52010DC0064

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-istatistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni /* KUMM/2010/0064 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 1.3.2010

KUMM(2010)64 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-istatistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-istatistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni

WERREJ

SOMMARJU EŻEKUTTIV 3

1 INTRODUZZJONI 3

1.1 L-ISFOND U L-GĦANIJIET 3

1.2 IL-KUNTEST TA’ POLITIKA 4

1.3 REGOLI TA' IMPLIMENTAZZJONI 4

1.4 KOPERTURA TA' STATI MEMBRI U PAJJIŻI OĦRAJN 5

2 L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT 5

2.1 KWISTJONIJIET LI SPUNTAW 5

2.1.1 Konformità mal-obbligi legali 5

2.1.2 Il-piż fuq il-pajjiżi li jagħmlu r-rappurtaġġ għall-implimentazzjoni u l-għoti regolari tad-dejta 7

2.1.3 Il-proċess tal-ġbir, kumpilazzjoni u validazzjoni tad-dejta 7

2.1.4 Kwistjonijiet metodoloġiċi 7

2.2 RIŻULTATI 8

2.2.1 Trażmissjoni u validazzjoni tad-dejta 8

2.2.2 Gwida metodoloġika 8

2.2.3 It-tqassim tad-dejta 8

3 KONKLUŻJONIJIET 9

3.1 ŻVILUPPI GĦAL ŻMIEN QASIR 10

3.2 ŻVILUPPI GĦAL ŻMIEN TWIL 10

WERREJ TA' TABELLI

Tabella 1: Il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament: it-tqassim ta' dejta miġbura skont is-sena 6

Tabella 2: Trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni skont il-pajjiż: id-dejta tal-2008 u t-tkabbir għall-2007-2008. 9

SOMMARJU EżEKUTTIV

Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni[1] jispeċifika fl-Artikolu 8 li, sal-15 ta' Ottubru 2009 u wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat dwar is-Sistema tal-Istatistika Ewropea (li qabel kien il-Kumitat dwar il-Programm tal-Istatistika), il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-għan ta' dan ir-rapport huwa li jkun konformi ma' dak ir-rekwiżit.

Dan ir-rapport ifassal l-isfond, l-għanijiet u l-kuntest tal-politika tal-leġiżlazzjoni. Jiddiskuti wkoll kwistjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni tiegħu u jiddeskrivi r-riżultati ewlenin miksuba. It-taqsima finali tipprovdi l-konklużjonijiet u l-iżviluppi futuri possibbli.

Ir-Regolament wassal għal żieda fl-informazzjoni dettaljata dwar it-trasport ta' merkanzija Ewropea minn passaġġi fuq l-ilma interni u tejjeb il-kwalità u l-puntwalità tad-dejta. L-Istati Membri għamlu sforz biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament u l-biċċa l-kbira minnhom qed jipprovdu d-dejta kollha mitluba filwaqt li jirrispettaw iż-żmien stipulat.

1 INTRODUZZJONI

1.1 L-ISFOND U L-GĦANIJIET

Id-dejta dwar il-merkanzija ttrasportata minn passaġġi fuq l-ilma interni bdiet tiġi miġbura fl-1982 wara d-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE. Din id-Direttiva antika kellha bosta nuqqasijiet li waqqfu l-monitoraġġ xieraq ta' dan it-tip ta' trasport. Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 indirizza dawn in-nuqqasijiet u stipula regoli komuni għall-istatistika ta' trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni.

Dan ir-Regolament kien għalhekk imfassal biex jipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Istituzzjonijiet oħra tal-UE, lill-gvernijiet nazzjonali u lill-pubbliku ġenerali b'dejta tal-istatistika komparabbli, affidabbli, armonizzata, regolari u komprensiva dwar il-ġarr ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fl-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ewlenin tar-Regolament 1365/2006 jistgħu jitqassru kif ġej:

- l-Istati Membri biss li fihom il-volum totali ta' merkanzija ttrasportata kull sena (minn passaġġi fuq l-ilma interni) jaqbeż il-miljun tunnellata jeħtieġu li jipprovdu d-dejta mitluba;

- il-perjodi ta' osservazzjoni huma ta' kull tliet xhur u kull sena; sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-Istati Membri l-ebda dejta ta' kull xahar mhija mitluba;

- inqas ġbir ta' dejta hija ddefinita għal dawk l-Istati Membri fejn m'hemmx trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni ta' tranżitu jew trasport internazzjonali, iżda fejn il-volum totali ta' merkanzija ttrasportata kull sena minn passaġġi fuq l-ilma interni, f'livell nazzjonali, jaqbeż il-miljun tunnellata;

- hemm klassifikazzjoni ssimplifikata ta' tipi ta' bastimenti, u qasam ġdid ta' informazzjoni sabiex jiġu sseparati bastimenti mgħobbija/vojta u kontenituri;

- dejta tal-merkanzija tiġi miġbura wkoll għal trasport ta' kontenituri;

- id-dejta tal-oriġini/destinazzjoni ġeografika għandha tiġi pprovduta fil-livell NUTS2.

1.2 IL-KUNTEST POLITIKU

It-trasport minn passaġġi tal-ilma interni għandu rwol rilevanti (madwar 5 sa 6 % f'tunnellata-km) fi trasport intern ta' merkanzija fl-Ewropa.

Il-karatteristiċi ewlenin ta' trasport minn passaġġi tal-ilma interni fl-Ewropa huma:

- disponibilità ta' netwerk wiesa' ta' passaġġi tal-ilma (aktar minn 37 000 km); 20 Stat Membru għandhom passaġġi tal-ilma interni u 12 minnhom għandhom netwerk ta' passaġġi tal-ilma interkonnessi;

- affidabilità, sigurtà u impatt ambjentali baxx;

- livell għoli ta' sikurezza; dan huwa partikolarment importanti għat-trasport ta' merkanzija perikoluża;

- effiċjenza għolja fl-enerġija; il-konsum tal-enerġija kull tunnellata-km hija madwar 17 % tat-trasport bit-triq u 50 % tat-trasport ferrovjarju.

Il-potenzjal sabiex jiżdied is-sehem modali ta' passaġġi tal-ilma interni huwa sinifikanti; dan huwa notevolment rilevanti mil-lat tal-konġestjoni frekwenti u problemi ta' volum ma' mezzi oħra ta' trasport. Żvilupp ulterjuri ta' trasport minn passaġġi tal-ilma interni jistgħu jgħinu sabiex inaqqsu l-konġestjoni fin-netwerk tat-toroq li jkunu mgħobbija żżejjed f'żoni b'popolazzjoni densa.

Sabiex tiġi żviluppata Politika Komuni tat-Trasport, għandna bżonn l-aqwa għarfien possibbli tal-medda u s-sitwazzjoni tat-trasport minn passaġġi tal-ilma interni. Il-White Paper Il-politika Ewropea tat-trasport għall-2010: żmien li niddeċiedu[2] ddefiniet l-għan tal-Politika Komuni tat-Trasport: sabiex tgħin biex tipprovdi lill-Ewropej sistemi ta' trasport effiċjenti u effettivi. Dan l-għan inżamm fir- Reviżjoni ta' Nofs it-Terminu tal-White Paper[3], għalkemm aktar orjentat biex jiżgura l-mobbiltà sostenibbli fl-Ewropa. L-istatistika Komunitarja ta' passaġġi tal-ilma interni tintuża għall-ħolqien, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-politiki tat-trasport tal-UE, kif ukoll politiki tal-UE dwar temi oħra bħal funzjonament tas-suq intern. Il-ġbir ta' dejta jgħin ukoll sabiex jippromwovi trasport minn passaġġi tal-ilma interni u jintegrah fil-katina tal-loġistika intermodali.

1.3 REGOLI TA' IMPLIMENTAZZJONI

Ir-Regolament 1365/2006 jagħti s-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, li għandhom ikunu eżerċitati permezz tal-proċedura ta’ komitoloġija kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10. L-Eurostat uża din il-proċedura biex jadotta għadd ta' regoli dwar aspetti varji ta' implimentazzjoni. Dawn ir-regoli huma adottati fil-forma ta' Regolamenti tal-Kummissjoni, wara li kkonsulta l-Kumitat dwar is-Sistema tal-Istatistika.

S'issa ġew adottati żewġ Regolamenti implimentattivi tal-Kummissjoni.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni 425/2007[4] jipprovdi għadd komprensiv ta' arranġamenti ta' implimetazzjoni, inkluż lista dettaljata tad-definizzjonijiet, spjegazzjonijiet u linji gwida tar-rappurtaġġ tad-dejta. Jagħti wkoll deskrizzjoni ddettaljata tal-fajls tad-dejta mitluba u l-mezz ta' trażmissjoni.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1304/2007[5] huwa mmirat lejn it-twaqqif tal-NST 2007 bħala l-klassifikazzjoni unika għal merkanzija ttrasportata.

1.4 KOPERTURA TA' STATI MEMBRI U PAJJIŻI OĦRAJN

Ir-Regolament 1365/2006 japplika direttament u fl-intier tiegħu għall-Istati Membri kollha. Ma għandux għalfejn jiġi traspost fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Skont ir-rekwiżiti tar-Regolament, 13-il Stat Membru (BE, BG, CZ, DE, FR, LU, HU, NL, AT, PL, RO, SK u UK) huma obbligati li jipprovdu d-dejta. Kif iddikjarat fl-Artikolu 2 tar-Regolament, ir-Renju Unit huwa soġġett għal dispożizzjoni ta' inqas dejta.

Għalkemm mhux mitlub mir-Regolament, tliet Stati Membri (FI, IT u LT) jipprovdu dejta fuq bażi volontarja. Barra minn hekk, sitt Stati Membri (BE, BG, CZ, LU, HU u RO) jipprovdu wkoll dejta li mhix obbligatorja (traffiku tal-bastimenti, trasport ta' merkanzija perikoluża u numru ta' inċidenti) fuq bażi volontarja.

Fil-każ ta' pajjiżi kandidati, il-Kroazja pprovdiet dejta ta' tliet xhur tas-sena u l-ġabra ta' dejta E1 imnaqqsa għas-sena ta' referenza 2007. Għas-sena ta' referenza 2008 il-Kroazja pprovdiet id-dejta kollha mitluba permezz tar-Regolament u, fuq bażi volontarja, dejta dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża.

2 L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT

2.1 KWISTJONIJIET LI SPUNTAW

2.1.1 Konformità mal-obbligi legali

Konformità mal-obbligi tad-dispożizzjonijiet tad-dejta ddefiniti fir-Regolament tjiebet fil-perjodu msemmi. L-Istati Membri kollha pprovdew il-ġabriet ta' dejta mandatorji kollha u f'ċerti każi biss inqabżet id-data tal-iskadenza stipulata mir-Regolament. Id-dewmien ikun partikolarment minħabba l-introduzzjoni ta' proċeduri ġodda li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament, u li huma mistennija li jisparixxu fil-futur qrib.

It-tabella 1 turi t-tqassim tad-dejta għall-perjodu 2007-2008 skont il-ġabra tad-dejta u l-perjodiċità. Il-ġabra tad-dejta D1 u D2 huma ta' kwart tas-sena , il-ġabra tad-dejta l-oħra kollha huma annwali.

Tabella 1: Il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament: it-tqassim ta' dejta miġbura skont is-sena

2007 | 2008 |

Kull tliet xhur | Annwali | Kull tliet xhur | Annwali |

2008 | Tkabbir 2007 – 2008 | 2008 | Tkabbir 2007 – 2008 |

Il-Belġju | 130 350 | -3.2 % | 8 746 | -2.9 % |

Il-Bulgarija (5) | 10 956 | +65.4 % | 2 890 | +185.9 % |

Ir-Repubblika Ċeka | 752 | -34.1 % | 28 | -23.7 % |

Id-Danimarka | - | - | -: | - |

Il-Ġermanja | 245 674 | -1.3 % | 64 056 | -1.0 % |

L-Estonja | - | - | - | - |

L-Irlanda | - | - | - | - |

Il-Greċja | - | - | - | - |

Spanja | - | - | - | - |

Franza | 72 807 | -4.2 % | 8 910 | -3.2 % |

L-Italja (1) | : | - | : | - |

Ċipru | - | - | - | - |

Il-Latvja | - | - | - | - |

Il-Litwanja (1) | 146 | +15.7 % | 12 | +16.1 % |

Il-Lussemburgu | 10 984 | +9.9 % | 367 | +6.6 % |

L-Ungerija | 8 829 | +5.0 % | 2 250 | +1.7 % |

Malta | - | - | - | - |

L-Olanda (2) | 333 202 | -3.8 % | 44 979 | -1.9 % |

L-Awstrija | 11 209 | -7.4 % | 2 359 | -9.2 % |

Il-Polonja | 6 101 | -5.3 % | 277 | +9.7 % |

Il-Portugall | - | - | - | - |

Ir-Rumanija | 30 295 | +3.0 % | 8 687 | +6.0 % |

is-Slovenja | - | - | - | - |

Is-Slovakkja | 8 371 | +4.5 % | 1 101 | +9.7 % |

Il-Finlandja (1) | 335 | -28.9 % | 80 | -20.9 % |

L-Isvezja | - | - | - | - |

Ir-Renju Unit (3) | 3 415 | -3.6 % | 149 | -8.3 % |

UE-27 (2)(4) | 511 442 | -2.7 % | 144 891 | +0.1 % |

Il-Kroazja (1) | 880 | -40.0 % | 79 | -27.9 % |

(1) | Għoti ta' dejta fuq bażi volontarja |

(2) | Dejta provviżorja u kkalkolata |

(3) | Ġabra ta' dejta E1 annwali biss għandha tiġi pprovduta |

(4) | Dejta Taljana tal-2007 li ma ġietx ikkunsidrata għal kalkolu tar-rata tat-tkabbir |

(5) | Iż-żieda rilevanti hija minħabba l-bidu tar-rappurtaġġ tal-BG tad-dejta tat-tranżitu tal-2008 |

: | Mhux disponibbli |

- | Mhux applikabbli |

3 KONKLUŻJONIJIET

L-esperjenza u r-riżultati miksuba mal-implimentazzjoni tar-Regolament 1365/2006 jistgħu jitqiesu, b'mod ġenerali, bħala pożittivi ħafna. L-adozzjoni tar-Regolament, ix-xogħol li sar u r-riżorsi allokati għat-twaqqif tal-istrutturi meħtieġa kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Eurostat, ippermettew il-produzzjoni rapida ta' riżultati komparabbli u ta' kwalità għolja.

L-għoti tad-dejta fis-sentejn ta' wara tjiebu, għalkemm għad fadal xi problemi pendenti, partikolarment fir-rigward tal-komparabilità, il-kompletezza u l-perjodiċità tal-ġabriet tad-dejta mogħtija.

Ħafna mill-kwistjonijiet marbuta mal-interpretazzjoni tar-Regolament, il-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-validazzjoni tad-dejta ġew indirizzati. Ir-Regolament wassal għal disponibilità akbar ta' informazzjoni dwar is-settur u tnaqqis fil-piż għall-pajjiżi li jagħmlu r-rappurtaġġ.

Fir-rigward tal-użu tad-dejta, ir-riżultati miksuba għandhom applikazzjoni immedjata fit-tfassil tal-politika, b'mod partikolari għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-UE. It-tqassim ta' dejta permezz ta' mezzi pubbliċi varji għen biex jagħti viżibilità lill-proċess kollu u biex jipprovdi prospett fuq l-investiment tar-riżorsi li ġew investiti fih.

3.1 ŻVILUPPI GĦAL ŻMIEN QASIR

Fi żmien qasir, (sena jew sentejn) l-isforzi għandhom ikunu kkonċentrati fuq il-kwistjonijet li ġejjin:

- aktar titjib fil-kwalità tad-dejta għal ċerti elementi. Il-pajjiżi li jagħmlu r-rappurtaġġ jeħtieġu li jagħmlu aktar sforzi sabiex inaqqsu d-differenzi iffokati mill-verifiki u jtejbu l-għoti tad-dejta tat-tranżitu tat-trasport. Ir-riżultati jistgħu jinkisbu f'dan il-qasam b'kollaborazzjoni mtejba bejn il-pajjiżi li jagħmlu r-rappurtaġġ;

- it-tkabbir tal-UE għandu jinkludi l-Kroazja. L-Eurostat ser jassisti dan il-pajjiż kandidat sabiex ikun konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-istatistika ta' trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni.

3.2 ŻVILUPPI GĦAL ŻMIEN TWIL

Ir-Regolament 1365/2007 huwa pjuttost riċenti, iżda diġà possibbli li jiġu identifikati xi żviluppi possibbli:

- il-kwalità tad-dejta miġbura tista' tibbenifika mill-introduzzjoni progressiva ta' reġistru Ewropew għal bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni u l-użu estensiv tas-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar;

- ġbir ta' varjabbli ġodda u iktar dettaljati jistgħu jiġu kkunsidrati, skont il-ħtiġijiet tal-utenti tad-dejta u l-piż potenzjali fuq min iwieġeb. Żewġ punti ta' interess partikolari huma: estensjoni ulterjuri ta' forniment ta' dejta dwar 'trasport ta' merkanzija perikoluża' u l-ġbir ta' livell aktar dettaljat ta' dejta dwar it-'tip ta' merkanzija' (klassifikazzjoni NST 2007);

- estensjoni ta' kopertura ġeografika ta' statistika, possibilment minħabba tkabbir tal-ġejjieni tal-UE u involviment volontarju ta' pajjiżi li mhumiex fl-UE u/jew organizzazzjonijiet internazzjonali permezz ta' ftehim ta' kooperazzjoni.

[1] Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-istatistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni, ĠU L 264, 25.9.2006, p. 1.

[2] COM (2001) 370 tat-12 ta' Settembru 2001.

[3] COM(2006) 314 tat-22 ta' Ġunju 2006: 'Inżommu lill-Ewropa miexja – Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna. Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Kummissjoni Ewropea tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2001'.

[4] Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 425/2007 tad-19 ta’ April 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni, ĠU L 103, 20.4.2007, p. 26.

[5] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 tas-7 ta’ Novembru 2007 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 u (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif tal-NST 2007 bħala l-klassifikazzjoni unika għall-merkanzija ttrasportata b’ċerti mezzi ta’ trasport, ĠU L290, 8.11.2007, p. 14.