12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 236/170 |
It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni
P7_TA(2010)0200
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0182 – C7-0099/2010 – 2010/2060(BUD))
2011/C 236 E/35
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0182 – C7-0099/2010),
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Regolament dwar il-FAEG) (2),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0178/2010),
A. |
billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol ta’ ħaddiema milquta minn sensji relatati mal-kummerċ u l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, |
B. |
billi l-Kummissjoni hija obbligata timplimenta l-FEAG f’konformità mal-regoli ġenerali stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju (3) u r-regoli ta’ implimentazzjoni applikabbli għal din il-forma ta’ implimentazzjoni tal-baġit, |
C. |
billi sa 0,35 % tal-ammont annwali tal-FEAG jista' jkun disponibbli kull sena għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, sabiex tiffinanzja l-monitoraġġ, l-informazzjoni, l-appoġġ amministrattiv u tekniku, il-verifika kif ukoll l-attivitajiet ta’ kontroll u valutazzjoni meħtieġa biex ikun implimentat ir-Regolament tal-FEAG, kif stipulat fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament, inkluż d-dispożizzjoni u l-gwida għall-Istati Membri fl-użu, fil-monitoraġġ u fil-valutazzjoni tal-FEAG u jipprovdi tagħrif dwar l-użu tal-FEAG għall-imsieħba soċjali nazzjonali u Ewropej (Artikolu 8(4) tar-Regolament FEAG), |
D. |
billi, skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament FEAG, il-Kummissjoni għandha twaqqaf sit tal-internet, disponibbli fil-lingwi kollha, biex jipprovdi informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet, li jenfasizzaw ir-rwol tal-awtorità baġitarja, |
E. |
billi fuq il-bażi ta’ dawn l-Artikoli l-Kummissjoni talbet mobilizzazzjoni tal-FEAG sabiex tkopri l-bżonnijiet amministrattivi tagħha għall-ħidma ta’ tħejjija minħabba l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-funzjonament tal-FEAG, li tkopri studji dwar l-implimentazzjoni, l-integrazzjoni mill-ġdid ta’ ħaddiema fis-suq tax-xogħol, l-iżvilupp ta’ netwerks bejn is-servizzi tal-Istat Membru responsabbli mill-FEAG, l-iskambju ta’ prassi tajba kif wkoll l-aġġornament u l-iżvilupp tas-sit web, l-applikazzjonijiet u d-dokumenti fil-lingwi kollha u l-attivitajiet awdjoviżivi, li tkun konformi mar-rieda tal-Parlament li titqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini dwar l-azzjonijiet tal-UE, |
F. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, |
1. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni; |
2. |
Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG; |
3. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni twaqqaf sabiex jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
(2) |
L-għan tal-EGF ġie mwessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika. |
(3) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jistipula li 0.35 % tal-ammont massimu annwali jista' jsir disponibbli kull sena għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 1 110 000. |
(5) |
L-FEAG għandu, għaldaqstant, jiġi mmobilizzat biex jipprovdi għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 110 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmulha fi…,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President