10.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/28 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-esplojtazzjoni tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi”
2011/C 42/06
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
jinsab kuntent li, permezz tal-Green Paper “L-esplojtazzjoni tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi”, il-Kummissjoni nediet dibattitu Ewropew dwar il-kondizzjonijiet meħtieġa għat-titjib tal-ambjent tal-kreattività u tal-innovazzjoni fl-Ewropa bil-għan li tistimola l-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi li jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; |
— |
jilqa' l-fatt li fil-livell Ewropew, ir-rwol li jaqdu l-industriji kulturali u kreattivi fl-appoġġ tal-kreattività u l-innovazzjoni qed jiġi dejjem aktar rikonoxxut; |
— |
ifakkar li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, is-setturi msemmija fil-kuntest tal-industriji kulturali u kreattivi, b'mod partikolari l-kultura, ir-riċerka, l-edukazzjoni, it-turiżmu u x-xogħol, jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
— |
jenfasizza li l-implimentazzjoni b'suċċess tal-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 – l-Aġenda Diġitali u inizjattivi oħra – tirrikjedi approċċ innovattiv u kuraġġuż u r-rwol tal-industriji kreattivi f'dan huwa, b'mod partikolari, li jiġġeneraw soluzzjonijiet multidixxiplinarji u multikulturali. Għal dan il-għan, l-Ewropa għandha bżonn pijuniera b'moħħ miftuħ fil-livell lokali u reġjonali sabiex joħolqu innovazzjonijiet soċjali u attività kummerċjali internazzjonali. |
Relatur |
: |
Ursula Männle (DE/PPE), Membru tal-Assemblea tal-Istat tal-Bavarja |
Dokument ta' referenza |
: |
Green Paper “L-esplojtazzjoni tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi” COM(2010) 183 finali |
I. INTRODUZZJONI
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
1. |
jiddikjara li fl-Unjoni Ewropea kollha, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltà kbira fl-implimentazzjoni tal-politiki kulturali; |
2. |
ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni wkoll fil-promozzjoni u l-isfruttar tal-kultura, u dan għandu jsir qabel kollox fil-kuntest tal-ħarsien tal-wirt kulturali u tal-promozzjoni tal-innovazzjoni artistika (1); |
3. |
jenfasizza li, billi huma viċin taċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni strateġika biex jinvolvu ruħhom f'kulturi differenti u f'attivitajiet kulturali differenti fi ħdan l-UE kif ukoll biex jimmobilizzaw b'mod effettiv lill-komunitajiet lokali u reġjonali favur il-promozzjoni ta' djalogu interkulturali mtejjeb (2); |
4. |
jiddikjara li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu wkoll iħeġġu b'mod effettiv liċ-ċittadini biex jieħdu sehem f'attivitajiet kreattivi (3) u fil-proċessi innovattivi; |
5. |
ifakkar li l-industriji kulturali u kreattivi jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira għall-iżvilupp lokali, reġjonali u urban għaliex jagħmlu lill-bliet u lir-reġjuni Ewropej aktar attraenti, jippromovu l-iżvilupp tat-turiżmu sostenibbli u joħolqu possibbiltajiet ġodda ta' impjieg. Huma ta' importanza kbira għal ekonomija tas-suq kompetittiva u innovattiva fl-Ewropa (4); |
6. |
jinnota li l-istudju dwar l-ekonomija tal-kultura fl-Ewropa, li tfassal fl-2006 mill-kumpanija tal-affarijiet Ewropej KEA fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea, juri li l-industrija kulturali fiha nnifisha hija dinamika ħafna fil-qasam tal-attività ekonomika u tal-ħolqien tal-impjiegi fl-UE. Fl-2004, in-numru ta' persuni impjegati f'dan is-settur kien jammonta għal 5,8 miljun persuna, jiġifieri 3,1 % tal-popolazzjoni attiva kollha tal-UE ta' 25 Stat Membru. Barra minn hekk, fl-2003, l-industrija kulturali kkontribwixxiet għal tal-anqas 2,6 % tal-PDG tal-UE. Bejn l-1999 u l-2003, it-tkabbir kien aktar b'saħħtu f'dan is-settur milli fis-setturi ekonomiċi l-oħra (5); |
7. |
jinnota wkoll li fil-Green Paper, il-Kummissjoni Ewropea tiddikjara li r-revoluzzjoni diġitali ser twassal għal tkabbir aktar b'saħħtu tal-industriji kulturali u kreattivi. Dawn tal-aħħar jiffaċċjaw kuntest li jevolvi b'rata mgħaġġla u li fih it-teknoloġiji (globali) tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) diġitali għandhom impatt sinifikanti fuq is-setturi kollha li jagħmlu parti mill-katina tal-valur; |
8. |
jinnota li sakemm il-potenzjal sħiħ tal-ICTs jintuża b' attenzjoni xierqa għall-interessi tal-utenti finali, tal-provvedituri tal-kontenut kif ukoll tal-provvedituri tal-ICT, u ssir reviżjoni tal-metodi tradizzjonali ta' produzzjoni u ta' distribuzzjoni, il-pubbliku, is-swieq tal-kreaturi kif ukoll l-offerta kulturali proposta liċ-ċittadini jistgħu jiżdiedu; |
9. |
jilqa' li l-fatt li, f'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ser tfassal tliet oqfsa strateġiċi ewlenin li ser jinfluwenzaw b'mod konsiderevoli l-kondizzjonijiet ġenerali li japplikaw għall-industriji kulturali u kreattivi f'ambjent diġitali u li ser jissejsu fuq proċess ta' konsultazzjoni minn qabel. Dawn huma:
|
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
10. |
jinsab kuntent li, permezz tal-Green Paper “L-esplojtazzjoni tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi”, il-Kummissjoni nediet dibattitu Ewropew dwar il-kondizzjonijiet meħtieġa għat-titjib tal-ambjent tal-kreattività u tal-innovazzjoni fl-Ewropa bil-għan li tistimola l-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi li jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; |
11. |
jilqa' b'mod favorevoli l-fatt li fil-Green Paper, il-kultura hija rikonoxxuta bħala strument ta' żvilupp lokali u reġjonali; |
12. |
jilqa' l-fatt li fil-livell Ewropew, ir-rwol li jaqdu l-industriji kulturali u kreattivi fl-appoġġ tal-kreattività u l-innovazzjoni qed jiġi dejjem aktar rikonoxxut; |
13. |
huwa tal-fehma li l-politika tal-innovazzjoni, fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, tista' sservi bħala pont għall-industriji kulturali u kreattivi; |
14. |
jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea beħsiebha tikkunsidra l-bżonnijiet tal-industriji kulturali u kreattivi f'xi inizjattivi ewlenin u li ser tagħmel dan b'konformità mal-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
15. |
ifakkar li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, is-setturi msemmija fil-kuntest tal-industriji kulturali u kreattivi, b'mod partikolari l-kultura, ir-riċerka, l-edukazzjoni, it-turiżmu u x-xogħol, jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
16. |
jenfasizza li l-industriji kulturali u kreattivi mhux biss huma essenzjali għall-iżvilupp, l-impjiegi u l-kompetittività iżda jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-identità u d-diversità kulturali fil-livell lokali u reġjonali; |
17. |
jinnota li l-awtoritajiet lokali għandhom rwol wiesa' fl-infrastruttura (spazju għall-provi, spazju għall-ispettakli, spazju għall-produzzjoni), fl-istrateġija u l-ippjanar (strateġiji kulturali, inizjattivi għall-iżvilupp tas-settur) u fin-netwerking. L-awtoritajiet lokali jappoġġjaw ukoll postijiet tal-arti u l-kultura u jinvestu ħafna fit-talent kreattiv żagħżugħ; |
18. |
ifakkar fl-importanza tad-diversità u tal-multilingwiżmu, speċifiċitajiet Ewropej li jikkontribwixxu biex jistimolaw il-kreattività; |
19. |
jitlob li tingħata attenzjoni biżżejjed lill-gruppi żvantaġġati fl-industriji kulturali u kreattivi; |
20. |
jemmen li l-implimentazzjoni ta' qafas li jippromovi l-iżvilupp tal-industriji kreattivi fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ser jagħti valur miżjud kbir lil-livell Ewropew u jista' wkoll jikkontribwixxi għat-tnedija ta' programmi u ta' inizjattivi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u fil-bliet tal-UE u b'hekk tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-atturi prinċipali; |
21. |
jenfasizza l-importanza li jissaħħaħ ir-rwol tal-livelli lokali u reġjonali fl-iżvilupp tal-industriji kulturali u kreattivi fl-Ewropa, u għaldaqstant jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-attivitajiet relatati mal-Green Paper; |
22. |
jafferma l-bżonn li jiżdied l-investiment Ewropew f'riżorsi intelliġenti ġodda, sostenibbli u kreattivi; |
23. |
jemmen li l-livelli kollha ta' governanza għandhom jappoġġjaw b'mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għaliex dawn huma kapaċi jżommu t-talent il-ġdid u jsaħħu l-iżvilupp tal-industriji kulturali u kreattivi fl-Ewropa; |
24. |
ifakkar li fir-rigward tal-istrateġiji tal-iżvilupp tagħhom, l-awtoritajiet lokali u reġjonali rnexxilhom jintegraw l-industriji kulturali u kreattivi f'bosta setturi, u dan ikkontribwixxa għat-tisħiħ tal-ekonomiji lokali; b'mod partikolari, fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa possibbli li jinħolqu netwerks u bażijiet ta' data ta' artisti żgħażagħ, jiġi promoss it-taħriġ taż-żgħażagħ fil-qasam tal-arti u l-kultura, titħeġġeġ il-professjonalizzazzjoni tal-artisti żgħażagħ, jinbdew sperimenti multimedjali u multikulturali, jiġu offruti spazji pubbliċi għall-produzzjoni tal-artisti żgħażagħ, jitħeġġeġ l-użu artistiku u kulturali ta' pubbliku żagħżugħ, jiġu appoġġjati ż-żgħażagħ biex iwaqqfu assoċjazzjonijiet fil-qasam artistiku u kulturali, titħeġġeġ l-innovazzjoni fl-ambitu tat-tradizzjonijiet u l-professjonijiet lokali; |
25. |
għaldaqstant jipproponi li jinħolqu l-kondizzjonijiet meħtieġa għat-trasmissjoni tal-prattiki tajba, għat-tisħiħ tal-għarfien u għall-implimentazzjoni ta' netwerks għat-tixrid tal-esperjenzi li jikkonċernaw il-possibbiltà li jintuża bis-sħiħ il-potenzjal ta' dawn l-industriji; barra minn hekk, fid-dawl tal-kontribut tagħhom, huwa jirrakkomanda wkoll li l-industriji kulturali u kreattivi jkunu koperti mill-prinċipji ġenerali tal-politika dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-UE; |
26. |
jirrakkomanda li mod kostruttiv kif il-livelli lokali u nazzjonali jistgħu jaħdmu flimkien huwa permezz ta' ftehimiet orjentati lejn ir-riżultati fejn kull livell ta' governanza jimpenja ruħu biex jaħdem għall-ksib ta' riżultati maqbula biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-industriji kulturali u kreattivi fil-livell lokali; |
27. |
jinnota li l-għeruq tal-kreattività jinsabu fil-livell lokali u jasal għall-konklużjoni li l-industriji kulturali u kreattivi għandhom bżonn li jinħolqu netwerks, raggruppamenti, inkubaturi kummerċjali u sħubijiet bejn l-iskejjel tal-arti u tad-disinn, l-universitajiet u l-intrapriżi; |
28. |
iħeġġeġ lill-iskejjel tal-arti u d-disinn u lill-universitajiet sabiex jikkooperaw mill-qrib ma' setturi oħra sabiex joħolqu alleanzi ġodda u ftehimiet strutturali u operattivi oħra li jwasslu għall-ħolqien ta' prodotti Ewropej kompletament ġodda u servizzi li jwittu t-triq għas-suċċess kummerċjali fil-livell internazzjonali. In-nuqqas ta' ideat prestabbiliti fost iż-żgħażagħ ħafna drabi huwa fattur kritiku għas-suċċess; |
29. |
jinnota li l-attivitajiet kulturali jistgħu wkoll iservu biex jappoġġjaw il-koeżjoni soċjali, peress li jiżviluppaw il-komprensjoni interkulturali u jrawmu relazzjonijiet sodi u pożittivi bejn persuni li ġejjin minn oqsma professjonali u edukattivi differenti, u b'hekk jissaħħaħ il-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi; |
30. |
ifakkar li d-diversità kulturali tal-Ewropa tirrappreżenta vantaġġ ekonomiku u komparattiv konsiderevoli; jissuġġerrixxi li l-investimenti għall-attivitajiet kulturali jintużaw biex tiġi appoġġjata d-diversità kulturali tal-Ewropa kif ukoll id-djalogu interkulturali, biex b'hekk tissaħħaħ l-integrazzjoni kulturali u soċjali; |
31. |
jafferma mill-ġdid li biex ikun jista' jsir użu sħiħ u b'suċċess tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi, l-Unjoni Ewropea għandha tikkonċentra l-isforzi tagħha fis-settur tal-kultura fuq l-importanza li għandhom il-valuri immaterjali tal-kultura fuq is-soċjetà; għaldaqstant jinsisti fuq il-fatt li l-użu sħiħ tar-riżorsi kreattivi tas-soċjetà u l-prosperità tal-industriji kulturali għandhom bżonn il-promozzjoni tat-taħriġ kulturali u l-kooperazzjoni kulturali. Il-kultura teżisti mingħajr l-industriji kulturali iżda l-industriji kulturali ma jeżistux mingħajr il-kultura (6); |
32. |
iħeġġeġ li jiġu identifikati d-diffikultajiet u/jew l-ostakli li jxekklu l-iżvilupp tal-industriji kulturali u kreattivi u li dawn jiġu indirizzati fil-livell adatt ta' gvern; |
33. |
jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tevalwa r-rilevanza tal-Fondi Strutturali kif ukoll tal-programmi attwali u futuri fis-settur tal-kultura, tal-mezzi tax-xandir awdjoviżivi, taż-żgħażagħ u tal-edukazzjoni filwaqt li tikkunsidra l-appoġġ li jistgħu jipprovdu għall-industriji kreattivi; |
34. |
jenfasizza, b'mod partikolari li l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġja u tħeġġeġ il-mobilità tal-artisti żgħażagħ fl-Ewropa, il-ħolqien ta' netwerks u ċrieki artistiċi internazzjonali kif ukoll skambji u “residenzi kreattivi” għal artisti żgħażagħ fil-livell tal-UE u ma' pajjiżi terzi; |
35. |
jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra, fil-kuntest tal-attivitajiet relatati mal-Green Paper, il-bżonnijiet finanzjarji u amministrattivi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
36. |
huwa tal-fehma li hemm bżonn li jiġu żviluppati indikaturi, kodiċi u definizzjonijiet komuni biex ikun jista' jitkejjel l-impatt tal-industriji kulturali u kreattivi fuq l-impjiegi u s-suq. |
III. KONKLUŻJONIJIET
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
37. |
ifakkar li, fl-Ewropa, l-industriji kulturali u kreattivi jistgħu jaqdu rwol importanti fil-ksib tal-objettivi ekonomiċi u soċjali fil-livell lokali u reġjonali; |
38. |
jenfasizza r-rwol ċentrali li għandhom l-industriji kulturali u kreattivi bħala parti mill-aġenda kulturali billi jappoġġjaw il-komunitajiet u l-ekonomiji lokali biex jiksbu r-riżultati f'firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika differenti, mill-iżvilupp ekonomiku, l-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, is-sigurtà komunitarja u l-aġendi tal-ġustizzja kriminali; |
39. |
huwa tal-fehma li s-settur tal-ospitalità/tat-turiżmu għandu jiġi inkluż fid-deskrizzjonijiet tal-industriji kulturali u kreattivi; |
40. |
jenfasizza li fl-ekonomija ta' wara l-gwerra, il-kultura tista' taqdi rwol jekk twassal għall-ksib tal-objettivi tal-politika soċjali b'mod kreattiv – billi tappoġġja l-innovazzjoni bil-għan li jinkisbu r-riżultati fil-qasam soċjali. Il-kultura u l-arti jistgħu jbiddlu l-imġiba u joħolqu rabtiet soċjali ġodda li jħeġġu l-kreattività tal-persuni li għandhom talent f'dawn l-oqsma; |
41. |
jinnota li, bħala konsegwenza, il-kontribut tal-kultura, u b'mod aktar speċifiku tal-industriji kulturali u kreattivi, huwa ta' importanza ewlenija għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 (7); |
42. |
jenfasizza li l-implimentazzjoni b'suċċess tal-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 – l-Aġenda Diġitali u inizjattivi oħra – tirrikjedi approċċ innovattiv u kuraġġuż u r-rwol tal-industriji kreattivi f'dan huwa, b'mod partikolari, li jiġġeneraw soluzzjonijiet multidixxiplinarji u multikulturali. Għal dan il-għan, l-Ewropa għandha bżonn pijuniera b'moħħ miftuħ fil-livell lokali u reġjonali sabiex joħolqu innovazzjonijiet soċjali u attività kummerċjali internazzjonali. |
Brussell, 1 ta' Diċembru 2010.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Mercedes BRESSO
(1) CdR 172/2007 fin.
(2) CdR 44/2006 fin. (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) CdR 11/2006 fin. (mhux disponibbli bil-Malti).
(4) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp lokali u reġjonali, 10.5.2010.
(5) “Study on the Economy of Culture in Europe” (Studju dwar l-ekonomija kulturali fl-Ewropa) imfassal fl-2006 mill-kumpanija għall-affarijiet Ewropej KEA fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea.
(6) CdR 172/2007 fin.
(7) CdR 172/2007.