waqt li jkunu okkupati. Għaldaqstant, hemm bżonn li għal żmien limitat iż-żewġ koperturi fil-pjan ta' stabbiliment ikunu permessi, jiġifieri, kemm il-karigi l-antiki tal-lawreati (aġenti temporanji) kif ukoll il-karigi l-ġodda bil-gradi l-ġodda tagħhom (karigi permanenti). Biex isseħħ din il-konverżjoni, l-OLAF qed jitlob li ssir emenda fil-pjan ta' stabbiliment tal-2010 b'20 kariga permanenti addizzjonali AD10 meħtieġa għar-reklutaġġ ta' lawreati. Dan ma jinvolvix dispożizzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-2010 għax, kif imniżżel fil-pjan ta' stabbiliment propost hawn taħt, in-numru akkumulat tal-persunal permanenti u temporanju fil-post ma jistax jeċċedi it-384 kariga awtorizzati. L-abbozz tal-baġit tal-2011 diġà jiġbor fih it-tnaqqis tal-għadd ekwivalenti ta' postijiet temporanji AD10 mill-pjan ta' stabbiliment tal-OLAF jiġifieri l-pjan ta' stabbiliment tal-2011 ma juri ebda żieda fl-għadd ta' karigi meta kkomparat mal-2010. Il-pjan ta' stabbiliment propost huwa inkluż bħala anness. RIżORSI PROPRJI It-tabella mqassra li jmiss turi d-distribuzzjoni tal-ħlasijiet totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri kif ibbaġittjati fi: - il-Baġit tal-2010, - il-Baġit Emendatorju (BE) 1/2010[3] jimmodifika l-baġit tal-2010 biex ikopri l-impatt relatat mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona għall-Parlament Ewropew kif adottat fl-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi. Huwa jżid il-baġit tal-2010 b'EUR 9,4 miljuni u l-pjan ta' stabbiliment b'150 kariga. - ABE 2/2010[4] jimmodifika l-Baġit tal-2010 sabiex ikopri l-impatt relatat mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), u għall-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) u modifiki għall-pjan ta' stabbiliment tal-uffiċċju tal-BEREC (Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjoni Elettronika), mingħajr dispożizzjonijiet finanzjarji addizzjonali u mingħjar karigi addizzjonali. Dan l-ABE jipproponi li jiżdied il-baġit tal-2010 b'ammont totali ta' EUR 10,5 miljuni u l-pjan ta' stabbiliment taż-żewġ istituzzjonijiet ikkonċernati b'59 kariga. - L-ABE 3/2010[5] jimodifika l-baġit tal-2010 sabiex jinkludi approprjazzjonijiet relatati mal-istabbiliment tal-finanzjament tal-Miżuri ta’ Akkumpanjament tal-Banana (MAB) favur il-pajjiżi ewlenin tal-AKP li jissupplixxu l-banana milqutin mil-liberalizzazzjoni tal-Aktar Nazzjon Iffavorit (MFN) fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), wara l-proposta tar-Regolament emendatorju (KE) Nru 1905/2006. L-impatt finanzjarju nett għal dan il-baġit emendatorju huwa ta’ EUR 19,2 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji addizzjonali, mingħajr ebda talba ġdida għal approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet. - ABE 4/2010[6] jimmodifika l-baġit tal-2010 sabiex jinkludi l-bilanċ pożittiv tas-sena ta' qabel. L-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2009 turi bilanċ pożittiv ta' EUR 2 253 591 199, li huwa għalhekk imdaħħal bħala dħul fil-baġit tal-2010. - Il-ABE 5/2010 preżenti. ammonti f'miljuni ta' euro Baġit tal-2010 | BE 1/2010 | ABE 2/2010 | ABE 4/2010 | ABE 5/2010 | ABE 5/2010 vs. ABE 4/2010 | (1) | (2) | (3) | (4) | (6) | f’% | (7) = (6) – (5) | BE | 4 878,6 | 4 878,9 | 4 879,1 | 4 814,4 | 4 692,0 | 3,93% | - 122,3 | BG | 416,4 | 416,4 | 416,4 | 409,9 | 364,5 | 0,31% | - 45,4 | CZ | 1 477,3 | 1 477,4 | 1 477,5 | 1 453,1 | 1 423,5 | 1,19% | - 29,6 | DK | 2 639,8 | 2 639,9 | 2 640,1 | 2 594,2 | 2 464,8 | 2,07% | - 129,3 | DE | 23 725,7 | 23 727,4 | 23 729,4 | 23 270,3 | 23 826,9 | 19,98% | + 556,6 | EE | 156,1 | 156,1 | 156,1 | 153,6 | 140,0 | 0,12% | - 13,6 | IE | 1 523,9 | 1 524,0 | 1 524,1 | 1 498,4 | 1 387,9 | 1,16% | - 110,5 | EL | 2 618,5 | 2 618,6 | 2 618,8 | 2 572,7 | 2 405,1 | 2,02% | - 167,6 | ES | 11 340,8 | 11 341,5 | 11 342,3 | 11 146,2 | 10 489,2 | 8,79% | - 657,0 | FR | 20 328,1 | 20 329,4 | 20 331,0 | 19 959,4 | 19 754,7 | 16,56% | - 204,7 | IT | 16 207,0 | 16 208,0 | 16 209,2 | 15 921,3 | 15 690,3 | 13,16% | - 231,0 | CY | 214,7 | 214,7 | 214,7 | 211,4 | 191,0 | 0,16% | - 20,4 | LV | 186,3 | 186,3 | 186,3 | 182,9 | 180,7 | 0,15% | - 2,1 | LT | 310,4 | 310,4 | 310,4 | 305,4 | 293,3 | 0,25% | - 12,1 | LU | 298,6 | 298,6 | 298,6 | 293,2 | 271,3 | 0,23% | - 21,9 | HU | 925,2 | 925,3 | 925,4 | 909,3 | 964,1 | 0,81% | + 54,8 | MT | 68,6 | 68,6 | 68,6 | 67,5 | 62,2 | 0,05% | - 5,4 | NL | 6 107,9 | 6 108,2 | 6 108,7 | 5 998,1 | 5 942,8 | 4,98% | - 55,3 | AT | 2 661,9 | 2 662,1 | 2 662,3 | 2 610,1 | 2 586,3 | 2,17% | - 23,8 | PL | 3 210,1 | 3 210,3 | 3 210,5 | 3 155,9 | 3 520,3 | 2,95% | + 364,4 | PT | 1 664,1 | 1 664,2 | 1 664,3 | 1 634,8 | 1 654,0 | 1,39% | + 19,2 | RO | 1 408,2 | 1 408,3 | 1 408,4 | 1 383,6 | 1 203,5 | 1,01% | - 180,1 | SI | 442,5 | 442,5 | 442,5 | 435,6 | 402,2 | 0,34% | - 33,4 | SK | 805,4 | 805,5 | 805,5 | 792,4 | 687,2 | 0,58% | - 105,2 | FI | 1 905,6 | 1 905,7 | 1 905,9 | 1 871,7 | 1 765,5 | 1,48% | - 106,1 | SE | 2 771,5 | 2 771,7 | 2 771,9 | 2 715,9 | 2 810,0 | 2,36% | + 94,2 | UK | 13 213,6 | 13 214,7 | 13 216,0 | 12 909,8 | 14 097,5 | 11,82% | + 1 187,7 | UE | 121 506,7 | 121 514,7 | 121 524,4 | 119 270,8 | 119 270,8 | 100% | + 0 | Reviżjoni tal-previżjoni tal-bażijiet tar-RPT, il-VAT u d-DNG Skont il-prattika stabbilita, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi revedut il-finanzjament tal-baġit fuq il-bażi ta' previżjonijiet ekonomiċi aktar riċenti, adotatti f'laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (ACOR). Ir-reviżjoni tikkonċerna l-previżjoni tar-RPT li trid titħallas lill-baġit fl-2010 flimkien mal-previżjoni tal-bażijiet tal-VAT u d-DNG tal-2010. Il-previżjoni fil-Baġit tal-2010 (u fil-BE 1/2010 għall-ABE 4/2010) kienet stabbilita fil-145 laqgħa tal-ACOR fit-12 ta' Mejju 2009. Il-previżjoni riveduta li ttieħdet f'kunsiderazzjoni fl-ABE 5/2010 preżenti kienet adottata fil-148 laqgħa tal-ACOR fit-18 ta' Mejju 2010. L-użu tal-previżjoni aġġornata tar-riżorsi proprji jżid il-preċiżjoni tal-ħlasijiet li l-Istati Membri huma mitluba li jagħmlu matul is-sena baġitarja u jnaqqas l-iżbalji inevitabbli fit-tbassir mis-sena ta' qabel. Meta mqabbla mal-previżjoni li ntlaħaq qbil dwarha f'Mejju tal-2009, il-previżjoni maqbula f'Mejju tal-2010 ġiet riveduta kif ġej: - Il-previżjoni totali tal-2010 tal-imposti netti fuq is-settur taz-zokkor ma nbidlitx u tibqa' EUR 123,4 miljun (wara t-tnaqqis ta' 25% fi spejjeż tal-ġbir). - Id-dazji tad-dwana netti totali tal-2010 (inklużi dazji fuq prodotti agrikoli) issa huma mbassra li jkunu EUR 15 595,8 miljun (wara t-tnaqqis ta' 25% fi spejjeż tal-ġbir), li jirrappreżentaw żieda ta' + 10,8 % meta mqabbla mat-tbassir ta' Mejju tal-2009 li kien ta' EUR 14 079,7 miljun. Ir-raġuni prinċipali għal din iż-żieda hija previżjoni ogħla għall-importazzjoni tal-merkanzija minn-barra mill-UE għall-2010 u, previżjoni ogħla għat-tariffa medja b'piż differenzjat (1,56 % meta mqabbla ma' 1,41 % s-sena l-oħra). Il-previżjoni saret fuq il-bażi tal-Istati Membri, bl-użu tar-rati previsti ta' tkabbir ta' importazzjonijiet minn barra l-UE kif ippubblikati fil-previżjonijiet ekonomiċi tar-rebbiegħa 2010 fil-5 ta' Mejju 2010. - Il-bażi totali tal-VAT mhux limitata għall-2010 issa hija mbassra li tkun EUR 5 307 999,8 miljun, li tirrappreżenta tnaqqis ta' – 5,4 % meta mqabbla mat-tbassir ta' Mejju 2009 ta' EUR 5 609 119,7 miljun. Il-bażi totali tal-VAT limitata għall-2010[7] hija mbassra li tkun ta' EUR 5 252 084,10 miljun, li tirrappreżenta tnaqqis ta' – 4,3 % meta mqabbla mat-tbassir ta' Mejju 2009 ta' EUR 5 489 325,75 miljun. - Il-bażi totali tad-DNG għall-2010 hija mbassra li tkun ta' EUR 12 056 189,4 miljun, li tirrappreżenta żieda ta' + 2,0 % meta mqabbla mat-tbassir ta' Mejju 2009 ta' EUR 11 825 562,6 miljun. Ir-rati tal-kambju tal-31 ta' Diċembru 2009 intużaw biex tinqaleb il-previżjoni tal-bażijiet tal-VAT u d-DNG mill-munita nazzjonali għall-euro (għall-ħdax-il Stat Membru li mhumiex parti miż-żona tal-euro). Dan jevita distorsjonijiet għaliex hija din ir-rata li tintuża sabiex jinqalbu l-ħlasijiet tar-riżorsi proprji bbaġittjati minn euro għall-munita nazzjonali meta dawn l-ammonti jissejħu lura (kif stipulat fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000) Il-previżjonijiet riveduti tar-RPT, bażijiet tal-VAT mhux limitati u bażijiet tad-DNG għall-2010, kif adottati fil-148 laqgħa tal-ACOR fit-18 ta' Mejju 2010, huma ppreżentati fit-tabella li jmiss (ċifri mqarrba sal-eqreb numru sħiħ): Previżjonijiet Riveduti tal-bażijiet tar-RPT, il-VAT u d-DNG għall-2010 ( f'miljuni ta' EUR ) Imposti fuq is-settur taz-zokkor (75%) | Dazji tad-dwana (75%) | Bażijiet tal-VAT mhux limitati | Bażijiet tad-DNG | Bażijiet tal-VAT limitati | BE | 6,6 | 1 440,4 | 143 942,0 | 350 057,4 | 143 942,00 | BG | 0,4 | 52,7 | 15 763,2 | 33 014,2 | 15 763,20 | CZ | 3,4 | 177,4 | 61 869,6 | 131 405,3 | 61 869,60 | DK | 3,4 | 301,9 | 93 201,2 | 236 215,5 | 93 201,20 | DE | 26,3 | 3 154,6 | 1 060 967,8 | 2 488 996,3 | 1 060 967,80 | EE | 0,0 | 15,8 | 6 460,4 | 13 129,2 | 6 460,40 | IE | 0,0 | 172,2 | 65 481,8 | 128 058,4 | 64 029,20 | EL | 1,4 | 163,0 | 108 211,5 | 231 304,5 | 108 211,50 | ES | 4,7 | 1 036,9 | 390 464,2 | 1 029 757,3 | 390 464,20 | FR | 30,9 | 1 280,6 | 867 275,6 | 1 977 940,6 | 867 275,60 | IT | 4,7 | 1 701,7 | 604 589,1 | 1 529 325,7 | 604 589,10 | CY | 0,0 | 31,2 | 16 004,6 | 16 793,4 | 8 396,70 | LV | 0,0 | 19,5 | 6 767,5 | 17 390,2 | 6 767,50 | LT | 0,8 | 44,2 | 13 808,5 | 26 288,3 | 13 144,15 | LU | 0,0 | 11,4 | 19 788,6 | 27 509,8 | 13 754,90 | HU | 2,0 | 100,0 | 41 167,0 | 93 133,9 | 41 167,00 | MT | 0,0 | 9,8 | 4 233,7 | 5 497,8 | 2 748,90 | NL | 7,3 | 1 877,2 | 257 072,0 | 582 069,4 | 257 072,00 | AT | 3,2 | 159,9 | 127 296,4 | 279 822,6 | 127 296,40 | PL | 12,8 | 336,0 | 183 316,1 | 332 072,4 | 166 036,20 | PT | 0,2 | 128,2 | 99 745,1 | 159 946,8 | 79 973,40 | RO | 1,0 | 131,2 | 44 705,0 | 117 245,8 | 44 705,00 | SI | 0,0 | 73,5 | 18 855,7 | 34 469,9 | 17 234,95 | SK | 1,4 | 88,2 | 25 274,0 | 64 859,1 | 25 274,00 | FI | 0,8 | 124,9 | 77 416,2 | 175 637,8 | 77 416,20 | SE | 2,6 | 422,3 | 138 929,6 | 314 113,4 | 138 929,60 | UK | 9,5 | 2 541,1 | 815 393,4 | 1 660 134,4 | 815 393,40 | UE | 123,4 | 15 595,8 | 5 307 999,8 | 12 056 189,4 | 5 252 084,10 | Il-Korrezzjoni tal-2006 għar-RenjuUnit, il-Korrezzjoni tal-2008 għar-Renju Unit u l-Korrezzjoni tal-2009 għar-Renju Unit Il-korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji favur ir-Renju Unit (il-korrezzjoni tar-Renju Unit), li għandha tkun ibbaġittjata fil-ABE preżenti, tikkonċerna tliet snin: l-2006, l-2008 u l-2009. Ladarba l-korrezzjoni tar-Renju Unit għal sena partikolari għandha tkun iffinanzjata fis-sena ta' wara, is-27 Stat Membru kollha jipparteċipaw fl-iffinanzjar tat-tliet korrezzjonijiet tar-Renju Unit, inklużi l-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006. Il-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 hija suġġetta għar-regoli tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2000/597 u d-dokument ta' ħidma li jakkumpanjaha, il-metodu ta' kalkolu tal-2000[8]. Skont ir-regoli ta’ din id-Deċiżjoni, il-"gwadanji mhux ippjanati” netti tar-Renju Unit li jirriżultaw miż-żieda sa mill-2001 fil-perċentwal tar-RPT miżmuma mill-Istati Membri bħala kumpens għall-ispejjeż tal-ġbir huma newtralizzati fil-kalkolu tal-korrezzjoni tar-Renju Unit, kif inhi wkoll in-nefqa ta' qabel l-adeżjoni (PAE) mħallsa taħt approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għas-sena ta' qabel it-tkabbir. L-istess aġġustament għall-PAE se jkun segwit fl-okkażjoni ta’ kull tkabbir tal-Unjoni li jsir fil-futur iżda ser jieqaf japplika mill-korrezzjoni li għandha tkun ibbaġitjata għall-ewwel darba fl-2014. Il-korrezzjonijiet tar-Renju Unit tal-2008 u tal-2009 huma suġġetti għar-regoli tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2007/436 u d-dokument ta' ħidma li jakkumpanjaha, il- Metodu ta' kalkolu tal-2007 [9]. Skont ir-regoli tad-Deċiżjoni, “il-gwadanji mhux ippjanati” netti tar-RPT xorta jkunu newtralizzati fil-kalkolu tal-Korrezzjoni tar-Renju Unit. Barra minn hekk, in-nefqa allokata hija aġġustata permezz : - tan-nefqa ta’ qabel l-adeżjoni (PAE) - 20% għall-korrezzjoni tal-2008 u 70% għall-korrezzjoni tal-2009 tat-total tan-nefqa allokata fl-Istati Membri li jkunu ssieħbu fl-UE wara t-30 ta’ April 2004, bl-eċċezzjoni ta’ ħlasijiet agrikoli diretti u ta' nefqa relatata mas-suq, kif ukoll dik il-parti tan-nefqa fuq l-iżvilupp rurali li toriġina mit-taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG. Dan it-tnaqis għandu jiddaħħal b'mod progressiv (20% għall-korrezzjoni tal-2008 ibbaġittajata fl-2009, 70% għall-korrezzjoni tal-2009 ibbaġittajata fl-2010 u 100% mill-korrezzjoni għall-2010 'l hemm ibbaġittajata fl--2011). Barra dan, is-sehem tal-Awstrija, l-Ġermanja, l-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja fl-iffinanzjar tal-korrezzjoni tar-Renju Unit huwa mnaqqas għal kwart tas-sehem normali tagħhom. It-tnaqqis huwa ffinanzjat mill-Istati Membri l-oħra, minbarra r-Renju Unit. Għall-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 dawn ir-regoli ta' finanzjament għandhom impatt fuq ir-rata uniformi ta' ġbir tal-VAT, ikkalkulata bħala d-differenza bejn ir-rata massima ta' ġbir (0,50% tal-bażi limitata tal-VAT) u r-rata ffriżata (li l-kalkolu tagħha huwa bbażat fuq il-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2007). Id-differenza bejn il-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 ( l-ammont definittiv ) u l-ammont ibbaġittjat qabel (fl-2007) kif ukoll ir-riżultat tal-ikkalkular sħiħ mill-ġdid tal-finanzjament tal-ammont kollu tal-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 fuq il-bażi tal-aħħar dejta għall-2007 hija mniżżla taħt il-kapitolu 35 tal-baġit, mingħajr l-ebda impatt fuq ir-rata uniformi tal-ġbir tal-VAT. Id-differenza bejn it- tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 u l-ammont imdaħħal fil-baġit preċedentament ( l-ewwel aġġornament fil-BE 6/2009) huwa mdaħħal taħt il-kapitolu 36 tal-ABE 5/2010. L-ammont tal- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 huwa mdaħħal taħt il-kapitolu 15 tal-ABE 5/2010, biex jieħu post l- ammont provviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 imniżżla taħt il-kapitolu 15 tal-Baġit tal-2010. Il-kalkolu tal-korrezzjonijiet FL-ABE preżenti, huma mniżżla l-kalkolu u l-iffinanzjar tal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009, it-tieni aġġornament ta- korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 kif ukoll l- ammont definittiv tal-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006. Sa fejn għandhom x'jaqsmu l-korrezzjonijiet tar-Renju Unit tal-2007, il-Kummissjoni għandha (skont il-Metodu ta' Kalkolu tal-2000 u l-2007 ) tipproponi li tibbaġittja aġġorament jekk ikunu sostanzjalment differenti mill-kalkolu relevanti bbaġittjat qabel. Skont il-kalokoli attwali tal-Kummissjoni, l-ammont tal-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2007 mhux differenti b'mod sinjifikanti mit- tieni aġġornament tal-korrezzjonijiet tar-Renju Unit għall-2007 imdaħħla fil-BE 3/2009. Għalhekk, mhux propost aġġornament għall-ibbaġitjar f'dan l-ABE 5/2010. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 It-tabella li jmiss tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l- ammont proviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 mdaħħla fil-baġit tal-2010 u l- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2009 li trid tiddaħħal fl-ABE 5/2010. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 | Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 PROVIŻORJU Baġit tal-2010 | Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 L-ewwel AġġORNAMENT ABE 5/2010 | Differenza | (1) | Sehem tar-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata. | 13,8313% | 15,3708% | + 1,5395% | (2) | Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir | 7,2604% | 7,2824% | + 0,0220% | (3) | = (1) - (2) | 6,5709% | 8,0884% | + 1,5175% | (4) | Infiq totali allokat | 104 614 895 122 | 102 757 465 239 | - 1 857 429 883 | (5) | Nefqa relatata mat-tkabbir = (5a) + (5b) | 12 586 767 352 | 16 329 279 323 | + 3 742 511 970 | (5a) | Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni | 3 023 312 156 | 3 025 371 614 | + 2 059 458 | (5b) | Nefqa relatata mal-Art 4(1)(g) | 9 563 455 197 | 13 303 907 709 | + 3 740 452 512 | (6) | Nefqa allokata totali aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5) | 92 028 127 769 | 86 428 185 916 | - 5 599 941 853 | (7) | L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0,66 | 3 991 091 896 | 4 613 827 364 | + 622 735 468 | (8) | Vantaġġ tar-Renju Unit | 19 427 650 | 1 094 564 313 | + 1 075 136 663 | (9) | Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) | 3 971 664 245 | 3 519 263 051 | - 452 401 195 | (10) | Gwadanji mhux ippjanati mir-RPT | 13 121 864 | -216 427 | - 13 338 291 | (11) | Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10) | 3 958 542 381 | 3 519 479 477 | - 439 062 904 | L- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 huwa ta' EUR 439,1 miljun iżjed meta mqabbel mal- ammont provviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 imniżżel fil-baġit tal-2010. Għall-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009, id-differenza fl-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit bejn id-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji (DRP) tal-2000 u id-DRP tal-2007 hi ta’ EUR 1 270,1 miljun bil-prezzijiet tal-2004 u EUR 1 349,6 miljun bil-prezzijiet kurrenti. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 It-tabella li jmiss tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 mdaħħal fil-BE 6/2009 u it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2008 li għandha tiddaħħal fl-ABE 5/2010. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 | Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 L-ewwel aġġornament BE 6/2009 | Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 It-tieni aġġornament ABE 5/2010 | Differenza | (1) | Sehem tar-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata. | 15,3765% | 15,7045% | + 0,3280% | (2) | Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir | 7,1985% | 7,3387% | + 0,1402% | (3) | = (1) - (2) | 8,1780% | 8,3658% | + 0,1878% | (4) | Infiq totali allokat | 105 572 261 496 | 105 538 033 501 | - 34 227 995 | (5) | Nefqa relatata mat-tkabbir = (5a) + (5b) | 5 923 110 090 | 5 908 600 354 | - 14 509 737 | (5a) | Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni | 3 009 254 322 | 3 014 323 610 | + 5 069 288 | (5b) | Nefqa relatata mal-Art 4(1)(g) | 2 997 216 436 | 2 894 276 744 | - 102 939 692 | (6) | Nefqa totali allokata aġġustata għat-tkabbir = (4) – (5) | 99 649 151 406 | 99 629 433 147 | - 19 718 258 | (7) | L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0,66 | 5 378 550 722 | 5 500 964 647 | + 122 413 925 | (8) | Vantaġġ tar-Renju Unit | 31 432 569 | 289 477 443 | + 258 044 874 | (9) | Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) | 5 347 118 153 | 5 211 487 204 | - 135 630 949 | (10) | Gwadanji mhux ippjanati mir-RPT | -31 474 531 | -42 810 700 | - 11 336 168 | (11) | Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10) | 5 378 592 685 | 5 254 297 904 | - 124 294 781 | It- tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 huwa ta' EUR 124,3 miljun anqas meta mqabbel mal- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 imniżżel fil-BE 6/2010. Għall-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008, id-differenza fl-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit bejn id-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji (DRP) tal-2000 u id-DRP tal-2007 hi ta’ EUR 278.2 miljun bil-prezzijiet tal-2004 u EUR 300 miljun bil-prezzijiet kurrenti. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 It-tabella li jmiss tippreżenta fil-qosor il-bidliet bejn l- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 fil-BE 5/2007 u l- ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 li għandha tiddaħħal fl-ABE 5/2010. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 | L-EWWEL AġġORNAMENT BE 5/2007 | DEFINITTIV ABE 5/2010 | Differenza | (1) | Sehem tar-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata. | 17,6888% | 17,2771% | - 0,4117% | (2) | Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE | 8,6868% | 8,6928% | + 0,0060% | (3) | = (1) - (2) | 9,0020% | 8,5843% | - 0,4177% | (4) | Infiq totali allokat | 96 930 892 220 | 97 195 051 529 | + 264 159 309 | (5) | Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni (PAE) | 1 837 927 773 | 1 837 296 087 | - 631 686 | (6) | Nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE = (4) - (5) | 95 092 964 446 | 95 357 755 442 | + 264 790 995 | (7) | L-ammont oriġinali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit = (3) x (6) x 0,66 | 5 649 772 605 | 5 402 613 496 | - 247 159 109 | (8) | Vantaġġ tar-Renju Unit | 339 974 729 | 26 640 660 | - 313 334 069 | (9) | Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) | 5 309 797 876 | 5 375 972 836 | + 66 174 960 | (10) | Gwadanji mhux ippjanati mir-RPT | -21 571 097 | -9 196 589 | + 12 374 508 | (11) | Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10) | 5 331 368 973 | 5 385 169 425 | + 53 800 452 | L- ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 huwa ta' EUR 53,8 miljun iktar meta mqabbel mal- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 imniżżel fil-BE 5/2007. Id-differenza hija dovuta għall-effett konġunt ta' ħames fatturi, li jistgħu jiġu kkwantifikati kif ġej: - It-tnaqqis fis-sehem tar-Renju Unit tal-bażi tal-VAT mhux limitata jnaqqas il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 b'madwar EUR 258,4 miljun. - Iż-żieda fis-sehem tar-Renju Unit tan-nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE tnaqqas il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 b'madwar EUR 3,8 miljun. - Iż-żieda fis-sehem tar-Renju Unit tan-nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE żżid il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 b'madwar EUR 15-il miljun. - It-tnaqqis fl-hekk imsejjaħ "vantaġġ tar-Renju Unit" iżid il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 b'madwar EUR 313,3 miljun. - Iż-żieda fl-hekk imsejħa “gwadanji mhux ippjanati tar-RPT" tnaqqas il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 b'madwar EUR 12,4 miljun. Limitu ta' EUR 10,5 biljun Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, matul il-perjodu 2007-2013 il-kontribut addizzjonali tar-Renju Unit li jirriżulta mit-tnaqqis tan-nefqa allokata min-nefqa relatata mat-tkabbir kif msemmi fil-paragrafu (1)(g) tad-DRP 2007 m'għandux jaqbeż l-EUR 10,5 biljun, imkejjel bil-prezzijiet tal-2004. L-effett akkumulattiv tal-2007, l-2008 u l-2009 hu ta' EUR 1 548,3 miljun bil-prezzijiet tal-2004 u EUR 1 649,6 miljun bil-prezzijiet kurrenti. Korrezzjonijiet għar-Renju Unit għall-2007-2012 Differenza fl-ammont oriġinali b'referenza għal-limitu ta' EUR 10,5 biljun (ORD 2007 vs. ORD 2000), f'EUR | Differenza fil-prezzijiet attwali | Differenza fil-prezzijiet tal-2004 kostanti | (A) | Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2007 | 0 | 0 | (B) | Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 | - 299 990 334 | - 278 238 906 | (C) | Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 | -1 349 647 274 | -1 270 060 542 | (D) | Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2010 | Mhux applikabbli | Mhux applikabbli | (E) | Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2011 | Mhux applikabbli | Mhux applikabbli | (F) | Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2012 | Mhux applikabbli | Mhux applikabbli | (G) | Is-somma tad-dfferenzi = (A) + (B) + (C) + (D) + (E) + (F) | -1 649 637 608 | -1 548 299 448 | Id-dħul tal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009, it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 u l-ammont definittiv tal-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 fl-ABE 5/2010. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 (kapitolu 15) L-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit li għandu jkun ibbaġitjat fil-kapitolu 15 ta' dan l-ABE 5/2010 huwa l-ammont tal-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 (jiġifieri EUR 3 519 479 477, minflok l-EUR 3 958 542 381 mdaħħla fil-Baġit tal-2010). Dan l-ammont għandu jkun iffinanzjat skont il-bażijiet tad-DNG riveduti tal-2010 tal-ABE 5/2010 preżenti. L-ibbaġittjar ta' dan l-ammont f'kapitolu 15 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel: Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2009 Kapitolu 15 | BE | 166 903 516 | LU | 13 116 370 | BG | 15 740 807 | HU | 44 405 219 | CZ | 62 652 601 | MT | 2 621 291 | DK | 112 624 951 | NL | 49 263 430 | DE | 210 656 145 | AT | 23 682 779 | EE | 6 259 858 | PL | 158 328 466 | IE | 61 056 836 | PT | 76 260 874 | EL | 110 283 440 | RO | 55 901 507 | ES | 490 976 949 | SI | 16 434 869 | FR | 943 060 313 | SK | 30 924 105 | IT | 729 165 665 | FI | 83 742 170 | CY | 8 006 908 | SE | 26 584 980 | LV | 8 291 456 | UK | -3 519 479 477 | LT | 12 533 972 | Total | 0 | Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 (kapitolu 36) L-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit li għandu jkun ibbaġittjat fil-kapitolu 36 ta' dan l-ABE 5/2010 huwa d-differenza bejn it-tieni aġġornament tal-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 (jiġifieri EUR 5 254 297 904) u l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 (jiġifieri EUR 5 378 592 685 mdaħħla fil-BE 6/2009) li jammonta għal EUR 124 294 781. Dan l-ammont għandu jkun iffinanzjat skont il-bażijiet riveduti tad-DNG tal-2009 kif magħrufa fl-aħħar tal-2009. L-ibbaġittjar ta' dan l-ammont f'kapitolu 36 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel: Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008 Kapitolu 36 | BE | -3 504 541 | LU | -2 092 216 | BG | -1 523 420 | HU | -2 763 065 | CZ | 496 143 | MT | -170 277 | DK | -8 155 544 | NL | -5 075 335 | DE | -213 638 | AT | -501 383 | EE | -602 251 | PL | -2 489 164 | IE | -7 602 523 | PT | -312 262 | EL | -7 281 407 | RO | -10 996 050 | ES | -17 398 703 | SI | -1 405 069 | FR | -22 865 571 | SK | -3 676 917 | IT | -18 521 220 | FI | -7 803 260 | CY | -379 606 | SE | 1 895 807 | LV | 224 016 | UK | 124 294 781 | LT | -1 577 325 | Total | 0 | Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 (kapitolu 35) L-iffinanzjar tal- ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 huwa mniżżel fil-kapitolu 35 ta' dan l-ABE 5/2010 flimkien mal-bażijiet tad-DNG tal-2007 (u l-VAT) kif magħrufa fl-aħħar tal-2009. L-ammont ibbaġittjat fil-kapitolu 35 jinkludi: - l-aġġustament fir-rigward tal- effett dirett , jiġifieri d-differenza bejn dak li kull Stat Membru għandu jħallas għall- ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 (flimkien mal-bażijiet tad-DNG tal-2007 kif magħrufa fi tmiem l-2009) u l-ammonti li jikkorrispondu magħhom ibbaġittjati qabel (jiġifieri l-ħlasijiet għall-finanzjament tal-ewwel aġġornament tal-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 bbaġittjat fil-BE 5/2007), - L-aġġustament fir-rigward tal- effett indirett , jiġifieri d-differenza bejn l-impatt impliċitu[10] fuq il-ħlasijiet tal-VAT u d-DNG tal-Istati Membri tal- ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 (flimkien mal-bażijiet tal-VAT u tad-DNG tal-2007 kif magħrufa fi tmiem l-2009) u l-impatt impliċitu fuq il-ħlasijiet tal-VAT u d-DNG tal-Istati Membri tal-ewwel aġġornament tal-Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 fil-BE 5/2007 (flimkien mal-bażijiet tal-VAT u d-DNG tal-2007 fil-BE 5/2007). L-iffinanzjar tal-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2006 fil-kapitolu 35 ta' dan il-ABE 5/2010 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel: Ammont definittiv | L-ewwel aġġornament | Aġġustament | Ammont definittiv | L-ewwel aġġornament | Aġġustament | TOTAL | (effett dirett fuq il-bażijiet tad-DNG għall-2007 kif magħrufa fl-aħħar tal-2009) | (effett dirett ibbaġittjat fil-BE 5/2007, jiġifieri fuq il-bażijiet tad-DNG għall-2007 fil-BE 5/2007) | effett dirett | (effett indirett fuq il-kontribuzzjonijiet tal-VAT/DNG għall-baġit tal-2007 kif ikkalkulat mill-ġdid fl-aħħar tal-2009) | (effett indirett fuq il-kontribuzzjonijiet tal-VAT/DNG fil-BE 5/2007) | effett indirett | (li għandu jkun ibbaġittjat fil-kapitlu 35 tal-DAB 5/2010) | (1) | (2) | (3) = (1) - (2) | (4) | (5) | (6) = (4) - (5) | (7) = (3) + (6) | BE | + 249 940 431 | + 247 212 185 | + 2 728 246 | + 22 212 022 | + 19 914 357 | + 2 297 665 | + 5 025 912 | BG | + 21 167 891 | + 20 764 704 | + 403 187 | - 1 800 949 | - 1 887 005 | + 86 056 | + 489 243 | CZ | + 87 728 118 | + 87 357 575 | + 370 543 | - 7 131 775 | - 7 938 671 | + 806 896 | + 1 177 440 | DK | + 169 243 569 | + 172 772 662 | - 3 529 093 | + 12 899 436 | + 18 568 078 | - 5 668 642 | - 9 197 734 | DE | + 324 788 939 | + 318 742 577 | + 6 046 362 | + 176 292 715 | + 143 159 304 | + 33 133 411 | + 39 179 773 | EE | + 10 714 712 | + 10 859 310 | - 144 598 | - 911 600 | - 986 846 | + 75 246 | - 69 352 | IE | + 119 985 370 | + 121 023 454 | - 1 038 084 | - 10 208 267 | - 13 870 115 | + 3 661 848 | + 2 623 764 | EL | + 162 432 190 | + 152 627 502 | + 9 804 688 | - 13 819 611 | - 69 543 065 | + 55 723 454 | + 65 528 142 | ES | + 760 257 178 | + 765 255 697 | - 4 998 519 | - 64 682 120 | - 92 265 129 | + 27 583 009 | + 22 584 489 | FR | + 1 420 519 729 | + 1 392 588 247 | + 27 931 482 | - 61 518 081 | - 10 998 078 | - 50 520 003 | - 22 588 521 | IT | + 1 136 622 087 | + 1 139 811 242 | - 3 189 155 | + 68 752 962 | + 160 473 916 | - 91 720 954 | - 94 910 109 | CY | + 11 246 640 | + 11 199 633 | + 47 007 | - 956 856 | - 1 017 773 | + 60 917 | + 107 925 | LV | + 15 195 336 | + 14 173 037 | + 1 022 299 | - 1 292 808 | - 1 287 983 | - 4 825 | + 1 017 474 | LT | + 20 433 796 | + 19 622 507 | + 811 289 | - 1 738 492 | - 201 238 | - 1 537 254 | - 725 966 | LU | + 22 019 517 | + 22 469 561 | - 450 044 | - 1 873 404 | - 2 041 935 | + 168 530 | - 281 514 | HU | + 69 259 368 | + 69 777 536 | - 518 168 | + 550 108 | + 6 731 327 | - 6 181 219 | - 6 699 387 | MT | + 3 918 643 | + 3 802 778 | + 115 865 | - 333 395 | - 345 580 | + 12 184 | + 128 050 | NL | + 75 278 731 | + 73 440 295 | + 1 838 436 | - 18 170 730 | - 27 052 672 | + 8 881 942 | + 10 720 377 | AT | + 34 780 819 | + 35 128 529 | - 347 710 | + 4 986 328 | + 5 137 671 | - 151 343 | - 499 052 | PL | + 221 717 357 | + 213 586 087 | + 8 131 270 | - 18 863 549 | - 19 409 762 | + 546 213 | + 8 677 483 | PT | + 115 780 545 | + 115 125 921 | + 654 624 | - 9 850 523 | - 10 462 136 | + 611 613 | + 1 266 237 | RO | + 89 574 476 | + 85 592 444 | + 3 982 032 | + 9 388 194 | + 6 874 380 | + 2 513 814 | + 6 495 846 | SI | + 25 060 496 | + 23 502 134 | + 1 558 362 | - 2 132 128 | - 2 135 770 | + 3 642 | + 1 562 004 | SK | + 39 482 418 | + 38 324 928 | + 1 157 490 | + 4 471 219 | + 1 150 679 | + 3 320 540 | + 4 478 030 | FI | + 133 402 138 | + 132 254 957 | + 1 147 181 | + 11 061 910 | + 7 555 724 | + 3 506 186 | + 4 653 367 | SE | + 44 618 930 | + 44 353 471 | + 265 459 | + 20 478 709 | + 14 705 770 | + 5 772 939 | + 6 038 398 | UK | - 5 385 169 425 | - 5 331 368 973 | - 53 800 452 | - 115 809 314 | - 122 827 447 | + 7 018 133 | - 46 782 319 | Total | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Reviżjoni tal-finanzjament tat-tnaqqis gross fil-ħlasijiet tad-DNG tal-Iżvezja u l-Pajjiżi l-Baxxi fl-2010 It-tnaqqis gross fil-ħlasijiet tad-DNG tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għall-2010 kien stabbilit fil-Baġit tal-2010. L-ammonti ġew aġġustati għall-prezzijiet kurrenti billi ġie applikat id-deflatur tal-PDG għall-UE espress f’Euro, kif provdut mill-Kummissjoni fit-Tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa tal-2009, jiġifieri dawk li kienu disponibbli meta tħejja l-abbozz preliminari tal-baġit tal-2010. L-ammonti gross huma EUR 651,4 miljun għall-Pajjiżi l-Baxxi u EUR 161,5 miljun għall-Isvezja u dawn mhux se jinbidlu[11]. It-tnaqqis għandu jiġi ffinanzjat mill-Istati Membri kollha skont is-sehem fid-DNG. L-iffinanzjar huwa għalhekk immodifikat skont l-aġġornament tal-bażijiet tad-DNG għall-2010 kif maqbul waqt il-148 laqgħa dwar il-previżjonijiet tal-ACOR fit-18 ta’ Mejju 2010. It-tabella li jmiss tipprovdi ħarsa ġenerali tal-finanzjament tat-tnaqqis gross għall-2010: Tnaqqis fil-ħlasijiet tad-DNG għall-2010 għall-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja | BE | 23 602 839 | LU | 1 854 865 | BG | 2 226 003 | HU | 6 279 611 | CZ | 8 860 084 | MT | 370 693 | DK | 15 926 977 | NL | - 612 147 160 | DE | 167 822 128 | AT | 18 867 213 | EE | 885 244 | PL | 22 390 189 | IE | 8 634 417 | PT | 10 784 513 | EL | 15 595 850 | RO | 7 905 371 | ES | 69 432 028 | SI | 2 324 155 | FR | 133 363 878 | SK | 4 373 165 | IT | 103 115 739 | FI | 11 842 488 | CY | 1 132 305 | SE | - 140 323 242 | LV | 1 172 545 | UK | 111 935 597 | LT | 1 772 505 | Total | 0 | [1] ĠU L 248, 16.9.2002, p.1. [2] ĠU L 64, 12.3.2010. [3] Kif adottat fid-19 ta' Mejju 2010. [4] COM(2010)108 finali tad-19/3/2010 [5] COM(2010)149 finali tat-8/4/2010 [6] COM(2010) 169 finali tas-16.4.2010. [7] Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/436; jekk il-bażi tal-VAT ta' Stat Membru taqbeż il-50% tad-DNG tiegħu hija tiġi limitata għal dawn il-50%. Għall-ABE 6/2010, 8 Stati Membri se jkollhom il-bażi tal-VAT tagħhom limitata għal 50% tad-DNG: l-Irlanda, Ċipru, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja, il-Portugal u s-Slovenja. [8] Deċiżjoni tal-Kunsill nru 2000/597 tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE, disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2007:163:0017:0021:EN:PDF Id-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tal-21 ta' Sttembru 2000 "Kalkolu, finanzjament, ħlas u entrati fil-baġit tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji skont l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill [2000/597] dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE” msejħa Metodu ta' kalkolu tal-20 00 u disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/budget/library/documents/revenue_expenditure/own_resources/calc_own_res_en.pdf [9] Deċiżjoni tal-Kunsill nru 2007/436 tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE, disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2000:253:0042:0046:EN:PDF u d-Dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2007 "Kalkolu, finanzjament, ħlas u reġistrazzjoni fil-baġit tal-korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji skont l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill [2007/436] dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE” msejħa Metodu ta' kalkolu tal-2007 u disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/budget/library/documents/revenue_expenditure/own_resources/calc_own_res_2007_en.pdf [10] Minħabba l-effett tal-korrezzjoni tar-Renju Unit fuq ir-rata uniformi ta' ġbir tal-VAT (imnaqqsa bir-'rata ffriżata') u għalhekk ukoll ir-rata uniformi tal-ġbir tad-DNG (miżjuda sabiex tikkumpensa għall-ħlasijiet imnaqqsa tal-VAT). Dan l-effett ma baqax japplika retrospettivament mill-1 ta’ Jannar 2007 minħabba li id-Deċiżjoni 2007/436 tiffissa r-rata ta’ ġbir bħala 0,30% għall-Istati Membri kollha, minbarra l-Awstrija (0,225%), il-Ġermanja (0,15%), l-Isvezja u l-Pajjiżi l-Baxxi (0,10%) għall-pejodu 2007-2013 biss. [11] Skont l-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom l-ammonti huma aġġustati għall-prezzijiet kurrenti billi jiġi applikat id-deflatur tal-PGD għal-UE espress f’Euro, kif provdut mill-Kummissjoni, li jkun disponibbli meta l-abbozz preliminari tal-baġit ikun mħejji.