|
3.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 99/30 |
Il-Ħamis 25 ta’ Novembru 2010
Baġit 2011
P7_TA(2010)0433
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar in-negozjati li għaddejin bħalissa dwar il-baġit 2011
2012/C 99 E/06
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 310 sa 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ġenerali tal-baġit għall-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-27 ta’ April 2010 (COM(2010)0300), u għall-Ittri li Jemenda Nru 1, 2 u 3 preżentati mill-Kummissjoni fil-15 ta’ Settembru 2010, 11 ta’ Ottubru 2010 u 20 ta’ Ottubru 2010 rispettivament, |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ Awwissu 2010 (12699/2010 - C7-0202/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni teigħu tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit għall-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 - it-taqsimiet kollha (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2007-2013 (COM(2010)0072) u d-dokument tal-Kummissjoni dwar Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji (COM(2010)0073), it-tnejn ippreżentati fit-3 ta’ Marzu 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għall-2010 (COM(2010)0149) tat-8 ta’ April 2010 u Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 10 għall-baġit ġenerali għall-2010 (COM(2010)0598) ta’ 20 Ottobru 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità, ippreżentata mill-Kummissjoni fit-8 ta’ April 2010 (COM(2010)0150), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2010 li l-Kunsill stabbilixxa fit-13 ta’ Settembru 2010 (13472/2010 – C7-0263/2010), u għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Kummissjoni (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2007-2013 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi tal-Unjoni Ewropea stess (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-pożizzjoni tal-Kunsill l-abbozz tal-baġit illimitat l-approprijazzjonijiet tal-pagamenti għal ammont li jirrappreżenta żieda ta’ 2.91 % fuq il-baġit tal-2010, |
|
B. |
billi l-Parlament qabel ma’ “strateġija ta’ seba’ punti” mmirata għall-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona, appoġġata b’emendi baġitarji, filwaqt li juri d-disponibilità li jikkonferma l-livell tal-pagamenti fil-kuntest ta’ ftehim globali, |
|
C. |
filwaqt li fil-15 ta’ Novembru 2010, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni Parlament-Kunsill ma qabilx dwar test konġunt għall-baġit 2011, |
|
1. |
Jesprimi d-disponibilita tiegħu li jiffaċilita ftehim dwar il-baġit 2011 u l-elementi relattivi fi skadenza stretta ħafna, basta l-kondizzjonijiet elenkati aktar ’l isfel jiġu sodisfatti mill-Kummissjoni u mill-Kunsill:
|
|
2. |
Jilqa’ l-impenji tal-Kummissjoni dwar il-Valur Miżjud Ewropew u l-konsegwenzi’ tat-Trattat ta’ Lisbona għall-baġit tal-UE,, u dwar skadenza preċiża għar-riżorsi proprji; |
|
3. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0372.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0371.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0328.
(4) ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 214.