20.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 308/96


It-Tlieta 7 ta’ Settembru 2010
Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 2/2010: KREKE (Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi)

P7_TA(2010)0295

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 2/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (12583/2010 – C7-0194/2010 – 2010/2046(BUD))

2011/C 308 E/24

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, adottat b’mod definittiv fis-17 ta’ Diċembru 2009 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 2/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, li l-Kummissjoni ppreżentat fid-19 ta’ Marzu 2010 (COM(2010)0108),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissarju Janusz Lewandowski lill-President Buzek tad-9 ta’ Lulju 2010,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 2/2010, li l-Kunsill stabbilixxa fis-26 ta’ Lulju 2010 (12583/2010 – C7-0194/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0240/2010),

A.

billi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 2/2010 tkopri l-organigramma tal-Uffiċċju tal-KREKE (Il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi),

B.

billi l-iskop tal-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 2/2010 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2010,

C.

billi l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fis-26 ta’ Lulju 2010,

1.

Jieħu nota tal-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 2/2010;

2.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 2/2010 mingħajr emendi u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ta’ emenda Nru 3/2010 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 64, 12.3.2010.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.