52010DC0149

Abbozz tal-baġit emendatorju nru 3 għall-baġit ġenerali tal-2010 dikjarazzjoni tan-nefqa taqsima b’taqsima Taqsima III – Il-Kummissjoni /* KUMM/2010/0149 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 8.4.2010

KUMM(2010)149 finali

ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 3 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2010

DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMATaqsima III – Il-Kummissjoni

ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 3GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2010

DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMATaqsima III – Il-Kummissjoni

Wara li ġew ikkunsidrati:

- it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu,

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

- il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finazjarja 2010 adottat fis-17 ta' Diċembru 2009[2],

- l-abbozz tal-baġits emendatorji Nru 1/2010[3] u 2/2010[4], it-tnejn li huma adottati fid-19 ta' Marzu 2010,

- ir-Regolament emendatorju (KE) Nru 1905/2006[5] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat 18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp

Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 3 għall-baġit tal-2010.

WERREJ

1. Introduzzjoni 4

2. Miżuri ta' Akkumpanjament tal-Banana 4

2.1 Motivazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni mill-ġdid 5

2.2 Il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà 9

3. Tabella sommarja tal-qafas finanzjarju intestatura b'intestatura 10

TIBDILIET FID-DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ SKONT IT-TAQSIMA

It-tibdiliet fid-dikjarazzjoni tal-infiq skont it-taqsima huma disponibbli fuq il-EUR-Lex(http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-en.htm). Qed tiġi mehmuża verżjoni bl-Ingliżi tal-bidliet f'din id-dikjarazzjoni skont it-taqsima għall-informazzjoni bħala anness tal-baġit.

1. Introduzzjoni

L-Abbozz tal-Baġit emendatorju Nru 3/2010 ikopri approprjazzjonijiet marbuta mal-istabbiliment tal-finanzjament tal-Miżuri ta’ Akkumpanjament tal-Banana (MAB) favur il-pajjiżi tal-AKP li jissupplixxu l-banana milqutin mil-liberalizzazzjoni tal-Aktar Nazzjon Iffavorit (MFN) fil-qafas tad-WTO, wara l-proposta tar-Regolament emendatorju (KE) Nru 1905/2006.

Dawn il-miżuri se jdumu erba' snin (2010-2013) u għandhom baġit ta' EUR 190 miljun.

Fl-2010, EUR 75 miljun se jkunu allokati għall-BAM skont l-Artikolu tal-baġit 21 06 07 — Miżuri ta' Akkumpanjament tal-Banana, li nħolqu waqt il-proċedura tal-baġit tal-2010. Dan l-ammont se jiddaħħal fir-riżerva sakem jiġi adottat ir-Regolament emendatorju (KE) Nru 1905/2006[6], b'finanzjament kif ġej: EUR 55,8 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji joħorġu minn immobilizzar mill-ġdid ta' impenji taħt Intestatura 4, EUR 0,9 miljun mill-marġini ta' Intestatura 4 u l-EUR 18,3 miljun li jifdal permezz tal-immobilizzar tal-Istrument ta' Flessibbiltà 2010.

L-impatt finanzjarju nett għal dan il-baġit emendatorju huwa ta’ EUR 19,2 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji addizzjonali, mingħajr ebda talba ġdida għal approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

2. Miżuri ta' Akkumpanjament tal-Banana

L-Unjoni Ewropea hi impenjata li tgħin lill-pajjiżi tal-AKP biex jadattaw għall-effetti tat-tibdiliet fir-reġim tagħha tal-importazzjoni. L-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw fis-sistema multilaterali tal-kummerċ u l-ekonomija globali huwa objettiv ewlieni tal-UE. Għalhekk il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li tappoġġja lill-pajjiżi prinċipali tal-AKP li jesportaw il-banana biex ikunu indirizzati l-isfidi li se jiffaċċjaw meta jkunu stabbiliti l-Miżuri ta' Akkumpanjament tal-Banana.

Il-Miżuri ta' Akkumpanjament tal-Banana huma maħsuba biex jappoġġjaw l-aġġustament tal-pajjiżi tal-AKP li jissupplixxu l-banana li ġew affettwati mil-liberalizzazzjoni tal-Aktar Nazzjon Iffavorit (MFN) fil-qafas tad-WTO.

Dan il-programm għandu jimmira li:

- jappoġġja l-adattar u/jew ir-ristrutturar ta' inħawi li jiddependu mill-esportazzjoni tal-banana permezz ta' appoġġ tal-baġit jew interventi speċifiċi,

- jipprovdi politiki soċjali dwar il-kapaċità ta' rkupru, diversifikazzjoni ekonomika jew investimenti għat-titjib tal-kompetittività, fejn din tkun strateġija vijabbli, b'kunsiderazzjoni għar-riżultati u tal-esperjenzi miksuba permezz tas-Sistema Speċjali u l-Qafas Speċjali ta' Assistenza għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjżi tal-AKP.

2.1 Motivazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni mill-ġdid

- 07 02 04 — Azzjoni ta' tħejjija - Monitoraġġ ambjentali tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed u Programm ta' qafas komuni Ewropew għall-iżvilupp tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed

Din l-azzjoni ta' tħejjija tkompli l-proġett pilota - monitoraġġ ambjentali tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed u Programm ta' qafas komuni Ewropew għall-iżvilupp tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed maħluq fl-2008, b'objettivi simili.

Skont il-baġit tal-2008 u l-2009, kienu appoġġjati 2 proġetti implimentati mill-Kummissjoni tal-Baħar l-Iswed, b'EUR 1 miljun kemm fl-2008 u l-2009. Il-Kummissjoni tal-Baħar l-Iswed hija l-unika organizzazzjoni li bil-kompetenza u l-istruttura tagħha tista' tiggarantixxi djalogu effettiv fuq it-tniġġis fost il-pajjiżi bi fruntiera mal-baħar.

Il-proġetti appoġġjati fl-2008-2009 jimmiraw li:

- isaħħu l-kooperazzjoni istituzzjonali bil-ħsieb li jinbena kunsens biex jiġu indirizzati l-problemi ta' tniġġis taż-żejt u biex titħejja l-implimentazzjoni ta' pjattaforma ta' monitoraġġ u informazzjoni dwar it-tniġġis taż-żejt.

- jiżviluppaw il-kapaċitajiet tal-informazzjoni u monitoraġġ meħtieġa biex ipoġġu lill-pajjiżi bi fruntiera mal-baħar f'pożizzjoni li jindirizzaw aħjar it-tniġġis ikkawżat miż-żejt.

Ir-riżultati ta' dawn iż-żewġ proġetti se jkunu magħrufa lejn tmiem l-2011. Kif diġà kien iddikjarat fl-ittra indirizzatra lill-Parlament dwar l-"eżekutabbiltà" tal-emendi vvutati fl-ewwel qari, il-Kummissjoni tqis li jkun aħjar wieħed jistenna r-riżultati tal-proġetti msemmija hawn fuq qabel ma jiġu mnedija attivitajiet ġodda dwar it-tniġġis taż-żejt.

Filwaqt li l-Kummissjoni ma tarax li hemm lok għal xogħol ulterjuri dwar il-kwistjoni tal-monitoraġġ ambjentali tal-Baċir tal-Baħar l-Iswed skont l-Azzjoni ta' Tħejjija, hi tqis li l-ammont ta' approprjazzjonijet ivvutati skont il-Baġit tal-2010 (EUR 2 miljun) ma jistgħux jintużaw kompletament.

B'konsiderazzjoni tal-ħtieġa li wieħed ikompli jibni fuq proġetti u riżultati eżistenti, biex jiġi evitat xogħol doppju li qed isir permezz ta' attivitajiet relevanti li għaddejjin jew li ġew ippjanati u biex tikkunsidra l-kapaċità ta' assorbiment ta' organizzazzjonijiet possibbilment implimentattivi fir-reġjun, il-Kummissjoni tistma li l-attivitajiet possibbli għall-2010 ma jirrikjedux riżorsi finanzjarji li jaqbżu l-EUR 0,5 miljun.

Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat mill-ġdid ammont ta' EUR 1,5 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji.

- 19 06 08 — Reazzjoni ta' emerġenza għall-kriżi finanzjarja u ekonomika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Il-baġit tal-Komunità mhuwiex mgħammar li jindirizza direttament il-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika f'madwar 50 pajjiż tal-Istrumenti tal-Iżvilupp ta' Kooperazzjoni (DCI) u ma jistax jieħu post ir-rwol u l-mandat makroekonomiku u settorjali tal-istituzzjonijiet internazzjonali finanzjarji (IFIs).

B'ammont limitat, l-iskop ta' din l-azzjoni ta' tħejjija għandu jkun pjuttost, f'konformità mal-objettiv tal-Parlament Ewropew, li jeżamina l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Il-Kummissjoni pproponiet li tibda timplimenta dawn l-azzjonijiet fl-2010 billi tniedi studju dwar l-impatt tal-kriżi f'dawn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Hu stmat li ammont ta' EUR 0,5 miljun se jkun biżżejjed biex isir l-istudju. Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat mill-ġdid ammont ta' EUR 2,5 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji.

- 19 09 01 —- Kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw tal-Amerika Latina

Wara rivalutazzjoni tal-azzjonijiet imħejjija, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat mill-ġdid ammont ta' EUR 1 miljun.

- 19 10 01 01 — Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja

Wara rivalutazzjoni tal-azzjonijiet imħejjija, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat mill-ġdid ammont ta' EUR 2 miljun.

- 21 02 01 — Sigurtà alimentari

Wara rivalutazzjoni mill-ġdid tal-azzjonijiet imħejjija diġà il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat mill-ġdid ammont ta' EUR 1 miljun.

- 21 02 03 — Faċilità għal reazzjoni rapida għall-prezzijiet tal-ikel dejjem jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw

L-ammont ta' EUR 17,4 miljun ingħata minn qabel sabiex ikopri l-ħtiġijiet urġenti tal-Gana sa tmiem l-2009. Kif tħabbar diġà fit-trasferiment (DEC 42/2009) il-Kummissjoni kien fi ħsiebha tipproponi trasferiment fl-2010 lura għal linja baġitarja oħra sabiex jiġi rrispettat il-pakkett totali tal-Faċilità għall-Ikel ta' EUR 1 biljun matul il-perjodu 2008-2010.

Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat mill-ġdid ammont ta' EUR 17,4 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji.

- 21 05 01 01 — Saħħa

Wara rivalutazzjoni tal-azzjonijiet imħejjija diġà il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat mill-ġdid ammont ta' EUR 1 miljun.

- 21 05 01 06 — Azzjoni ta' tħejjija — Trasferiment ta' teknoloġija relatata mal-farmaċewtika għall-benefiċċju tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw

L-objettiv ta' din l-azzjoni ta' tħejjija hu li jiġi appoġġjat it-titjib tar-riċerka, l-iżvilupp u l-kapaċità tal-produzzjoni fil-qasam tal-farmaċewtika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jiżdied l-aċċess, speċjalment tal-pajjiżi fqar u dawk l-anqas żviluppati, ta' prodotti tas-saħħa marbuta mal-mard relatat mal-faqar, tropikali u traskurat, kif ukoll dak li ma jitteħidx.

Matul l-ewwel sena ta' din l-azzjoni preparatorja – il-baġit tal-2008 – ġiet ffirmat ftehim ta' kontribuzzjoni mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) f'Diċembru tal-2008 għall-implimentazzjoni ta' konsultazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati. L-iskop ta' dan l-istudju hu li jidentifika l-isfidi ewlenin u l-ostakli tal-produzzjoni lokali tal-farmaċewtiċi u t-trasferiment tat-teknoloġija relatata lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw u jiġu pprovduti rakkomandazzjonijiet u gwida għal azzjoni ulterjuri f'dan il-qasam. L-istudju kien imniedi f'Jannar tal-2009 u se jibqa' għaddej 24 xahar.

Parti mill-approprjazzjonijiet ta' taħt it-tieni sena tal-azzjoni ta' tħejjija – il-baġit tal-2009 – intużat biex l-istudju jiġi estiż għat-tilqim u d-djanjostika permezz ta' emenda għall-Ftehim ta' Kontribuzzjoni inizjali mal-WHO (EUR 0,5 miljun). Se tiġi identifikata azzjoni ulterjuri mal-WHO u l-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) hekk kif l-ewwel riżultati parzjali jsiru disponibbli minn Marzu tal-2010. It-tieni fażi (EUR 4,5 miljun) se tistabbilixxi s-sisien għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-istudju u tistabbilixxi l-qafas għal miżuri konkreti tal-bini ta' kapaċità skont il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet identifikati. Din mistennija li tiġi implimentata permezz ta' Ftehim ta' Kontribuzzjoni mal-aġenzija l-aktar addattata tan-NU.

It-tieni fażi ta' din l-azzjoni kienet imfassla b'mod flessibbli, sabiex jinbeda l-iżvilupp tal-pjanijiet tal-bini ta' kapaċità fil-qasam tar-riżorsi umani u jiġu akkomodati l-ewwel riżultati tal-istudju hekk kif dawn ikunu disponibbli. Meta wieħed jikkunsidra li dawn l-attivitajiet huma diġà koperti mill-baġit allokat fl-2009, appoġġ għal oqsma oħra għandu jibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-istudju. Għalhekk ikun prematur u diffiċli ħafna li wieħed jidentifika attivitajiet qabel l-2011.

L-istudju ffinanzjat mill-baġit tal-2008 ma nbediex qabel l-2009. Hu mmirat biex jidentifika prijoritajiet u sfidi fir-rigward tal-produzzjoni lokali tal-farmaċewtiċi u trasferiment tat-teknoloġija relatata u se jipprovdi rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ulterjuri tal-KE f'dan il-qasam. Minħabba li r-riżultati aħħarin mhux se jkunu disponibbli qabel tmiem l-2010, hu prematur li wieħed jidentifika azzjonijiet mingħajr ma jieħu kont ta' dawn ir-riżultati.

Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat mill-ġdid ammont ta' EUR 3,3 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji.

- 21 06 03 — Appoġġ għall-aġġustament għal pajjiżi tal-protokoll dwar iz-zokkor

Fir-rigward tal-Fiġi huwiex possibbli li tiġi impenjata l-allokazzjoni indikattiva totali fid-dawl taċ-ċirkostanzi politiċi (il-Ftehim ta' Cotonou Art. 96 u DCI Art. 37). Konsegwentement, u billi l-fondi ma jistgħux jintużaw kif kien ippjanat inizjalment, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza mill-ġdid ammont ta' EUR 24,3 miljun mil-linja baġitarja taz-zokkor.

- 21 07 04 — Ftehimiet dwar il-Prodotti Bażiċi

Il-Ftehim Internazzjoni dwar l-Injam Tropikali, innegozjat fl-2006, kien mistenni li jidħol fis-seħħ fl-2009 jew tal-anqas fl-2010. Madankollu, l-Brażil, wieħed mill-akbar produtturi tal-injam tropikali fid-dinja, għadu ma rratifikax il-ftehim. Għalhekk il-ftehim se jidħol fis-seħħ aktar tard milli kien ippjanat fil-bidu li jfisser li l-miżata tas-sħubija se tkun aktar baxxa milli kien mistenni.

'Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat mill-ġdid ammont ta' EUR 1,8 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji.

2.2 Il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà

Il-Punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006[7] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità sabiex ikun possibbli l-finanzjament ta' nfiq identifikat b'mod ċar li ma jistax jiġi ffinanzjat fil-limiti disponibbli għal intestatura waħda jew aktar tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Skont punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali, u wara li kienu eżaminati l-possibbiltajiet kollha għar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet taħt intestatura 4, kif stabbilit f'taqsima 2.1 hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Istrument ta' Flessibbiltà għall-finanzjament tal-Miżuri ta’ Akkumpanjament tal-Banana (BAM), għal ammont ta' EUR 18,3 miljun lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 4.

3. Tabella sommarja tal-qafas finanzjarju intestatura b'intestatura

Qafas finanzjarju Intestatura/sottointestatura | Qafas finanzjarju 2010 | Baġit tal-2010 (inkluż ABE 1 sa 2/2010) | ABE 3/2010 | Baġit tal-2010 (inkluż ABE 1 sa 3/2010) |

|AI |AĦ |AI |AĦ |AI |AĦ |AI |AĦ | | 1. TKABBIR SOSTENIBBLI | | | | | | | | | | 1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi |14 167 000 000 | |14 861 853 253 |11 342 270 803 | | |14 861 853 253 |11 342 270 803 | |1b. Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi |49 388 000 000 | |49 387 592 092 |36 384 885 000 | | |49 387 592 092 |36 384 885 000 | | Total | 63 555 000 000 | |64 249 445 345 |47 727 155 803 | | |64 249 445 345 |47 727 155 803 | | Marġini[8] | | |-194 445 345 | | | |-194 445 345 | | | 2. PRESERVAZZJONI U ĠESTJONI TAR-RIŻORSI NATURALI | | | | | | | | | | Li minnhom nefqa relatata mas-suq u ħlasijiet diretti |47 146 000 000 | |43 819 801 768 |43 701 207 586 | | |43 819 801 768 |43 701 207 586 | | Total | 59 955 000 000 | |59 498 833 302 |58 135 640 809 | | |59 498 833 302 |58 135 640 809 | | Marġini | | |456 166 698 | | | |456 166 698 | | | 3. ĊITTADINANZA, LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA | | | | | | | | | | 3a. Libertà, Sigurtà u Ġustizzja |1 025 000 000 | |1 006 487 370 |738 570 370 | | |1 006 487 370 |738 570 370 | |3b. Ċittadinanza |668 000 000 | |668 000 000 |659 387 500 | | |668 000 000 |659 387 500 | | Total | 1 693 000 000 | |1 674 487 370 |1 397 957 870 | | |1 674 487 370 |1 397 957 870 | | Marġini[9] | | |18 512 630 | | | |18 512 630 | | | 4. L-UE bħala attur globali[10] |7 893 000 000 | | 8 141 006 470 |7 787 695 183 |19 175 530 | | 8 160 182 000 |7 787 695 183 | | Marġini | | | 875 530 | | | | -18 300 000 | | | 5. AMMINISTRAZZJONI[11] |7 882 000 000 | |7 908 478 423 |7 908 478 423 | | |7 908 983 423 |7 908 478 423 | | Marġini | | | 53 016 577 | | | | 53 016 577 | | | TOTAL | 140 978 000 000 |134 289 000 000 |141 472 755 910 |122 956 928 088 |19 175 530 | |141 491 931 440 |122 956 928 088 | | Marġini | | |529 126 912 |11 660 953 912 | | |528 250 560 |11 660 953 912 | |

[1] ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

[2] ĠU L 64, 12.3.2010.

[3] COM(2010) 107

[4] COM(2010) 108

[5] ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

[6] COM(2010) 102

[7] ĠU C 139, 14 06 2006, p. 1

[8] Il-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) mhuwiex inkluż fil-kalkolu tal-marġni taħt l-Intestatura 1a (EUR 500 miljun). EUR 195 miljun 'il fuq mil-limitu massimu huma ffinanzjati bil-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibbiltà.

[9] L-ammont tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) ikun inserit apparti l-intestaturi relevanti kif previst mill-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 (ĠU C 139 tal-14.6.2006)

[10] Il-marġini 2010 għall-intestatura 4 ma jikkunsidrax l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza (EUR 248,9 miljun). EUR 18,3 miljun 'il fuq mil-limitu massimu huma ffinanzjati bil-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibbiltà.

[11] Għall-kalkolu tal-marġini taħt il-limitu massimu tal-intestatura 5, ittieħed kont tan-nota (1) f'qiegħ il-paġna fil-qafas finanzjarju 2007-2013 għal somma ta' EUR 78 miljun għall-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni.